EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ FRANZA ġ L.S.123.14 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.14
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-REPUBBLIKA TA’ FRANZA
4 ta’ Frar, 1983
L-AVVIŻ LEGALI 5 ta’ l-1983, kif emendat bl-Avviż Legali 228 ta’ l-
1998.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Repubblika ta’ Franza.
Arranġamenti 
jkollhom effett.
2. Qiegħed jiġi hawnhekk dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-Ordni li sar mar-Repubblika ta’
Franza sabiex jingħata ħelsien minn taxxa doppja u
biex tiġi evitata evażjoni fiskali dwar it-taxxi li ġejjin
stabbiliti bil-liġijiet tar-Repubblika ta’ Franza -
(i) taxxa fuq l-income u kapital;
(ii) it-taxxa dwar korporazzjoni; inkluża kull taxxa
miżmuma minn ras il-għajn, ħlas bil-quddiem
(precompte) jew ħlas avvanzat dwar l-
imsemmija taxxi;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arranġamenti għandu
jkollhom effett.
2 L.S.123.14 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ FRANZA
SKEDA
FTEHIM BEJN
IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA
U
L-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ FRANZA
GĦALL-ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
U
BIEX TIĠI EVITATA EVAŻJONI FISKALI DWAR
TAXXI FUQ INCOME
II-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta u l-Gvern tar-Repubblika ta’ Franza billi
jixtiequ jagħmlu Ftehim għall-Ħelsien minn Taxxa Doppja u biex tiġi evitata
Evażjoni Fiskali dwar Taxxi fuq Income, ftehmu kif ġej:
ARTIKOLU 1
Għan Personali
Dan il-Ftehim japplika għal persuni li huma residenti ta’ wieħed mill-Istati
Kontraenti jew tat-tnejn.
ARTIKOLU 2
Taxxi Koperti
(1) Dan il-Ftehim għandu japplika għal taxxi fuq l-income u fuq kapitali imposti
f’isem xi wieħed mill-Istati Kontraenti jew mis-sottodiviżjonijiet politiċi jew mill-
awtoritajiet lokali tagħhom, hu li hu l-mod li bih jinġabru.
(2) Għandhom jitqiesu bħala taxxa fuq l-income u fuq kapital it-taxxi kollha
mposti fuq income totali, fuq kapital totali, jew fuq elementi ta’ income jew ta’
kapital, magħduda taxxi fuq qligħ mill-bejgħ ta’ proprjetà  mobbli jew immobbli,
taxxi fuq l-ammont totali ta’ pagi u salarji mħallsa minn impriżi, kif ukoll taxxi fuq
apprezzament tal-kapital.
(3) It-taxxi eżistenti li għalihom japplika dan il-Ftehim huma:
(a) fil-każ ta’ Franza:
(i) it-taxxa fuq l-income;
(ii) it-taxxa dwar korporazzjoni; inkluża kull taxxa miżmuma minn
ras il-għajn, ħlas bil-quddiem (precompte) jew ħlas avvanzat dwar
l-imsemmija taxxi;
(iii) it-taxxa solidali fuq il-ġid;
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ Franza");
(b) fil-każ ta’ Malta:
it-taxxa fuq l-income u soprataxxa inkluża ħlasijiet bil-quddiem ta’
taxxa sew jekk bi tnaqqis minn ras il-għajn jew xort’oħra,
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ Malta".
(4) Il-Ftehim għandu wkoll japplika għal kull taxxi bħalhom jew li
sostanzjalment jixbħuhom li jiġu mposti wara d-data tal-firmar ta’ dan il-Ftehim
b’żieda ma’, jew minflok, it-taxxi eżistenti. L-awtojritajiet kompetenti ta’ l-lstati
għandhom javżaw lil xulxin b’kull tibdil sinjifikanti li jkunu għamlu fil-liġijiet ta’
tassazzjoni rispettivi tagħhom.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ FRANZA ġ L.S.123.14 3
KAPITOLU II
Tifsiriet
ARTIKOLU 3
Tifsiriet ġenerali
(1) F’dan il-Ftehim:
(a) il-frażi "Franza" tfisser id-dipartimenti Ewropej u barranin (Gwadeloupe,
Guyane, Martinique u Reunion) tar-Repubblika ta’ Franza, u kull area barra il-baħar
territorjali ta’ dawk id-dipartimenti li hi, skond il-liġi internazzjonali, area li fiha
Franza tista’ teżerċita drittijiet dwar qiegħ il-baħar u s-sottoswol u r-riżorsi naturali
tagħhom;
(b) il-frażi "Malta’’ tfisser ir-Repubblika ta’ Malta, u tinkludi flimkien mal-
Gżira ta’ Malta, il-Gżira ta’ Għawdex u l-Gżejjer l-oħra ta’ l-Arċipelagu Malti
inklużi l-ibħra territorjali tagħhom, flimkien ma’ kull area barra l-ibħra territorjali
ta’ Malta li, skond il-liġi internazzjonali, hi msejħa jew aktar ’il quddiem tista’
tissejjaħ, taħt il-liġijiet ta’ Malta dwar il-blata kontinentali, bħala area li fiha jistgħu
jiġu eżerċitati d-drittijiet ta’ Malta dwar qiegħ il-baħar u sottoswol u r-riżorsi
naturali tagħhom;
(ċ) il-frażi "persuna" tfisser individwu, kumpannija jew xi korp ieħor ta’
persuni;
(d) il-frażi "kumpannija’’ tfisser kull għaqda korporata jew kull entità  li titqies
bħala għaqda korporata għall-finijiet ta’ taxxa;
(e) il-frażijiet "impriża ta’ Stat Kontraenti" u "impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor" ifissru rispettivament impriża li titmexxa minn persuna residenti ta’ Istat
Kontraenti u impriża mmexxija minn persuna residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(f) il-frażi "nazzjonali" tfisser -
 (i) dwar Franza, kull individwu li jkollu n-nazzjonalità  ta’ Franza;
(ii) dwar Malta, kull cittadin ta’ Malta kif provdut fil-Kapitolu III tal-
Kostituzzjoni ta’ Malta u fl-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija;
(iii) kull persuna, soċjetà  jew assoċjazzjoni legali li jiksbu l-istat tagħhom
bħala tali mil-liġi fis-seħħ fi Stat Kontraenti;
(g) il-frażi "traffiku internazzjonali" tfisser kull trasport b’bastiment jew
b’inġenju ta’ l-ajru mħaddma minn impriża li għandha l-post tal-maniġġ effettiv
tagħha fi Stat Kontraenti, barra minn meta l-bastiment jew l-inġenju ta’ l-ajru jkunu
mħaddma biss bejn postijiet fl-Istat Kontraenti l-ieħor;
(h) il-frażi "awtorità  kompetenti" tfisser -
(i) fil-każ ta’ Franza, iI-Ministru ta’ l-Ekonomija u tal-Finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu;
(ii) fil-każ ta’ Malta, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu.
(2) Fl-applikazzjoni tal-Ftehim minn Stat Kontraenti, kull frażi li ma tkunx
imfissra fih għandu jkollha l-istess tifsir kif mogħti lilha taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat
dwar it-taxxi li l-Ftehim japplika għalihom. It-tifsir ta’ frażi skond il-liġijiet tat-taxxi
ta’ dak l-Istat għandu jkollu priorità  fuq it-tifsir mogħti lil dik il-frażi f’oqsma oħra
tal-liġi ta’ dak l-Istat.
4 L.S.123.14 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ FRANZA
ARTIKOLU 4
Domiċilju Fiskali
(1) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "persuna residenti ta’ Stat
Kontraenti" tfisser kull persuna li, taħt il-liġi ta’ dak l-Istat, tkun suġġetta għat-
tassazzjoni hemmhekk minħabba d-domiċilju, ir-residenza jew il-post tal-maniġġ
tagħha jew xi kriterju ieħor dwarha ta’ din ix-xorta. Iżda din il-frażi ma tinkludix xi
persuna li tkun suġġetta għat-taxxa f’dak l-Istat Kontraenti biss dwar income minn
għejjun hemmhekk jew kapital li jkun qiegħed f’dak l-Istat.
(2) Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), individwu jkun
residenti taż-żewġ Stati Kontraenti allura l-Istat tiegħu għandu jiġi stabbilit kif ġej:
(a) dan għandu jitqies li hu residenti ta’ l-Istat Kontraenti li fih għandu dar
permanenti għad-disposizzjoni tiegħu. Jekk dan għandu dar permanenti
għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati Kontraenti, dan għandu jitqies
li hu residenti ta’ dak l-Istat Kontraenti li miegħu r-relazzjonijiet
personali u ekonomiċi tiegħu jkunu l-iktar marbuta (ċentru ta’ nteressi
vitali);
(b) jekk l-Istat Kontraenti li fih għandu ċ-ċentru ta’ nteress vitali ma jkunx
jista’ jiġi stabbilit, jew dan ma jkollux għad-disposizzjoni tiegħu dar
permanenti f’xi wieħed mill-Istati Kontraenti dan għandu jitqies li hu
residenti ta’ l-Istat Kontraenti li fih soltu jirrisjedi;
(ċ) jekk dan ikollu post fejn soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati Kontraenti jew
ma jkollu f’ebda wieħed minnhom, dan għandu jitqies li hu residenti ta’
l-Istat Kontraenti li tiegħu jkun nazzjonali;
(d) jekk dan ikun nazzjonali taż-żewġ Stati Kontraenti jew ta’ ebda wieħed
minnhom, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti għandhom
jiddeċiedu bi ftehim bejniethom.
(3) Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stat Kontraenti, allura għandha titqies li hi
residenti ta’ l-Istati Kontraenti li fih ikun qiegħed il-post tal-maniġġ effettiv tiegħu.
ARTIKOLU 5
Stabbiliment Permanenti
(1) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "stabbiliment permanenti" tfisser
post fiss ta’ negozju li fih jiġi mmexxi għal kollox jew f’parti x-xogħol ta’ l-impriża.
(2) Il-frażi "stabbiliment permanenti" għandha tinkludi b’mod speċjali -
(a) post ta’ maniġġ;
(b) fergħa;
(ċ) uffiċċju;
(d) fabbrika;
(e) ħanut tax-xogħol; u
(f) minjiera, bir taż-żejt jew tal-gass, barriera jew post ieħor ta’ estrazzjoni
ta’ riżorsi naturali nkluż sit tat-tħaffir fuq il-baħar.
(3) Sit tal-bini jew kostruzzjoni jew proġett ta’ immuntar jew attivitajiet
superviżorji in konnessjoni magħhom, għandhom jikkostitwixxu stabbiliment
permanenti sakemm dak il-proġett jew l-attivitajiet tas-sit idumu iżjed minn tnax-il
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ FRANZA ġ L.S.123.14 5
xahar.
(4) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frażi
"stabbiliment permanenti" ma għandhiex titqies li tinkludi:
(a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop biss ta’ ħazna, wiri jew tqassim ta’
oġġetti jew merkanzija li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża;
(b) it-tiżmim ta’ stock ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ ħazna, wiri jew tqassim;
(ċ) it-tiżmim ta’ stock ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ proċessar minn impriża oħra;
(d) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ xiri ta’ oġġetti jew
merkanzija, jew għall-ġbir ta’ tagħrif għall-impriża;
(e) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss biex titkompla, għall-
intrapriża, xi attività  oħra, jekk din tkun ta’ xorta preparatorja jew
awżiljarja;
(f) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss li jingħaqdu flimkien
attivitajiet imsemmija fis-sub-paragrafi minn (a) sa l-(e) ta’ dan il-
paragrafu hekk iżda li l-attività  ġenerali ta’ post fiss ta’ negozju li
tinkiseb minn dik l-għaqda tkun ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja.
(5) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi (l) u (2), jekk persuna - barra minn
aġent ta’ status indipendenti li għalih japplika l-paragrafu (6) - qed tagħmilha
minflok impriża u għandha, u li ssoltu teżerċita, fi Stat Kontraenti awtorità  li
tikkonkludi kuntratti f’isem l-impriża, dik l-impriża għandha titqies li għandha
stabbiliment permanenti f’dak l-Istat dwar xi attivitajiet li dik il-persuna tagħmel
f’isem dik l-impriża, sakemm l-attivitajiet ta’ dik il-persuna ma jkunux limitati għal
dawk imsemmija fil-paragrafu (4) li, jekk ikunu eżerċitati minn post fiss ta’ negozju,
ma kienux jagħmlu dan il-post fiss ta’ negozju stabbiliment permanenti skond dak il-
paragrafu.
(6) Impriża ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment permanenti fi Stat
Kontraenti għaliex biss tkun qed tmexxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor permezz ta’
sensal, aġent ġenerali b’kummissjoni jew xi aġent ieħor bi status indipendenti, meta
dawk il-persuni jkunu qed jaġixxu fil-kors ordinarju tan-negozju tagħhom.
(7) Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikkontrolla jew
tkun kontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, jew
li tmexxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta’ stabbiliment permanenti sew
xort’oħra), ma għandux fih innifsu jikkostitwixxi xi waħda mill-kumpanniji
stabbiliment permanenti ta’ l-oħra.
KAPITOLU III
Tassazzjoni ta’ Income
ARTIKOLU 6
Income minn Proprjetà  Immobiljari
(1) Income minn proprjetà  immobiljari jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti li
fih dik il-proprjetà  tkun qegħda.
(2) II-frażi "proprjetà  immobiljari" għandha tiġi mfissra skond il-liġijiet ta’
tassazzjoni ta’ l-Istat Kontraenti li fih tkun qegħda dik il-proprjetà . Il-frażi għandha
f’kull każ tinkludi proprjetà  aċċessorja għal proprjetà  immobiljari, drittijiet li
6 L.S.123.14 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ FRANZA
għalihom japplikaw id-disposizzjonijiet tal-liġi ġenerali dwar proprjetà  landed,
użufrutt ta’ proprjetà  immobiljari, u drittijiet għal ħlasijiet li jvarjaw jew li jkunu
fissi bħala kumpens għall-ħdim ta’, jew għad-dritt li jinħadmu, depożiti minerali,
għejjun u riżorsi oħra naturali; bastimenti, dgħajjes u inġenji ta’ l-ajru ma
għandhomx jitqiesu bħala proprjetà  immobiljari.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) għandhom japplikaw għal income li
jinkiseb mill-użu dirett, kiri jew użu ta’ kull xort’oħra ta’ proprjetà  immobiljari.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (l) u (3) għandhom japplikaw ukoll għall-
income minn proprjetà  immobiljari ta’ mpriża u għal income minn proprjetà
immobiljari li tkun użata għall-qadi ta’ servizzi professjonali.
(5) Meta l-proprjetà  ta’ azzjonijiet jew drittijiet oħra f’kumpannija jew
f’persuna ġuridika tkun tagħti jedd lis-sid li jgawdi proprjetà  immobbli li tkun
tinstab ġewwa Stat Kontraenti u li tkun miżmuma minn dik il-kumpannija jew
persuna ġuridika, l-income miksub mis-sid mill-użu dirett, kiri jew użu f’kull għamla
oħra li tkun tal-jedd ta’ tgawdija tiegħu jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat. id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu għandhom ikunu japplikaw minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7 u 14.
ARTIKOLU 7
Profitti minn Negozju
(1) Il-profitti ta’ mpriża ta’ Stat Kontraenti għandhom jiġu ntaxxati biss f’dak l-
Istat kemm-il darba l-impriża ma tkunx tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk. Jekk l-impriża
tmexxi negozju kif intqal qabel, il-profitti ta’ l-impriża jistgħu jiġu ntaxxati fl-Istat
l-ieħor iżda biss għal dik il-parti minnhom li jinqalgħu minn dak l-istabbiliment
permanenti.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (3), meta mpriża ta’ wieħed
mill-Istati Kontraenti tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’
stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk, għandhom jiġu attribwiti lil dak
l-istabbiliment permanenti f’kull Stat Kontraenti l-profitti li kien ikun mistenni
jagħmel kieku kien impriża distinta u separata li taħdem l-istess attivitajiet jew
oħrajn bħalhom taħt l-istess kundizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem għal
kollox separatament mill-impriża li tagħha tkun stabbiliment permanenti.
(3) Meta jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, għandu jkun
permess bħala tnaqqis spejjeż li jsiru għall-iskopijiet ta’ dak l-istabbiliment
permanenti magħduda spejjeż eżekuttivi u amministrattivi ġenerali li jsiru sew jekk
fl-Istat li fih l-istabbiliment permanenti jkun qiegħed sew jekk isiru band’oħra.
(4) Safejn ikun soltu li fi Stat Kontraenti jiġu stabbiliti l-profitti li għandhom
jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti fuq il-bażi ta’ tqassim tal-profitti totali ta’
l-impriża fuq il-partijiet diversi tagħha, ebda ħaġa fil-paragrafu (2) ma għandha
tellef lil dak l-Istat Kontraenti milli jistabbilixxi l-profitti li għandhom jiġu ntaxxati
skond dak it-tqassim kif soltu jsir; il-metodu tat-tqassim li jiġi wżat għandu,
b’danakollu, ikun hekk li r-riżultat ikun skond il-prinċipji li jinsabu f’dan l-Artikolu.
(5) Ma għandhom jiġu attribwiti ebda profitti lil stabbiliment permanenti
minħabba biss ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew merkanzija
għall-impriża.
(6) Għall-finijiet tal-paragrafi ta’ qabel, il-profitti li għandhom jiġu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-istess mod minn sena għal
sena kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u biżżejjed biex isir kuntrarju.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ FRANZA ġ L.S.123.14 7
(7) F’kaz li profitti jinkludu oġġetti ta’ income li qed jiġu trattati separatament
f’Artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, allura d-disposizzjonijiet ta’ dawk l-Artikoli ma
jiġux imfixkla bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
ARTIKOLU 8
Shipping u Trasport bl-Ajru
(1) Profitti mit-tħaddim ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru fi traffiku
internazzjonali jiġu ntaxxati biss fl-Istat Kontraenti li fih il-post tat-tmexxija
effettiva ta’ l-impriża jkun qiegħed.
(2) Jekk il-post tat-tmexxija effettiva ta’ mpriża tax-shipping ikun abbord
bastiment, allura għandu jitqies li jkun qiegħed fl-Istat Kontraenti li fih ikun qiegħed
il-port tar-ritorn tal-bastiment jew, jekk ma jkollux dak il-port tar-ritorn, fl-Istat
Kontraenti li tiegħu l-operatur tal-bastiment ikun residenti.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) għandhom japplikaw ukoll għal profitti
li jinkisbu mill-parteċipazzjoni f’pool, f’negozju joint jew f’aġenzija ta’ operazzjoni
internazzjonali.
ARTIKOLU 9
Impriżi Assoċjati
(1) Meta -
(a) impriża ta’ Stat Kontraenti tipparteċipa direttament jew indirettament
fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ mpriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor; jew
(b) l-istess persuni jipparteċipaw direttament jew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ mpriża ta’ Stat Kontraenti u mpriża ta’
l-Istat Kontraenti l-ieħor,
u f’kull każ jiġu magħmula jew imposti kundizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji ta’ bejniethom li ma jaqblux ma’ dawk li
kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f’dak il-każ kull profitti li, kieku ma
kienux dawk il-kundizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-impriżi, iżda
minħabba dawk il-kundizzjonijiet ma ġewx hekk akkumulati jistgħu jiġu nklużi fil-
profitti ta’ dik l-impriża u ntaxxati skond hekk.
ARTIKOLU 10
Dividendi
(1) Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat l-ieħor jistgħu jiġu ntaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Iżda, dawk id-dividendi jistgħu jiġu ntaxxati fl-Istat Kontraenti li tagħha l-
kumpannija li tħallas id-dividendi tkun residenti, u skond il-liġi ta’ dak l-Istat iżda -
(a) meta d-dividendi jitħallsu mill-kumpannija residenti ta’ Franza lil
residenti ta’ Malta li jkun is-sid benefiċjarju tagħhom, it-taxxa ta’
Franza hekk dovuta ma għandhiex tkun iżjed minn -
(i) 5 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi jekk ir-reċivitur ikun
kumpannija li jkollha direttament għall-anqas 10 fil-mija tal-
kapital tal-kumpannija li tħallas id-dividendi;
(ii) fil-każijiet l-oħra kollha 15 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-
8 L.S.123.14 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ FRANZA
dividendi;
(b) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija residenti ta’ Malta lil
residenti ta’ Franza li tkun is-sid benefiċjarju tiegħu -
(i) it-taxxa ta’ Malta ma tkunx iżjed minn dik li tkun dovuta mill-
kumpannija li tħallas id-dividendi dwar il-profitti hekk mqassma;
(ii) minkejja d-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu (i), it-taxxa ta’
Malta m’għandhiex tkun iżjed minn 15 fil-mija ta’ l-ammont
gross tad-dividendi jekk dawk id-dividendi jitħallsu minn qligħ
jew profitti maqlugħa f’xi sena li dwarha l-kumpannija tkun qed
tirċievi benefiċċji ta’ taxxa taħt id-disposizzjonijiet li jirregolaw
l-għajnuna lill-industriji f’Malta, u l-azzjonist jagħti prospetti u
kontijiet lill-awtoritajiet ta’ Malta dwar l-income tiegħu li hu
suġġett għat-taxxa f’Malta għas-sena ta’ stima relattiva.
Dan il-paragrafu ma għandux jolqot it-tassazzjoni tal-kumpannija dwar il-
profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
(3) II-frażi "dividendi" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn
azzjonijiet, azzjonijiet "jouissance" jew drittijiet "jouissance", azzjonijiet f’minjieri,
azzjonijiet founders jew drittijiet oħra li ma jkunux talbiet għal dejn li jipparteċipaw
fi profitti, kif ukoll income minn drittijiet korporati oħra li hu suġġett għall-istess
trattament ta’ tassazzjoni bħal income minn azzjonijiet skond il-liġi fuq tassazzjoni
ta’ l-Istat li fih tkun residenti l-kumpannija li tagħmel it-tqassim.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) m’għandhomx japplikaw jekk
minn jirċievi d-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, jmexxi negozju fl-
Istat Kontraenti l-ieħor li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-dividendi,
permezz ta’ stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew tagħmel f’dak l-Istat
Kontraenti l-ieħor servizzi professjonali minn bażi stabbilit hemmhekk, u l-holding
li dwarhom jitħallsu d-dividendi jkollu effettivament x’jaqsam ma’ dak l-
istabbiliment permanenti jew mal-bażi stabbilit. F’dak il-każ, għandhom japplikaw
id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14 skond il-każ.
(5) (a) Residenti ta’ Malta li jirċievi minn kumpannija li tkun residenti ta’
Franza dividendi li, jekk riċevuti minn residenti ta’ Franza, jintitolaw lil dak ir-
residenti għal kreditu fiskali (avoir fiscal), ikun intitolat għal ħlas mit-Teżor Franċiż
li jkun daqs dak il-kreditu (avoir fiscal) suġġett għat-tnaqqis mit-taxxa miksuba fis-
sub-paragrafu (a)(ii) tal-paragrafu (2) ta’ dan l-Artikolu.
(b) Id-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu (a) ta’ dan il-paragrafu japplikaw biss
għal residenti ta’ Malta, li jkun jew -
(i) individwu; jew
(ii) kumpannija li ma tikkontrollax il-kumpannija li tħallas id-dividendi;
għall-finijiet ta’ dan is-sub-paragrafu, kumpannija għandha titqies li
tikkontrolla kumpannija oħra meta, jew waħedha jew flimkien ma’
kumpannija waħda jew iżjed minn waħda assoċjati magħha tikkontrolla
direttament jew indirettament għall-inqas 10 fil-mija tas-saħħa tal-vot
tal-kumpannija l-oħra, u ż-żewġ kumpanniji għandhom jitqiesu li jkunu
assoċjati jekk waħda tkun kontrollata direttament jew indirettament
mill-oħra jew it-tnejn ikunu kontrollati direttament jew indirettament
minn terza kumpannija bil-metodu msemmi hawn fuq.
(ċ) Id-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu (a) ta’ dan il-paragrafu ma japplikawx
jekk min jirċievi l-ħlas mit-Teżor Franċiż miksub taħt is-sub-paragrafu (a) ta’ dan il-
paragrafu ma jkunx suġġett għat-taxxa ta’ Malta dwar dak il-ħlas.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ FRANZA ġ L.S.123.14 9
(d) Ħlasijiet mit-Teżor Franċiż miksuba taħt is-sub-paragrafu (a) ta’ dan il-
paragrafu jitqiesu li huma dividendi għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim.
(6) (a) Meta l-ħlas bil-quddiem (precompte) jitħallas dwar dividendi minn
kumpannija li tkun residenti ta’ Franza lil residenti ta’ Malta li ma jkunx intitolat
għall-ħlas mit-Teżor Franċiż imsemmi fil-paragrafu (5) ta’ dan l-Artikolu dwar dawk
id-dividendi, dak ir-residenti ta’ Malta jkun intitolat li jitħallas lura l-ħlas bil-
quddiem, suġġett għat-tnaqqis ta’ taxxa dwar l-ammont imħallas lura skond il-
paragrafu (2) ta’ dan l-Artikolu.
(b) Ammonti mħallsa lura taħt id-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu (a) ta’ dan
il-paragrafu jitqiesu li jkunu dividendi għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim.
(7) Meta kumpannija residenti ta’ Malta jkollha fi Franza stabbiliment
permanenti, il-profitti ta’ dan l-istabbiliment permanenti għandhom, wara li tkun
ħallset it-taxxa Franċiża dwar Korporazzjoni, tħallas taxxa li r-rata tagħha ma tkunx
iżjed minn 10 fil-mija, skond il-liġi Franċiża.
ARTIKOLU 11
Imgħax
(1) Imgħax li jinqala’ f’wieħed mill-Istati Kontraenti u li jitħallas lil residenti
ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Iżda, dak l-imgħax jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti fejn jinqala’, u
skond il-liġi ta’ dak l-Istat, iżda jekk min jirċevih ikun is-sid benefiċjarju ta’ l-
imgħax, it-taxxa hekk imposta ma għandhiex tkun iżjed minn 10 fil-mija ta’ l-
ammont gross ta’ l-imgħax.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) kull imgħax bħal dak li hu
msemmi fil-paragrafu (1) għandu jigi ntaxxat biss fl-Istat Kontraenti li tiegħu l-
benefiċjarju jkun residenti, jekk dak l-imgħax jitħallas fuq self mogħti jew garantit
minn dak l-Istat jew minn korp statutorju tiegħu.
(4) Il-frażi "imgħax" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn dritt għal
dejn ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati u sew jekk le, u sew jekk jagħtu jew le jedd
għal sehem fil-profitti tad-debitur, u b’mod partikolari, income minn securities tal-
Gvern, u income minn bonds jew debentures, inklużi premiums u prizes li jkunu mal-
bonds jew mad-debentures. Drittijiet ta’ penali għal ħlas li jsir tard ma jitqiesux
bħala imgħax għall-fini ta’ dan l-Artikolu.
(5) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ma għandhomx japplikaw jekk
minn jirċievi l-imgħax, li jkun residenti ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti, imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti hemmhekk li
minnu jaqla’ l-imgħax, jew jagħmel servizzi professjonali f’dak l-Istat l-ieħor minn
bażi stabbilit hemmhekk u d-dritt għal dejn li minnu jinqala’ l-imgħax ikollu
effettivament x’jaqsam ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew mal-bażi stabbilit.
F’dak il-każ għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-
Artikolu 14, skond il-każ.
(6) L-imgħax għandu jitqies li nqala’ fi Stat Kontraenti meta min iħallsu jkun
dak l-Istat innifsu, sotto-diviżjoni politika, awtorità  lokali, korp statutorju jew
residenti ta’ dak l-Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas l-imgħax sew jekk tkun
residenti ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti sew jekk le, ikollha f’wieħed mill-Istati
Kontraenti stabbiliment permanenti li miegħu jkollu x’jaqsam id-dejn li dwaru jkun
tħallas l-imgħax, u dak l-imgħax ikun ir-responsabbiltà  ta’ dak l-istabbiliment
permanenti, allura dak l-imgħax għandu jitqies li nqala’ fl-Istat Kontraenti li fih ikun
sitwat l-istabbiliment permanenti.
10 L.S.123.14 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ FRANZA
(7) Meta, minħabba relazzjonijiet speċjali bejn min iħallas u min jirċievi jew
bejniethom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont ta’ l-imgħax li tħallas, meta jitqies
id-dritt għal dejn li dwaru jkun tħallas, ikun iżjed mill-ammont li kien ikun
miftiehem bejn min iħallas u minn jirċievi fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-aħħar
imsemmi. F’dak il-każ, dik il-parti żejda fuq il-ħlasijiet tibqa’ taxxabbli skond il-liġi
ta’ kull Stat Kontraenti, meta jitqiesu d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 12
Royalties
(1) Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u li jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu ntaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Iżda, dawk ir-royalties jistgħu jiġu ntaxxati fl-Istat Kontraenti minn fejn
jinqalgħu, u skond il-liġi ta’ dak l-Istat; iżda jekk min jirċievi ikun is-sid
benefiċjarju tar-royalties, it-taxxa hekk imposta ma għandhiex tkun iżjed minn 10
fil-mija ta’ l-ammont tar-royalties.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2), ħlasijiet ta’ kull xorta riċevuti
bħala kumpens għall-użu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu ta’, kull dritt ta’ l-awtur ta’
xogħol letterarju, artistiku jew xjentifiku inklużi xogħlijiet rikordjati għax-xandir
jew televiżjoni, ikun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li fih il-benefiċjarju jkun
residenti, jekk dak ir-residenti hu s-sid benefiċjarju tal-ħlasijiet.
(4) Il-frażi "royalties" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser ħlasijiet ta’ kull xorta
riċevuti bħala kumpens għall-użu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu ta’ kull dritt ta’ l-awtur
ta’ xogħol letterarju, artistiku jew xjentifiku inklużi films ċinematografiċi, u films
jew xogħol għal xandir televiżiv jew bir-radju, kull invenzjoni, trade mark, disinn
jew mudell, pjan, formula jew proċess sigriet, jew għal kull informazzjoni dwar
esperjenza ndustrijali, kummerċjali jew xjentifika.
(5) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1), (2) u (3) ma għandhomx japplikaw
jekk min jirċievi r-royalties li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih ir-royalties jinqagħlu permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun qed jaqdi f’dak l-Istat l-ieħor
servizz professjonali minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt jew il-proprjetà
li dwarha jitħallsu r-royalties ikollha x’taqsam effettivament ma’ dak l-istabbiliment
permanenti jew ma’ dak il-bażi stabbilit. F’dak il-każ għandhom japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ.
(6) Royalties għandhom jitqiesu li jinqagħlu fi Stat Kontraenti meta min
iħallashom ikun dak l-Istat innifsu, sotto-diviżjoni politika, awtorità  lokali, korp
statutorju jew residenti ta’ dak l-Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas ir-royalties,
sew jekk tkun residenti ta’ wieħed mill-Istati sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti
stabbiliment permanenti li dwaru jkun sar l-obbligu jitħallsu r-royalties jew il-
proprjetà  li fuqhom ikollhom x’jaqsmu u dawk ir-royalties ikun r-responsabbiltà  ta’
dak l-istabbiliment permanenti, allura dawk ir-royalties għandhom jitqiesu li
jinqalgħu fl-Istat Kontraenti li fih ikun qiegħed l-istabbiliment permanenti.
(7) Meta, minħabba relazzjonijiet speċjali bejn min iħallas u min jirċievi jew
bejniethom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties imħallsa, meta jitqiesu
l-użu, id-dritt jew l-informazzjoni li għalih ikunu mħallsa jkun iżjed mill-ammont li
kien ikun miftiehem bejn min iħallas u min jirċievi fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni,
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-
aħħar imsemmi. F’dak il-każ, il-parti żejda tal-ħlasijiet għandha tibqa’ taxxabbli
skond il-liġi ta’ kull Stat Kontraenti, meta jitqiesu d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ FRANZA ġ L.S.123.14 11
il-Ftehim.
ARTIKOLU 13
Qligħ Kapitali
(1) Qligħ mill-bejgħ ta’ proprjetà  immobbli, kif imfisser fil-paragrafu (2) ta’ l-
Artikolu 6 jew mit-trasferiment ta’ l-ishma jew imgħax komparabbli f’koperattiva
ta’ proprjetà  reali jew f’kumpannija li l-attiv tagħha jikkonsisti prinċipalment,
direttament jew permezz ta’ kumpannija jew persuna ġuridika waħda oħra jew iktar
minn waħda oħra, f’proprjetà  immobbli, jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat li fih dik il-
proprjetà  tkun sitwata.
(2) Qligħ minn trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tkun tifforma parti mill-
proprjetà  tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li mpriża ta’ wieħed mill-Istati
Kontraenti jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor jew proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni
lil bażi stabbilit li jkun għad-disposizzjoni ta’ residenti ta’ wieħed mill-Istat
Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor għall-fini ta’ qadi ta’ servizzi professjonali,
inkluż dak il-qligħ mill-bejgħ ta’ dak l-istabbiliment permanenti (waħdu jew
flimkien ma’ mpriża sħiħa) jew ta’ dak il-bażi stabbilit, jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat l-
ieħor. Iżda, qligħ mit-tneħħija ta’ proprjetà  mobbli li tippartjeni lill-operazjoni ta’
dawk il-vapuri u inġenji ta’ l-ajru mħaddma fuq traffiku ta’ l-ajru għandu jiġi
ntaxxat biss fl-Istat Kontraenti li fih il-post tal-maniġġ effettiv ta’ l-impriża jkun
sitwat.
(3) Qligħ mill-bejgħ ta’ ishma li jiffurmaw parti minn interessi sostanzjali fil-
kapital ta’ kumpannija ta’ Stat Kontraenti jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat u skond il-
liġi ta’ dak l-Istat. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, imgħax sostanzjali jitqies li
jeżisti meta min jiksibhom, waħdu jew flimkien ma’ persuni assoċjati jew relatati,
ikollom ishma direttament jew indirettament li flimkien jagħtu d-dritt ta’ 25 fil-mija
jew iżjed tal-profitti tal-kumpannija.
(4) Qligħ mill-bejgħ ta’ kull proprjetà  barra minn dik imsemmija fil-paragrafi
(1), (2) u (3), għandu jkun taxxabhli biss fl-Istat Kontraenti li tiegħu min ibiegħ ikun
residenti.
ARTIKOLU 14
Servizzi Personali Indipendenti
(l) Income li jinkiseb minn residenti ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti dwar
servizzi professjonali jew dwar attivitajiet indipendenti oħra bħal dawn ta’ l-istess
xorta għandu jiġi ntaxxat biss f’dak l-Istat. Iżda, dak l-income jista’ jiġi ntaxxat fl-
Istat Kontraenti l-ieħor fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) jekk ikollu bażi stabbilit regolari fl-Istat l-ieħor sabiex jaqdi l-
attivitajiet tiegħu (f’dak il-każ dik il-parti ta’ l-income li tkun attribwita
għal dak il-bażi stabbilit tista’ tiġi ntaxxata f’dak l-Istat Kontraenti l-
ieħor); jew
(b) jekk ikun preżenti f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor għal perjodu jew
perjodi li jkunu b’kollox jew iktar meta jingħaddu flimkien minn 183
ġurnata f’xi sena kalendarja.
(2) Il-frażi "servizzi professjonali" tinkludi, b’mod speċjali, attivitajiet
indipendenti xjentifiċi, letterarji, artistiċi, edukattivi jew ta’ tagħħim kif ukoll
attivitajiet indipendenti ta’ physicians, avukati, inġiniera, periti, dentisti u
accountants.
12 L.S.123.14 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ FRANZA
ARTIKOLU 15
Servizzi Personali Dipendenti
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli l6, 18 u19, salarji, pagi u
kumpens ieħor bħal dan li jinkiseb minn residenti ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti
dwar impieg ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jiġix
eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk eżerċitat, dak il-kumpens
li jinkiseb minnu jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti dwar impieg eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-
ieħor ikun taxxabbli fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk -
(a) min jirċevih ikun qiegħed fl-Istat l-ieħor għal żmien jew żminijiet li fit-
total ma jkunux iktar minn 183 ġurnata fis-sena kalendarja li tkun; u
(b) il-kumpens ikun imħallas minn, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx
residenti ta’ l-Istat l-ieħor; u
(ċ) il-kumpens ma jkunx għak-karigu ta’ stabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li l-prinċipal ikollu fl-Istat l-ieħor.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, kumpens li jinkiseb
minn residenti ta’ wieħed mill-Istati dwar impieg eżerċitat abbord vapur jew inġenju
ta’ l-ajru mħaddem fuq traffiku internazzjonali jkun taxxabbli biss f’dak l-Istat
Kontraenti li fih ikun sitwat il-post tal-maniġġ effettiv ta’ l-impriża.
ARTIKOLU 16
Drittijiet tad-Diretturi
Id-drittijiet tad-diretturi u ħlasijiet simili li jinqalgħu minn residenti ta’ Stat
Kontraenti fil-kariga tiegħu bħala membru tal-bord tad-diretturi jew ta’ organu ieħor
simili ta’ kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu
ntaxxati fi-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 17
Artisti u Atleti
(1) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 14 u 15, income li
jinqala’ minn min jagħmel spettakoli ta’ divertiment, bħal artisti tat-teatru, tal-films
ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni, u mużiċisti, u minn atleti, mill-
attivitajiet personali tagħhom bħala hekk, jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti li
fihom dawk l-attivitajiet jiġu eżerċitati.
(2) Meta income dwar attivitajiet personali ta’ min jagħmel spettakolu ta’
divertiment jew atleta bħala tali jmur mhux għal dak jew l-atleta nnifsu iżda għal
persuna oħra, dak l-income jista’ b’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-
Artikoli 7, 14 u 15 jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti li fih l-attivitajiet ta’ li jagħmel
spettakolu ta’ divertiment jew ta’ l-atleta jkunu eżerċitati.
(3) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1),
rimunerazzjonijiet jew profitti, u salarji, pagi jew income ieħor simili li jinkiseb
minn min jagħmel spettakoli ta’ divertiment jew atleti mill-attivitajiet personali
tagħhom bħala hekk fi Stat Kontraenti għandhom jiġu ntaxxati biss fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jekk iż-żjara tagħhom fl-ewwel Stat Kontraenti jkun sostnut
sostanzjalment mill-fondi pubbliċi ta’ dak l-Istat Kontraenti l-ieħor, minn waħda
mis-sotto-diviżjonijiet politiċi tiegħu jew mill-awtoritajiet lokali jew minn korpi
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ FRANZA ġ L.S.123.14 13
statutorji tiegħu.
(4) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2), meta income
dwar attivitaiiet personali bħal dawk ta’ min jagħmel spettakoli ta’ divertiment jew
atleti fi Stat Kontraenti jitħallas mhux lil min jagħmel spettakoli ta’ divertiment jew
lill-atleta nnifsu iżda lil persuna oħra, b’dak kollu li jinsab fl-Artikoli 7, 14 u 15, dak
l-income għandu jkun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti l-ieħor jekk din il-persuna
tkun sostnuta sostanzjalment mill-fondi pubbliċi ta’ dak l-Istat Kontraenti l-ieħor,
minn waħda mis-sotto-diviżjonijiet politiċi tiegħu jew mill-awtoritajiet lokali jew
minn korp statutorju tiegħu, jew jekk din il-persuna tkun organizzazzjoni li ma
tagħmilx qligħ ta’ l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 18
Pensjonijiet
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) ta’ l-Artikolu 19,
pensjonijiet u rimunerazzjoni oħra simili, u ħlasijiet fis-sena, imħallsa lil residenti
ta’ Stat Kontraenti bħala kumpens għal impieg ta’ qabel għandhom jiġu ntaxxati biss
f’dak l-Istat.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), pensjonijiet u ħlasijiet oħra
magħmula taħt il-leġislatura dwar is-sigurtà  soċjali ta’ Stat Kontraenti għandhom
jiġu ntaxxati biss f’dak l-Istat.
(3) Kif użati f’dan l-Artikolu -
(a) il-frażi "pensjonijiet u rimunerazzjoni oħra simili" tfisser ħlasijiet
perjodiċi li jsiru wara rtirar b’kumpens għal impieg ta’ qabel jew bħala
kumpens għal korrimenti li jiġġarrbu minn impieg ta’ qabel;
(b) il-frażi "ħlas fis-sena" tfisser somma determinata mħallsa
perjodikament fi żminijiet determinati matul il-ħajja, jew matul perijodu
ta’ żmien speċifikat jew li jista’ jiġi aċċertat, taħt l-obbligazzojni li jsiru
l-ħlasijiet bi tpattija għal kumpens xieraq u sħiħ fi flus jew f’dak li jiswa
flus.
ARTIKOLU 19
Servizz tal-Gvern
(1) (a) Rimunerazzjoni, barra minn pensjoni, imħallsa minn wieħed mill-Istati
Kontraenti jew minn sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu lil xi
individwu dwar servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew sotto-diviżjoni jew awtorità
lokali tiegħu tista’ tiġi ntaxxata biss f’dak l-Istat.
(b) Iżda, dik ir-rimunerazzjoni tkun tista’ tiġi ntaxxata biss fl-Istat Kontraenti l-
ieħor jekk is-servizzi jingħataw f’dak l-Istat u min jirċeviha jkun residenti ta’ dak l-
Istat Kontraenti l-ieħor li -
(i) ikun nazzjonali ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat sabiex biss jaqdi dawk is-servizzi.
(2) (a) Kull pensjoni mħallsa minn, jew mill-fondi maħluqa minn, wieħed mill-
Istati Kontraenti jew minn sotto-diviżjoni jew awtorità  lokali tiegħu lil xi individwu
dwar servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew sotto-diviżjoni jew awtorità  lokali tiegħu
tkun tista’ tiġi ntaxxata biss f’dak l-Istat.
(b) Iżda, dik il-pensjoni tista’ tiġi ntaxxata biss fl-Istat Kontraenti l-ieħor jekk
14 L.S.123.14 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ FRANZA
minn jirċeviha jkun nazzjonali ta’ u residenti f’dak l-Istat.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15, 16 u 18 għandhom japplikaw għal
rimunerazzjoni u pensjonijiet dwar servizzi mogħtija dwar kull negozju mmexxi
minn wieħed mill-Istati Kontraenti jew minn sotto-diviżjoni politika jew minn
awtorità  lokali tiegħu.
ARTIKOLU 20
Studenti
(1) Ħlasijiet li student jew apprendist f’impriża li kien jew li minnufih qabel ma
jżur Stat Kontraenti kien residenti ta’ Stat Kontraenti l-ieħor u li jkun fl-Istat
Kontraenti l-ewwel imsemmi biss għall-fini ta’ l-edukazzjoni jew tat-taħriġ tiegħu
jirċievi għall-fini ta’ manteniment, edukazzjoni jew taħriġ ma jkunx intaxxat f’dan l-
Istat, iżda jekk dawk il-ħlasijiet isiru lilu minn fondi barra dak l-Istat.
(2) Rimunerazzjoni li student jew apprendist f’impriża li kien jew li minnufih
qabel ma jżur Stat Kontraenti kien residenti ta’ Stat Kontraenti l-ieħor u li jkun ft-
Istat Kontraenti l-ewwel imsemmi biss għall-fini ta’ l-edukazzjoni jew tat-taħriġ
tiegħu jirċievi minn servizzi magħmula f’dak l-Istat ma jkunx intaxxat f’dak l-Istat
iżda jekk dawk is-servizzi jkollhom x’jaqsmu ma’ l-edukazzjoni jew it-taħriġ tiegħu
jew dik ir-rimunerazzjoni ta’ dawk is-servizzi jkunu meħtieġa sabiex isaħħu r-riżorsi
provduti lilu għall-fini tal-manteniment tiegħu.
ARTIKOLU 21
Għalliema u Riċerkaturi
(1) Għalliem jew riċerkatur li kien jew li minnufih qabel ma jżur Stat Kontraenti
kien residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, u li jkun fi-Istat Kontraenti l-ewwel
imsemmi sabiex igħallem jew sabiex jagħmel riċerki jkun eżentat minn taxxa f’dak
l-Istat għal perijodu ta’ mhux iżjed minn sentejn fuq rimunerazzjoni dwar dawk l-
attivitajiet.
(2) Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal income minn riċerki jekk dawk ir-
riċerki ma jkunux ġew użati fl-interess pubbliku iżda primarjament ġew użati għall-
benefiċċju privat ta’ persuna jew persuni speċifiċi.
ARTIKOLU 22
Income Ieħor
(1) Oġġetti ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jinqalgħu minn fejn
jinqalgħu, li ma humiex trattati fl-Artikoli ta’ qabel ta’ dan il-Ftehim ikunu jistgħu
jiġu ntaxxati biss f’dak l-Istat.
(2) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ma għandhomx japplikaw jekk min
jirċievi l-income, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-Istat
Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew jaqdi
f’dak l-Istat l-ieħor servizzi professjonali minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-
dritt jew il-proprjetà  li dwarha jitħallas l-income jkollu effettivament x’jaqsam ma’
dak l-istabbiliment permanenti jew mal-bażi stabbilit. F’dak il-każ għandhom
japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ FRANZA ġ L.S.123.14 15
KAPITOLU IV
Tassazzjoni ta’ Kapital
ARTIKOLU 23
Kapital
(1) Kapital rappreżentat bi proprjetà  immobbli, kif imfissra fil-paragrafu (2) ta’
l-Artikolu 6, jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti fejn dik il-proprjetà  tkun sitwata.
Kapital rappreżentat b’azzjonijiet jew drittijiet oħra f’kumpannija jew f’persuna
ġuridika li l-attiv tagħha jikkonsisti prinċipalment, direttament jew permezz ta’
kumpannija jew persuna ġuridika waħda oħra jew aktar, fi proprjetà  immobbli li tkun
tinsab fi Stat Kontraenti jew fi drittijiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ dik il-proprjetà
immobbli jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat.
(2) Kapital rappreżentat bi proprjetà  mobbli li tifforma parti mill-proprjetà  ta’
negozju ta’ stabbiliment permanenti ta’ mpriża, jew minn proprjetà  mobbli li
tappartjeni lil bażi stabbilit użat għall-qadi ta’ servizzi professjonali, jista’ jiġi
ntaxxat fl-Istat Kontraenti li fih l-istabbiliment permanenti jew il-bażi stabbilit ikun
sitwat.
(3) Vapuri u inġenji ta’ l-ajru li jitħaddmu fuq traffiku internazzjonali u
proprjetà  mobbli li tappartjeni lit-tħaddim ta’ dawk il-vapuri u inġenji ta’ l-ajru
għandhom jiġu ntaxxati biss fl-Istat Kontraenti li fih il-post effettiv tal-maniġġ ta’ l-
impriża jkun sitwat.
(4) L-elementi l-oħra kollha tal-kapital ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti
għandhom jiġu ntaxxati biss f’dak l-Istat.
KAPITOLU V
Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
ARTIKOLU 24
Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
(1) Fil-każ ta’ Franza, it-taxxa doppja għandha tiġi evitata kif ġej:
(a) Income li jinqala’ f’Malta, li jista’ jiġi ntaxxat jew għandu jkun
taxxabbli biss f’dak l-Istat skond id-dispozizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim,
għandu jitqies sabiex tkun tista’ tiġi kalkolata t-taxxa ta’ Franza meta l-
benefiċjarju ta’ dak l-income ikun residenti ta’ Franza u meta dak l-
income ma jkunx eżentat mit-taxxa dwar korporazzjoni skond il-liġi
domestika Franċiża. F’dak il-każ, it-taxxa ta’ Malta m’għandhiex
titnaqqas minn dak l-income, iżda l-benefiċjarju jkollu jedd għal kreditu
fuq it-taxxa skond it-taxxa ta’ Franza. Dak il-kreditu fuq it-taxxa ikun
daqs:
(i) fil-każ ta’ income li, skond id-disposizzjonijiet tal-Ftehim, ikun
taxxabbli biss f’Malta, għall-ammont ta’ taxxa ta’ Franza li
tinġabar fuq dak l-income;
(ii) fil-każ ta’ income li, skond id-disposizzjonijiet tal-Ftehim jista’
jiġi intaxxat f’Malta, għall-ammont ta’ taxxa mħallsa f’Malta
skond id-disposizzjonijiet tal-Ftehim; b’dan illi, dak il-kreditu fuq
it-taxxa m’għandux ikun jeċċedi l-ammont ta’ taxxa ta’ Franza li
għandha tinġabar fuq dak l-income.
16 L.S.123.14 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ FRANZA
(b) Residenti ta’ Franza li jkun proprjeta rju ta’ kapital li jista’ jiġi intaxxat
f’Malta skond id-disposizzjonijiet tal-Ftehim jista’ wkoll jiġi intaxxat fi
Franza dwar dak il-kapital. It-taxxa ta’ Franza għandha tiġi kalkolata
billi jingħata kreditu fuq it-taxxa li jkun daqsinsew l-ammont ta’ taxxa
mħallsa f’Malta fuq dak il-kapital. Iżda, dak il-kreditu fuq it-taxxa
m’għandux ikun jeċċedi l-ammont ta’ taxxa ta’ Franza li għandha
tinġabar fuq dak il-kapital.
(ċ) Jinftiehem li l-frażi "ammont ta’ taxxa ta’ Franza li għandha tinġabar
fuq dak l-income" kif użata fis-subparagrafu (a) tfisser:
(i) meta t-taxxa fuq dak l-income tiġi kalkolata billi tiġi applikata
rata proporzjonali, l-ammont ta’ income nett involut moltiplikat
bir-rata li tkun attwalment tapplika għal dak l-income;
(ii) meta t-taxxa fuq dak l-income tiġi kalkolata billi tiġi applikata
skala progressiva, l-ammont ta’ income nett involut moltiplikat
bir-rata li tirriżulta mill-proporzjon li joħroġ mit-taxxa li
attwalment titħallas fuq l-income nett sħiħ taxxabbli skond il-liġi
ta’ Franza u mill-ammont ta’ dak l-income nett sħiħ.
Din it-tifsira għandha b’analoġija tkun tapplika għall-frażi "ammont ta’
taxxa ta’ Franza li għandha tinġabar fuq dak il-kapital" kif użata fis-
subparagrafu (b).
(d) (i) Jinftiehmu li l-frażi "ammont ta’ taxxa mħallsa f’Malta" kif użata
fis-subparagrafi (a) u (b) tfisser l-ammont ta’ taxxa ta’ Malta li
b’mod effettiv u definittiv titħallas għar-rigward ta’ income jew
ta’ l-oġġetti li jiffurmaw il-kapital konċernat, skond id-
disposizzjonijiet tal-Ftehim, mill-benefiċjarju jew mill-
proprjetarju tiegħu li jkun resdenti ta’ Franza.
(ii) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subparagrafu (i), fil-każ ta’
income imsemmi fl-Artikoli 10, 11 u 12, li jinqala’ f’Malta u
mħallas lil benefiċjarju li jkun residenti ta’ Franza minn persuna
li għaliha jkun japplika l-Ftehim, it-taxxa ta’ Malta għandha
titqies li tkun tħallset kif ġej:
(aa) fuq dividendi, bir-rata ta’ 15 fil-mija kif provdut fil-
paragrafu (2)(b)(ii) ta’ l-Artikolu 10;
(bb) fuq imgħax, bir-rata ta’ 10 fil-mija kif provdut fil-paragrafu
(2) ta’ l-Artikolu 11; u
(ċċ) fuq royalties, barra minn dawk imsemmija fil-paragrafu (3)
ta’ l-Artikolu 12, bir-rata ta’ 10 fil-mija kif provdut fil-
paragrafu (2) ta’ l-imsemmi Artikolu.
Ħelsien mit-taxxa ta’ Franza bis-saħħa tas-subparagrafu (ii) għandu
jingħata għal perijodu ta’ għaxar snin biss, li jibda għaddej mid-data
meta l-Protokol tat-8 ta’ Lulju 1994 kien beda jseħħ. Dan il-perijodu
jista’, madankollu, jiġġedded permezz ta’ ftehim bejn l-Istati
Kontraenti.
(2) Fil-każ ta’ Malta, it-taxxa doppja għandha titħallas kif ġej:
Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Malta dwar l-għoti ta’ kreditu
kontra taxxa ta’ Malta dwar taxxa barranija, meta, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan
il-Ftehim, ikun hemm inkluż f’likwidazzjoni ta’ Malta income minn fondi fi Franza,
jew elementi ta’ kapital sitwat fi Franza, it-taxxa ta’ Franza fuq dak l-income jew fuq
elementi ta’ kapital, skond il-każ, għandha tingħata bħala kreditu kontra t-taxxa ta’
Malta li għandha titħallas fuqhom.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ FRANZA ġ L.S.123.14 17
(3) Meta l-Ftehim jipprovdi li income li jinqala’ fi Stat Kontraenti għandu jkun
ħieles minn taxxa f’dak l-Istat, sew f’kollu jew f’parti, u taħt il-liġi li tkun fis-seħħ
fl-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-income jkun suġġett għal taxxa b’referenza għall-
ammont tiegħu li jintbagħat lil jew jiġi riċevut f’dak l-Istat l-ieħor u mhux
b’referenza għall-ammont sħiħ fuqu, allura l-ħelsien li jitħalla fl-Istat l-ewwel
imsemmi għandu japplika biss għal dak l-ammont ta’ income li jintbagħat lil jew li
jiġi riċevut fl-Istat l-ieħor.
KAPITOLU VI
Disposizzjonijiet Speċjali
ARTIKOLU 25
Ebda Diskriminazzjoni
(1) Iċ-ċittadini ta’ Stat Kontraenti, ikunu residenti ta’ Stat Kontraenti jew le, ma
jkunux suġġetti fl-Istat Kontraenti għal xi tassazzjoni jew ħtieġa li għandhom
x’jaqsmu magħha li tkun ta’ piż ieħor jew aktar mit-tassazzjoni u ħtiġiet li
għandhom x’jaqsmu magħha li għalih iċ-ċittadini ta’ dak l-Istat l-ieħor fl-istess
ċirkostanzi huma jew jistgħu jkunu suġġetti. Jinftiehem li individwu, persuna
ġuridika, soċjetà  jew assoċjazzjoni li jkunu residenti ta’ Stat Kontraenti ma jitqiesx
bħala li qiegħed fl-istess ċirkostanzi bħalma jkun qiegħed individwu, persuna
ġuridika, soċjetà  jew assoċjazzjoni li ma jkunux residenti ta’ dak l-Istat, ukoll jekk,
fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, soċjetà  jew assoċjazzjonijiet, dawk l-entijiet jitqiesu,
skond is-subparagrafu (f) tal-paragrafu (1) ta’ l-Artikolu 3, bħala nazzjonali ta’ l-
Istat Kontraenti li tiegħu huma jkunu residenti.
(2) It-tassazzjoni ta’ stabbiliment permanenti li mpriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor ma għandhiex tinġabar bi żvantaġġ f’dak l-Istat l-
ieħor għat-tassazzjoni miġbura minn impriżi f’dak l-Istat l-ieħor li jmexxu l-istess
attivitajiet.
Din id-disposizzjoni ma għandhiex tiftiehem li tobbliga wieħed mill-Istati li
jagħti lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor xi tnaqqis, ħelsien u riduzzjonijiet
personali għall-finijiet ta’ tassazzjoni minħabba l-istat ċivili jew ir-
responsabbiltajiet tal-familja li jagħti lil residenti tiegħu stess.
(3) Ħlief meta japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 9, tal-paragrafu (7)
ta’ l-Artikolu 11, jew tal-paragrafu (7) ta’ l-Artikolu 12, imgħax, royalties u nfieq
ieħor imħallsa minn impriża ta’ Stat Kontraenti lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor għandhom, sabiex jiġu stabbiliti l-profitti taxxabbli ta’ dik l-impriża, ikunu
jistgħu jitnaqqsu taħt l-istess kundizzjonijiet bħallikieku kienu tħallsu lil residenti
ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi.
Bl-istess mod, kull dejn ta’ mpriża ta’ Stat Kontraenti lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandu, sabiex jiġi stabbilit il-kapital taxxabbli ta’ dik l-impriża,
ikun jitnaqqas bħallikieku kien ingħata lil residenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi.
(4) Impriżi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom ikun proprjetà  ta’ jew
ikkontrollat minn, għal kollox jew f’parti, direttament jew indirettament, minn
residenti wieħed jew aktar ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, ma jkunux suġġetti fl-Istat
Kontraenti l-ewwel imsemmi għal xi tassazzjoni jew ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu
magħha li tkun ta’ piż ieħor jew aktar mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom
x’jaqsmu magħha li għalihom impriżi bħal dawk fl-Istat l-ewwel imsemmi huma jew
jistgħu jkunu suġġetti.
(5) F’dan l-Artikolu, il-frażi "tassazzjoni" tfisser taxxi ta’ kull xorta u
18 L.S.123.14 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ FRANZA
deskrizzjoni.
ARTIKOLU 26
Proċedura għal Ftehim Reċiproku
(1) Meta residenti ta’ Stat Kontraenti jidhirlu li l-azzjonijiet ta’ wieħed mill-
Istati Kontraenti jew tat-tnejn iwasslu jew jistgħu jwasslu li jiġi ntaxxat mhux skond
dan il-Ftehim, hu jista’, minkejja r-rimedji provduti bil-liġijiet nazzjonali ta’ dawk l-
Istati, jippreżenta l-każ tiegħu lill-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu
jkun residenti, jew, f’kull każ imsemmi fil-paragrafu (1) ta’ l-Artikolu 25, għal dak
l-Istat Kontraenti li tiegħu jkun nazzjonali. Dan il-każ għandu jiġi ppreżentat fi
żmien tliet snin mill-ewwel avviż ta’ l-azzjoni li toħloq it-tassazzjoni mhux skond
dan il-Ftehim.
(2) L-awtorità  kompetenti għandha tara, jekk l-oġġezzjoni tidher li tkun
ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal għal soluzzjoni xierqa, li
tiddeċiedi l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti
l-ieħor, bil-ħsieb li tiġi evitata tassazzjoni li ma tkunx skond dan il-Ftehim. Kull
ftehim milħuq għandu jiġi implimentat minkejja kull termini fil-liġijiet nazzjonali
ta’ l-Istati Kontraenti.
(3) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jaraw li
jiddeċiedu bi ftehim reċiproku kull diffikultajiet jew dubji li jinqalgħu dwar l-
interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Ftehim.
Partikolarment, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistgħu
jikkonsultaw flimkien sabiex jaraw li jiddeċiedu fuq -
(a) l-istess attribuzzjoni fiż-żewġ Stati Kontraenti tal-profitti dovuti lil
stabbiliment permanenti sitwat fi Stat Kontraenti ta’ mpriża fl-Istat
Kontraenti l-ieħor; 
(b) l-istess tqassim ta’ income bejn residenti ta’ Stat Kontraenti u kull
persuna assoċjata msemmija fl-Artikolu 9.
Huma jistgħu jikkonsultaw lil xulxin fuq it-tneħħija ta’ taxxa doppja għal
każijiet li mhux provdut għalihom f’dan il-Ftehim.
(4) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistgħu jikkomunikaw
flimkien direttament sabiex jilħqu ftehim fis-sens tal-paragrafi ta’ qabel dan. Meta
jkun aħjar li sabiex jintlaħaq ftehim ikun hemm bdil ta’ opinjonijiet orali, dan il-bdil
jista’ jsir permezz ta’ Kummissjoni li tkun magħmula minn rappreżentanti ta’ l-
awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti.
(5) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistgħu bi ftehim flimkien
jiddeċiedu dwar ix-xorta ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim u, speċjalment, il-ħtiġiet
li għalihom ir-residenti ta’ Stat Kontraenti jkunu suġġetti sabiex jiksbu l-ħelsien ta’
taxxi jew eżenzjonijiet provduti għalihom f’dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 27
Tibdil ta’ Informazzjoni
(1) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jibdlu dik l-
informazzjoni li tkun meħtieġa sabiex iseħħ dan il-Ftehim jew il-liġijiet domestiċi
ta’ l-Istati Kontraenti dwar it-taxxi milquta b’dan il-Ftehim safejn it-taxxa taħt dawk
il-liġijiet ma tkunx kuntrarja għal dan il-Ftehim. Kull informazzjoni riċevuta minn
Stat Kontraenti għandha titqies li hi sigrieta bl-istess mod bħal informazzjoni
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ FRANZA ġ L.S.123.14 19
miksuba taħt il-liġijiet domestiċi ta’ dak l-Istat u għandha tingħata biss lil persuni
jew awtoritajiet (inklużi qrati jew korpi amministrattivi) li għandhom x’jaqsmu mal-
likwidazzjoni jew ġbir ta’, l-eżekuzzjoni jew prosekuzzjoni dwar, jew id-deċiżjoni
ta’ appelli dwar, it-taxxi li huma s-suġġett ta’ dan il-Ftehim. Dawn il-persuni jew
awtoritajiet għandhom jużaw biss l-informazzjoni għal dawn il-finijiet. Dawn il-
persuni jew awtoritajiet jistgħu jikxfu l-informazzjoni fi proċedimenti tal-qorti
pubbliċi jew f’deċiżjonijiet ġudizzjarji.
(2) F’ebda każ ma għandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) jiftiehmu
bħala li jimponu fuq xi wieħed mill-Istati Kontraenti l-obbligu -
(a) li jieħu miżuri amministrattivi li ma jkunux skond il-ħtiġiet jew il-
prattika amministrattiva ta’ dak l-Istat Kontraenti jew ta’ l-Istat l-ieħor;
(b) li jagħti dawk il-partikolaritajiet li ma jkunux jistgħu jinkisbu skond il-
liġijiet jew fil-kors normali ta’ l-amministrazzjoni ta’ dak l-Istat
Kontraenti jew ta’ l-Istat l-ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet tal-kummerċ, negozju,
industrija, kummerċjali jew professjonali jew xi proċess tal-kummerċ,
jew informazzjoni, li l-kxif tagħha jkun kontra l-interess pubbliku
(ordre public).
ARTIKOLU 28
Uffiċjali Diplomatiċi u Konsulari
(1) Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġġi fiskali ta’
uffiċjali diplomatiċi u d-domestiċi personali tagħhom, ta’ membri ta’ uffiċjali
konsulari, jew ta’ membri ta’ uffiċjali permanenti lil organizzazzjonijiet
internazzjonali taħt ir-regoli ġenerali ta’ liġi internazzjonali jew taħt id-
disposizzjonijiet ta’ ftehim speċjali.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4, individwu li jkun uffiċjal
diplomatiku jew konsulari jew permanenti fi Stat Kontraenti li jkun sitwat fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jew f’xi Stat ieħor jitqies għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim li jkun
residenti ta’ l-Istat li qed jibgħat jekk -
(a) skond il-liġi internazzjonali, ma jkunx taxxabbli fl-Istat li qed jirċievi
fuq income minn għejjun barra dak l-Istat; u
(b) ikollu l-obbligu fl-Istat li qed jibgħat għall-istess obbligazzjonijiet dwar
taxxa fuq l-income totali mid-dinja kollha kif ikunu obbligati residenti
ta’ dak l-Istat li qed jibgħat.
(3) Dan il-Ftehim ma għandux japplika għal organizzazzjonijiet internazzjonali,
għal korpijiet u uffiċjali tagħhom u għal persuni li jkunu membri ta’ uffiċċju
diplomatiku jew konsulari jew permanenti f’xi Stat ieħor li jkunu preżenti fi Stat
Kontraenti u mhux ittrattati f’xi wieħed mill-Istati Kontraenti bħala residenti dwar
taxxi fuq income u fuq kapital.
ARTIKOLU 29
Estensjoni ta’ Territorju
(1) Dan il-Ftehim jista’ jiġi estiż, kollu kemm hu jew b’xi tibdil meħtieġ, għat-
territorji tar-Repubblika ta’ Franza li jimponu taxxi sostanzjalment li jixbħu x-xorta
ta’ dawk li għalihom japplika dan il-Ftehim. Kull estensjoni bħal din għandha tibda
sseħħ minn dik id-data u tkun suġġetta għal dak it-tibdil u kundizzjonijiet, inkużi
kundizzjonijiet dwar terminazzjoni, kif jista’ jiġi speċifikat u miftiehem bejn l-Istati
20 L.S.123.14 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ FRANZA
Kontraenti f’noti li għandhom jinbidlu permezz ta’ mezzi diplomatiċi, jew b’xi mod
ieħor skond il-proċeduri kostituzzjonali tagħhom.
(2) Kemm-il darba ma jkunx hemm qbil kuntrarju bejn iż-żewġ Stati Kontraenti,
it-terminazzjoni tal-Ftehim minn xi wieħed minnhom, taħt t-Artikolu 31, twaqqaf
ukoll, bil-mod kif provdut għalih f’dak l-Artikolu, l-applikazzjoni tal-Ftehim għal xi
territorju li għalih ikun ġie estiż taħt dan l-Artikolu.
KAPITOLU VII
Disposizzjonijiet Finali
ARTIKOLU 30
Bidu fis-Seħħ
(1) Kull Stat Kontraenti għandu javża lill-ieħor meta jingħalqu l-proċeduri
meħtieġa bil-liġi tagħhom sabiex jinġieb fis-seħħ dan il-Ftehim. Dan il-Ftehim
għandu jibda jseħħ fl-ewwel ġurnata tat-tieni xahar li jiġi wara x-xahar li fih
jingħataw l-aħħar notifikazzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.
(2) Id-disposizzjonijiet tiegħu għandhom japplikaw għall-ewwel darba:
(a) dwar taxxi miżmuma minn ras il-għajn, għal ammonti mħallsa fil-
ġurnata tal-bidu fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim jew wara;
(b) dwar taxxi oħra fuq income, għal income li jkun inkiseb matul is-sena
kalendarja li fiha l-Ftehim beda jseħħ, jew dwar l-perijodu ta’ kontijiet
li jispiċċa f’din is-sena.
ARTIKOLU 31
Terminazzjoni
(1) Dan il-Ftehim għandu jkollu effett indefinittivament. Iżda, wara l-1981, kull
wieħed mill-Istati Kontraenti jista’ jittermina l-Ftehim billi jagħti almenu avviż bil-
miktub ta’ sitt xhur permezz ta’ mezzi diplomatiċi.
(2) F’kaz bħal dan, id-disposizzjonijiet tiegħu għandhom japplikaw għall-aħħar
darba:
(a) dwar taxxi miżmuma minn ras il-għajn, is-somom imħallsa qabel jew
fil-31 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja li matulha tiġi notifikata t-
terminazzjoni;
(b) dwar taxxi oħra fuq income, għal income li jinkiseb matul is-sena
kalendarja li fiha tiġi notifikata t-terminazzjoni jew dwar il-perijodu tal-
kontijiet li jispiċċa f’dik is-sena.
B’XHIEDA TA’ DAN l-hawn taħt iffirmati, awtorizzati kif imiss, iffirmaw dan il-
Ftehim.
MAGĦMUL fil-Belt Valletta, illum 25 ta’ Lulju 1977, in duplikat, fl-ilsien
Franċiż u fl-ilsien Ingliż, iż-żewġ testi awtentiċi ndaqs.
Għall-Gvern tar-Repubblika Franċiża
SERGE GELADE
Għall-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta
JOSEPH ABELA
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ FRANZA ġ L.S.123.14 21
PROTOKOL
Fiż-żmien ta’ l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta u l-
Gvern tar-Repubblika ta’ Franza dwar il-Ħelsien minn Taxxa Doppja u biex tiġi
Evitata Evazjoni Fiskali dwar Taxxi fuq Income, is-sottoskritti ftiehmu fuq id-
disposizzjonijiet li ġejjin.
I. Dwar l-Artikolu 5, impriża ta’ assigurazzjoni ta’ Stat Kontraenti titqies li
jkollha stabbiliment permanenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor jekk tiġbor premiums u
tassigura riskji hemmhekk.
II. Dwar il-paragrafi (1) u (2) ta’ l-Artikolu 7, meta mpriża fi Stat Kontraenti
tbiegħ oġġetti jew merkanzija jew tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz
ta’ stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, il-qligħ ta’ dan l-istabbiliment
permanenti ma jitqiesux fuq il-bażi ta’ l-ammont totali riċevut mill-impriża, iżda
jitqiesu biss fuq il-bażi tar-rimunerazzjoni li tinġabar mill-attività  proprja ta’ l-
istabbiliment permanenti għal dak l-bejgħ jew negozju. Fil-każ ta’ kuntratti għal
survey, provvista, installazzjoni jew bini ta’ makkinarju jew postijiet industrijali,
kummerċjali jew xjentifiċi, jew ta’ xogħlijiet pubbliċi, meta l-impriża jkollha
stabbiliment permanenti l-qligħ ta’ dak l-istabbiliment permanenti ma jitqiesx fuq il-
bażi ta’ l-ammont totali tal-kuntratt, iżda jitqies biss fuq il-bażi ta’ dik il-parti tal-
kuntratt li effettivament titmexxa mill-istabbiliment permanenti fl-Istat Kontraenti
fejn l-istabbiliment permanenti jkun sitwat. Il-qligħ dwar dik il-parti tal-kuntratt li
titmexxa mill-uffiċċju ċentrali ta’ l-impriża jiġu ntaxxati biss fl-Istat Kontraenti li
fih l-impriża tkun residenti.
III. Dwar il-paragrafu (1) ta’ l-Artikolu 7, ħlasijiet ta’ kull xorta riċevuti bħala
konsiderazzjoni għall-użu ta’, jew għad-dritt li jintuża, makkinarju industrijali,
kummerċjali jew xjentifiku jitqiesu li huma qligħ ta’ mpriża li għaliha japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7. Bl-istess mod, ħlasijiet riċevuti bħala
konsiderazzjoni għat-tagħlim jew surveys ta’ natura xjentifika, ġeoloġika jew
teknika, jew bħala servizzi konsultattivi jew tas-sorveljanza jitqiesu li jkunu ħlasijiet
li għalihom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7.
IV. Dwar l-Artikolu 8:
(a) meta qligħ miksub mit-tmexxija ta’ bastiment fi traffiku internazzjonali
minn impriża li l-post tal-maniġġ effettiv ikun sitwat f’Malta jkun
eżentat minn taxxa taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 86 ta’ l-Att
dwar il-Bastimenti Merkantili, jew taħt xi dispossizzjonijiet identiċi jew
jixbħuhom, dak il-qligħ jista’ jiġi ntaxxat fi Franza jekk ma jiġix pruvat
għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità  kompetenti fi Franza li mhux iktar minn
25 fil-mija tal-kapital tal-kumpannija li tagħha jkun il-bastiment relattiv
ikun kontrollat, direttament jew indirettament, minn persuni mhux
residenti ta’ Malta;
(b) meta persuna li tkun residenti ta’ Franza tipparteċipa direttament jew
indirettament fil-maniġġ, kontroll jew fil-kapital ta’ xi mpriża bħal din,
din il-persuna għandha tkun taxxabbli fi Franza dwar dik il-parti tal-
qligħ, miksuba minn dik l-impriża u eżentat minn taxxa f’Malta kif
intqal qabel, li jkun xieraq għall-parteċipazzjoni ta’ dik il-persuna fl-
impriża.
V.  Dwar l-Artikolu 10, jinftiehem li l-frażi "dividendi" tinkludi wkoll income li
hu stmat bħala tqassim skond il-liġijiet tat-taxxa ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu l-
kumpannija li tagħmel it-tqassim tkun residenti.
VI. Dwar l-Artikoli 11 u 12, meta xi imgħax jew royalties miksuba minn Malta
jiġu riċevuti minn residenti ta’ Franza, it-taxxa f’Malta tkun dovuta fuq l-ammont ta’
22 L.S.123.14 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ FRANZA
l-imgħax jew tar-royalties imnaqqsa bl-ispejjeż xierqa li jkun hemm attribwibbli
fuqhom. Jekk it-taxxa hekk dovuta tkun iżjed minn 10 fil-mija ta l-ammont gross ta’
l-imgħax jew tar-royalties (qabel it-tnaqqis ta’ l-ispejjeż imsemmija qabel), it-taxxa
titnaqqas sabiex ma tkunx iżjed minn 10 fil-mija ta’ l-imgħax jew tar-royalties gross.
VII. Dwar l-Artikolu 25:
(a) Ebda ħaġa fil-paragrafu (1) m’għandha titqies li timpedixxi lil Franza
milli tagħti biss lil persuni li jkollhom nazzjonalità  Franċiża l-
benefiċċju ta l-eżenzjoni tal-qligħ mit-tneħħija ta’ proprjetà  immobiljari
jew partijiet ta’ proprjetà  immobiljari li tikkostitwixxi jew
jikkostitwixxu r-residenza fi Franza ta’ persuni Franċiżi li ma humiex
residenti ta’ Franza, kif provdut fl-Artikolu 6 - 11 tal-liġi nru 76.660
tad-19 ta’ Lulju, 1976; u
(b) Ebda ħaġa fil-paragrafu (3) m’għandha titqies li timpedixxi lil Franza
milli tapplika d-disposizzoni ta’ l-Artikolu 212 tal-"Code general des
Impots" għal dak li għandu x’jaqsam ma’ imgħax imħallas minn
kumpannija Franċiża lil kumpannija oħra barranija.
VIII. (a) Id-disposizzjonijiet tal-Ftehim u ta’ dan il-Protokol - minbarra d-
disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu - m’għandhomx ikunu japplikaw għal persuni li
jkollhom jedd għal xi benefiċċju ta’ taxxa speċjali skond:
(i) xi liġi ta’ xi wieħed mill-Istati Kontraenti li tkun ġiet identifikata fi
skambju ta’ ittri bejn l-Istati Kontraenti; jew
(ii) xi liġi li tkun fis-sustanza tagħha simili li tkun saret f’xi żmien wara.
(b) Mingħajr preġudizzju għad-dispozizzjonijiet tas-subparagrafu (a), id-
disposizzjonijiet tal-Ftehim u ta’ dan il-Protokol - minbarra d-disposizzjonijiet ta’
dan il-paragrafu - m’għandhomx ikunu japplikaw għal:
(i) dividendi mħallsa minn persuni msemmija fis-subparagrafu (a); u
(ii) titoli oħra ta’ income miksuba minn persuni msemmija fis-subparagrafu
(a) minn impriżi assoċjati kif imfissra fis-subparagrafi (a) jew (b) ta’ l-
Artikolu 9; u
(iii) azzjonijiet jew drittijiet f’persuni msemmija fis-subparagrafu (a).
B’XIEHDA TA’ DAN, l-hawn taħt iffirmati ffirmaw dan il-Protokol ti għandu
jkollu l-istess forza u li għandu jkun validu bħallikieku ddaħħal kelma b’kelma fil-
Ftehim.
MAGĦMUL fil-Belt Valletta, illum 25 ta’ Lulju l977, in duplikat, fl-ilsien Franċiż
u fl-ilsien Ingliż, iż-żewġ testi awtentiċi ndaqs.
Għall-Gvern tar-Repubblika Franċiża
SERGE GELADE
Għall-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta
JOSEPH ABELA
