EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AWSTRALJA ġ L.S.123.15 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.15
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MA’ L-AWSTRALJA
5 ta’ Novembru, 1985
L-AVVIŻ LEGALI 41 ta’ l-1985.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income ma’ l-Awstralja.
Arranġamenti 
jkollhom effett.
2. Huwa b’dan dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim speċifikat fl-
Iskeda li tinsab ma’ dan l-Ordni ġew magħmula mal-
Gvern ta’ l-Awstralja sabiex jingħata ħelsien minn
taxxa doppja dwar it-taxxi li ġejjin imposti bil-liġijiet
ta’ l-Awstralja:
it-taxxa fuq l-income, inkluża t-taxxa
addizzjonali fuq dak l-ammont mhux imqassam
ta’ l-income li jista’ jitqassam ta’ kumpannija
privata;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arranġamenti jkollhom
effett.
2 L.S.123.15 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AWSTRALJA
SKEDA
FTEHIM BEJN
MALTA U L-AWSTRALJA
GĦALL-ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
U
BIEX TIĠI EVITATA EVAŻJONI FISKALI DWAR
TAXXI FUQ INCOME
Malta u l-Awstralja billi jixtiequ jagħmlu ftehim għall-ħelsien minn taxxa doppja
u biex tiġi evitata evażjoni fiskali dwar taxxi fuq income, ftehmu kif ġej:
KAPITOLU I
Għan tal-Ftehim
ARTIKOLU 1
Għan Personali
Dan il-Ftehim japplika għall-persuni li huma residenti ta’ wieħed mill-Istati
Kontraenti jew tat-tnejn.
ARTIKOLU 2
Taxxi Koperti
(1) It-taxxi eżistenti li għalihom japplika dan il-Ftehim huma:
(a) fl-Awstralja:
it-taxxa fuq l-income Awstraljana, inkluża t-taxxa addizzjonali fuq dak
l-ammont mhux imqassam ta’ l-income li jista’ jitqassam ta’
kumpannija privata;
(b) f’Malta:
it-taxxa fuq l-income inkluża ħlasijiet bil-quddiem ta’ taxxa sew jekk bi
tnaqqis minn ras il-għajn jew xort’oħra.
(2) Dan il-ftehim għandu japplika wkoll għal kull taxxi bħalhom jew li
sostanzjalment jixbħuhom li jiġu mposti minn Stat Kontraenti wara d-data li fiha dan
il-Ftehim jiġi ffirmat b’żieda ma’ jew minflok, it-taxxi eżistenti. Kemm jista’ jkun
malajr wara t-tmiem ta’ kull sena kalendarja, l-awtorità  kompetenti ta’ kull Stat
Kontraenti għandha tavża lill-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor
b’kull tibdil sinjifikanti li jkunu saru fil-liġijiet ta’ l-Istat tagħha dwar it-taxxi li
japplika għalihom dan il-Ftehim.
KAPITOLU II
Tifsiriet
ARTIKOLU 3
Tifsiriet ġenerali
(1) F’dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra:
(a) il-frażi "Awstralja" tfisser il-Commonwealth ta’ l-Awstralja u, meta wżata
f’sens ġeografiku, tinkludi:
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AWSTRALJA ġ L.S.123.15 3
(i) it-Territorju tal-Gżira ta’ Norfolk;
(ii) it-Territorju tul-Gżira ta’ Christmas;
(iii) it-Territorju tal-Gżejjer Cocos (Keeling);
(iv) it-Territorju tal-Gżejjer Ashmore u Cartier;
(v) it-Territorju tal-Gżejjer Coral Sea; u
(vi) kull area adjaċenti għal-limiti territorjali ta’ l-Awstralja jew tat-
Territorji msemmija li fir-rigward tagħhom hemm bħalissa fis-seħħ,
konsistentement mal-liġi internazzjonali, liġi ta’ l-Awstralja jew ta’ Stat
jew parti mill-Awstralja jew ta’ xi Territorju msemmi qabel dwar l-
esplojtazzjoni ta’ kull riżorsi naturali ta’ qiegħ il-baħar u tas-sottoswol
tal-blata kontinentali;
(b) il-frażi "Malta" tfisser ir-Repubblika ta’ Malta u, meta wżata f’sens
ġeografiku, tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-Gżira ta’ Għawdex u l-Gżejjer l-oħra ta’ l-
Arċipelagu Malti, flimkien ma’ l-ibħra territorjali tagħhom, u kull area barra mill-
baħar territorjali ta’ Malta li, skond il-liġi internazzjonali, hi hekk imsemmija jew
iktar ’il quddiem tista’ tissejjaħ, taħt il-liġi ta’ Malta dwar il-blata kontinentali,
bħala area li fiha d-drittijiet ta’ Malta dwar qiegħ il-baħar u s-sottoswol u r-riżorsi
naturali tagħhom jistgħu jiġu eżerċitati;
(ċ) il-frażijiet "Stat Kontraenti", "wieħed mill-Istati Kontraenti" u "l-Istat
Kontraenti l-ieħor" ifissru l-Awstralja jew Malta, skond ma teħtieġ ir-rabta tal-
kliem;
(d) il-frażi "persuna" tinkludi individwu, kumpannija jew korp ieħor ta’ persuni;
(e) il-frażi "kumpannija" tfisser kull għaqda korporata jew kull entità  li titqies
bħala kumpannija jew għaqda korporata għall-finijet ta’ taxxa;
(f) il-frażijiet "impriża ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti" u "impriża ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor" ifissru mpriża li titmexxa minn residenti ta’ l-Awstralja jew
impriża li titmexxa minn residenti ta’ Malta, skond ma teħtieġ ir-rabta tal-kliem;
(g) il-frażi "traffiku internazzjonali" tfisser kull trasport b’bastiment jew
b’inġenji ta’ l-ajru barra minn meta l-bastiment jew l-inġenji ta’ l-ajru jkun
imħaddem biss bejn postijiet fl-Istat Kontraenti l-ieħor;
(h) il-frażi "taxxa" tfisser taxxa Awstraljana jew taxxa Maltija, skond ma
teħtieġ ir-rabta tal-kliem;
(i) il-frażi "taxxa Awstraljana" tfisser taxxa mposta mill-Awstralja, li tkun
taxxa li hija suġġetta għal dan il-ftehim bis-saħħa ta’ l-Artikolu 2;
(j) il-frażi "taxxa Maltija" tfisser taxxa mposta minn Malta, li tkun taxxa li hija
suġġetta għal dan il-Ftehim bis-saħħa ta’ l-Artikolu 2;
(k) il-frażi "awtorità  kompetenti" tfisser, fil-każ ta’ l-Awstralja, il-Kummissarju
tat-Tassazzjoni jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, u fil-każ ta’ Malta, il-
Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.
(2) F’dan il-Ftehim, il-frażijiet "taxxa Awstraljana" u "taxxa Maltija" ma
jinkludux xi penali jew imgħax imposti taħt il-liġi ta’ xi wieħed mill-Istati
Kontraenti dwar it-taxxi li għalihom japplika dan il-Ftehim bis-saħħa ta’ l-Artikolu
2.
(3) Fl-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim minn Stat Kontraenti, kull frażi li ma
hijiex mfissra f’dan il-Ftehim, kemm il-darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra, għandu jkollha l-istess tifsir kif mogħti lilha taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat
dwar it-taxxi li huma suġġetti għal dan il-Ftehim.
4 L.S.123.15 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AWSTRALJA
ARTIKOLU 4
Residenza
(1) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, persuna hija residenti ta’ wieħed mill-Istati
Kontraenti:
(a) fil-każ ta’ l-Awstralja, suġġett għad-dispozizzjonijiet tal-paragrafu (2),
jekk il-persuna hija residenti ta’ l-Awstralja għall-finijiet ta’ taxxa
Awstraljana; u
(b) fil-każ ta’ Malta, jekk il-persuna hija suġġetta għat-taxxa hemmhekk
minħabba d-domiċilju, residenza, post tal-maniġġ tagħha jew xi kriterju
ieħor ta’ xorta bħal din. Persuna ma tkunx residenti ta’ Malta jekk hija
suġġetta għat-taxxa f’Malta biss dwar income minn għejjun hemmhekk.
(2) Dwar income minn għejjun f’Malta, persuna li hija suġġetta għat-taxxa
Awstraljana fuq income li ġej minn għejjun fl-Awstralja ma tkunx meqjusa bħala
residenti ta’ l-Awstralja kemm il-darba l-income minn għejjun f’Malta ma jkunx
suġġett għat-taxxa Awstraljana jew, jekk dak l-income hu eżentat mit-taxxa
Awstraljana, hu hekk eżenti biss minħabba li hu suġġett għat-taxxa Maltija.
(3) Fejn minħabba d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu individwu
jkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-istatus tiegħu għandu jiġi
determinat skond ir-regoli li ġejjin:
(a) hu għandu jitqies li huwa residenti biss ta’ l-Istat Kontraenti li fih ikollu
dar permanenti għad-disposizzjoni tiegħu;
(b) jekk hu jkollu dar permanenti għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati
Kontraenti, jew jekk ma jkollux dar permanenti għad-disposizzjoni
tiegħu fl-ebda wieħed minnhom, huwa għandu jitqies li huwa residenti
biss ta’ l-Istat Kontraenti li miegħu r-relazzjonijiet personali u
ekonomiċi tiegħu jkunu l-aktar marbuta.
(4) Biex jiġi determinat għall-finijiet tal-paragrafu (3) l-Istat Kontraenti li
miegħu r-relazzjonijiet personali u ekonomiċi ta’ individwu jkunu l-aktar marbuta, l-
affarijiet li jistgħu jitqiesu għandhom jinkludu ċ-ċittadinanza ta’ l-individwu.
(5) Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, allura għandha titqies li hi
residenti biss ta’ l-Istat Kontraenti li fih ikun qiegħed il-post tal-maniġġ effettiv
tagħha.
ARTIKOLU 5
Stabbiliment Permanenti
(1) Għall-finijiet ta’ dan il-ftehim, il-frażi "stabbiliment permanenti", dwar
impriża, tfisser post fiss ta’ negozju li minnu jiġi mmexxi għal kollox jew f’parti x-
xogħol ta’ l-impriża.
(2) Il-frażi "stabbiliment permanenti" għandha tinkludi b’mod speċjali:
(a) post ta’ maniġġ;
(b) fergħa;
(ċ) uffiċċju;
(d) fabbrika;
(e) ħanut tax-xogħol;
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AWSTRALJA ġ L.S.123.15 5
(f) minjiera, bir taż-żejt jew tal-gass, barriera jew kull post ieħor ta’
estrazzjoni ta’ riżorsi naturali;
(g) proprjetà  agrikola, pastorali jew ta’ foresta;
(h) sit tal-bini jew proġett ta’ kostruzzjoni, stallazzjoni jew assemblea li
jeżisti għal aktar minn 183 ġurnata f’perijodu ta’ tnax-il xahar.
(3) Impriża ma għandhiex titqies li għandha stabbiliment permanenti minħabba
r-raġuni biss ta’:
(a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim ta’
oġġetti jew merkanzija li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża;
(b) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim;
(ċ) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ proċessar minn impriżi oħra;
(d) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ xiri ta’ oġġetti jew
merkanzija, jew ta’ ġbir ta’ tagħrif għall-impriża;
(e) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju biss għall-fini ta’ attivitajiet ta’ xorta
preparatorja jew awżiljarja għall-impriża, bħal reklamar jew tiftix
xjentifiku.
(4) Impriża għandha titqies li għandha stabbiliment permanenti f’wieħed mill-
Istati Kontraenti u li tmexxi n-negozju minn dak l-istabbiliment permanenti jekk:
(a) hija tagħmel attivitajiet ta’ superviżjoni f’dak l-Istat għal iżjed minn
183 ġurnata f’xi perijodu ta’ tnax-il xahar dwar sit tal-bini jew proġett
ta’ kostruzzjoni, stallazzjoni jew assemblea li jkun qiegħed isir f’dak l-
Istat;
(b) hemm jintuża f’dak l-Istat minn, għal jew taħt kuntratt ma’ l-impriża
tagħmir sostanzjali, imma mhux limitat għal, stallazzjoni, rig jew vapur
tat-tħaffir użat, jew għall-attività  konnessa ma’, l-esplorazzjoni jew l-
esplojtazzjoni ta’ riżorsi naturali; jew
(ċ) hija tagħmel attivitajiet ta’ superviżjoni f’dak l-Istat dwar l-użu tat-
tagħmir imsemmi fis-sub-paragrafu (b).
(5) Persuna li taġixxi f’wieħed mill-Istati Kontraenti f’isem impriża ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor - li ma tkunx aġent ta’ status indipendenti li għalih japplika l-
paragrafu (6) - għandha titqies li tkun stabbiliment permanenti ta’ dik l-impriża fl-
Istat l-ewwel imsemmi:
(a) dwar l-attivitajiet tagħha f’isem ħaddieħor, jekk ikollha, u abitwalment
teżerċita  f’dak l-Istat, awtorità  li tikkonkludi kuntratti f’isem l-impriża,
kemm il-darba l-attivitajiet tagħha ma jkunux limitati għal dawk
imsemmija fil-paragrafu (3) ikunu hekk li kieku mwettqa minn post fiss
ta’ negozju, ma jagħmlux dan il-post fiss ta’ negozju stahbiliment
permanenti taħt id-disposizzjonijiet ta’ dak il-paragrafu; jew
(b) jekk, meta hekk taġixxi, hi timmanifattura jew tipproċessa f’dak l-Istat
għall-impriża oġġetti jew merkanzija li huma ta’ l-impriża.
(6) Impriża ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti ma għandhiex titqies li jkollha
stabbiliment permanenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor għaliex biss tmexxi negozju f’dak
l-Istat l-ieħor permezz ta’ sensal, aġent ġenerali b’kummissjoni jew xi aġent ieħor bi
status indipendenti, fejn dik il-persuna qed taġixxi fil-kors ordinarju tan-negozju
tagħha bħala sensal jew aġent.
6 L.S.123.15 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AWSTRALJA
(7) Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti
tikkontrolla jew tkun kontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor, jew li tmexxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta’
stabbiliment permanenti sew xort’oħra), ma għandux fih innifsu jikkostitwixxi xi
waħda mill-kumpanniji stabbiliment permanenti ta’ l-oħra.
(8) Il-prinċipji li huma mniżżla fil-paragrafu ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu
għandhom jiġu applikati sabiex jiġi determinat għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim jekk
hemmx stabbiliment permanenti barra ż-żewġ Stati Kontraenti, u jekk impriża, li ma
hix impriża ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti, għandhiex stabbiliment permanenti
f’wieħed mill-Istati Kontraenti.
KAPITOLU III
Tassazzjoni ta’ Income
ARTIKOLU 6
lncome minn Real Property
(1) Income minn real property jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti li fih ir-real
property tkun qiegħda.
(2) F’dan l-Artikolu, il-frażi "real property":
(a) fil-każ ta’ l-Awstralja, għandha t-tifsir li għandha taħt il-liġijiet ta’ l-
Awstralja, u għandha tinkludi wkoll:
(i) kiri ta’ art u kull interess ieħor fi jew fuq art, kemm jekk miljorata
jew le; u
(ii) dritt li tirċievi ħlasijiet li jvarjaw jew ikunu fissi bħala kumpens
għall-ħdim ta’, jew id-dritt għall-ħdim jew esplorazzjoni għal,
depożiti minerali, bjar taż-żejt jew tal-gass, barrieri jew postijiet
oħra ta’ estrazzjoni jew esplojtazzjoni ta’ riżorsi naturali; u
(b) fil-każ ta’ Malta, tfisser proprjetà  immobiljari skond il-liġijiet ta’ Malta,
u għandha tinkludi wkoll:
(i) proprjetà  aċċessorja għal proprjetà  immobiljari;
(ii) drittijiet li għalihom japplikaw id-disposizzjonijiet tal-liġi
ġenerali dwar proprjetà  ta’ art;
(iii) użufrutt ta’ proprjetà  immobiljari; u
(iv) drittijiet għall-ħlasijiet li jvarjaw jew ikunu fissi dwar it-tħaddim
ta’ minjieri jew barrieri jew l-esplojtazzjoni ta’ jew esplorazzjoni
għal kull riżorsi naturali.
Bastimenti, dgħajjes u inġenji ta’ l-ajru ma għandhomx jitqiesu bħala real
property.
(3) Kiri ta’ art, kull interess ieħor fi jew fuq art u kull dritt imsemmi f’xi wieħed
mis-sub-paragrafi tal-paragrafu (2) għandu jitqies li qiegħed fejn l-art, id-depożiti
minerali, il-bjar taż-żejt jew tal-gass, il-barrieri jew ir-riżorsi naturali, skond il-każ,
ikunu qegħdin jew fejn l-esplorazzjoni ssir.
(4) Id-dispozizzjonijiet tal-paragrafu (1) għandhom japplikaw għal income li
jinkiseb mill-użu dirett, kiri, jew użu ta’ kull xort’oħra ta’ real property.
(5) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1), (3) u (4) għandhom japplikaw ukoll
għal income minn real property ta’ mpriża u għal income minn real property li tkun
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AWSTRALJA ġ L.S.123.15 7
użata għall-qadi ta’ servizzi professjonali.
ARTIKOLU 7
Profitti minn Negozju
(1) Il-profitti ta’ mpriża ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti għandhom jiġu
ntaxxati biss f’dak l-Istat kemm il-darba l-impriża ma tmexxix negozju fl-Istat
Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk.
Jekk l-impriża tmexxi negozju kif intqal qabel, il-profitti ta’ l-impriża jistgħu jiġu
ntaxxati fl-Istat l-ieħor iżda biss għal dik il-parti minnhom li jinqalgħu minn dak l-
istabbiliment permanenti.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (3), meta mpriża ta’ wieħed
mill-Istati Kontraenti tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’
stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk, għandhom jiġu attribwiti lil dak
l-istabbiliment permanenti f’kull Stat Kontraenti l-profitti li kien ikun mistenni
jagħmel kieku kien impriża distinta u separata li taħdem fl-istess attivtajiet jew
oħrajn bħalhom taħt l-istess kundizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem
indipendentement għal kollox mill-impriża li tagħha hija stabbiliment permanenti
jew ma’ mpriżi oħra li taħdem magħħom.
(3) Biex jiġu stabbiliti l-profitti ta stabbiliment permanenti, għandhom ikunu
permessi bħala tnaqqis spejjeż ta’ l-impriża li jkunu spejjeż li jsiru għall-iskopijiet
ta’ l-istabbiliment permanenti (inklużi spejjeż eżekuttivi u amministrattivi ġenerali li
jsiru) u li kienu jkunu mnaqqsa jekk l-istabbiliment permanenti kien entità
indipendenti li ħallset dawk l-ispejjeż, sew jekk isiru fl-Istat Kontraenti fejn l-
istabbiliment permanenti jkun qiegħed sew jekk band’oħra.
(4) Ma għandhom jiġu attribwiti ebda profitti lil stabbiliment permanenti
minħabba biss ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew merkanzija
għall-impriża.
(5) Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jolqot l-applikazzjoni ta’ xi liġi ta’ Stat
Kontraenti dwar kif għandha tiġi stabbilita t-taxxa li għandha tħallas persuna, inkluż
il-mod kif din tiġi stabbilita permezz ta’ eżerċizzju ta’ diskrezzjoni jew billi jsir
estimu mill-awtorità  kompetenti ta’ dak l-Istat f’każijiet fejn, mill-informazzjoni li
għandha l-awtorità  kompetenti ta’ dak l-Istat, mhux possibbli jew mhux prattikabbli
li jiġu aċċertati l-profitti li jinqalgħu mill-istabbiliment permanenti, kemm il-darba
illi dik il-liġi għandha tiġi applikata, sakemm l-informazzjoni li għandha l-awtorità
kompetenti tippermetti, konsistentement mal-prinċipji ta’ dan l-Artikolu.
(6) Għall-finijiet tal-paragrafi ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-profitti li
għandhom jiġu attribwiti lill-istabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-
istess mod minn sena għal sena kemm il-darba ma jkunx hemm raġuni tajba u
biżżejjed biex isir kuntrarju.
(7) Meta profitti jinkludu oġġetti ta’ income li qed jiġu trattati separatament
f’Artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, allura d-disposizzjonijiet ta’ dawk l-Artikoli ma
jkunux milquta bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
(8) Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jolqot it-tħaddim ta’ xi liġi ta’ Stat
Kontraenti dwar it-tassazzjoni ta’ profitti minn assikurazzjoni ma’ persuni mhux
residenti kemm il-darba illi jekk il-liġi relevanti fis-seħħ f’xi wieħed mill-Istati
Kontraenti fid-data ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim tiġi varjata (barra minn affarijiet
żgħar li ma jolqtux il-karattru ġenerali tagħha) l-Istati Kontraenti għandhom
jikkonsultaw ma’ xulxin bl-iskop li jintlaħaq ftehim dwar xi tibdil ta’ dan il-
paragrafu li jista’ jkun meħtieġ.
8 L.S.123.15 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AWSTRALJA
ARTIKOLU 8
Trasport bil-Baħar u bl-Ajru
(1) Profitti mit-tħaddim ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru miksuba minn
residenti ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti għandhom ikunu ntaxxati biss f’dak l-
Istat.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), profitti bħal dawn jistgħu jiġu
ntaxxati fl-Istat Kontraenti l-ieħor meta jkunu profitti mit-tħaddim ta’ bastimenti jew
inġenji ta’ l-ajru konfinati biss għal postijiet f’dak l-Istat l-ieħor.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) għandhom jgħoddu għas-sehem
tal-profitti mit-tħaddim ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru miksub minn residenti
ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti mill-parteċipazzjoni f’pool service,
b’organizzazzjoni ta’ tħaddim ta’ trasport joint, jew f’aġenzija internazzjonali ta’
tħaddim.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, profitti miksuba mill-ġarr minn bastimenti
jew inġenji ta’ l-ajru ta’ passiġġieri, bhejjem ħajjin, valiġġa, oġġetti jew merkanzija
mbarkata fi Stat Kontraenti biex tinħatt f’post ieħor f’dak l-Istat għandhom jitqiesu
bħala profitti mit-tħaddim ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru konfinati biss għal
postijiet f’dak l-Istat.
(5) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, profitti mit-tħaddim ta’
bastimenti fi traffiku internazzjonali miksuba minn kumpannija li tkun residenti ta’
Malta jistgħu jiġu ntaxxati fl-Awstralja kemm il-darba l-kumpannija ma tippruvax li
profitti bħal dawn ma jkunux meħlusa mit-taxxa ta’ Malta taħt id-disposizzjonijiet
ta’ l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili, jew taħt xi disposizzjoni li tixbaħa jew
bħalha. Is-sentenza ta’ qabel din, iżda, ma tapplikax jekk il-kumpannija tipprova li
mhux iżjed minn 25 fil-mija tal-kapital tagħha jkun proprjetà , direttament jew
indirettament, ta’ persuni li ma jkunux residenti ta’ Malta.
ARTIKOLU 9
lmpriżi Assoċjati
(1) Meta -
(a) impriża ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti tipparteċipa direttament jew
indirettament fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ mpriża ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor; jew
(b) l-istess persuni jipparteċipaw direttament jew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ mpriża ta’ wieħed mill-Istati
Kontraenti u ta’ mpriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor,
u f’kull każ jiġu magħmula kundizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-relazzjonijiet
kummerċjali jew finanzjarji ta’ bejniethom li ma jaqblux ma’ dawk li kienu jiġu
magħmula bejn impriżi indipendenti li jaħdmu indipendentement għal kollox bejn
xulxin, f’dak il-każ kull profitti li, kieku ma kienux dawk il-kundizzjonijiet, li kieku
kienu jakkumulaw għal waħda mill-impriżi, iżda minhabba dawk il-kundizzjonijiet
ma ġewx hekk akkumulati, jistgħu jiġu nklużi fil-profitti ta’ dik l-impriża u ntaxxati
skond hekk.
(2) Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jolqot l-applikazzjoni ta’ xi liġi ta’ Stat
Kontraenti dwar kif għandha tiġi stabbilita t-taxxa li għandha tħallas persuna, inkluż
il-mod kif din tiġi stabbilita permezz ta’ eżerċizzju ta’ dikrezzjoni jew billi jsir
estimu mill-awtorità  kompetenti ta’ dak l-Istat f’każijiet fejn, mill-informazzjoni li
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AWSTRALJA ġ L.S.123.15 9
għandha l-awtorità  kompetenti ta’ dak l-Istat, mhux possibbli jew mhux prattikabbli
li jiġi stabbilit l-income li jinqala’ minn impriża, kemm il-darba illi dik il-liġi
għandha tiġi applikata, sakemm l-informazzjoni li għandha l-awtorità  kompetenti
tippermetti, konsistentement mal-prinċipji ta’ dan l-Artikolu.
(3) Meta l-profitti li fuqhom impriża ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti tkun ġiet
intaxxata f’dak l-Istat ikunu ukoll inklużi, bis-saħħa tal-paragrafu (1) jew (2), fil-
profitti ta’ mpriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor u ntaxxati skond hekk, u l-profitti
hekk inklużi huma profitti li kienu jkunu jistgħu jakkumulaw lil dik l-impriża ta’ l-
Istat l-ieħor jekk il-kundizzjonijiet magħmula bejn l-impriżi kienu dawk li kienu jiġu
magħmula bejn impriżi indipendenti li jaħdmu indipendentement għal kollox bejn
xulxin, allura l-Istat l-ewwel imsemmi għandu jagħmel aġġustament xieraq għall-
ammomt tat-taxxa mposta fuq dawk il-profitti fl-Istat l-ewwel imsemmi. Fid-
deċiżjoni ta’ dak l-aġġustament għandhom jitqiesu sew id-disposizzjonijiet l-oħra ta’
dan il-Ftehim dwar ix-xorta ta’ l-income, u għal dan l-għan l-awtoritajiet kompetenti
ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin jekk hekk ikun meħtieġ.
ARTIKOLU 10
Dividendi
(1) Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ wieħed mill-Istati
Kontraenti għall-finijiet tat-taxxa tiegħu, li jkunu dividendi li għalihom residenti ta’
l-Istat Kontraenti l-ieħor jkun intitolat bħala benefiċjarju, jistgħu jiġu ntaxxati f’dak
l-Istat l-ieħor.
(2) Dividendi bħal dawn jistgħu jiġu ntaxxati fl-Istat Kontraenti li tiegħu l-
kumpannija li tkun qed tħallas id-dividendi tkun residenti għall-finijiet tat-taxxa
tiegħu, u skond il-liġi ta’ dak l-Istat, imma -
(a) fil-każ ta’ taxxa mposta mill-Awstralja:
dik it-taxxa ma għandhiex tkun iżjed minn 15 fil-mija ta’ l-ammont
gross tad-dividendi;
(b) fil-każ ta’ taxxa mposta minn Malta:
(i) taxxa bħal din fuq l-ammont gross tad-dividendi ma għandhiex
tkun iżjed minn dik imposta fuq il-profitti li minnhom jitħallsu d-
dividendi;
(ii) meta profitti bħal dawn jitħallsu minn profitti ta’ kumpannija li
huma suġġetti għat-taxxa b’rata mnaqqsa ta’ taxxa taħt
disposizzjonijiet speċjali maħsuba biex iħajru dak l-investiment
meħtieġ għall-iżvilupp ekonomiku ta’ Malta, ir-rata tat-taxxa ta’
Malta fuq id-dividendi ma għandhiex tkun iżjed minn dik ir-rata
mnaqqsa.
Id-dispozizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu ma jolqtux it-tassazzjoni ta’
kumpannija fuq il-profitti li fuqhom jitħallsu d-dividendi.
(3) Il-frażi "dividendi" f’dan l-Artikolu tfisser income minn azzjonijiet u income
ieħor li hu assimilat għal income minn azzjonijiet bil-liġi tat-tassazzjoni ta’ l-Istat
Kontraenti li tiegħu l-kumpannija li qed tagħmel id-distribuzzjoni hija residenti
għall-finijiet tat-taxxa tiegħu.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) ma għandhomx jappIikaw jekk il-
persuna li hija intitolata bħala benefiċjarju għad-dividendi, li tkun residenti ta’
wieħed mill-Istati Kontraenti, tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li tiegħu l-
kumpannija li qed tħallas id-dividendi hija residenti, permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li tkun taqdi f’dak l-Istat l-ieħor servizzi
10 L.S.123.15 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AWSTRALJA
personali indipendenti minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk u l-holding li dwaru d-
dividendi jkunu mħallsa jkollu x’jaqsam effettivament ma’ dak l-istabbiliment
permanenti jew ma’ dak il-bażi stabbilit. F’każ hekk, għandhom japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 14, skond il-każ.
(5) Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ wieħed mill-Istati
Kontraenti, li jkunu dividendi li għalihom persuna li ma tkunx residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor tkun intitolata bħala benefiċjarju, ikunu eżentati mit-taxxa f’dak l-
Istat l-ieħor ħlief safejn il-holding li dwaru jitħallsu d-dividendi jkollu effettivament
x’jaqsam ma’ stabbiliment permanenti jew bażi stabbilit sitwat f’dak l-Istat l-ieħor.
Imma dan il-paragrafu ma għandux japplika dwar dividendi mħallsa minn xi
kumpannija li tkun residenti ta’ l-Awstralja għall-finijiet tat-taxxa Awstraljana u li
tkun ukoll residenti ta’ Malta għall-finijiet tat-taxxa Maltija.
ARTIKOLU 11
Imgħax
(1) Imgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti, li jkun imgħax li għalih residenti ta’ l-
Istat Kontraenti l-ieħor ikun intitolat bħala benefiċjarju, jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-
Istat l-ieħor.
(2) Dak l-imgħax jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti fejn jinqala’, u skond il-
liġi ta’ dak l-Istat, iżda t-taxxa hekk imposta ma għandhiex tkun iżjed minn 15 fil-
mija ta’ l-ammont gross ta’ dak l-imgħax.
(3) II-frażi "imgħax" f’dan l-Artikolu tinkludi imgħax minn assikurazzjonijiet
tal-Gvern jew minn bonds jew debentures, sew jekk ipotekati sew jekk le u sew jekk
jagħti l-jedd għal sehem fil-profitti sew jekk le, u imgħax minn dejn ta’ kull
xort’oħra kif ukoll l-income l-ieħor kollu assimilat ta’ l-income minn self ta’ flus bil-
liġi tat-tassazzjoni ta’ l-Istat Kontraenti fejn jinqala’ l-income.
(4) Id-dispozizzjonijiet tal-paragrafu (2) ma għandhomx japplikaw jekk il-
persuna intitolata għall-imgħax bħala benefiċjarju, li tkun residenti ta’ wieħed mill-
Istati Kontraenti, tkun qed tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih jinqala’ l-
imgħax, permezz ta’ stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew tagħmel
servizzi personali indipendenti f’dak l-Istat l-ieħor minn bażi stabbilit sitwat
hemmhekk, u d-dejn li dwaru jitħallas l-imgħax ikollu effettivament x’jaqsam ma’
dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit. F’dan il-każ, id-disposizzjonijiet
ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu14, skond il-każ, għandhom japplikaw.
(5) L-imgħax għandu jitqies li jinqala’ fi Stat Kontraenti meta min iħallas ikun
dak l-Istat innifsu jew sottodiviżjoni politika jew awtorità  lokali ta’ dak l-Istat jew
persuna li tkun residenti ta’ dak l-Istat għall-finijiet tat-taxxa tiegħu. Meta, iżda, il-
persuna li tħallas l-imgħax, sew jekk tkun residenti ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti
sew jekk le, ikollha f’wieħed mill-Istati Kontraenti jew barra miż-żewġ Stati
Kontraenti stabbiliment permanenti jew bażi stabbilit li miegħu jkollu x’jaqsam id-
dejn li dwaru jkun tħallas l-imgħax, u dak l-imgħax ikun piż ta’ dak l-istabbiliment
permanenti jew bażi stabbilit, allura dak l-imgħax għandu jitqies li nqala fl-Istat
Kontraenti li fih ikun sitwat l-istabbiliment permanenti jew il-bażi stabbilit.
(6) Meta, minħabba relazzjonijiet speċjali bejn min iħallas u l-persuna li tkun
intitolata bħala benefiċjarju għall-imgħax, jew bejniethom it-tnejn u xi persuna oħra,
l-ammont ta’ l-imgħax imħallas, meta jitqies id-dejn li dwaru jkun tħallas, ikun iżjed
mill-ammont li kien ikun mistenni li jkun miftiehem bejn min iħallas u l-persuna
intitolata għalih fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-disposizzjoniiet ta’ dan l-
Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-aħħar imsemmi. F’dak il-każ, il-
parti żejda ta’ l-ammont ta’ l-imgħax imħallas tibqa’ taxxabbli skond il-liġi ta’ kull
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AWSTRALJA ġ L.S.123.15 11
wieħed mill-Istati Kontraenti, imma suġġetta għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-
Ftehim.
ARTIKOLU 12
Royalties
(1) Royalties li jinqalgħu f’wieħed mill-Istati Kontraenti, li jkunu royalties li
għalihom ikun intitolat bħala benefiċjarju residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor,
jistgħu jiġu ntaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Dawn ir-royalties jistgħu jiġu ntaxxati fl-Istat Kontraenti fejn jinqalgħu, u
skond il-liġi ta’ dak l-Istat, imma t-taxxa hekk imposta ma għandhiex tkun iżjed
minn 10 fil-mija ta’ l-ammont gross tar-royalties.
(3) ll-frażi "royalties" f’dan l-Artikolu tfisser ħlasijiet jew krediti, sew perjodiċi
sew jekk le, deskritti jew maħduma b’liema mod ikun, sakemm ikunu magħmula
bħala kumpens għal -
(a) l-użu, jew id-dritt ta’ l-użu ta’, kull copyright, invenzjoni, disinn jew
mudell, pjanta, proċess jew formula sigrieta, trade mark jew proprjetà
jew jedd ieħor bħalhom; u
(b) l-użu, jew id-dritt ta’ l-użu ta’ kull tagħmir industrijali, kummerċjali
jew xjentitiku;
(ċ) l-għoti ta’ tagħrif jew informazzjoni xjentifika, teknika, industrijali jew
kummerċjali;
(d) l-għoti ta’ kull għajnuna li hi anċillari u sussidjarja għal, u li tingħata
bħala mezz biex tagħmel possibbli l-applikazzjoni jew tgawdija ta’, kull
proprjetà  jew dritt bħal dawk imsemmija fis-sub-paragrafu (a), kull
tagħmir bħal dak imsemmi fis-sub-paragrafu (b) jew kull tagħrif jew
informazzjoni bħal dawk imsemmija fis-sub-paragrafu (ċ);
(e) l-użu, jew id-dritt ta’ l-użu ta’ -
(i) films ċinematografiċi;
(ii) films jew tapes tal-video għall-użu mat-televiżjoni; jew 
(iii) tapes għall-użu max-xandir bir-radju; jew
(f) tolleranza totali jew parzjali dwar l-użu jew l-għoti ta’ xi proprjetà  jew
dritt li għalihom jirreferi dan il-paragrafu.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) ma għandhomx japplikaw jekk il-
persuna li tkun intitolata għar-royalties bħala benefiċjarju, li tkun residenti ta’
wieħed mill-Istati Kontraenti, tkun qed tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li
fih ir-royalties jinqalgħu, permezz ta’ stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk,
jew ikun qed jaqdi f’dak l-Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn bażi
stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt jew il-proprjetà  li dwarha jitħallsu jew jiġu
kreditati r-royalties ikollu x’jaqsam effettivament ma’ dak l-istabbiliment
permanenti jew ma’ dik il-bażi stabbilit. F’dak il-każ, id-disposizzjonijet ta’ l-
Artikolu 7 jew l-Artikolu 14, skond il-każ, għandhom japplikaw.
(5) Royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fi Stat Kontraenti meta min
iħallashom ikun dak l-Istat innifsu jew sottodiviżjoni politika jew awtorità  lokali ta’
dak l-Istat jew persuna li tkun residenti ta’ dak l-Istat għall-finijiet tat-taxxa tagħha.
Meta, iżda, il-persuna li tkun qed tħallas ir-royalties, sew jekk tkun residenti ta’
wieħed mill-Istati Kontraenti sew jekk le, għandha f’wieħed mill-Istati Kontraenti
jew barra miż-żewġ Stati Kontraenti stabbiliment permanenti jew bażi stabbilit li
miegħu jkollu x’jaqsam l-obbligu li jitħallsu r-royalties, u r-royalties huma piż fuq l-
12 L.S.123.15 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AWSTRALJA
istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit, allura r-royalties għandhom jitqiesu li
jinqalgħu fl-Istat fejn l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit ikun sitwat.
(6) Meta, minħabba relazzjoni speċjali bejn min iħallas u l-persuna li tkun
intitolata bħala benefiċjarju għar-royalties, jew bejniethom it-tnejn u xi persuna
oħra, l-ammont tar-royalties imħallas jew kreditat, meta jitqies għal xiex tħallsu jew
ġew kreditati, ikun iżjed mill-ammont li kien ikun mistenni li jkun miftiehem bejn
min iħallas u l-persuna intitolata għalihom fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-aħħar
imsemmi.
F’dak il-każ, il-parti żejda ta’ l-ammont tar-royalties imħallsa jew kreditati
tibqa’ taxxabbli skond il-liġi ta’ kull wieħed mill-Istati Kontraenti, imma suġġetta
għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 13
Tneħħija ta’ Proprjetà
(1) Income jew qligħ mit-tneħħija ta’ real property jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat
Kontraenti fejn ir-real property tkun sitwata.
(2) Income jew qligħ mit-tneħħija ta’ ishma jew interessi komparabbli
f’kumpannija, li l-attiv tagħha jikkonsisti prinċipalment jew għal kollox minn real
property, jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti fejn l-attiv jew l-attiv prinċipali tal-
kumpannija jkun sitwat.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu -
(a) il-frażi "real property" għandha l-istess tifsir li għandha fl-Artikolu 6; u
(b) kull kiri, interess jew dritt li jirreferi għalih xi sub-paragrafu tal-
paragrafu (2) ta’ dak l-Artikolu għandu jitqies li jkun sitwat fejn l-art,
id-depożiti minerali, il-bjar taż-żejt jew tal-gass, il-barrieri jew ir-
riżorsi naturali, skond il-każ, ikunu sitwati jew l-esplorazzjoni ssir.
ARTIKOLU 14
Servizzi Personali Indipendenti
(1) Income miksub minn individwu li jkun residenti ta’ wieħed mill-Istati
Kontraenti minn servizzi professjonali jew minn attivitajiet oħra indipendenti ta’
għamla simili għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat. Iżda, jekk individwu bħal
dan -
(a) ikollu bażi stabbilit li bħala regola jkun għad-disposizzjoni tiegħu fl-
Istat Kontraenti l-ieħor għall-fini tal-qadi ta’ l-attivitajiet tiegħu; jew
(b) f’sena ta’ income jew fis-sena li tiġi immedjatament qabel sena ta’
stima, skond il-każ, joqgħod fl-Istat Kontraenti l-ieħor għal perijodu
jew perijodi li fit-total ikunu aktar minn 183 jum għall-fini tal-qadi ta’
l-attivitajiet tiegħu; jew
(ċ) jikseb, f’sena ta’ income jew fis-sena li tiġi immedjatament qabel sena
ta’ stima, skond il-każ, minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor
kumpens gross li jkun aktar minn tnax-il elf u ħamest mitt dollaru
Awstraljan jew l-ekwivalenti tiegħu f’liri Maltin mill-qadi ta’ l-
attivitajiet tiegħu f’dak l-Istat,
dik il-parti ta’ l-income miksub minnu li hu attribwit għal dan il-qadi ta’ l-attivitajiet
jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat l-ieħor.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AWSTRALJA ġ L.S.123.15 13
(2) It-Teżorier ta’ l-Awstralja u l-Ministru responsabbli għall-finanzi ta’ Malta
jistgħu jiftehmu permezz ta’ ittri għal dan il-għan fuq tibdil fl-ammont speċifikat fis-
sub-paragrafu (ċ) tal-paragrafu (1) u kull tibdil hekk miftiehem għandu jseħħ skond
il-kontenut ta’ l-ittri.
(3) Il-frażi "servizzi professjonali" tinkludi qadi ta’ servizzi fl-eżerċizzju
indipendenti ta’ attivitajiet xjentifiċi, letterarji, artistiċi, edukattivi jew ta’ tagħlim
indipendenti, kif ukoll fl-eżerċizzju ta’ attivitajiet indipendenti ta’ tobba, avukati,
inġiniera, periti, dentisti u accountants.
ARTIKOLU 15
Servizzi Personali Dipendenti
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 16, 18 u 19, salarji, pagi u
kumpens ieħor bħal dawk li jinkiseb minn individwu li jkun residenti ta’ wieħed
mill-Istati Kontraenti dwar impieg ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-
impieg ma jiġix eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk
eżerċitat, dak il-kumpens li jinkiseb minnu jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), kumpens li jinkiseb minn
individwu li jkun residenti ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti dwar impieg eżerċitat fl-
Istat Kontraenti l-ieħor ikun taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
(a) min jirċevih ikun qiegħed f’dak l-Istat l-ieħor għal żmien jew żminijiet
li fit-total ma jkunux aktar minn 183 jum fis-sena ta’ l-income jew fis-
sena li tiġi immedjatament qabel is-sena ta’ stima, skond il-każ, ta’ dak
l-Istat l-ieħor; u
(b) il-kumpens ikun imħallas minn, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx
residenti ta’ dak l-Istat l-ieħor; u
(ċ) il-kumpens ma jitnaqqasx biex jiġu stabbiliti l-profitti taxxabbli ta’
stabbiliment permanenti jew bażi stabbilit li l-prinċipal għandu f’dak l-
Istat l-ieħor; u
(d) il-kumpens huwa, jew meta jiġi applikat dan l-Artikolu jkun, suġġett
għat-taxxa fl-Istat l-ewwel imsemmi.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, rimunerazzjoni
dwar impieg eżerċitat abbord bastiment jew inġenju ta’ l-ajru mħaddem minn
residenti ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti fi traffiku internazzjonali jista’ jiġi
ntaxxat f’dak l-Istat.
ARTIKOLU 16
Drittijiet ta’ Diretturi
Drittijiet ta’ diretturi u ħlasijiet bħal dawn miksuba minn residenti ta’
wieħed mill-Istati Kontraenti fil-kwalità  tiegħu ta’ membru tal-bord tad-diretturi,
jew xi għaqda oħra bħal din deskritta b’liema mod ikun, ta’ kumpannija li tkun
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jigu ntaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 17
Entertainers
(1) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 14 u 15, income miksub minn
uħud li jagħtu spettakolu (bħal artisti tat-teatru, tal-films ċinematografiċi, tar-radju
jew tat-televiżjoni, u mużiċisti u atleti) mill-attivitajiet personali tagħhom bħala
14 L.S.123.15 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AWSTRALJA
hekk jistgħu jiġu ntaxxati fl-Istat Kontraenti fejn dawn l-attivitajiet jiġu eżerċitati.
(2) Meta income dwar l-attivitajiet personali ta’ wieħed li jagħti spettakolu
bħala hekk jinqala’ mhux minn dak li jagħti spettakolu imma minn persuna oħra, dak
l-income jista’, minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7, 11 u 15, jiġi ntaxxat fl-
Istat Kontraenti fejn l-attivitajiet ta’ dak li jagħti spettakolu jiġu eżerċitati.
ARTIKOLU 18
Pensjonijiet u Ħlasijiet fis-Sena
(1) Pensjonijiet (inklużi pensjonijiet tal-Gvern) u ħlasijiet fis-sena mħallsa lil
residenti ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-
Istat.
(2) Il-frażi "ħlasijiet fis-sena" tfisser somma determinata mħallsa kull tant
żmien fi żminijiet determinati matul il-ħajja jew matul perijodu ta’ żmien speċifikat
jew li jista’ jiġi determinat taħt l-obbligu li jsiru l-ħlasijiet bi tpattija għall-kumpens
xieraq u sħiħ fi flus jew f’valur ta’ flus.
(3) Minkejja dak kollu li hemm f’dan il-Ftehim, kull pensjoni jew allowance
mħallsa minn wieħed mill-Istati Kontraenti dwar feriti, diżabiltajiet jew mewt
kaġunati bil-gwerra, jew dwar servizz fil-gwerra, u hija eżenti mit-taxxa taħt il-liġi
ta’ dak l-Istat, lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, għandha tkun eżentata mit-
taxxa f’dak l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 19
Servizz mal-Gvern
(1) Rimunerazzjoni, barra minn pensjoni jew ħlas fis-sena, imħallsa minn
wieħed mill-Istati Kontraenti jew sottodiviżjoni politika jew awtorità  lokali ta’ dak l-
Istat lil xi individwu dwar servizzi mogħtija fil-qadi ta’ dmirijiet governattivi
għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat. Iżda, rimunerazzjoni bħal din għandha
tkun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti l-ieħor jekk is-servizzi jingħataw f’dak l-Istat
l-ieħor u min jirċevihom jkun residenti ta’ dak l-Istat l-ieħor li -
(a) ikun ċittadin ta’ dak l-Istat; jew
(b) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat sabiex biss jagħti dawk is-servizzi.
(2) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ma għandhomx japplikaw għal
rimunerazzjoni dwar servizzi mogħtija b’konnessjoni ma’ xi sengħa jew negozju
mmexxi minn wieħed mill-Istati Kontraenti jew sottodiviżjoni politika jew awtorità
lokali ta’ dak l-Istat. F’każ bħal dan, id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 15 jew l-
Artikolu 16, skond il-każ, għandhom japplikaw.
(3) Meta rimunerazzjoni tkun imħallsa taħt programm ta’ assistenza għall-
iżvilupp ta’ Stat Kontraenti, minn fondi maħruġa għal kollox minn dak l-Istat, lil
speċjalista jew volontier sekondat lill-Istat Kontraenti l-ieħor bil-kunsens ta’ dak l-
Istat l-ieħor, rimunerazzjoni bħal din għandha titqies li ġiet imħallsa mill-Istat l-
ewwel imsemmi u għandha tkun taxxabbli biss f’dak l-Istat.
ARTIKOLU 20
Studenti
Meta student, li jkun residenti ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti jew li kien
residenti ta’ dak l-Istat minnufih qabel żar l-Istat Kontraenti l-ieħor u li jkun
temporanjament preżenti f’dak l-Istat l-ieħor biss għall-iskop ta’ l-edukazzjoni
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AWSTRALJA ġ L.S.123.15 15
tiegħu f’università , kulleġġ, skola jew istituzzjoni edukattiva oħra bħal dawn,
jirċievi pagamenti minn għejjun barra minn dak l-Istat l-ieħor għall-iskop tal-
manteniment jew l-edukazzjoni tiegħu, dawk il-pagamenti għandhom ikunu eżenti
mit-taxxa f’dak l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 21
Income Mhux Imsemmi Espressament
(1) Oġġetti ta’ income ta’ residenti ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti li ma
jkunux imsemmija espressament fl-Artikoli ta’ qabel ta’ dan il-Ftehim ikunu jistgħu
jiġu ntaxxati biss f’dak l-Istat.
(2) Iżda, income bħal dan miksub minn residenti ta’ wieħed mill-Istati
Kontraenti, minn għejjun fl-Istat Kontraenti l-ieħor, jista’ jiġi ntaxxat ukoll f’dak l-
Istat l-ieħor.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ma għandhomx japplikaw għal income
miksub minn residenti ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti meta dak l-income ikollu
effettivament x’jaqsam ma’ stabbiliment permanenti jew bażi stabbilit fl-Istat
Kontraenti l-ieħor. F’dak il-każ għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-
Artikolu 7 jew’ l-Artikolu 14, skond il-każ.
ARTIKOLU 22
Għejjun ta’ Income
Income miksub minn residenti ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti li, taħt xi
wieħed jew aktar mill-Artikoli 6 sa 8, l-Artikoli 10 sa 19 u l-Artikolu 21, jista’ jiġi
ntaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor għandu, għall-finijiet ta’ l-Artikolu 23 u tal-liġi
tat-taxxa fuq l-income ta’ dak l-Istat l-ieħor, jitqies bħala income minn għejjun f’dak
l-Istat l-ieħor.
KAPITOLU IV
Metodi ta’ Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
ARTIKOLU 23
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ l-Awstralja li minn żmien għal
żmien tkun fis-seħħ dwar l-għoti ta’ kreditu kontra taxxa Awstraljana ta’ taxxa
mħallsa f’pajjiż barra mill-Awstralja (li ma għandux jaffettwa dan il-prinċipju
ġenerali), taxxa Maltija mħallsa taħt il-liġi ta’ Malta u skond dan il-Ftehim, sew
direttament jew bi tnaqqis, dwar income miksub minn persuna li tkun residenti ta’ l-
Awstralja minn għejjun f’Malta (li ma jinkludix, f’każ ta’ dividendi, taxxa mħallsa
fuq profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi) għandha tiġi mogħtija bħala kreditu
kontra t-taxxa Awstraljana li trid titħallas dwar dak l-income.
(2) Kumpannija li tkun residenti ta’ l-Awstralja hija, skond id-disposizzjonijiet
tal-liġi tat-tassazzjoni ta’ l-Awstralja fis-seħħ fid-data ta’ l-iffirmar ta’ dan il-
Ftehim, intitolata għal tnaqqis fi stima magħmula fuqha bir-rata medja ta’ taxxa
mħallsa mill-kumpannija dwar dividendi li jkunu nklużi fl-income taxxabbli tagħha
u li tkun irċevithom minn kumpannija li tkun residenti ta’ Malta. Iżda, jekk il-liġi li
tkun hekk fis-seħħ tiġi emendata li t-tnaqqis dwar id-dividendi ma jibqax jiġi
mnaqqas taħt dik il-liġi, l-Awstralja għandha minnufih tavża lil Malta bit-tibdil u
tidħol f’negozjati ma’ Malta biex tistabbilixxi disposizzjonijiet ġodda dwar il-
kreditu li għandu jiġi mogħti mill-Awstralja kontra t-taxxa tagħha fuq id-dividendi.
16 L.S.123.15 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AWSTRALJA
(3) Għall-finijiet tal-paragrafu (1) u tal-liġi tat-taxxa fuq l-income ta’ l-
Awstralja:
(a) residenti ta’ l-Awstralja li jikseb income minn għejjun f’Malta li
jikkonsisti f’dividendi li għalihom japplika s-sub-paragrafu(2)(b)(ii) ta
l-Artikolu 10, imgħax li għalih japplika l-Artikolu 11 jew royalties li
għalihom japplika l-Artikolu 12, li jkun income li dwaru t-taxxa Maltija
tkun ġet meħlusa għal kollox jew ġiet imnaqqsa għal perijodu limitat ta’
żmien taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza dwar l-Għajnuna għall-
Industriji, sakemm kienu fis-seħħ, u ma tbiddlux sad-data ta’ l-iffirmar
ta’ dan il-Ftehim, jew ġew mibdula biss f’affarijiet żgħar li ma
jaffettwawx il-karattru ġenerali tagħhom, jew taħt xi disposizzjonijiet
oħra li ’l quddiem jistgħu jiġu miftiehma bejn l-Istati Kontraenti f’ittri
mibdula għal dan il-għan b’mezzi diplomatiċi u li jkunu fis-sustanza ta’
karattru simili, għandu jitqies li ħallas taxxa Maltija f’ammont, jew it-
taxxa Maltija mħallsa għandha titqies li żdiedet b’ammont, daqs l-
ammont li bih it-taxxa Maltija li riedet titħallas xort’oħra (liema taxxa,
fil-każ ta’ dividendi, ma tkunx aktar minn 15 fil-mija u, fil-każ ta’
royalties jew imgħax, 10 fil-mija ta’ l-ammont tagħhom gross) tkun
imnaqqsa bl-eżenzjoni jew it-tnaqqis mogħti; u
(b) l-ammont ta’ dawn id-dividendi, imgħax jew royalties għandu jitqies li
jkun l-ammont li kien ikun l-ammont tad-dividendi, imgħax jew
royalties li kieku ma tħallsitx taxxa Maltija, miżjud bl-ammont li bih it-
taxxa li kieku kienet titħallas xort’oħra tkun mħallsa bl-imsemmija
eżenzjoni jew tnaqqis.
(4) Il-paragrafu (3) ma għandux japplika dwar income miksub f’xi sena ta’
income wara s-sena ta’ income li tispiċċa fit-30 ta’ Ġunju, 1989 jew f’xi data oħra
wara li tista’ tiġi miftiehma bejn l-Istati Kontraenti f’ittri mibdula għal dan il-għan.
(5) (a) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Malta li minn żmien għal
żmien tkun fis-seħħ dwar l-għoti ta’ kreditu kontra taxxa Maltija ta’ taxxa mħallsa
f’pajjiż barra minn Malta (li ma għandux jaffettwa dan il-prinċipju ġenerali), taxxa
Awstraljana mħallsa taħt il-liġi ta’ l-Awstralja u skond dan il-Ftehim, sew
direttament jew bi tnaqqis, dwar income miksub minn persuna li tkun residenti ta’
Malta minn għejjun fl-Awstralja (li ma jinkludix, f’każ ta’ dividendi, taxxa mħallsa
fuq profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi) għandha tiġi mogħtija bħala kreditu
kontra t-taxxa Maltija li trid titħallas dwar dak l-income.
(b) Meta kumpannija li tkun residenti ta’ l-Awstralja tħallas dividend lil
kumpannija li tkun residenti ta’ Malta u li tikkontrolla direttament jew indirettament
ta’ l-inqas 10 fil-mija tal-voting power fil-kumpannija l-ewwel imsemmija, il-kreditu
għandu jieħu qies (b’żieda ma’ xi taxxa Awstraljana li għaliha kreditu jista’ jiġi
mogħti taħt is-sub-paragrafu (a)) it-taxxa Awstraljana li trid titħallas minn dik il-
kumpannija l-ewwel imsemmija fuq il-profitti li minnhom jitħallas dividend bħal
dan.
(6) Meta taħt dan il-Ftehim income għandu jiġi meħlus mit-taxxa f’wieħed mill-
Istati Kontraenti u, taħt il-liġi fis-seħħ fl-Istat Kontraenti l-ieħor persuna, dwar l-
income imsemmi, tkun suġġetta għat-taxxa skond l-ammont minnu li jiġi mibgħut
jew riċevut f’dak l-Istat l-ieħor u mhux skond l-ammont sħiħ tiegħu, hemmhekk il-
ħelsien li għandu jingħata taħt dan il-Ftehim fl-Istat l-ewwel imsemmi għandu
japplika biss għal dik il-parti mill-income li tiġi mibgħuta jew riċevuta fl-Istat l-
ieħor.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AWSTRALJA ġ L.S.123.15 17
KAPITOLU V
Disposizzjonijiet Speċjali
ARTIKOLU 24
Proċedura għal Ftehim Reċiproku
(1) Meta residenti ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti jidhirlu li l-azzjonijiet ta’ l-
awtorità  kompetenti ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn iwasslu jew
jistgħu jwasslu li jiġi ntaxxat mhux skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim,
huwa jista’, minkejja r-rimedji provduti bil-liġijiet nazzjonali ta’ dawk l-Istati,
jippreżenta l-każ tiegħu lili-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu huwa
residenti. Il-każ għandu jiġi preżentat fi żmien tliet snin mill-ewwel notifika ta’ l-
azzjoni li tat lok għal tassazzjoni mhux skond dan il-Ftehim.
(2) L-awtorità  kompetenti għandha jekk it-talba tidher li tkun ġustifikata u jekk
hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal għal soluzzjoni tajba tara li tiddeċiedi l-każ ma’ l-
awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, bil-għan li tiġi evitata tassazzjoni
li ma tkunx skond dan il-Ftehim. Kull soluzzjoni milħuqa tiġi mwettqa minkejja kull
limitu ta’ żmien fil-liġijiet nazzjonali ta’ l-Istat Kontraenti.
(3) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti għandhom jaraw li jirriżolvu
flimkien kull diffikultà  jew dubji li jinqalgħu dwar l-interpretazzjoni jew l-
applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim.
(4) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistgħu jikkomunikaw ma
xulxin direttament sabiex jistgħu jitħaddmu d-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 25
Tibdil ta’ Informazzjoni
(1) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jibdlu dik l-
informazzjoni li tkun meħtieġa sabiex jitwettaq dan il-Ftehim jew tal-liġijiet
domestiċi ta’ l-Istati Kontraenti dwar taxxi milquta b’dan il-Ftehim safejn it-
tassazzjoni ma tmurx kontra dan il-Ftehim. It-tibdil ta’ informazzjoni ma jkunx
ristrett bl-Artikolu 1. Kull informazzjoni li tasal għand l-awtorità  kompetenti ta’ Stat
Kontraenti għandha titqies sigrieta bl-istess mod bħal informazzjoni miksuba taħt il-
liġijiet domestiċi ta’ dak l-Istat u għandha titgħarraf biss lil persuni jew awtoritajiet
(magħduda qrati u korpi amministrattivi) imdaħħla fl-istima jew ġbir ta’, l-infurzar
jew prosekuzzjoni dwar, jew il-qtugħ ta’ appelli dwar, it-taxxi milquta b’dan il-
Ftehim u għandha tintuża biss għal dawk l-għanijiet.
(2) F’ebda każ ma għandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (l) jiftehmu
bħala li jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu -
(a) li jieħu miżuri amministrattivi li ma jaqblux mal-liġijiet jew l-użanzi
amministrattivi ta’ dak l-Istat Kontraenti jew ta’ l-ieħor;
(b) li jagħti partikolaritajiet li ma jkunux jistgħu jinkisbu taħt il-liġijiet jew
fil-kors normali ta’ l-amministrazzjoni ta’ dak l-Istat Kontraenti jew ta’
l-ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet tal-kummerċ, tan-negozju,
industrijali, kummerċjali jew professjonali jew proċess tal-kummerċ,
jew li jagħti informazzjoni li l-kxif tagħha jkun kontra l-ordni pubbliku.
18 L.S.123.15 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AWSTRALJA
AKTIKOLU 26
Uffiċjali Diplomatiċi u Konsulari
(1) Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġġi fiskali ta’
uffiċjali diplomatiċi jew konsulari taħt ir-regoli ġenerali tad-dritt internazzjonali jew
taħt id-disposizzjonijiet ta’ ftehim internazzjonali speċjali.
(2) Minkejja l-Artikolu 4, individwu li jkun membru ta’ missjoni diplomatika,
konsulari jew permanenti ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti li tkun sitwata fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jew fi Stat ieħor jitqies għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim li jkun
residenti ta’ l-Istat li qed jibgħatu jekk ikollu l-obbligu, fl-Istat li qed jibgħatu, għall-
istess obbligazzjonijiet dwar taxxa fuq l-income totali tiegħu li għandhom ir-
residenti ta’ dak l-Istat li qed jibgħatu.
(3) Dan il-Ftehim ma għandux japplika għal organizzazzjonijiet internazzjonali,
għal korpijiet u uffiċjali tagħhom, jew għal persuni li jkunu membri ta’ missjoni
diplomatika, konsulari jew permanenti f’xi Stat ieħor, li jkunu preżenti fi Stat
Kontraenti u li ma jkollhomx l-obbligu fl-ebda Stat Kontraenti għall-istess
obbligazzjoniiiet dwar taxxa fuq l-income totali tagħhom bħal ma għandhom ir-
residenti ta’ hemmhekk.
KAPITOLU VI
Disposizzjonijiet Finali
ARTIKOLU 27
Bidu fis-Seħħ
Dan il-Ftehim għandu jibda iseħħ fid-data li fiha l-Istati Kontraenti jibdlu
noti b’mezzi diplomatiċi fejn javzaw lil xulxin li l-aħħar ħaġa li hemm bżonn li ssir
biex tagħti s-saħħa ta’ liġi lil dan il-Ftehim f’Malta u fl-Awstralja tkun saret, skond
il-każ, u ma’ dan il-Ftehim ikollu effett:
(a) fl-Awstralja:
(i) dwar taxxa miżmuma fuq income li jkun miksub minn min mhux
residenti, dwar income miksub fl-1 ta’ Jannar jew wara fis-sena
kalendarja li tiġi wara dik li fiha l-Ftehim jibda jseħħ;
(ii) dwar taxxa Awstraljana oħra, dwar income ta’ xi sena ta’ income
li tibda fl-1 ta’ Lulju jew wara fis-sena kalendarja li tiġi wara dik
li fiha l-Ftehim jibda jseħħ;
(b) f’Malta:
dwar taxxi miġbura għas-sena ta’ stima li tibda fi-1 ta’ Jannar tat-tieni
sena kalendarja li tiġi wara dik li fiha l-Ftehim jibda jseħħ u għall kull
sena ta’ stima ta’ wara.
ARTIKOLU 28
Terminazzjoni
Dan il-Ftehim għandu jibqa’ jseħħ indefinittivament iżda kull wieħed mill-
Istati Kontraenti jista’ fit-30 jew qabel it-30 ta’ Ġunju ta’ xi sena kalendarja li tibda
wara l-egħluq ta’ 5 snin mid-data li fiha beda jseħħ, jagħti avviż bil-miktub ta’
terminazzjoni lill-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ mezzi diplomatiċi, jagħti f’dak
il-każ, dan il-Ftehim għandu jieqaf mis-seħħ:
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AWSTRALJA ġ L.S.123.15 19
(a) fl-Awstralja:
(i) dwar taxxa miżmuma fuq income li jkun miksub minn min mhux
residenti, dwar income miksub fl-1 ta’ Jannar jew wara fis-sena
kalendarja li tiġi wara dik li fiha jingħata l-avviż ta’
terminazzjoni;
(ii) dwar taxxa Awstraljana oħra, dwar income ta’ xi sena ta’ income
li tibda fl-1 ta’ Lulju jew wara fis-sena kalendarja li tiġi wara dik
li fiha jingħata l-avviż ta’ terminazzjoni;
(b) f’Malta:
dwar taxxi miġbura għas-sena ta’ stima li tibda fi-1 ta’ Jannar tat-tieni
sena kalendarja li tiġi wara dik li fiha jingħata l-avviż ta’ terminazzjoni
u għal kull sena ta’ stima ta’ wara.
B’XIEHDA TA’ DAN l-hawn taħt iffirmati, awtorizzati kif imiss, iffirmaw dan il-
Ftehim.
MAGĦMUL in duplikat fil-Belt Valletta, Malta dan id-disa’ jum ta’ Mejju elf disa
mija u erba’ u tmenin fil-lingwa Ingliża.
GĦAL MALTA
(iff.) A. SCEBERRAS TRIGONA
GĦALL-AWSTRALJA
(iff.) N. ROSS SMITH
