EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ITALJA ġ L.S.123.16 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.16
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ITALJA
10 ta’ Ġunju, 1986
L-AVVIŻ LEGALI 31 ta’ l-1986.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Repubblika ta’ l-Italja.
Arranġamenti 
jkollhom seħħ.
2. Qiegħed jiġi hawnhekk dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-Ordni ġew magħmula mal-Gvern
tar-Repubblika ta’ l-Italja sabiex jingħata ħelsien minn
taxxa doppja dwar it-taxxi li ġejjin stabbiliti bil-liġijiet
tar-Repubblika ta’ l-Italja:
(i) it-taxxa fuq l-income personali (l’imposta sul
reddito delle persone fisiche);
(ii) it-taxxa fuq l-income ta’ korporazzjonijiet
(l’imposta sul reddito delle persone giuridiche);
ukoll jekk ikunu miġura bi tnaqqis ta’ taxxa minn ras
il-għajn
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ l-
Italja");
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arraġamenti jkollhom
effett.
2 L.S.123.16 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ITALJA
SKEDA
FTEHIM
BEJN
IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ MALTA
U
L-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ L-ITALJA
GĦALL-ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
DWAR TAXXI FUQ L-INCOME
U BIEX TIĠI EVITATA EVAŻJONI FISKALI
Il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Italja billi
jixtiequ jagħmlu Ftehim għall-Ħelsien minn Taxxa Doppja dwar Taxxi fuq l-Income
u biex tiġi evitata Evażjoni Fiskali, ftehmu kif ġej:
KAPITOLU I
Għan tal-Ftehim
ARTIKOLU 1
Għan Personali
Dan il-Ftehim għandu japplika għall-persuni li huma residenti ta’ wieħed mill-
Istati Kontraenti jew tat-tnejn.
ARTIKOLU 2
Taxxi Koperti
(1) Dan il-Ftehim għandu japplika għal taxxi fuq l-income imposti f’isem kull
wieħed mill-Istati Kontraenti jew mis-sottodiviżjonijiet politiċi jew amministrattivi
tiegħu jew mill-awtoritajiet lokali, hu li hu l-mod li bih jinġabru.
(2) Għandhom jitqiesu bħala taxxi fuq l-income it-taxxi kollha mposti fuq l-
income totali, jew fuq elementi ta’ income, inklużi t-taxxi fuq il-qligħ mill-bejgħ ta’
proprjetà  mobbli jew immobbli, taxxi fuq l-ammont totali ta’ pagi jew salarji mħallsa
minn impriżi, kif ukoll taxxi fuq apprezzament ta’ kapital.
(3) It-taxxi eżistenti li għalihom japplika dan il-Ftehim huma: 
(a) fil-każ ta’ l-Italja:
(i) it-taxxi fuq l-income personali (l’imposta sul reddito delle
persone fisiche);
(ii) it-taxxi fuq l-income ta’ korporazzjonijiet (l’imposta sul reddito
delle persone giuridiche);
ukoll jekk ikunu miġbura bi tnaqqis ta’ taxxa minn ras il-għajn 
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ l-Italja");
(b) fil-każ ta’ Malta:
it-taxxa fuq l-income u soprataxxa, inkluzi ħlasijiet bil-quddiem ta’
taxxa sew jekk bi tnaqqis minn ras il-għajn jew xort’oħra,
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ Malta").
(4) Dan il-Ftehim għandu japplika wkoll għal kull taxxi bħalhom jew li
sostanzjalment jixbħuhom li jiġu mposti wara d-data li fiha dan il-Ftehim jiġi ffirmat
b’żieda ma’ jew minflok, it-taxxi eżistenti. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ITALJA ġ L.S.123.16 3
Kontraenti għandhom javzaw lil xulxin b’kull tibdil sinjifikanti li jkun sar fil-liġijiet
dwar it-taxxi rispettivi tagħhom.
(5) Meta l-Ftehim jipprovdi li income li jinqala’ fi Stat Kontraenti għandu jkun
ħieles mit-taxxa f’dak l-Istat, sew f’kollox sew f’parti, u, taħt il-liġi li tkun isseħħ fl-
Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-income jkun suġġett għat-taxxa b’riferenza għall-
ammont kollu tiegħu li jintbagħat lil jew li jiġi riċevut f’dak l-Istat l-ieħor u mhux
b’riferenza għall-ammont kollu tiegħu, allura l-ħelsien li għandu jingħata fl-Ewwel
Stat imsemmi jkun japplika biss għal dak l-income li jintbagħat lil jew li jiġi riċevut
fl-Istat l-ieħor.
KAPITOLU II
Tifsiriet
ARTIKOLU 3
Tifsiriet ġenerali
(1) F’dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra:
(a) il-frażi "Italja’’ tfisser ir-Repubblika ta’ l-Italja;
(b) il-frażi "Malta" tfisser ir-Repubblika ta’ Malta;
(ċ) il-frażijiet "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-ieħor" ifissru l-Italja jew
Malta skond ma teħtieġ ir-rabta tal-kliem;
(d) il-frażi "persuna" tinkludi individwu, kumpannija jew xi korp ieħor ta’
persuni;
(e) il-frażi "kumpannija" tfisser kull għaqda korporata jew kull entità  li titqies
bħala għaqda korporata għall-finijiet ta’ taxxa;
(f) il-frażijiet "impriża ta’ Stat Kontraenti" u "impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor" ifissru rispettivament impriża li titmexxa minn persuna residenti ta’ Stat
Kontraenti u mpriża li titmexxa minn persuna residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(g) il-frażi "nazzjonali" tfisser:
(i) dwar l-Italja, kull individwu li jkollu n-nazzjonalità  ta’ l-Italja, u kull
persuna, soċjetà  jew assoċjazzjoni ġuridika li tikseb dak l-istat tagħha
bis-saħħa tal-liġi fis-seħħ fl-Italja;
(ii) dwar Malta, kull ċittadin ta’ Malta kif provdut fil-Kapitolu III tal-
Kostituzzjoni ta’ Malta u fl-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija u kull
persuna, soċjetà  jew assoċjazzjoni ġuridika li tikseb dak l-istat tagħha
bis-saħħa tal-liġi fis-seħħ f’Malta;
(h) il-frażi "traffiku internazzjonali" tfisser kull trasport bil-vapur jew b’inġenji
ta’ l-ajru mħaddem minn impriża li jkollha l-post tal-maniġġ effettiv tagħha fi Stat
Kontraenti, ħlief meta l-vapur jew l-inġenji ta’ l-ajru jkun imħaddem biss bejn
postijiet fl-Istat Kontraenti l-ieħor;
(i) il-frażi "awtorità  kompetenti" tfisser:
(i) fil-każ ta’ l-Italja, il-Ministeru tal-Finanzi;
(ii) fil-każ ta’ Malta, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu.
(2) Fl-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim minn Stat Kontraenti, kull frażi li ma
tkunx xort’oħra mfissra għandha, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
4 L.S.123.16 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ITALJA
xort’oħra, ikollha l-istess tifsir kif mogħti lilha taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat
Kontraenti dwar it-taxxi li huma s-suġġett ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 4
Domiċilju Fiskali
(1) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "persuna residenti ta’ Stat
Kontraenti" tfisser kull persuna li, taħt il-liġi ta’ dak l-Istat, tkun suġġetta għat-
tassazzjoni hemmhekk minħabba d-domiċilju, ir-residenza jew il-post tal-maniġġ
tagħha jew xi kriterju ieħor dwarha ta’ din ix-xorta. ll-frażi ma tinkludix kull
persuna li jkollha tħallas taxxa f’dak l-Istat Kontraenti biss dwar income minn
għejjun li jkunu sitwati f’dak l-Istat.
(2) Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) individwu jkun persuna
residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-istat tiegħu għandu jiġi stabbilit kif ġej:
(a) Dan għandu jitqies bħala persuna residenti ta’ l-Istat Kontraenti li fih
għandu dar permanenti għad-disposizzjoni tiegħu. Jekk dan għandu dar
permanenti għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati Kontraenti, dan
għandu jitqies li hu persuna residenti ta’ dak l-Istat Kontraenti li miegħu
r-relazzjonijiet personali u ekonomiċi tiegħu jkunu l-aktar marbuta
(ċentru ta’ interessi vitali).
(b) Jekk l-Istat Kontraenti li fih għandu ċ-ċentru ta’ interessi vitali ma
jkunx jista’ jiġi stabbilit, jew jekk dan ma jkollux għad-disposizzjoni
tiegħu dar permanenti f’xi wieħed mill-Istati Kontraenti, dan għandu
jitqies li hu persuna residenti ta’ l-Istat Kontraenti li fih soltu jirrisjedi.
(ċ) Jekk dan ikollu post fejn soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati Kontraenti jew
ma jkollu f’ebda wieħed minnhom, dan għandu jitqies li hu persuna
residenti ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu jkun nazzjonali.
(d) Jekk dan ikun nazzjonali taż-żewġ Stati Kontraenti jew ta’ ebda wieħed
minnhom, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom
jippruvaw jiddeċiedu bi ftehim bejniethom.
(3) Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, allura għandha titqies li hi
residenti ta’ dak l-Istat Kontraenti li fih ikun sitwat il-post ta’ maniġġ effettiv
tagħha.
ARTIKOLU 5
Stabbiliment Permanenti
(1) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim il-frażi "stabbiliment permanenti" tfisser post
fiss ta’ negozju li fih jiġi mmexxi għal kollox jew f’parti x-xogħol ta’ l-impriża.
(2) II-frażi "stabbiliment permanenti" għandha tinkludi b’mod speċjali:
(a) post ta’ maniġġ;
(b) fergħa;
(ċ) uffiċċju;
(d) fabbrika;
(e) ħanut tax-xogħol;
(f) minjiera, barriera jew post ieħor ta’ estrazzjoni ta’ riżorsi naturali;
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ITALJA ġ L.S.123.16 5
(g) sit tal-bini jew proġett ta’ kostruzzjoni jew immuntar li jkompli għal
aktar minn 12-il xahar;
(h) l-għoti ta’ servizzi, inkluż servizz ta’ konsultazzjoni, minn impriża
permezz ta’ mpjegati jew ħaddiema oħra, meta attivitajiet ta’ din ix-
xorta jkomplu (għall-istess proġett jew wieħed konness miegħu) fil-
pajjiż għall-perijodu jew perijodi li jaggregaw għal aktar minn tnax-il
xahar f’perijodu ta’ sentejn.
(3) Il-frażi "stabbiliment permanenti" ma għandhiex titqies li tinkludi:
(a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim ta’
oġġetti jew merkanzija li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża;
(b) it-tiżmim ta’ stock ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim;
(ċ) it-tiżmim ta’ stock ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ proċessar minn impriża oħra;
(d) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ xiri ta’ oġġetti jew
merkanzija, jew għall-ġbir ta’ tagħrif għall-impriża;
(e) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ reklam, għall-
għoti ta’ tagħrif, għal tiftix xjentifiku jew għal attivitajiet bħal dawn li
jkunu ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja, għall-impriża.
(4) Persuna li taġixxi fi Stat Kontraenti f’isem impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor - li ma tkunx aġent ta’ status indipendenti li għalih japplika l-paragrafu (5) -
għandha titqies li tkun stabbiliment permanenti fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk
ikollha, u abitwalment teżerċita  f’dak l-Istat, awtorità  li tikkonkludi kuntratti f’isem
l-impriża, kemm-il darba l-attivitajiet tagħha ma jkunux limitati għax-xiri ta’ oġġetti
jew merkanzija għall-impriża.
(5) Impriża ta’ Stat Kontraenti ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment
permanenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor għaliex biss tkun qed tmexxi negozju f’dak l-
Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ sensal, aġent ġenerali b’kummissjoni jew xi
aġent ieħor bi status indipendenti, meta dawk il-persuni jkunu qed jaġixxu fil-kors
ordinarju tan-negozju tagħhom.
(6) Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti
tikkontrolla jew tkun kontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor, jew li tmexxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta’
stabbiliment permanenti sew xort’oħra), ma għandux fih innifsu jikkostitwixxi xi
waħda mill-kumpanniji stabbiliment permanenti ta’ l-oħra.
KAPITOLU III
Tassazzjoni ta’ Income
ARTIKOLU 6
Income minn Proprjetà  Immobiljari
(1) Income minn proprjetà  immobiljari jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti li
fih dik il-proprjetà  tkun qiegħda.
(2) Il-frażi "proprjetà  immobiljari" għandha tiġi mfissra skond il-liġi ta’ l-Istat
Kontraenti li fih tkun qiegħda dik il-proprjetà . Il-frażi għandha f’kull każ tinkludi
proprjetà  aċċessorja għal proprjetà  immobiljari, drittijiet li għalihom japplikaw id-
disposizzjonijiet tal-liġi ġenerali dwar proprjetà  immobiljari. Il-frażi għandha
6 L.S.123.16 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ITALJA
tinkludi wkoll użufrutt ta’ proprjetà  immobiljari u drittijiet għal ħlasijiet li jvariaw
jew li jkunu fissi bħala kumpens għall-ħdim ta’, jew għad-dritt li jinħadmu, depożiti
minerali, għejjun u riżorsi oħra naturali; bastimenti, dgħajjes u inġenji ta’ l-ajru ma
għandhomx jitqiesu bħala proprjetà  immobiljari.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragarfu (1) għandhom japplikaw għal income li
jinkiseb mill-użu dirett, kiri jew użu ta’ kull xort’oħra ta’ proprjetà  immobiljari.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (3) għandhom japplikaw ukoll għall-
income minn proprjetà  immobiljari ta’ impriża u għal income minn proprjetà
immobiljari li tkun użata għall-qadi ta’ servizzi professjonali.
ARTIKOLU 7
Profitti minn Negozju
(1) Il-profitti ta’ mpriża ta’ Stat Kontraenti għandhom jiġu ntaxxati biss f’dak l-
Istat kemm-il darba l-impriża ma tkunx tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk. Jekk l-impriża
tmexxi negozju kif intqal qabel, il-profitti ta’ l-impriża jistgħu jiġu ntaxxati fl-Istat
l-ieħor iżda biss għal dik il-parti minnhom li jinqalgħu minn dak l-istabbiliment
permanenti.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (3) meta impriża ta’ Stat
Kontraenti tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qiegħed hemmhekk, għandhom jiġu attribwiti lil dak l-
istabbiliment permanenti f’kull Stat Kontraenti l-profitti li kien ikun mistenni
jagħmel kieku kien impriża distinta u separata li taħdem l-istess attivitajiet jew
oħrajn bħalhom taħt l-istess kundizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem għal
kollox separatament mill-impriża li tagħha tkun stabbiliment permanenti.
(3) Meta jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, għandhom ikunu
permessi bħala tnaqqis spejjeż li jsiru għall-iskopijiet ta’ l-istabbiliment permanenti
magħduda spejjeż eżekuttivi u amministrattivi ġenerali li jsiru, sew jekk fl-Istat li fih
l-istabbiliment permanenti jkun qiegħed sew jekk isiru band’oħra.
(4) Safejn ikun soltu li fih Stat Kontraenti jiġu stabbiliti l-profitti li għandhom
jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti fuq il-bażi ta’ tqassim tal-profitti totali ta’
l-impriża fuq il-partijiet diversi tagħha, ebda ħaġa fil-paragrafu (2) ma għandha
ttellef lil dak l-Istat Kontraenti milli jistabbilixxi l-profitti li għandhom jiġu ntaxxati
skond dak it-tqassim kif soltu jsir. Il-metodu tat-tqassim li jiġi wżat għandu,
b’danakollu, ikun hekk li r-riżultat ikun skond il-prinċipji stabbiliti f’dan l-Artikolu.
(5) Ma għandhom jiġu attribwiti ebda profitti lil stabbiliment permanenti
minħabba biss ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew merkanzija
għall-impriża.
(6) Għall-finijiet tal-paragrafi ta’ qabel, il-profitti li għandhom jiġu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti, għandhom jiġu stabbiliti bl-istess mod minn sena għal
sena kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u biżżejjed biex isir kuntrarju.
(7) Meta l-profitti jinkludu oġġetti ta’ income li qed jiġu trattati separatament
f’Artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, id-disposizzjonijiet ta’ dawk l-Artikoli ma jiġux
imfixkla bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ITALJA ġ L.S.123.16 7
ARTIKOLU 8
Shipping u Trasport bl-Ajru
(1) Profitti miksuba mit-tħaddim ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru fi traffiku
internazzjonali jiġu ntaxxati biss fl-Istat Kontraenti li fih ikun sitwat il-post tal-
maniġġ effettiv ta’ l-impriża.
(2) Jekk il-post tal-maniġġ effettiv ta’ mpriża tal-baħar ikun fuq vapur jew
dgħajsa, allura għandu jitqies li jkun sitwat fl-Istat Kontraenti li fih ikun sitwat il-
port tal-pajjiż tal-vapur jew tad-dgħajsa jew, jekk ma jkunx hemm dak il-port tal-
pajjiż, fl-Istat Kontraenti fejn l-operatur tal-vapur jew tad-dgħajsa jkun residenti.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) għandhom japplikaw ukoll għal profitti
mill-parteċipazzjoni f’pool, f’negozju joint jew f’aġenzija ta’ operazzjoni
internazzjonali.
ARTIKOLU 9
Impriżi Assoċjati
(1) Meta -
(a) impriża ta’ Stat Kontraenti tipparteċipa direttament jew indirettament
fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ mpriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor; jew
(b) l-istess persuni jipparteċipaw direttament jew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti u impriża
ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor,
u f’kull każ jiġu magħmula jew imposti kundizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji ta’ bejniethom li ma jaqblux ma’ dawk li
kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f’dak il-każ kull profitti li, kieku ma
kienux dawk il-kundizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-impriżi, iżda,
minħabba dawk il-kundizzjonijiet ma ġewx hekk akkumulati, jistgħu jiġu nklużi fil-
profitti ta’ dik l-impriża u ntaxxati skond hekk.
ARTIKOLU 10
Dividendi
(1) Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu ntaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Iżda dawk id-dividendi jistgħu wkoll jiġu ntaxxati fl-Istat Kontraenti li
tiegħu l-kumpannija li tkun qed tħallas id-dividendi tkun residenti, u skond il-liġi ta’
dak l-Istat, iżda:
(a) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija residenti fl-Italja lil
residenti ta’ Malta li jkun is-sid benefiċjarju tagħhom it-taxxa ta’ l-
Italja hekk intaxxata m’għandhiex tkun iżjed minn 15 fil-mija ta’ l-
ammont gross tad-dividendi;
(b) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija residenti f’Malta lil
residenti ta’ l-Italja li jkun is-sid benefiċjarju tagħhom:
(i) it-taxxa ta’ Malta m’għandhiex tkun iżjed minn dik dovuta fuq il-
kumpannija li qed tħallas id-dividendi dwar il-profitti hekk
distribwiti;
(ii) minkejja d-disposizzjonijiet tas-sub-paragrafu (i), it-taxxa ta’
8 L.S.123.16 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ITALJA
Malta m’għandhiex tkun iżjed minn 15 fil-mija ta’ l-ammont
gross tad-dividendi jekk dawk id-dividendi jitħallsu minn qligħ
jew profitti li jkunu nqalgħu f’xi sena li dwarha l-kumpannija
tkun qed tirċievi benefiċċji ta’ taxxa taħt id-disposizzjonijiet dwar
għajnuna lill-industriji f’Malta, u l-azzjonista jibgħat prospetti u
kontijiet lill-awtoritajiet tat-taxxa f’Malta dwar l-income tiegħu
suġġett għat-taxxa ta’ Malta għas-sena ta’ stima relattiva.
L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom bi ftehim bejniethom
jaqblu fuq il-mod ta’ kif għandha titħaddem din il-limitazzjoni.
Dan il-paragrafu m’għandux jolqot it-tassazzjoni tal-kumpannija dwar il-profitti li
minnhom jitħallsu d-dividendi.
(3) Il-frażi "dividendi" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn
azzjonijiet, azzjonijiet jouissance jew drittijiet jouissance, azzjonijiet f’minjieri,
azzjonijiet tal-fondaturi jew drittijiet oħra, li ma jkunux talbiet għal dejn, li
jipparteċipaw fi profitti, kif ukoll income minn drittijiet korporati oħra li huwa
meqjus għall-fini tat-taxxa l-istess bħal income minn azzjonijiet skond il-liġi dwar it-
taxxa ta’ l-Istat li fih tkun residenti l-kumpannija li tagħmel it-tqassim.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) m’għandhomx japplikaw jekk min
jirċievi d-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-Istat
Kontraenti l-ieħor, li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-dividendi
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li tkun taqdi
f’dak l-Istat l-ieħor servizzi professjonali minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk u l-
holding li dwaru d-dividendi jkunu mħallsa jkollu x’jaqsam effettivament ma’ dak l-
istabbiliment permanenti jew ma’ dak il-bażi stabbilit. F’dak il-każ id-dividendi
jkunu taxxabbli f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor skond il-liġijiet tiegħu.
(5) Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpannija, ħlief meta dividendi bħal dawn jiġu
mħallsa lil residenti ta’ dak l-Istat l-ieħor jew meta l-holding li dwaru jitħallsu d-
dividendi jkollu x’jaqsam effettivament ma’ stabbiliment permanenti jew ma’ bażi
stabbilit li jkun sitwat f’dak l-Istat l-ieħor, jew tissuġġetta l-profitti mhux distribwiti
tal-kumpannija għal taxxa fuq il-profitti mhux distribwiti, anke jekk id-dividendi
mħallsa jew il-profitti mhux distribwiti jikkonsistu f’kollox jew f’parti minnhom
minn profitti jew income li jinqala’ f’dak l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 11
Imgħax
(1) Imgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u li jitħallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Iżda, dak l-imgħax jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti fejn jinqala’, u
skond il-liġi ta’ dak l-Istat, iżda jekk min jirċevih ikun is-sid benefiċjarju ta’ l-
imgħax, it-taxxa hekk imposta m’għandhiex tkun iżjed minn 10 fil-mija ta’ l-
ammont gross ta’ l-imgħax. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti
għandhom bi ftehim bejniethom jaqblu fuq il-mod ta’ kif għandha titħaddem din il-
limitazzjoni.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2), imgħax li jinqala’ fi Stat
Kontraenti għandu jkun eżenti mit-taxxa f’dak l-Istat jekk:
(a) min iħallas l-imgħax ikun il-Gvern ta’ dak l-Istat Kontraenti jew
awtorità  lokali ta’ hemmhekk; jew
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ITALJA ġ L.S.123.16 9
(b) l-imgħax ikun imħallas lill-Gvern ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jew lill-
awtorità  lokali ta’ hemmhekk jew lil xi aġenzija jew instrumentalità
(inkluża istituzzjoni finanzjarja) li tkun kollha kemm hi ta’ dak l-Istat
Kontraenti jew ta’ awtorità  lokali ta’ hemmhekk; jew
(ċ) l-imgħax ikun imħallas lil xi aġenzija jew instrumentalità  oħra (inkluża
istituzzjoni finanzjarja) dwar self magħmul taħt ftehim konkluż bejn il-
Gvernijiet ta’ l-Istati Kontraenti.
(4) Il-frażi "imgħax" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn securities
tal-Gvern, bonds jew debentures, sew jekk ipotekati sew jekk le u sew jekk jagħti l-
jedd għal sehem fil-profitti sew jekk le, u drittijiet għal dejn ta’ kull xorta kif ukoll
kull income ieħor li hu assimilat għal income fuq flus mislufa mil-liġi tat-taxxa ta’ l-
lstat fejn l-income jinqala’.
(5) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) m’għandhomx japplikaw jekk min
jirċievi l-imgħax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-Istat
Kontraenti l-ieħor fejn jinqala’ l-imgħax, permezz ta’ stabbiliment permanenti
hemmhekk jew jagħmel servizzi professjonali f’dak l-Istat l-ieħor minn bażi stabbilit
hemmhekk u d-dritt għal dejn li minnu jitħallas l-imgħax ikollu effettivament
x’jaqsam ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew mal-bażi stabbilit. F’dak il-każ, l-
imgħax ikun taxxabbli f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor skond il-liġi tiegħu.
(6) L-imgħax għandu jitqies li nqala’ fi Stat Kontraenti meta min iħallsu jkun
dak l-Istat innifsu, sottodiviżjoni politika jew amministrattiva, awtorità  lokali jew
residenti ta’ dak l-Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas l-imgħax, sew jekk tkun
residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti stabbiliment
permanenti li miegħu jkollu x’jaqsam id-dejn li dwaru tħallas l-imgħax, u dak l-
imgħax ikun ir-responsabbiltà  ta’ dak l-istabbiliment permanenti, allura dak l-
imgħax għandu jitqies li nqala’ fl-lstat Kontraenti li fih ikun sitwat l-istabbiliment
permanenti.
(7) Meta, minħabba relazzjoni speċjali bejn min iħallas u min jirċievi jew
bejniethom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont ta’ l-imgħax li tħallas, meta jitqies
id-dritt għal dejn li dwaru jkun tħallas, ikun iżjed mill-ammont li kien ikun
miftiehem bejn min iħallas u min jirċevih fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-aħħar
imsemmi. F’dak il-każ, dik il-parti żejda fuq il-ħlasijiet tibqa’ taxxabbli skond il-liġi
ta’ kull Stat Kontraenti, meta jitqiesu d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 12
Royalties
(1) Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u li jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat l-ieħor jekk dak ir-
residenti jkun is-sid benefiċjarju tar-royalties u r-royalties ikunu jikkonsistu fi
ħlasijiet ta’ kwalunkwe xorta li jkunu riċevuti bħala kumpens għall-użu jew għall-
jedd ta’ l-użu ta’ kull dritt ta’ l-awtur ta’ xogħol letterarju, artistiku jew xjentifiku,
films ċinematografiċi jew tapes għat-televiżjoni jew għax-xandir.
(2) Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u li jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu ntaxxati f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor jekk ir-
royalties jikkonsistu fi ħlasijiet ta’ kwalunkwe xorta riċevuti bħala kumpens għall-
użu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu, ta’ kull invenzjoni, trade mark, disinn, mudell,
pjan, formula sigrieta jew proċess sigriet, tagħmir industrijali, kummerċjali jew
xjentifiku, jew informazzjoni dwar esperjenza industrijali, kummerċjali jew
xjentifika. Iżda, dawk ir-royalties jistgħu jiġu ntaxxati wkoll fl-Istat Kontraenti minn
10 L.S.123.16 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ITALJA
fejn jinqalgħu, u skond il-liġi ta’ dak l-Istat, imma jekk min jirċevihom ikun is-sid
benefiċjarju tar-royalties, it-taxxa hekk imposta m’għandhiex tkun iżjed minn 10 fil-
mija ta’ l-ammont gross ta’ dawk ir-royalties.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) m’għandhomx japplikaw jekk min
jirċievi r-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi negozju fl-
Istat Kontraenti l-ieħor li fih ir-royalties jinqalgħu, permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun qed jaqdi f’dak l-Istat l-ieħor servizz
professjonali minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk u d-dritt jew il-proprjetà  li
dwarha jitħallsu r-royalties ikollha x’taqsam effettivament ma’ dak l-istabbiliment
permanenti jew ma’ dak il-bażi stabbilit. F’dak il-każ, ir-royalties ikunu taxxabbli
f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor skond il-liġi tiegħu.
(4) Royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fi Stat Kontraenti meta min
iħallashom ikun dak l-Istat innifsu, sottodiviżjoni politika jew amministrattiva,
awtorità  lokali jew residenti ta’ dak l-Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas ir-
royalties, sew jekk tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti sew jekk le, ikollha fi Stat
Kontraenti stabbiliment permanenti li dwaru jkun sar l-obbligu li jitħallsu r-
royalties, u dawk ir-royalties ikunu r-responsabbiltà  ta’ dak l-istabbiliment
permanenti, allura dawk ir-royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fl-Istat
Kontraenti li fih ikun qiegħed l-istabbiliment permanenti.
(5) Meta, minħabba r-relazzjoni speċjali bejn min iħallas u min jirċievi jew
bejniethom stess u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties imħallas, meta jitqies l-
użu, id-dritt jew l-informazzjoni li għalih ikunu mħallsa, ikun iżjed mill-ammont li
kien ikun miftiehem bejn min iħallas u min jirċievi fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni,
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-
aħħar imsemmi. F’dak il-każ, il-parti żejda tal-ħlasijiet għandha tibqa’ taxxabbli
skond il-liġi ta’ kull Stat Kontraenti, meta jitqiesu d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan
il-Ftehim.
ARTIKOLU 13
Qligħ Kapitali
(1) Qligħ mill-bejgħ ta’ proprjetà  immobbli, kif imfisser fil-paragrafu (2) ta’ l-
Artikolu 6, jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti li fih dik il-proprjetà  tkun sitwata.
(2) Qligħ minn trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tkun tifforma parti mill-
proprjetà  ta’ negozju ta’ stabbiliment permanenti li mpriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor jew ta’ proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni lil bażi
stabbilit li jkun għad-disposizzjoni ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għall-fini ta’ qadi ta’ servizzi professjonali, inkluż il-qligħ mill-
bejgħ ta’ dak l-istabbiliment permanenti (waħdu jew flimkien ma’ l-impriża sħiħa)
jew ta’ dak il-bażi stabbilit, jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat l-ieħor. Iżda, qligħ mit-
trasferiment ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru mħaddma fi traffiku internazzjonali,
kif ukoll qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tappartjeni għall-operazzjoni
ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru bħal dawn, għandu jkun taxxabbli biss fl-Istat
Kontraenti li fih ikun sitwat il-post ta’ maniġġ effettiv tagħha.
(3) Qligħ mill-bejgħ ta’ kull proprjetà  barra minn dik imsemmija fil-paragrafi
(1) u (2) ikun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li tiegħu min ibiegħ ikun residenti.
ARTIKOLU 14
Servizzi Personali Indipendenti
(1) Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar servizzi personali
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ITALJA ġ L.S.123.16 11
jew dwar attivitajiet indipendenti oħra bħal dawn għandu jiġi ntaxxat biss f’dak l-
Istat. Iżda, dan l-income jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor f’dawn iċ-
ċirkostanzi:
(a) jekk ikollha bażi stabbilit li hi tista’ tuża regolarment fl-Istat Kontraenti
l-ieħor sabiex taqdi l-attivitajiet tagħha (f’liema każ dik il-parti biss ta’
l-income li tkun attribwibbli għall-bażi stabbilit tista’ tkun intaxxata
f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor); jew
(b) jekk il-waqfa tiegħu fl-Istat Kontraenti l-ieħor tkun għal żmien jew
żminijiet li jammontaw għal jew ma jkunux aktar fit-total minn 183
ġurnata f’xi sena kalendarja.
(2) Il-frażi "servizzi professjonali" tinkludi, speċjalment, attivitajiet
indipendenti xjentifiċi, letterarji, artistiċi, edukattivi u ta’ tagħlim kif ukoll
attivitajiet indipedenti ta’ tobba, avukati, inġiniera, periti, dentisti u accountants.
ARTIKOLU 15
Servizzi Personali Dipendenti
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 16, 18, 19 u 20, salarji, pagi u
kumpens ieħor bħal dan li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg
għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jiġix
eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk eżerċitat, dak il-kumpens
li jinkiseb minnu jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor ikun
taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
(a) min jirċevih ikun qiegħed fl-Istat l-ieħor għal żmien jew żminijiet li fit-
total ma jkunux aktar minn 183 ġurnata fis-sena kalendarja li tkun; u
(b) il-kumpens ikun imħallas minn, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx
residenti ta’ l-Istat l-ieħor; u
(ċ) il-kumpens ma jkunx piż fuq l-istabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li l-prinċipal ikollu fl-Istat l-ieħor.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, kumpens dwar
impieg eżerċitat abbord bastiment jew inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali
jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat Kontraenti li fih ikun sitwat il-post ta’ maniġġ effettiv
ta’ l-impriża.
ARTIKOLU 16
Drittijiet tad-Diretturi
Id-drittijiet u ħlasijiet simili tad-diretturi li jinqalgħu minn residenti ta’ Stat
Kontraenti fil-kariga tiegħu bħala membru tal-bord tad-diretturi jew korp bħal dan
ta’ kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu ntaxxati
f’dak l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 17
Artisti u Atleti
(1) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 14 u 15, income li
jinqala’ minn min jagħmel spettakoli pubbliċi ta’ divertiment, bħal artisti tat-teatru,
tal-films ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni, u mużiċisti, u minn atleti
12 L.S.123.16 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ITALJA
mill-attivitajiet personali tagħhom bħala hekk jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti li
fihom dawk l-attivitajiet jiġu eżerċitati.
(2) Meta income dwar attivitajiet personali bħal dawk ta’ min jagħmel
spettakoli jew ta’ atleta ma jmurx għal dak li jagħmel spettakoli jew għal atleta
nnifsu iżda għal persuna oħra, dak l-income jista’, minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-
Artikoli 7, 14 u 15, jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti li fih l-attivitajiet ta’ min jagħmel
spettakoli jew ta’ l-atleta jiġu eżerċitati.
ARTIKOLU 18
Pensjonijiet u Ħlasijiet fis-Sena
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) ta’ l-Artikolu 19,
pensjonijiet u rimunerazzjoni oħra bħalhom, u ħlasijiet fis-sena, imħallsa lil residenti
ta’ Stat Kontraenti għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
(2) Kif użata f’dan l-Artikolu:
(a) il-frażi "pensjonijiet u rimunerazzjoni oħra bħalhom" tfisser ħlasijiet
perjodiċi li jsiru wara rtirar b’kumpens għal impieg ta’ qabel, jew bħala
kumpens għal korrimenti li jiġġarrbu minn impieg ta’ qabel;
(b) il-frażi "ħlas fis-sena" tfisser somma stabbilita  mħallsa perjodikament
matul il-ħajja, jew matul perijodu ta’ żmien speċifikat jew li jista’ jiġi
aċċertat, bl-obbligu li jsiru l-ħlasijiet bi tpattija għal kumpens xieraq u
sħiħ fi flus jew f’dak li jiswa flus.
ARTIKOLU 19
Servizz tal-Gvern
(1) (a) Rimunerazzjoni, barra minn pensjoni, imħallsa minn Stat Kontraenti jew
minn sottodiviżjoni politika jew amministrattiva jew awtorità  lokali tiegħu lil xi
individwu dwar servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew sottodiviżjoni jew awtorità
lokali tiegħu għandha tkun taxxabbli biss f’dak l-Istat.
(b) Iżda, dik il-pensjoni għandha tkun taxxabbli fl-Istat Kontraenti l-ieħor jekk
min jirċeviha jkun nazzjonali u residenti ta’ dak l-Istat Kontraenti l-ieħor li:
(i) ikun nazzjonali ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat sabiex biss jagħti dawk is-servizzi.
(2) (a) Kull pensjoni mħallsa minn, jew mill-fondi maħluqa minn, Stat
Kontraenti jew sottodiviżjoni politika jew amministrattiva jew awtorità  lokali tiegħu
lil xi individwu dwar servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew sottodiviżjoni jew awtorità
lokali tiegħu għandha tkun taxxabbli biss f’dak l-Istat.
(b) Iżda, dik il-pensjoni għandha tkun taxxabbli fl-Istat Kontraenti l-ieħor jekk
min jirċeviha jkun nazzjonali u residenti ta’ dak l-Istat.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15, 16 u 18 għandhom japplikaw għal
rimunerazzjoni u pensjonijiet dwar servizzi mogħtija dwar kummerċ jew negozju
mmexxi minn wieħed mill-Istati Kontraenti jew minn sottodiviżjoni politika jew
amministrattiva jew awtorità  lokali tiegħu.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (l)(a) għandhom japplikaw bl-istess mod
dwar rimunerazzjoni mħallsa, taħt programm ta’ assistenza għall-iżvilupp ta’ Stat
Kontraenti, ta’ sottodiviżjoni politika jew amministrattiva jew awtorità  lokali tiegħu,
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ITALJA ġ L.S.123.16 13
minn fondi maħruġa esklużivament minn dak l-Istat, dawk is-sottodiviżjonijiet jew
awtoritajiet lokali tiegħu, lil speċjalista jew voluntier sekondat lill-Istat Kontraenti l-
ieħor bil-kunsens ta’ dak l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 20
Għalliema, Studenti u Trainees
(1) Professur jew għalliem li jagħmel żjara temporanja fi Stat Kontraenti għal
perijodu li ma jkunx aktar minn sentejn biex jgħallem jew biex jagħmel riċerka
f’università , kulleġġ, skola jew istituzzjoni edukattiva oħra, u li jkun, jew minnufih
qabel dik iż-żjara kien, residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor għandu jkun eżenti mit-
taxxa fl-Istat Kontraenti l-ewwel imsemmi dwar rimunerazzjoni għal dak it-tagħlim
jew riċerka.
(2) Ħlasijiet li student jew trainee li jkun jew li qabel kien residenti ta’ Stat
Kontraenti u li jkun qiegħed fi-Istat Kontraenti l-ieħor biss għall-fini ta’ l-
edukazzjoni jew taħriġ tiegħu, jirċievi għal għan tal-manteniment, edukazzjoni jew
taħriġ għandu jkun eżenti mit-taxxa f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor, sakemm dawk il-
ħlasijiet isiru lilu minn barra dak l-Istat Kontraenti l-ieħor.
(3) Rimunerazzjoni li trainee li jkun jew qabel kien residenti ta’ Stat Kontraenti
jikseb minn impieg li hu jeżerċita  fl-Istat Kontraenti l-ieħor għal għan ta’ taħriġ
prattiku għal perijodu ta’ żmien li raġonevolment hu meħtieġ biex jispiċċa t-taħriġ
tiegħu m’għandhiex tkun intaxxata f’dak l-Istat l-ieħor.
(4) Rimunerazzjoni li student li jkun jew qabel kien residenti ta’ Stat Kontraenti
jikseb minn impieg part-time li hu jeżerċita fl-Istat Kontraenti l-ieħor għal perijodu
ta’ żmien li raġonevolment hu meħtieġ biex jispiċċa l-istudji tiegħu m’għandhiex
tkun intaxxata f’dak l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 21
Income Ieħor
(1) Oġġetti ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jinqalgħu minn fejn
jinqalgħu, li ma jkunux trattati fl-Artikoli ta’ qabel ta’ dan il-Ftehim għandhom
ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
(2) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) m’għandhomx japplikaw jekk min
jirċievi l-income, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-Istat
Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew jaqdi
f’dak l-Istat l-ieħor servizzi professjonali minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-
dritt jew il-proprjetà  li dwarha jitħallas l-income ikollu effettivament x’jaqsam ma’
dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit. F’dak il-każ l-oġġetti ta’ l-income
jkunu taxxabbli f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor skond il-liġi tiegħu.
KAPITOLU IV
Metodu għat-Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
ARTIKOLU 22
Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
(1) Taxxa doppja għandha tiġi mneħħija skond il-paragrafi li ġejjin ta’ dan l-
Artikolu.
(2) Jekk residenti ta’ l-Italja jkollu oġġetti ta’ l-income li jkunu taxxabbli
14 L.S.123.16 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ITALJA
f’Malta, l-Italja meta tiddetermina t-taxxi fuq l-income speċifikati fl-Artikolu 2 ta’
dan il-Ftehim, tista’ tinkludi fil-bażi li fuqha dawn it-taxxi jiġu mposti l-oġġetti ta’ l-
income msemmija, kemm-il darba disposizzjonijiet speċifiċi ta’ dan il-Ftehim ma
jgħidux xort’oħra.
F’dak il-każ, l-Italja għandha tnaqqas mit-taxxi hekk ikkalkolati t-taxxa ta’ Malta
fuq l-income, imma f’ammont li ma jkunx aktar minn dak il-proporzjon tat-taxxa ta’
l-Italja msemmija qabel li dawk l-oġġetti ta’ l-income jkollhom ma’ l-income sħiħ.
Għall-kuntrarju l-ebda tnaqqis ma jingħata jekk l-oġġetti ta’ l-income jkunu
suġġetti fl-Italja għal taxxa minn ras il-għajn finali li tintalab minn min qed jirċievi
l-income skond il-liġi ta’ l-Italja.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Malta dwar l-għoti ta’ kreditu
kontra t-taxxa ta’ Malta dwar taxxa ta’ barra minn Malta, meta, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, ikun hemm magħdud fi stima ta’ Malta income
minn għejjun li jkunu fl-Italja, it-taxxa ta’ l-Italja fuq dak l-income għandha tingħata
bħala kreditu kontra t-taxxa ta’ Malta li titħallas fuqu.
(4) Għall-finijiet tal-paragrafi (2) u (3) ta’ dan l-Artikolu, meta taxxa fuq
dividendi, imgħax jew royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti tkun eżentata jew
imnaqqsa għal perijodu limitat ta’ żmien skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, kull taxxa
bħal dik li ġiet eżentata jew imnaqqsa għandha titqies li tħallset f’ammont li ma
jkunx aktar minn:
(a) 15 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi msemmija fl-Artikolu 10;
(b) 10 fil-mija ta’ l-ammont gross ta’ l-imgħax imsemmi fl-Artikolu 11; u
(ċ) 10 fil-mija ta’ l-ammont gross tar-royalties imsemmija fl-Artikolu 12.
KAPITOLU V
Disposizzjonijiet Speċjali
ARTIKOLU 23
Ebda Diskriminazzjoni
(1) Nazzjonali ta Stat Kontraenti, sew jekk ikunu residenti ta’ wieħed mill-Istati
Kontraenti sew jekk le, m’għanhomx jiġu suġġetti fl-Istat Kontraenti l-ieħor għal xi
tassazzjoni, jew xi ħtieġa li għandha x’taqsam magħha, li ma tkunx jew li tkun ta’
piż aktar mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu magħha li għalihom
nazzjonali ta’ dak l-Istat l-ieħor fl-istess ċirkostanzi huma jew jistgħu jkunu
suġġetti.
(2) It-tassazzjoni fuq stabbiliment permanenti li mpriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor m’għandhiex tinġabar f’dak l-Istat l-ieħor b’mod
inqas favorevoli mit-tassazzjoni miġbura fuq impriżi f’dak l-Istat l-ieħor li jmexxu l-
istess attivitajiet.
Din id-disposizzjoni m’għandhiex tiftiehem bħala li tobbliga Stat Kontraenti li
jagħti lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor xi tnaqqis personali, ħelsien u tnaqqis
għal finijiet ta’ tassazzjoni minħabba l-istat ċivili jew ir-responsabbiltajiet tal-
familja jew xi ċirkostanzi personali oħra li jagħti lil residenti tiegħu stess.
(3) Ħlief fejn japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 9, tal-paragrafu (7)
ta’ l-Artikolu 11, jew tal-paragrafu (5) ta’ l-Artikolu 12, imgħax, royalties u nfieq
ieħor imħallas minn impriża ta’ Stat Kontraenti lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor għandhom, sabiex jiġu stabbiliti l-profitti taxxabbli ta’ dik l-impriża ikunu
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ITALJA ġ L.S.123.16 15
jistgħu jitnaqqsu taħt l-istess kundizzjonijiet bħallikieku kienu tħallsu lil residenti
ta’ l-Istat imsemmi l-ewwel.
(4) Impriżi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom, għal kollox jew f’parti,
ikun proprjetà  ta’ jew ikkontrollat minn, direttament jew indirettament, residenti
wieħed jew aktar ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, m’għandhomx ikunu suġġetti fl-Istat
Kontraenti msemmi l-ewwel għal xi tassazzjoni jew xi ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu
magħha li ma tkunx, jew li tkun ta’ piż aktar minn, it-tassazzjoni u ħtiġiet li
għandhom x’jaqsmu magħha li għalihom impriżi bħal dawk ta’ l-Istat imsemmi l-
ewwel huma jew jistgħu jkunu suġġetti.
(5) F’dan l-Artikolu l-frażi "tassazzjoni" tfisser taxxi ta’ kull xorta u
deskrizzjoni.
ARTIKOLU 24
Proċedura għal Ftehim Reċiproku
(1) Meta residenti ta’ Stat Kontraenti jidhirlu li l-azzjonijiet ta’ wieħed mill-
Istati Kontraenti jew tat-tnejn iwasslu jew jistgħu jwasslu li jiġi ntaxxat mhux skond
dan il-Ftehim, hu jista’, minkejja r-rimedji provduti bil-liġijiet nazzjonali ta’ dawk l-
Istati, jippreżenta l-każ tiegħu lill-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu
jkun residenti jew, jekk il-każ tiegħu jaqa’ taħt il-paragrafu (1) ta’ l-Artikolu 3, għal
dak ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu hu nazzjonali. Dan il-każ għandu jiġi ppreżentat fi
żmien tliet snin mill-ewwel notifika ta’ l-azzjonijiet li jagħtu lok għal tassazzjoni
mhux skond dan il-Ftehim.
(2) L-awtorità  kompetenti għandha tara, jekk l-oġġezzjoni tidher li tkun
ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal għal soluzzjoni xierqa, li
tiddeċiedi l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti
l-ieħor, bil-ħsieb li tiġi evitata tassazzjoni li ma tkunx skond dan il-Ftehim. Kull
ftehim li jintlaħaq għandu jiġi implimentat minkejja kull limiti ta’ żmien fil-liġijiet
nazzjonali ta’ l-Istat Kontraenti.
(3) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jaraw li
jiddeċiedu bi ftehim reċiproku kull diffikultajiet jew dubji li jinqalgħu dwar l-
interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Huma jistgħu wkoll jikkonsultaw lil
xulxin fuq il-ħelsien minn taxxa doppja f’każijiet li mhux provdut għalihom fil-
Ftehim.
(4) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistgħu jikkomunikaw
flimkien direttament sabiex jilħqu ftehim, fis-sens tal-paragrafi ta’ qabel dan.
ARTIKOLU 25
Tibdil ta’ Informazzjoni
(1) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jibdlu dik l-
informazzjoni li tkun meħtieġa sabiex iseħħ dan il-Ftehim jew il-liġijiet domestiċi ta
l-Istati Kontraenti dwar taxxi milquta b’dan il-Ftehim sakemm it-tassazzjoni skond
dawk il-liġijiet ma tmurx kontra dan il-Ftehim, kif ukoll biex tiġi evitata evażjoni
fiskali. It-tibdil ta’ informazzjoni ma jkunx ristrett bl-Artikolu 1. Kull informazzjoni
li tasal għand Stat Kontraenti għandha titqies sigrieta bl-istess mod bħal
informazzjoni miksuba taħt il-liġi domestika ta’ dak l-Istat u għandha titgħarraf biss
lil persuni jew awtoritajiet (magħduda qrati u korpi amministrattivi) imdaħħla fl-
istima jew ġbir ta’, l-infurzar jew prosekuzzjoni dwar, jew il-qtugħ ta’ appelli dwar,
it-taxxi milquta bil-Ftehim. Dawk il-persuni jew awtoritajiet għandhom jużaw l-
informazzjoni għal dawk l-għanijiet biss. Dawn il-persuni jew awtoritajiet jistgħu
16 L.S.123.16 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ITALJA
jagħtu l-informazzjoni fi proċeduri pubbliċi ta’ qrati jew f’deċiżjonijiet ġudizzjarji.
(2) F’ebda każ ma għandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) jiftiehmu
bħala li jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
(a) li jieħu miżuri amministrattivi li ma jaqblux mal-liġijiet jew l-użanzi
amministrattivi ta’ dak l-Istat Kontraenti jew ta’ l-ieħor;
(b) li jagħti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taħt il-liġijiet jew fil-
kors normali ta’ l-amministrazzjoni ta’ dak l-Istat Kontraenti jew ta’ l-
ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet tal-kummerċ, tan-negozju,
industrijali, kummerċjali jew professjonali jew proċess tal-kummerċ,
jew informazzjoni li l-kxif tagħha jkun kontra l-ordni pubbliku (ordre
public).
ARTIKOLU 26
Uffiċjali Diplomatiċi u Konsulari
Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim m’għandha tolqot il-privileġġi fiskali ta’ l-uffiċjali
diplomatiċi jew konsulari taħt ir-regoli ġenerali tal-liġi internazzjonali jew taħt id-
disposizzjonijiet ta’ ftehim speċjali.
ARTIKOLU 27
Rifużjoni
(1) Taxxi miżmuma minn ras il-għajn fi Stat Kontraenti għandhom ikunu rifużi
fuq it-talba tat-taxpayer jew ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu jkun residenti, jekk id-
dritt li jinġabru t-taxxi msemmija jkun regolat bid-disposizzjonijiet ta’ dan il-
Ftehim.
(2) Talbiet għal rifużjoni għandhom isiru fil-limitu ta’ żmien preskritt mil-liġi
ta’ l-Istat Kontraenti li jkun obbligat li jagħmel il-ħlas lura u għandhom ikunu
akkumpanjati minn ċertifikat uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat l-ieħor
li tiegħu jkun residenti min qed jagħmel it-talba.
(3) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom bi ftehim
reċiproku jaqblu fuq il-mod kif għandu jiġi applikat dan l-Artikolu, skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 24 ta’ dan il-Ftehim.
KAPITOLU VI
Disposizzjonijiet Finali
ARTIKOLU 28
Bidu fis-Seħħ
(1) Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat u d-dokumenti ta’ ratifika għandhom jiġu
mibdula f’Ruma kemm jista’ jkun malajr.
(2) Il-Ftehim għandu jibda jseħħ wara t-tibdil tad-dokumenti ta’ ratifika, u d-
disposizzjonijiet tiegħu għandu jkollhom effett:
(a) fl-Italja, dwar income li fuqu ssir stima għal xi perijodu taxxabbli li
jibda fl-ewwel jew wara l-ewwel ta’ Jannar, 1976;
(b) f’Malta, dwar taxxi li jkunu mposti għal xi sena ta’ stima li tibda mis-
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ITALJA ġ L.S.123.16 17
sena ta’ stima li fiha ssir l-istima ta’ l-income ta’ l-1976.
(3) Kull talba għal rifużjoni jew kreditu li ssir skond dan il-Ftehim dwar xi
taxxa li għandha titħallas minn residenti ta’ Stat Kontraenti li tirreferi għal perijodi
taxxabbli li jibdew fl-1 jew wara l-1 ta’ Jannar 1976 u sakemm jibqa fis-seħħ dan il-
Ftehim għandha ssir fi żmien tliet snin mid-data tal-bidu fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim
jew mid-data ta’ meta t-taxxa tiġi mposta, liema minnhom ikun l-iżjed tard. Xejn
minn dan m’għandu jnaqqas xi limitu ta’ żmien itwal li jkun għad-disposizzjoni ta’
residenti għal dan il-għan taħt il-liġi ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu jkun residenti.
ARTIKOLU 29
Terminazzjoni
Dan il-Ftehim għandu jibqa’ jseħħ għal żmien mhux stabbilit iżda kull wieħed
mill-Istati Kontraenti jista’, fit-tletin jew qabel it-tletin ta’ Ġunju ta’ xi sena
kalendarja li tibda wara li jgħaddi ż-żmien ta’ ħames snin mid-data tal-bidu fis-seħħ
tiegħu, jagħti lill-Istat Kontraenti l-ieħor, permezz ta’ mezzi diplomatiċi, avviż ta’
terminazzjoni bil-miktub u, f’dak il-każ, il-Ftehim ma jibqax iseħħ:
(a) fl-Italja, dwar income li fuqu ssir stima għal xi perijodu taxxabbli li
jibda fi-ewwel jew wara l-ewwel ta’ Jannar tas-sena kalendarja li tiġi
wara dik li fiha jingħata l-avviż ta’ terminazzjoni;
(b) f’Malta, dwar taxxi li jkunu mposti għal xi sena ta’ stima fuq income
miksub matul xi żmien li jibda fl-ewwel ta’ Jannar fis-sena li tiġi wara
dik li fiha jingħata l-avviż ta’ terminazzjoni, jew fi snin ta’ wara.
B’XIEHDA TA’ DAN l-hawn taħt iffirmati, awtorizzati kif imiss, iffirmaw dan il-
Ftehim.
MAGĦMUL fil-Belt Valletta, illum 16 ta’ Lulju, 1981 in duplikat fl-ilsien Taljan
u Ingliż, iż-żewġ testi huma t-tnejn awtentiċi.
PROTOKOL
Fl-iffirmar tal-Ftehim li sar illum bejn ir-Repubblika ta’ Malta u r-Repubblika ta’
l-Italja għall-ħelsien minn taxxa doppja u biex tiġi evitata evażjoni fiskali dwar taxxi
fuq l-income, l-hawn taħt iffirmati ftehmu fuq id-disposizzjonijiet addizzjonali li
ġejjin li għandhom jiffurmaw parti integrali mill-Ftehim.
I B’riferenza għall-Artikolu 3, fil-każ li jintlaħaq ftehim bejn Malta u l-Italja
li jirregola d-drittijiet rispettivi tagħhom fuq il-blata kontinentali u affarijiet li
għandhom x’jaqsmu magħha, l-Istati Kontraenti għandhom jidħlu f’negozjati biex
tinbidel id-definizzjoni ta’ Italja u Malta minħabba l-ftehim milħuq.
II B’riferenza għall-Artikolu 5 sit ’il barra mill-kosta fejn isir tħaffir hu inkluż
fl-espressjoni "minjiera, barriera jew post ieħor ta’ estrazzjoni ta’ riżorsi naturali"
fil-paragrafu (2)(f) tiegħu.
Għal Gvern tar-Repubblika ta’ Malta
Robert Stivala,
Segretarju, Ministeru tal-Finanzi, Dwana 
u Investimenti Finanzjarji tal-Poplu.
Għal Gvern tar-Repubblika ta’ l-Italja
Maurizio Battaglini,
Ambaxxatur ta’ l-Italja.
18 L.S.123.16 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ITALJA
III B’riferenza għall-paragrafu (3) ta’ l-Artikolu 7, l-espressjoni "spejjeż li jsiru
għall-iskopijiet ta’ l-istabbiliment permanenti" tfisser spejjeż li għandhom x’jaqsmu
direttament ma’ l-attività  ta’ l-istabbiliment permanenti.
IV (a) B’riferenza għall-Artikolu 8, meta qligħ miksub mit-tmexxija ta’
bastiment fi traffiku internazzjonali minn impriża li l-post tal-maniġġ effettiv tagħha
jkun sitwat f’Malta jkun eżentat minn taxxa taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 86
ta’ l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili, jew taħt xi disposizzjonijiet identiċi jew
jixbħuhom, dak il-qligħ jista’ jiġi ntaxxat fl-Italja jekk ma jiġix pruvat għas-
sodisfazzjon ta’ l-awtorità  kompetenti fl-Italja li mhux iktar minn għoxrin fil-mija
tal-kapital tal-kumpannija li tagħha jkun il-bastiment relattiv ikun direttament jew
indirettament proprjetà  ta’ persuni li ma jkunux residenti ta’ Malta.
(b) B’riferenza wkoll għall-Artikolu 8, impriża ta’ Stat Kontraenti li tikseb
qligħ mit-tmexxija ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali ma
għandhiex tkun suġġetta għal xi taxxa fuq l-income lokali mposta fl-Istat Kontraenti
l-ieħor.
V B’riferenza għall-paragrafu (1) ta’ l-Artikolu 24, l-espressjoni "minkejja r-
rimedji provduti bil-liġijiet nazzjonali" tfisser li l-proċedura għal ftehim reċiproku
mhix alternattiva għal proċedimenti nazzjonali ta’ kontestazzjoni li għandhom, f’kull
każ, jinbdew fil-limitu ta’ żmien tal-liġi nazzjonali.
VI Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 27 ma għandux iżomm lill-
awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti milli jadottaw, bi ftehim reċiproku,
proċeduri oħra għat-tnaqqis ta’ tassazzjoni skond dan il-Ftehim.
VII Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) ta’ l-Artikolu 28, id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 għandhom japplikaw dwar income miksub matul xi
perijodu taxxabbli li jibda fl-1 ta’ jew wara l-1 ta’ Jannar, 1969.
MAGĦMUL fil-Belt Valletta, illum 16 ta’ Lulju, 1981 in duplikat fl-ilsien Taljan
u Ingliż, iż-żewġ testi huma t-tnejn awtentiċi.
Għal Gvern tar-Repubblika ta’ Malta
Robert Stivala,
Segretarju, Ministeru tal-Finanzi, Dwana 
u Investimenti Finanzjarji tal-Poplu.
Għal Gvern tar-Repubblika ta’ l-Italja
Maurizio Battaglini,
Ambaxxatur ta’ l-Italja.
