EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-KANADA ġ L.S.123.17 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.17
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA 
DOPPJA FUQ L-INCOME
MAL-KANADA
5 ta’ Frar, 1988
L-AVVIŻ LEGALI 12 ta’ l-1988.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mal-Kanada.
Arranġamenti 
jkollhom seħħ.
2. Qiegħed jiġi hawnhekk dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-Ordni ġew magħmula mal-Gvern
tal-Kanada sabiex jingħata ħelsien minn taxxa doppja
dwar it-taxxi li ġejjin stabbiliti bil-liġijiet tal-Kanada:
it-taxxi fuq l-income imposti mill-Gvern tal-
Kanada (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa
"it-taxxa tal-Kanada");
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arraġamenti jkollhom
effett.
2 L.S.123.17 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-KANADA
SKEDA
FTEHIM
BEJN
IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA U L-KANADA
GĦALL-ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
U BIEX TIĠI EVITATA EVAŻJONI FISKALI
DWAR TAXXI FUQ L-INCOME U L-KAPITAL
Il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta u l-Gvern tal-Kanada billi jixtiequ jagħmlu
Ftehim għall-ħelsien minn taxxa doppja u biex tiġi evitata evażjoni fiskali dwar taxxi
fuq l-income u l-kapital, ftehmu kif ġej:
I. Għan tal-Ftehim
ARTIKOLU 1
Għan Personali
Dan il-Ftehim għandu japplika għall-persuni li huma residenti ta’ wieħed mill-
Istati Kontraenti jew tat-tnejn.
ARTIKOLU 2
Taxxi Koperti
(1) Dan il-Ftehim għandu japplika għal taxxi fuq l-income u fuq il-kapital
imposti f’isem kull wieħed mill-Istati Kontraenti, hu li hu l-mod li bih jinġabru.
(2) Għandhom jitqiesu bħala taxxi fuq l-income u fuq il-kapital it-taxxi kollha
mposti fuq l-income totali, fuq il-kapital totali, jew fuq elementi ta’ income jew ta’
kapital, inklużi t-taxxi fuq il-qligħ mill-bejgħ ta’ proprjetà  mobbli jew immobbli,
taxxi fuq l-ammont totali ta’ pagi jew salarji mħallsa minn impriżi, kif ukoll taxxi
fuq apprezzament ta’ kapital.
(3) It-taxxi eżistenti li għalihom japplika l-Ftehim huma, partikolarment -
(a) fil-każ tal-Kanada:
it-taxxi fuq l-income imposti mill-Gvern tal-Kanada, (hawnhekk iżjed
’il quddiem imsejħa "it-taxxa tal-Kanada");
(b) fil-każ ta’ Malta:
it-taxxa fuq l-income, inklużi ħlasijiet bil-quddiem ta’ taxxa sew jekk bi
tnaqqis minn ras il-għajn jew xort’oħra, (hawnhekk iżjed ’il quddiem
imsejħa "it-taxxa ta’ Malta").
(4) Il-Ftehim għandu japplika wkoll għal kull taxxi bħalhom jew li
sostanzjalment jixbħuhom u għal taxxi fuq il-kapital li jiġu mposti wara d-data li
fiha dan il-Ftehim jiġi ffirmat b’żieda ma’, jew minflok, it-taxxi eżistenti. L-Istati
Kontraenti għandhom javżaw lil xulxin b’kull tibdil sinjifikanti li jkun sar fil-liġijiet
tagħhom rispettivi li jirrigwardaw it-taxxa.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-KANADA ġ L.S.123.17 3
II. Tifsiriet
ARTIKOLU 3
Tifsiriet ġenerali
(1) F’dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra:
(a) (i) il-frażi "Kanada" użata f’sens ġeografiku, tfisser it-territorju tal-Kanada,
flimkien ma’ kull area barra mill-ibħra territorjali tal-Kanada li, taħt il-liġijiet tal-
Kanada, hi area li fiha l-Kanada tista’ teżerċita d-drittijiet dwar qiegħ il-baħar u s-
sottoswol u r-riżorsi naturali tagħhom;
(ii)il-frażi "Malta" tfisser ir-Repubblika ta’ Malta u meta wżata f’sens
ġeografiku, il-frażi "Malta" tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-Gżira ta’ Għawdex u l-
gżejjer l-oħra ta’ l-Arċipelagu Malti, flimkien ma’ l-ibħra territorjali tagħhom, u kull
area barra mill-baħar territorjali ta’ Malta li, skond il-liġi internazzjonali, hi hekk
imsemmija jew aktar ’il quddiem tista’ tissejjaħ, taħt il-liġi ta’ Malta dwar il-Blata
Kontinentali, bħala area li fiha d-drittijiet ta’ Malta dwar qiegħ il-baħar u s-
sottoswol u r-riżorsi naturali tagħhom jistgħu jiġu eżerċitati;
(b) il-frażijiet "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-ieħor" ifissru, skond ma
teħtieġ ir-rabta tal-kliem, il-Kanada jew Malta;
(ċ) il-frażi "persuna" tinkludi individwu, estate, trust, kumpannija, soċjetà  u
kull korp ieħor ta’ persuni;
(d) il-frażi "kumpannija" tfisser kull għaqda korporata jew kull entità  li titqies
bħala għaqda korporata għall-finijiet ta’ taxxa; bil-Franciz, il-frażi "societé " tfisser
ukoll "corporation" għall-ħtiġiet tal-liġi Kanadiża;
(e) il-frażijiet "impriża ta’ Stat Kontraenti" u "impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor" ifissru rispettivament impriża li titmexxa minn residenti ta’ Stat Kontraenti u
mpriża li titmexxa minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(f) il-frażi "awtorità  kompetenti" tfisser:
(i) fil-każ tal-Kanada, il-Ministru tad-Dħul Nazzjonali ("Minister of
National Revenue") jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu;
(ii) fil-każ ta’ Malta, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu;
(g) il-frażi "traffiku internazzjonali" tfisser kull trasport b’bastiment jew
b’inġenji ta’ l-ajru mħaddma minn impriża ta’ Stat Kontraenti, barra minn meta l-
bastiment jew l-inġenji ta’ l-ajru jkunu mħaddma biss bejn postijiet fl-Istat
Kontraenti l-ieħor;
(h) il-frażi "nazzjonali" tfisser:
(i) fil-każ tal-Kanada, kull individwu li jkollu in-nazzjonalità  tal-Kanada u
kull persuna, soċjetà  jew assoċjazzjoni ġuridika li tikseb dak l-istat
tagħha bis-saħħa tal-liġijiet fis-seħħ fil-Kanada;
(ii) fil-każ ta’ Malta, kull ċittadin ta’ Malta kif provdut fil-Kapitolu III tal-
Kostituzzjoni ta’ Malta u fl-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, u kull
persuna, soċjetà  u assoċjazzjoni ġuridika li tikseb dak l-istat tagħha bis-
saħħa tal-liġi fis-seħħ f’Malta.
(2) Dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim minn Stat Kontraenti kull frażi li ma tkunx
xort’oħra mfissra għandha, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra,
ikollha l-istess tifsir kif mogħti lilha taħt il-liġi ta’ dak l-Istat dwar it-taxxi li
4 L.S.123.17 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-KANADA
japplika għalihom dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 4
Domiċilju Fiskali
(1) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "residenti ta’ Stat Kontraenti" tfisser
kull persuna li, taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat, hija suġġetta għat-taxxa hemmhekk
minħabba d-domiċilju, ir-residenza, post tal-maniġġ jew xi kriterju ieħor ta’ xorta
bħal din.
(2) Fejn minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) individwu jkun residenti
taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-Istat tiegħu għandu jiġi determinat kif ġej:
(a) huwa għandu jitqies li huwa residenti ta’ l-Istat li fih ikollu dar
permanenti għad-disposizzjoni tiegħu; jekk huwa jkollu dar permanenti
għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati, huwa għandu jitqies li huwa
residenti ta’ l-Istat li miegħu r-relazzjonijiet personali u ekonomiċi
tiegħu jkunu l-aktar marbuta (ċentru ta’ interessi vitali);
(b) jekk l-Istat li fih huwa jkollu ċ-ċentru ta’ interessi vitali ma jistax jiġi
determinat, jew jekk huwa ma jkollux għad-disposizzjoni tiegħu dar
permanenti fl-ebda Stat, huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat
li fih soltu jirrisjedi;
(ċ) jekk huwa s-soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati jew f’ebda wieħed minnhom,
huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li tiegħu jkun nazzjonali;
(d) jekk huwa jkun nazzjonali taż-żewġ Stati jew ta’ l-ebda wieħed
minnhom, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom
jiddeċiedu l-każ bi ftehim bejniethom.
(3) Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, l-awtoritajiet ta’ l-Istati
Kontraenti għandhom jaraw li jiddeċiedu l-każ bi ftehim bejniethom wara li
jikkonsidraw partikolarment il-post effettiv tal-maniġġ tagħha, il-post fejn tkun
inkorporata jew xort’oħra kostitwita u kull fattur ieħor relevanti. Fin-nuqqas ta’
ftehim bħal dan persuna bħal din ma għandhiex titqies li tkun residenti ta’ xi wieħed
mill-Istati Kontraenti għall-finijiet ta’ l-Artikoli 6 sa 22 it-tnejn inklużi u l-Artikolu
24.
ARTIKOLU 5
Stabbiliment Permanenti
(1) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "stabbiliment permanenti" tfisser
post fiss tan-negozju li minnu jiġi mmexxi għal kollox jew f’parti x-xogħol ta’ l-
impriża.
(2) Il-frażi "stabbiliment permanenti" tinkludi b’mod speċjali:
(a) post ta’ maniġġ;
(b) fergħa;
(ċ) uffiċċju;
(d) fabbrika;
(e) ħanut tax-xogħol; u
(f) minjiera, bir taż-żejt jew tal-gass, barriera jew kull post ieħor ta’
estrazzjoni ta’ riżorsi naturali.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-KANADA ġ L.S.123.17 5
(3) Sit tal-bini jew proġett ta’ kostruzzjoni jew stallazzjoni, jew stallazzjoni jew
rig tat-tħaffir jew bastiment użat għall-esplorazzjoni jew żvilupp tar-riżorsi naturali,
jew attivitajiet ta’ superviżjoni li għandhom x’jaqsmu magħhom, jikkostitwixxu
stabbiliment permanenti iżda biss jekk is-sit, il-proġett jew l-attività  bħal dawn
ikomplu għal żmien jew żminijiet li fit-total ikunu aktar minn 183 jum f’xi perjodu
ta’ tnax-il xahar, inkluż il-perjodu ta’ attività  ta’ superviżjoni li għandu x’jaqsam
miegħu.
(4) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frażi
"stabbiliment permanenti" għandha titqies li ma tinkludix:
(a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim ta’
oġġetti jew merkanzija li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża;
(b) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim;
(ċ) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ proċessar minn impriża oħra;
(d) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ xiri ta’ oġġetti jew
merkanzija jew ta’ ġbir ta’ tagħrif għall-impriża;
(e) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss li tagħmel, għall-
impriża, xi attività  oħra ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja;
(f) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju biss għal kull kombinazzjoni ta’
attivitajiet imsemmija fis-subparagrafi (a) sa (e) iżda li l-attività  kollha
tal-post fiss ta’ negozju li toħroġ minn din il-kombinazzjoni tkun ta’
xorta preparatorja jew awżiljarja.
(5) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2), meta persuna - li ma
tkunx aġent ta’ status indipendenti li għaliha japplika l-paragrafu (6) - taġixxi għan-
nom ta’ mpriża u għandha, u soltu twettaq fi Stat Kontraenti awtorità  li tikkonkludi
kuntratti f’isem l-impriża, dik l-impriża għandha titqies li għandha stabbiliment
permanenti f’dak l-Istat dwar kull attività  li dik il-persuna tagħmel għall-impriża,
sakemm l-attivitajiet ta’ dik il-persuna ma jkunux limitati għal dawk imsemmija fil-
paragrafu (4) li, kieku mwettqa minn post fiss ta’ negozju, ma jagħmlux dan il-post
fiss ta’ negozju stabbiliment permanenti taħt id-disposizzjonijiet ta’ dak il-
paragrafu.
(6) Impriża ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment permanenti fi Stat
Kontraenti għaliex biss tmexxi negozju f’dak l-Istat permezz ta’ sensal, aġent
ġenerali b’kummissjoni jew xi aġent ieħor bi status indipendenti, sakemm dawk il-
persuni jaġixxu fil-kors ordinarju tan-negozju tagħhom.
(7) Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikkontrolla jew
tkun kontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, jew
li tmexxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta’ stabbiliment permanenti sew
xort’oħra), ma għandux fih innifsu jikkostitwixxi xi waħda mill-kumpanniji
stabbiliment permanenti ta’ l-oħra.
III. Tassazzjoni ta’ Income
ARTIKOLU 6
Income minn Proprjetà  Immobiljari
(1) Income miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn proprjetà
immobiljari sitwata fl-Istat Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
6 L.S.123.17 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-KANADA
(2) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "proprjetà  immobiljari" għandu
jkollha l-istess tifsir li għandha taħt il-liġi ta’ l-Istat Kontraenti li fih il-proprjetà  li
tkun hija sitwata. Il-frażi għandha f’kull każ tinkludi proprjetà  aċċessorja għal
proprjetà  immobiljari, drittijiet li għalihom japplikaw id-disposizzjonijiet tal-liġi
ġenerali dwar proprjetà  immobiljari, użufrutt ta’ proprjetà  immobiljari u drittijiet
għal ħlasijiet li jvarjaw jew fissi bħala kumpens għall-ħdim ta’, jew għall-jedd li
jinħadmu, depożiti minerali, għejjun u riżorsi oħra naturali; bastimenti, dgħajjes u
inġenji ta’ l-ajru ma għandhomx jitqiesu bħala proprjetà  immobiljari.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) għandhom japplikaw għal income li
jinkiseb mill-użu dirett, kiri, jew użu ta’ kull xort’oħra ta’ proprjetà  immobiljari u
għal profitti jew income mill-bejgħ ta’ proprjetà  bħal din.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (3) għandhom japplikaw ukoll għal
income minn proprjetà  immobiljari ta’ mpriża u għal income minn proprjetà
immobiljari li tkun użata għall-qadi ta’ servizzi personali indipendenti.
ARTIKOLU 7
Profitti minn Negozju
(1) Il-profitti ta’ mpriża ta’ Stat Kontraenti għandhom jiġu ntaxxati biss f’dak l-
Istat kemm-il darba l-impriża ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk. Jekk l-impriża
tmexxi jew tkun mexxiet negozju kif intqal qabel, il-profitti ta’ l-impriża jistgħu jiġu
ntaxxati fl-Istat l-ieħor iżda biss għal dik il-parti minnhom li jinqalgħu minn dak l-
istabbiliment permanenti.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (3), meta mpriża ta’ Stat
Kontraenti tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qiegħed hemmhekk, għandhom jiġu attribwiti lil dak l-
istabbiliment permanenti f’kull Stat Kontraenti l-profitti li kien ikun mistenni
jagħmel kieku kien impriża distinta u separata li taħdem fl-istess attivitajiet jew
oħrajn bħalhom taħt l-istess kundizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem
indipendentement għal kollox mill-impriża li tagħha hija stabbiliment permanenti.
(3) Biex jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, għandu jkun
permess bħala tnaqqis spejjeż li jsiru għall-iskopijiet ta’ l-istabbiliment permanenti
magħduda l-ispejjeż eżekuttivi u amministrattivi ġenerali li jsiru, sew jekk fl-Istat li
fih l-istabbiliment permanenti jkun qiegħed sew jekk band’oħra.
(4) Safejn ikun soltu li fih Stat Kontraenti jiġu stabbiliti l-profitti li għandhom
jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti fuq il-bażi ta’ tqassim tal-profitti totali ta’
l-impriża fuq il-partijiet diversi tagħha, ebda ħaġa fil-paragrafu (2) ma għandha
ttellef lil dak l-Istat Kontraenti milli jistabbilixxi l-profitti li għandhom jiġu ntaxxati
skond dak it-tqassim kif soltu jsir. Iżda l-mod ta’ tqassim adottat għandu jkun hekk li
r-riżultat ikun skond il-prinċipji li hawn f’dan l-Artikolu.
(5) Ma għandhom jiġu attribwiti ebda profitti lil stabbiliment permanenti
minħabba biss ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew merkanzija
għall-impriża.
(6) Għall-finijiet tal-paragrafi ta’ qabel, il-profitti li għandhom jiġu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-istess mod minn sena għal
sena kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u biżżejjed biex isir kuntrarju.
(7) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx jolqtu d-
disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Stat Kontraenti dwar it-tassazzjoni ta’ profitti fuq in-
negozju ta’ assikurazzjoni li jitwettaq f’dak l-Istat.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-KANADA ġ L.S.123.17 7
(8) Meta profitti jinkludu oġġetti ta’ income li qed jiġu trattati separatament
f’Artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, allura d-disposizzjonijiet ta’ dawk l-Artikoli ma
jkunux milquta bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
ARTIKOLU 8
Trasport bil-Baħar u bl-Ajru
(1) Profitti miksuba minn impriża ta’ Stat Kontraenti mit-tħaddim ta’ bastimenti
jew inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali għandhom ikunu ntaxxati biss f’dak l-
Istat.
(2) Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, profitti mit-tħaddim ta’ bastimenti jew
inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali jinkludu profitti derivati mill-kiri ta’
bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru fuq bażi full jew bareboat jekk ikunu mħaddma fi
traffiku internazzjonali mill-kerrej jew jekk dawk il-profitti tal-kiri jkunu inċidentali
għal profitti oħrajn deskritti fil-paragrafu (1).
(3) Profitti ta’ mpriża ta’ Stat Kontraenti mill-użu, żamma jew kiri ta’
containers (magħduda karrelli, braken, u apparat li għandu x’jaqsam għat-trasport
ta’ containers) użat għat-trasport ta’ l-oġġetti jew merkanzija fi traffiku
internazzjonali għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
(4) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1), (2) u (3) u ta’ l-Artikolu 7,
profitti miksuba mit-tħaddim ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru wżati prinċipalment
għat-trasport ta’ passiġġieri jew oġġetti esklussivament bejn postijiet fi Stat
Kontraenti jistgħu jiġu ntaxxati f’dak l-Istat.
(5) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1), (3) u (4) għandhom japplikaw ukoll
għall-profitti msemmija f’dawk il-paragrafi miksuba minn impriża ta’ Stat
Kontraenti mill-parteċipazzjoni f’pool, negozju joint jew aġenzija internazzjonali ta’
tħaddim.
ARTIKOLU 9
Impriżi Assoċjati
(1) Meta -
(a) impriża ta’ Stat Kontraenti tipparteċipa direttament jew indirettament
fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor, jew
(b) l-istess persuni jipparteċipaw direttament jew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ mpriża ta’ Stat Kontraenti u ta’ mpriża
ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor,
u f’kull każ jiġu magħmula jew imposti kundizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji ta’ bejniethom li ma jaqblux ma’ dawk li
kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f’dak il-każ kull profitt li, kieku ma
kienux dawk il-kundizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-impriżi, iżda
minħabba dawk il-kundizzjonijiet ma ġewx hekk akkumulati, jistgħu jiġu nklużi fil-
profitti ta’ dik l-impriża u ntaxxati skond hekk.
(2) Meta Stat Kontraenti jinkludi fil-profitti ta’ mpriża ta’ dak l-Istat - u
jintaxxa skond hekk - profitti li fuqhom impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor ġiet
intaxxata f’dak l-Istat l-ieħor u l-profitti hekk magħduda jkunu profitti li kienu
jinqalgħu mill-impriża ta’ l-ewwel Stat imsemmi kieku l-kundizzjonijiet magħmula
bejn iż-żewġ impriżi kienu dawk li kienu jsiru bejn żewġ impriżi indipendenti, allura
dak l-Istat l-ieħor għandu jagħmel it-tibdil xieraq fl-ammont ta’ taxxa mposta
8 L.S.123.17 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-KANADA
hemmhekk fuq dawk il-profitti. Biex jiġi stabbilit it-tibdil, għandu jittieħed qies
xieraq tad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
(3) Stat Kontraenti ma għandux ibiddel il-profitti ta’ mpriża fiċ-ċirkostanzi
msemmija fil-paragrafu (1) wara li jgħaddi l-limitu ta’ żmien imsemmi fil-liġijiet
nazzjonali tiegħu u, f’kull każ, wara ħames snin mill-aħħar tas-sena li fiha l-profitti
li jkunu suġġetti għal tibdil bħal dan kienu jkunu miksuba minn impriża ta’ dak l-
Istat.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (2) u (3) ma għandhomx japplikaw fil-każ
ta’ frodi, negliġenza jew nuqqas bil-ħsieb.
ARTIKOLU 10
Dividendi
(1) Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu ntaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Iżda, dawk id-dividendi jistgħu jiġu ntaxxati wkoll fl-Istati Kontraenti li
tiegħu l-kumpannija li tkun tħallas id-dividendi tkun residenti, u skond il-liġijiet ta’
dak l-Istat, iżda:
(a) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija li tkun residenti l-Kanada
lil residenti ta’ Malta li jkun is-sid benefiċjarju tad-dividendi t-taxxa
hekk imposta m’għandhiex tkun iżjed minn 15 fil-mija ta’ l-ammont
gross tad-dividendi;
(b) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija residenti ta’ Malta lil
residenti tal-Kanada li jkun is-sid benefiċjarju tagħhom:
(i) it-taxxa ta’ Malta fuq l-ammont gross tad-dividendi ma għandux
ikun iżjed minn dak impost fuq il-profitti li minnhom jitħallsu d-
dividendi;
(ii) meta dividendi bħal dawn jitħallsu minn profitti ta’ kumpannija li
tkun tirċievi benefiċċji ta’ taxxa taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-
Ordinanza dwar Għajnuna lill-Industriji, ir-rata tat-taxxa ta’
Malta fuq id-dividendi għandha tkun dik applikabbli taħt il-
Ħames Skeda ta’ l-istess Ordinanza.
Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx jolqtu t-tassazzjoni tal-
kumpannija dwar il-profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
(3) Il-frażi "dividendi" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn
azzjonijiet, azzjonijiet "jouissance" jew drittijiet "jouissance", azzjonijiet f’minjieri,
azzjonijiet tal-fondaturi jew drittijiet oħra, li ma jkunux talbiet għal dejn, li
jipparteċipaw fil-profitti, kif ukoll income li huwa meqjus għall-fini tat-taxxa l-istess
bħal income minn azzjonijiet skond il-liġijiet ta’ l-Istat li fih tkun residenti l-
kumpannija li tagħmel it-tqassim.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) ma għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-
Istat Kontraenti l-ieħor, li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-dividendi,
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li jkun jaqdi
f’dak l-Istat l-ieħor servizz personali indipendenti minn bażi stabbilit sitwat
hemmhekk, u l-holding li dwarhom id-dividendi jkunu mħallsa jkollu x’jaqsam
effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit. F’dak il-każ id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 14, skond il-każ, għandhom
japplikaw.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-KANADA ġ L.S.123.17 9
(5) Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpannija, ħlief meta dividendi bħal dawn jitħallsu
lil residenti ta’ dak l-Istat l-ieħor jew safejn il-holding li dwaru jitħallsu d-dividendi
jkollu x’jaqsam effettivament ma’ stabbiliment permanenti jew ma’ bażi stabbilit
sitwat f’dak l-Istat l-ieħor, jew jissuġġetta l-profitti mhux distribwiti tal-kumpannija
għal taxxa fuq il-profitti mhux distribwiti, anki jekk id-dividendi mħallsa jew il-
profitti mhux distribwiti jikkonsistu f’kollox jew f’parti minnhom minn profitti jew
income li jinqalgħu f’dak l-Istat l-ieħor.
(6) L-ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tiftiehem li ma tħallix Stat
Kontraenti milli jimponi fuq il-qligħ ta’ kumpannija li jkun attribwit għal
stabbiliment permanenti f’dak l-Istat, taxxa b’żieda mat-taxxa li tkun imposta fuq il-
qligħ ta’ kumpannija li tkun nazzjonali ta’ dak l-Istat, kemm-il darba taxxa
addizzjonali bħal din hekk imposta ma għandhiex tkun iżjed minn 15 fil-mija ta’ l-
ammont ta’ dan il-qligħ li ma jkunx ġie suġġett għal taxxa addizzjonali bħal din fi
snin ta’ qabel ta’ tassazzjoni. Għall-finijiet ta’ din id-disposizzjoni, il-frażi "qligħ"
tfisser il-profitti li jkunu attribwiti lil stabbiliment permanenti fi Stat Kontraenti
f’sena u fi snin ta’ qabel wara li taqta’ minnhom it-taxxi kollha, barra t-taxxa
addizzjonali msemmija hawnhekk, imposta fuq dawn il-profitti minn dak l-Istat.
ARTIKOLU 11
Imgħax
(1) Imgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u li jitħallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Iżda, dak l-imgħax jista’ jiġi ntaxxat ukoll fl-Istat Kontraenti fejn jinqala’, u
skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda jekk min jirċevih ikun is-sid benefiċjarju ta’ l-
imgħax it-taxxa hekk imposta m’għandhiex tkun iżjed minn 15 fil-mija ta’ l-ammont
gross ta’ l-imgħax.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) -
(a) imgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u li jitħallas lill-Gvern jew lill-
Bank Ċentrali ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor għandu jkun eżenti mit-taxxa
fl-Istal l-ewwel imsemmi;
(b) imgħax li jinqala’ f’Malta u li jitħallas lill-Export Development
Corporation għandu jkun eżenti mit-taxxa ta’ Malta;
(ċ) imgħax li jinqala’ fil-Kanada u li jitħallas lill-Korporazzjoni Maltija ta’
l-lżvilupp għandu jkun eżenti mit-taxxa tal-Kanada.
(4) Il-frażi "imgħax" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn drittijiet
għal dejn ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le, u sew jekk jagħti l-jedd għal
sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b’mod partikolari, income minn
assikurazzjonijiet tal-Gvern u income minn bonds jew debentures, inklużi premiums
u premjijiet annessi ma’ assikurazzjonijiet, bonds jew debentures bħal dawk, kif
ukoll income li huwa meqjus għall-fini tat-taxxa l-istess bħal income minn flus
mislufa skond il-liġijiet ta’ l-Istat li fih l-income jinqala’. Iżda, il-frażi "imgħax" ma
tinkludix income msemmi fl-Artikolu 10.
(5) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) ma għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju ta’ l-imgħax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih jinqala’ l-imgħax permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jew jagħmel servizzi personali indipendenti f’dak l-
Istat l-ieħor minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt għal dejn li dwaru
10 L.S.123.17 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-KANADA
jitħallas l-imgħax ikollu effettivament x’jaqsam ma’ dak l-istabbiliment permanenti
jew bażi stabbilit. F’dak il-każ id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu
14, skond il-każ, għandhom japplikaw.
(6) L-imgħax għandu jitqies li jinqala’ fi Stat Kontraenti meta min iħallas ikun
dak l-Istat innifsu, sottodiviżjoni politika, awtorità  lokali jew residenti ta’ dak l-
Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas l-imgħax, sew jekk tkun residenti ta’ Stat
Kontraenti sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti stabbiliment permamenti jew bażi
stabbilit li miegħu jkollu x’jaqsam id-dejn li dwaru jkun tħallas l-imgħax, u dak l-
imgħax ikun piż ta’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit, allura dak l-
imgħax għandu jitqies li nqala’ fl-Istat li fih ikun sitwat l-istabbiliment permanenti
jew il-bażi stabbilit.
(7) Meta, minħabba relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju jew
bejniethom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont ta’ l-imgħax, meta jitqies id-dritt
għal dejn li dwaru jkun tħallas, ikun iżjed mill-ammont li kien ikun miftiehem bejn
min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-aħħar imsemmi. F’każ
bħal dak, il-parti żejda tal-ħlasijiet tibqa’ taxxabbli skond il-liġijiet ta’ kull Stat
Kontraenti, meqjusa b’mod xieraq id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 12
Royalties
(1) Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u li jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu ntaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Iżda, dawn ir-royalties jistgħu jiġu ntaxxati wkoll fl-Istat Kontraenti li fih
jinqalgħu, u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda jekk min jirċevihom ikun is-sid
benefiċjarju tar-royalties it-taxxa hekk imposta ma għandhiex tkun iżjed minn 10 fil-
mija ta’ l-ammont gross tar-royalties.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2, royalties għall-copyright u
ħlasijiet oħra bħal dawn dwar il-produzzjoni jew ir-riproduzzjoni ta’ kull xogħol
letterarju, edukattiv, drammatiku, mużikali jew artistiku (iżda li ma jinkludix
royalties dwar films ċinematografiċi u xogħlijiet fuq film jew videotape għall-użu
fuq it-television) li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u li jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor li jkun suġġett għat-taxxa fuqhom għandhom ikunu taxxabbli biss
f’dak l-Istat l-ieħor.
(4) Il-frażi "royalties" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser ħlasijiet ta’ kwalunkwe
xorta riċevuti bħala kumpens għall-użu ta’ jew għall-jedd ta’ l-użu ta’ kull copyright,
invenzjoni, trade mark, disinn jew mudell, pjan, formula jew proċess sigriet, jew
għall-użu ta’ jew għall-jedd ta’ l-użu ta’ tagħmir industrijali, kummerċjali jew
xentifiku, jew għall-informazzjoni dwar esperjenza industrijali, kummerċjali jew
xjentifika, u tinkludi ħlasijiet ta’ kull xorta dwar films ċinematografiċi u xogħlijiet
fuq film jew videotape għall-użu fuq it-television.
(5) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (2) u (3) ma għandhomx japplikaw jekk is-
sid benefiċjarju tar-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih ir-royalties jinqalgħu permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun qed jaqdi f’dak l-Istat l-ieħor
servizzi personali indipendenti minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt jew il-
proprjetà  li dwarha jitħallsu r-royalties ikollu x’jaqsam effettivament ma’ dak l-
istabbiliment permanenti jew ma’ dak il-bażi stabbilit. F’dak il-każ id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ, għandhom
japplikaw.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-KANADA ġ L.S.123.17 11
(6) Royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fi Stat Kontraenti meta min
iħallashom ikun dak l-Istat innifsu, sotto-diviżjoni politika, awtorità  lokali jew
residenti ta’ dak l-Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas ir-royalties, sew jekk tkun
residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti stabbiliment
permanenti jew bażi stabbilit li dwaru jkun sar l-obbligu li jitħallsu r-royalties, u
dawk ir-royalties ikunu r-responsabbilità  ta’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit, allura dawk ir-royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fl-Istat li fih ikun
qiegħed l-istabbiliment permanenti jew il-bażi stabbilit.
(7) Meta, minħabba r-relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
jew bejniethom stess u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties, meta jitqies l-użu,
id-dritt jew l-informazzjoni li għalih ikunu mħallsa, ikun iżjed mill-ammont li kien
ikun miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni,
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-
aħħar imsemmi. F’dak il-każ, il-parti żejda tal-ħlasijiet għandha tibqa’ taxxabbli
skond il-liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, meta jitqiesu d-disposizzjonijiet l-oħra ta’
dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 13
Qligħ Kapitali
(1) Qligħ miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti mit-trasferiment ta’
proprjetà  immobiljari sitwata fl-Istat Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-
Istat l-ieħor.
(2) Qligħ minn trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tkun tifforma parti mill-
proprjetà  tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li mpriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor jew ta’ proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni lil bażi
stabbilit li jkun għad-disposizzjoni ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għall-fini ta’ qadi ta’ servizzi personali indipendenti inkluż dak il-
qligħ mit-tneħħija ta’ dak l-istabbiliment permanenti (waħdu jew ma’ l-impriża
sħiħa) jew ta’ dak il-bażi stabbilit, jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(3) Qligħ minn trasferiment ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru fi traffiku
internazzjonali jew minn proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni lill-operazzjoni ta’
dawk il-bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru, għandu jkun taxxabbli biss fl-Istat
Kontraenti li fih dik il-proprjetà  tkun taxxabbli skond il-paragrafu (3) ta’ l-Artikolu
22.
(4) Qligħ minn trasferiment ta’ -
(a) ishma tal-capital stock ta’ kumpannija li l-proprjetà  tagħha tikkonsisti
prinċipalment fi proprjetà  immobiljari sitwata fl-Istat Kontraenti l-
ieħor, u
(b) sehem f’soċjetà , trust jew estate, li l-proprjetà  tagħhom tikkonsisti
prinċipalment fi proprjetà  immobiljari sitwata fi Stat Kontraenti,
jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-frażi "proprjetà
immobiljari" tinkIudi l-ishma ta’ kumpannija msemmija fis-subparagrafu (a) jew
sehem f’soċjetà , trust jew estate imsemmija fis-subparagrafu (b) iżda ma għandhiex
tinkludi proprjetà , barra minn proprjetà  mikrija, li fih in-negozju tal-kumpannija,
soċjetà , trust jew estate ikun immexxi.
(5) Qligħ minn trasferiment ta’ kull proprjetà , barra minn dik imsemmija fil-
paragrafi (1), (2), (3) u (4) ikun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li tiegħu min ibiegħ
ikun residenti.
(6) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (5) ma għandhomx jaffettwaw id-dritt ta’
12 L.S.123.17 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-KANADA
xi wieħed mill-Istati Kontraenti li jagħmel, skond il-liġi tiegħu, taxxa fuq qligħ minn
trasferiment ta’ kull proprjetà  miksuba minn individwu li jkun residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor u li kien residenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi f’xi żmien matul is-
sitt snin li jiġu immedjatament qabel it-trasferiment tal-proprjetà .
ARTIKOLU 14
Servizzi Personali Indipendenti
(1) Qligħ miksub minn individwu li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti mill-qadi
ta’ servizzi professjonali jew attivitajiet oħra ta’ karattru indipendenti jkun taxxabbli
biss f’dak l-Istat kemm-il darba dawk is-servizzi ma jsirux fl-Istat Kontraenti l-ieħor
u -
(a) l-individwu jkun preżenti f’dak l-Istat l-ieħor għall-perijodu jew
perijodi li jammontaw għal aktar minn 90 ġurnata fis-sena taxxabbli
konċernata, jew
(b) l-individwu għandu jew kellu bażi fiss regolari għad-disposizzjoni
tiegħu f’dak l-Istat l-ieħor għall-qadi ta’ l-attivitajiet tiegħu, imma dik
il-parti biss mill-income tiegħu li hu attribwibbli għal dak il-bażi fiss
tista’ tiġi ntaxxata f’dak l-Istat l-ieħor, jew
(ċ) ir-rimunerazzjoni għas-servizzi tiegħu fl-Istat Kontraenti l-ieħor tkun
miksuba minn residenti ta’ dak l-Istat u tkun aktar minn għaxart elef
dollaru Kanadiż jew l-ekwivalenti fi flus Maltin matul is-sena taxxabbli.
(2) II-frażi "servizzi professjonali" tinkludi speċjalment attivitajiet indipendenti
xjentifiċi, letterarji, artistiċi, edukattivi jew ta’ tagħlim kif ukoll attivitajiet
indipendenti ta’ tobba, avukati, inġiniera, periti, dentisti u accountants.
ARTIKOLU 15
Servizzi Personali Dipendenti
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 16, 18 u 19, salarji, pagi u
kumpens ieħor bħal dan li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg
għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jiġix
eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk eżerċitat, dak il-kumpens
li jinkiseb minnu jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor ikun
taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk min jirċevih ikun qiegħed fl-Istat l-
ieħor għal żmien jew żminijiet li fit-total ma jkunux aktar minn 183 ġurnata fis-sena
kalendarja li tkun, u jew -
(a) il-kumpens li jinqala’ fl-Istat Kontraenti l-ieħor fis-sena kalendarja li
tkun ma jkunx aktar minn ħamest elef dollaru Kanadiż ($5000) jew l-
ekwivalenti tiegħu fi flus Maltin; jew
(b) il-kumpens ikun imħallas minn, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx
residenti ta’ l-Istat l-ieħor, u dak il-kumpens ma jkunx piż fuq l-
istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit li l-prinċipal ikollu fl-Istat l-
ieħor.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, kumpens dwar
impieg eżerċitat abbord bastiment jew inġenji ta’ l-ajru mħaddma fi traffiku
internazzjonali minn impriża ta’ Stat Kontraenti, ikun taxxabbli biss f’dak l-Istat.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-KANADA ġ L.S.123.17 13
ARTIKOLU 16
Drittijiet tad-Diretturi
Id-drittijiet u ħlasijiet simili tad-diretturi li jinkisbu minn residenti ta’ Stat
Kontraenti fil-kariga tiegħu bħala membru tal-bord tad-diretturi jew korp bħal dan
ta’ kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, jistgħu jiġu ntaxxati
f’dak l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 17
Artisti u Atleti
(1) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7, 14 u 15, income
miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn uħud li jagħtu spettaklu, bħal artisti
tat-teatru, tal-films ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni, jew mużiċista, jew
bħala atleta, mill-attivitajiet personali tiegħu eżerċitati fl-Istat Kontraenti l-ieħor,
jistgħu jiġu ntaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Meta income dwar l-attivitajiet personali eżerċitati minn wieħed li jagħti
spettaklu jew atleta bħala hekk jinqala’ mhux minn dak li jagħti spettaklu jew atleta
nnifsu imma minn persuna oħra, dak l-income jista’, minkejja d-disposizzjonijiet ta’
l-Artikoli 7, 14 u 15, jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti fejn l-attivitajiet ta’ dak li jagħti
spettaklu jew l-atleta jiġu eżerċitati.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) ma għandhomx japplikaw jekk jiġi
stabbilit li la dak li jagħti spettaklu jew l-atleta u anqas xi persuni li għandhom
x’jaqsmu magħhom, jaqsmu direttament jew indirettament fil-profitti tal-persuna
msemmija f’dak il-paragrafu.
ARTIKOLU 18
Pensjonijiet u Ħlasijiet fis-Sena
(1) Pensjonijiet u ħlasijiet fis-sena li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u li jitħallsu lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu ntaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Pensjonijiet li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u li jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu ntaxxati wkoll fl-Istat fejn jinqalgħu, u skond il-liġi
ta’ dak l-Istat. Iżda, fil-każ ta’ pagamenti ta’ pensjonijiet perjodiċi, it-taxxa hekk
imposta ma għandhiex tkun iżjed mill-inqas minn -
(a) 15 fil-mija ta’ l-ammont gross tal-pagament, u
(b) ir-rata stabbilita b’referenza għall-ammont ta’ taxxa li dak li jirċievi l-
pagament kien ikollu jħallas għas-sena fuq l-ammont totali tal-
pagamenti tal-pensjonijiet perjodiċi li jkun irċieva f’dik is-sena, li kieku
kien residenti fl-Istat Kontraenti fejn jinqala’ l-pagament u li kieku dak
l-ammont totali kien l-uniku income tiegħu f’dik is-sena.
(3) Ħlasijiet fis-sena li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u li jitħallsu lil residenti ta’
l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu ntaxxati wkoll fl-Istat fejn jinqalgħu, u skond
il-liġi ta’ dak l-Istat; iżda t-taxxa hekk imposta ma għandhiex tkun iżjed minn 15 fil-
mija ta’ dik il-parti minnha li tkun suġġetta għat-taxxa f’dak l-Istat. Iżda, din il-
limitazzjoni ma għandhiex tapplika għal ħlasijiet f’somma waħda li jinqalgħu meta
tiġi ċeduta, mħassra, mifdija, mibjugħa jew b’mod ieħor trasferita xi annuity, jew
għal ħlasijiet ta’ kull xorta magħmula taħt kuntratt ta’ income-averaging annuity.
(4) Minkejja kull ħaġa f’dan il-Ftehim:
(a) pensjonijiet u allowances tal-veterani tal-gwerra jew benefiċċji ta’
14 L.S.123.17 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-KANADA
diżabilità  minħabba l-gwerra li wieħed jirċievi minn Stat Kontraenti ma
għandhomx ikunu taxxabbli fl-Istat Kontraenti l-ieħor kemm-il darba
ma jkunux suġġetti għat-taxxa fl-Istat l-ewwel imsemmi;
(b) alimony u ħlasijiet oħra bħal dan li jinkisbu fi Stat Kontraenti u li
jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor li jkun taxxabbli
hemmhekk dwarhom, għandu jkun taxxabbli biss f’dak l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 19
Servizz tal-Gvern
(1) (a) Rimunerazzjoni, barra minn pensjoni, imħallsa minn Stat Kontraenti jew
minn sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu lil xi individwu dwar servizzi
mogħtija lil dak l-Istat jew sotto-diviżjoni jew awtorità  tiegħu tista’ tiġi ntaxxata
biss f’dak l-Istat.
(b) Iżda, dik ir-rimunerazzjoni tkun tista’ tiġi ntaxxata biss fl-Istat Kontraenti l-
ieħor jekk is-servizzi jingħataw f’dak l-Istat u l-individwu jkun residenti f’dak l-Istat
li -
(i) ikun nazzjonali ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat sabiex biss jaqdi dawk is-servizzi.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15, 16 u 17 għandhom japplikaw għal
rimunerazzjoni dwar servizzi mogħtija dwar negozju mmexxi minn Stat Kontraenti
jew minn sotto-diviżjoni politika jew minn awtorità  lokali tiegħu.
(3) Meta rimunerazzjoni tkun imħallsa taħt programm ta’ assistenza għall-
iżvilupp ta’ Stat Kontraenti, minn fondi maħruġa għal kollox minn dak l-Istat lil
speċjalista jew voluntier sekondat lill-Istat Kontraenti l-ieħor bil-kunsens ta’ dak l-
Istat l-ieħor, rimunerazzjoni bħal din għandha titqies li ġiet imħallsa mill-Istat l-
ewwel imsemmi u għandha tkun taxxabbli biss f’dak l-Istat.
ARTIKOLU 20
Studenti
Ħlasijiet li student, apprendist jew trainee fin-negozju li jkun, jew li minnufih
qabel iżur Stat Kontraenti kien, residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor u li jkun
qiegħed fl-Istat imsemmi l-ewwel għall-fini ta’ l-edukazzjoni jew taħriġ tiegħu biss
jirċievi għall-għan tal-manteniment, edukazzjoni jew taħriġ tiegħu ma għandhomx
jiġu ntaxxati f’dak l-Istat, sakemm dawk il-ħlasijiet jinqalgħu minn għejjun barra
dak l-Istat.
ARTIKOLU 21
Income Ieħor
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2), oġġetti ta’ income ta’
residenti ta’ Stat Kontraenti, jinqalgħu minn fejn jinqalgħu, li ma humiex trattati fl-
Artikoli ta’ qabel ta’ dan il-Ftehim għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
(2) Iżda, jekk income bħal dan jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn
għejjun fl-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-income jista’ jiġi ntaxxat ukoll fl-Istat fejn
jinqala’ u skond il-liġi ta’ dak l-Istat. Iżda, fil-każ ta’ income minn estate jew trust,
it-taxxa hekk imposta ma għandhiex, sakemm l-income ikun taxxabbli fl-Istat
Kontraenti fejn min jirċevih joqgħod, tkun iżjed minn 15 fil-mija ta’ l-ammont gross
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-KANADA ġ L.S.123.17 15
ta’ l-income.
IV. Tassazzjoni ta’ Kapital
ARTIKOLU 22
Kapital
(1) Kapital rappreżentat bi proprjetà  immobbli li s-sid tagħha jkun residenti ta’
Stat Kontraenti u li tkun sitwata fl-Istat Kontraenti l-ieħor, tista’ tiġi ntaxxata f’dak
l-Istat l-ieħor.
(2) Kapital rappreżentat minn proprjetà  mobbli li tkun tifforma parti mill-
proprjetà  tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li mpriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor jew minn proprjetà  mobbli li tappartjeni lil bażi
stabbilit li jkun għad-disposizzjoni ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għall-iskop li jagħmel servizzi personali indipendenti, jista’ jiġi
ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(3) Kapital rappreżentat minn bastimenti u inġenji ta’ l-ajru mħaddma minn
impriża ta’ Stat Kontraenti fi traffiku internazzjonali u minn proprjetà  mobbli li
tappartjeni lit-tħaddim ta’ bastimenti u inġenji ta’ l-ajru bħal dawn, għandu jkun
taxxabbli biss f’dak l-Istat.
(4) L-elementi l-oħra kollha tal-kapital ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti
għandhom jiġu ntaxxati biss f’dak l-Istat.
V. Metodi Biex Tiġi Evitata Taxxa Doppja
ARTIKOLU 23
Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
(1) Fil-każ tal-Kanada, it-taxxa doppja għandha tiġi evitata kif jidher hawn taħt:
(a) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet eżistenti tal-liġi tal-Kanada dwar it-
tnaqqis mit-taxxa mħallsa fil-Kanada ta’ taxxa mħallsa f’territorju barra
l-Kanada u ta’ kull tibdil ta’ dawk id-disposizzjonijiet li jsir
sussegwentement - li ma għandux jaffettwa dan il-prinċipju ġenerali - u
kemm-il darba xi tnaqqis jew ħelsien akbar ma jkunx provdut taħt il-
liġijiet tal-Kanada, it-taxxa mħallsa f’Malta fuq il-profitti, l-income u l-
qligħ li jinqala’ f’Malta għandu jitnaqqas minn kull taxxa tal-Kanada
mħallsa dwar profitti, income jew qligħ bħal dan.
(b) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi tal-Kanada dwar kif għandu jiġi
determinat is-surplus eżenti ta’ filjali barranija u ta’ kull tibdil ta’ dawk
id-disposizzjonijiet li jsir sussegwentement - li ma għandux jaffettwa
dan il-prinċipju ġenerali - għall-għan li tinħadem it-taxxa tal-Kanada,
kumpannija residenti ġewwa l-Kanada għandha tingħata tnaqqis meta
taħdem l-income taxxabbli tagħha ta’ kull dividend li hi tirċievi mis-
surplus eżenti ta’ filjali barranija residenti f’Malta.
(2) Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(a), it-taxxa mħallsa f’Malta minn residenti
fil-Kanada dwar dividendi, mgħax jew royalties li tkun irċeviet minn kumpannija li
tkun residenti f’Malta, għandha titqies li tinkludi kull ammont li kien ikun imħallas
bħala taxxa ta’ Malta għal kull sena li ma kienx għall-eżenzjoni minn, jew tnaqqis
ta’, taxxa li ġiet mogħtija għal dik is-sena jew parti minnha taħt -
(a) id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5 ta’ l-Ordinanza dwar l-Għajnuna
16 L.S.123.17 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-KANADA
għall-Industriji, sakemm kienu fis-seħħ, u ma ġewx mibdula, mid-data
ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, jew ġew mibdula biss f’affarijiet żgħar li
ma jaffettwawx il-karattru ġenerali tagħhom;
(b) xi disposizzjonijiet oħra speċjali tal-liġi ta’ Malta li huma maħsuba li
jħajjru l-investimenti neċessarji għall-iżvilupp ekonomiku ta’ Malta li
jistgħu jsiru ’l quddiem u li jagħtu eżenzjoni jew tnaqqis fit-taxxa li l-
awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jaqblu li hija ta’ natura li
sostanzjalment tixbaħħom, jekk ma ġietx mibdula wara jew ġiet
mibdula biss f’affarijiet żgħar li ma jaffettwawx il-karattru ġenerali
tagħha;
iżda kull tnaqqis mit-taxxa tal-Kanada li jingħata skond id-disposizzjonijiet ta’ dan
il-paragrafu ma għandux ikun aktar minn 15 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-
dividendi, ta’ l-imgħax jew tar-royalties.
(3) Fil-każ ta’ Malta, it-taxxa doppja għandha tiġi meħlusa kif ġej:
Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Malta dwar l-għoti ta’ kreditu kontra t-
taxxa ta’ Malta dwar taxxa ta’ barra minn Malta, meta, skond id-disposizzjonijiet ta’
dan il-Ftehim, ikun hemm magħdud fi stima ta’ Malta income minn għejjun li jkunu
fil-Kanada, jew elementi ta’ kapital li jkunu sitwati fil-Kanada, it-taxxa Kanadiża
fuq income jew elementi ta’ kapital bħal dan, skond il-każ kif ikun, għandha tingħata
bħala kreditu kontra t-taxxa ta’ Malta li titħallas fuqu.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, profitti, income jew qligħ ta’ residenti ta’
Stat Kontraenti li jiġu ntaxxati fl-Istat Kontraenti l-ieħor skond dan il-Ftehim
għandhom jitqiesu li nqalgħu minn għejjun f’dak l-Istat l-ieħor.
VI. Disposizzjonijiet Speċjali
ARTIKOLU 24
Ebda Diskriminazzjoni
(1) Nazzjonali ta’ Stat Kontraenti ma għandhomx jiġu suġġetti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għal xi tassazzjoni jew xi ħtieġa li għandha x’taqsam magħha, li
ma tkunx jew li tkun ta’ piż aktar mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu
magħha li għalihom nazzjonali ta’ dak l-Istat l-ieħor fl-istess ċirkostanzi huma jew
jistgħu jkunu suġġetti.
(2) It-tassazzjoni fuq stabbiliment permanenti li mpriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor ma għandhiex tinġabar f’dak l-Istat l-ieħor b’mod
inqas favorevoli mit-tassazzjoni miġbura fuq impriżi f’dak l-Istat l-ieħor li jmexxu l-
istess attivitajiet.
(3) Xejn li hemm f’dan l-Artikolu ma għandu jitqies li jorbot Stat Kontraenti li
jagħti lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor xi tnaqqis personali, ħelsien jew
tnaqqis għall-finijiet ta’ taxxa minħabba l-istatus ċivili jew ir-responsabbiltajiet tal-
familja li huwa jagħti lir-residenti tiegħu stess.
(4) Impriżi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom ikun proprjetà  ta’ jew
ikkontrollat minn, għal kollox jew f’parti, direttament jew indirettament, residenti
wieħed jew aktar ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, ma jkunux suġġetti fl-Istat l-ewwel
imsemmi għal xi tassazzjoni jew xi ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu magħha li tkun ta’
piż ieħor jew ta’ aktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu magħha li
għalihom impriżi oħra bħalhom ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi, li l-kapital tagħhom
ikun proprjetà  ta’ jew ikkontrollat minn, għal kollox jew f’parti, direttament jew
indirettament, residenti wieħed jew aktar ta’ tielet Stat, huma jew jistgħu jkunu
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-KANADA ġ L.S.123.17 17
suġġetti.
(5) F’dan l-Artikolu, il-frażi "tassazzjoni" tfisser taxxi li għalihom jgħodd dan
il-Ftehim.
ARTIKOLU 25
Proċedura għal Ftehim Reċiproku
(1) Meta persuna jidhrilha li l-azzjonijiet ta’ l-awtorità  kompetenti ta’ wieħed
mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn iwasslu jew jistgħu jwasslu li tiġi ntaxxata mhux
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, hija tista’, minkejja r-rimedji provduti
bil-liġi domestika ta’ dawk l-Istati, tindirizza lill-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat
Kontraenti li tiegħu hija residenti applikazzjoni bil-miktub li fiha tgħid ir-raġunijiet
għala qed titlob ir-reviżjoni ta’ kif tiġi ntaxxata. Sabiex tiġi aċċettata, applikazzjoni
bħal din għandha ssir fi żmien sentejn mill-ewwel notifika ta’ l-azzjoni li tagħti lok
għal tassazzjoni li ma tkunx skond il-Ftehim.
(2) L-awtorità  kompetenti msemmija fil-paragrafu (1) għandha tara, jekk
jidhrilha li l-oġġezzjoni hija ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal għal
soluzzjoni tajba, li tiddeċiedi l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità  kompetenti ta’
l-Istat Kontraenti l-ieħor, bil-għan li tiġi evitata tassazzjoni li ma tkunx skond dan il-
Ftehim.
(3) Stat Kontraenti ma għandux, wara l-egħluq tal-limiti ta’ żmien provduti fil-
liġijiet nazzjonali tiegħu u, f’kull każ, wara ħames snin mit-tmiem tal-perijodu
taxxabbli li fih inqala’ l-income konċernat, iżid il-bażi ta’ taxxa ta’ residenti ta’
wieħed mill-Istati Kontraenti billi jinkludi fih oġġetti ta’ income li jkunu ġew
intaxxati wkoll fl-Istat Kontraenti l-ieħor. Dan il-paragrafu ma għandux japplika fil-
każ ta’ frodi, nuqqas bir-rieda jew negliġenza.
(4) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jaraw li jirrisolvu
bi ftehim reċiproku xi diffikultajiet jew dubbji li jinqalgħu dwar l-interpretazzjoni
jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti
jistgħu jikkonsultaw ma’ xulxin biex jaraw li jiftehmu partikolarment:
(a) li l-profitti jiġu attribwiti l-istess għal residenti ta’ Stat Kontraenti u l-
istabbiliment permanenti tiegħu sitwat fl-Istat Kontraenti l-ieħor;
(b) li ssir l-istess allokazzjoni ta’ income bejn residenti ta’ Stat Kontraenti u
xi persuna assoċjata kif provdut fl-Artikolu 9.
(5) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistgħu jikkonsultaw ma’
xulxin għat-tneħħija ta’ taxxa doppja f’każijiet li mhux provdut għalihom fil-Ftehim.
Huma jistgħu wkoll jikkomunikaw direttament ma’ xulxin bil-għan li jiġi applikat il-
Ftehim.
ARTIKOLU 26
Tibdil ta’ Informazzjoni
(1) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jibdlu dik l-
informazzjoni li tkun meħtieġa sabiex jitwettqu d-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim
jew tal-liġijiet domestiċi ta’ l-Istati Kontraenti dwar taxxi milquta bil-Ftehim safejn
it-tassazzjoni ma tmurx kontra l-Ftehim. Kull informazzjoni li tasal għand Stat
Kontraenti għandha titqies sigrieta bl-istess mod bħal informazzjoni miksuba taħt il-
liġijiet domestiċi ta’ dak l-Istat u għandha titgħarraf biss lil persuni jew awtoritajiet
(magħduda qrati u korpi amministrattivi) imdaħħla fl-istima jew ġbir ta’, l-infurzar
dwar, jew il-qtugħ ta’ appelli dwar, it-taxxi milquta bil-Ftehim. Dawn il-persuni jew
18 L.S.123.17 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-KANADA
awtoritajiet għandhom jużaw l-informazzjoni għal dawk l-għanijiet biss.
(2) F’ebda każ ma għandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) jitqiesu li
jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu -
(a) li jieħu miżuri amministrattivi li ma jaqblux mal-liġijiet jew l-użanza
amministrattiva ta’ dak l-Istat Kontraenti jew ta’ l-ieħor;
(b) li jagħti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taħt il-liġijiet jew fil-
kors normali ta’ l-użanza amministrattiva ta’ dak l-Istat Kontraenti jew
ta’ l-ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet tal-kummerċ, tan-negozju,
industrijali, kummerċjali jew professjonali jew proċess tal-kummerċ,
jew li jagħti informazzjoni li l-kxif tagħha jkun kontra l-ordni pubbliku
(ordre public).
ARTIKOLU 27
Aġenti Diplomatiċi u Uffiċjali Konsulari
(1) Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġġi fiskali ta’ aġenti
diplomatiċi jew ta’ uffiċjali konsulari taħt ir-regoli ġenerali tad-dritt internazzjonali
jew taħt id-disposizzjonijiet ta’ ftehim speċjali.
(2) Minkejja l-Artikolu 4, individwu li jkun membru ta’ missjoni diplomatika,
konsulari jew permanenti ta’ Stat Kontraenti li tkun sitwata fl-Istat Kontraenti l-
ieħor jew fi Stat ieħor jitqies għall-finijiet tal-Ftehim li jkun residenti ta’ l-Istat li
qed jibgħatu jekk ikollu fl-Istat li qed jibgħatu l-istess obbligazzjonijiet dwar taxxa
fuq l-income totali tiegħu li għandhom ir-residenti ta’ dak l-Istat li qed jibgħatu.
(3) Il-Ftehim ma għandux japplika għal organizzazzjonijiet internazzjonali, għal
korpijiet jew uffiċjali tagħhom u għal persuni li jkunu membri ta’ missjoni
diplomatika, konsulari jew permanenti tat-tielet Stat, li jkunu preżenti fi Stat
Kontraenti u li ma jkollhomx l-obbligu fl-ebda Stat Kontraenti għall-istess
obbligazzjonijiet dwar taxxa fuq l-income totali tagħhom bħal ma għandhom ir-
residenti ta’ hemmhekk.
ARTIKOLU 28
Disposizzjonijiet Imħallta
(1) Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma għandhomx jitqiesu li jnaqqsu b’xi
mod xi esklużjoni, eżenzjoni, tnaqqis, kreditu, jew għotja oħra li l-liġijiet ta’ Stat
Kontraenti jipprovdu issa jew ’il quddiem biex tiġi maħduma t-taxxa mposta minn
dak l-Istat.
(2) Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha titqies li ma tħallix lil -
(a) Kanada milli timponi taxxa fuq ammonti inklużi fl-income ta’ residenti
tal-Kanada skond l-artikolu 91 ta’ l-Income Tax Act tal-Kanada;
(b) Malta milli tapplika d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 12(2) ta’ l-Att
dwar it-Taxxa fuq l-Income.
(3) Meta l-Ftehim jipprovdi li l-income li jinqala’ fi Stat Kontraenti għandu
jkun ħieles mit-taxxa f’dak l-Istat, sew f’kollox sew f’parti, u, taħt il-liġi li tkun
isseħħ fl-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-income ikun suġġett għat-taxxa b’riferenza
għall-ammont tiegħu li jintbagħat lil jew li jiġi riċevut f’dak l-Istat l-ieħor u mhux
b’riferenza għall-ammont kollu tiegħu, allura l-ħelsien li għandu jingħata fl-ewwel
Stat imsemmi jkun japplika biss għal dak l-income li jintbagħat lil jew li jiġi riċevut
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-KANADA ġ L.S.123.17 19
fl-Istat l-ieħor.
(4) Dan il-Ftehim ma għandux japplika għal xi kumpannija, trust jew soċjetà  li
tkun residenti ta’ Stat Kontraenti u li s-sid benefiċjarju jew min jikkontrollha
direttament jew indirettament tkun persuna waħda jew aktar minn waħda li ma tkunx
residenti ta’ dak l-Istat, jekk l-ammont tat-taxxa mposta fuq l-income jew il-kapital
tal-kumpannija, trust jew partnership minn dak l-Istat tkun sostanzjalment anqas
mill-ammont li kellu jkun impost minn dak l-Istat jekk l-ishma kollha ta’ l-istock
kapitali tal-kumpannija jew l-interessi kollha fit-trust jew fis-soċjetà , skond il-każ
kif ikun, kellu jkun is-sid benefiċjarju tagħhom residenti wieħed jew aktar minn
wieħed ta’ dak l-Istat.
VII. Disposizzjonijiet Finali
ARTIKOLU 29
Bidu fis-Seħħ
(1) Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat u d-dokumenti ta’ ratifika għandhom jiġu
mibdula fil-Belt Valletta, Malta.
(2) Il-Ftehim għandu jibda jseħħ 30 ġurnata wara l-bdil tad-dokumenti ta’
ratifika u d-disposizzjonijiet tiegħu għandhom ikollhom effett:
(a) fil-Kanada:
(i) dwar taxxa miżmuma minn ras il-għajn fuq ammonti mħallsa jew
kreditati lil persuni mhux residenti fl-ewwel jew wara l-ewwel ta’
Jannar tas-sena kalendarja li fiha jsir it-tibdil tad-dokumenti ta’
ratifika; u
(ii) dwar taxxa tal-Kanada oħra għal snin ta’ taxxa li jibdew fl-ewwel
jew wara l-ewwel ta’ Jannar tas-sena kalendarja li fiha jsir il-bdil
tad-dokument ta’ ratifika;
(b) f’Malta, dwar taxxi miġbura għal xi sena ta’ stima li tibda fl-ewwel ta’
Jannar tas-sena kalendarja li tiġi immedjatament wara s-sena li fiha jsir
il-bdil tad-dokumenti ta’ ratifika.
ARTIKOLU 30
Terminazzjoni
Dan il-Ftehim għandu jibqa’ jseħħ għal żmien mhux stabbilit iżda kull wieħed
mill-Istati Kontraenti jista’, fit-tletin jew qabel it-tletin ta’ Ġunju ta’ xi sena
kalendarja wara s-sena li fiha jsir it-tibdil tad-dokumenti ta’ ratifika, jagħti lill-Istat
Kontraenti l-ieħor avviż ta’ terminazzjoni bil-miktub permezz ta’ mezzi diplomatiċi;
f’dak il-każ, il-Ftehim ma għandux jibqa’ fis-seħħ -
(a) fil-Kanada:
(i) dwar taxxa miżmuma minn ras il-għajn fuq ammonti mħallsa jew
kreditati lil persuni mhux residenti fl-ewwel jew wara l-ewwel ta’
Jannar tas-sena kalendarja li tiġi immedjatament wara dik li fiha
jingħata l-avviż; u
(ii) dwar taxxa tal-Kanada oħra għal snin ta’ taxxa li jibdew fl-ewwel
jew wara l-ewwel ta’ Jannar tas-sena kalendarja li tiġi
immedjatament wara dik li fiha jingħata l-avviż;
(b) f’Malta, dwar taxxi miġbura għas-sena ta’ stima li tibda fl-ewwel ta’
Jannar tat-tieni sena li tiġi wara dik li fiha jingħata l-avviż.
20 L.S.123.17 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-KANADA
B’XIEHDA TA’ DAN l-hawn taħt iffirmati, awtorizzati kif imiss, iffirmaw dan il-
Ftehim.
MAGĦMUL in duplikat fil-Belt Valletta, illum 25 ta’ Lulju, 1986, fl-ilsien Ingliż
u Franċiż, iż-żewġ testi huma t-tnejn awtentiċi.
Robert J. Stivala
GĦALL-GVERN TAR-REPUBBLIKA 
TA’ MALTA
Claude T. Charland
GĦALL-GVERN TAL-KANADA
