EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ BASTIMENTI 
U INĠENJI TA’ L-AJRU MAL-FEDERAZZJONI SVIZZERA ġ L.S.123.18 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.18
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ BASTIMENTI U INĠENJI TA’ 
L-AJRU MAL-FEDERAZZJONI SVIZZERA
30 ta’ Marzu, 1987
L-AVVIŻ LEGALI 31 ta’ l-1988.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq Bastimenti u Inġenji ta’ l-Ajru mal-
Federazzjoni Svizzera.
Taxxi koperti.
(a) l-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Ordni ġiet miftehma mal-
Kunsill Federali Svizzeru sabiex jingħata ħelsien minn
taxxa doppja dwar l-intaxxar ta’ kumpanniji tat-
tbaħħir u ta’ l-avjazzjoni f’Malta u fl-Isvizzera,
hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħin "Stat Kontraenti"
u "l-Istat Kontraenti l-ieħor" skond ir-rabta tal-kliem;
u
(b) ir-riferenza għat-taxxa miġbura fl-Isvizzera tinkludi t-
taxxa federali, kantonali u komunali.
2 L.S.123.18 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ BASTIMENTI 
U INĠENJI TA’ L-AJRU MAL-FEDERAZZJONI SVIZZERA
SKEDA
Ftehim bejn il-Kunsill Federali Svizzeru u l-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta:
1. Profitti miksuba minn impriża ta’ Stat Kontraenti mit-tħaddim ta’ bastimenti
jew inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali għandhom ikunu eżenti minn kull
taxxa fuq l-income jew fuq il-profitti fl-Istat Kontraenti l-ieħor. Din l-eżenzjoni
għandha tkun tgħodd ukoll għal profitti mill-parteċipazzjoni f’pool, negozju joint
jew aġenzija internazzjonali ta’ tħaddim.
2. Il-kapital ta’ intrapriża ta’ Stat Kontraenti rappreżentat minn bastimenti u
inġenji ta’ l-ajru u minn proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni għat-tħaddim ta’ dawk
il-bastimenti u inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali għandu jkun eżenti minn
kull taxxa fuq il-kapital fl-Istat Kontraenti l-ieħor.
3. Il-frażi "intrapriża ta’ Stat Kontraenti" tfisser intrapriża li tkun effettivament
immexxija u kontrollata f’dak l-Istat. Il-frażi għandha titqies li tinkludi kull
intrapriża li fiha l-Istat Kontraenti jkollu sehem jew li tkun ġestita mill-Istat
Kontraenti.
4. Il-frażi "tħaddim ta’ bastimenti u inġenji ta’ l-ajru" tfisser in-negozju ta’
ġarr ta’ persuni jew ta’ merkanzija minn sid, kerrej jew kuntrattur ta’ bastimenti jew
inġenji ta’ l-ajru.
5. Il-frażi "traffiku internazzjonali" tfisser kull trasport minn bastiment jew
inġenji ta’ l-ajru mħaddem minn intrapriża ta’ Stat Kontraenti ħlief meta l-bastiment
jew l-inġenji ta’ l-ajru jitħaddem biss bejn lokalitajiet fl-Istat Kontraenti l-ieħor.
6. L-eżenzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ din l-Iskeda għandha tingħata
dwar kull taxxa miġbura f’xi Stat Kontraenti jew l-ieħor għal xi sena ta’ stima li
tibda wara l-31 ta’ Diċembru 1977.
7. Kull Stat Kontraenti jirriserva d-dritt li jirtira din id-dikjarazzjoni fi tmiem
sena kalendarja wara li jkun ta avviż bil-quddiem ta’ sitt xhur; f’dak il-każ l-
eżenzjoni mogħtija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tkun tgħodd għall-aħħar darba għal
kull taxxa miġbura f’xi Stat Kontraenti jew l-ieħor għas-sena ta’ stima li tkun tibda
fl-1 ta’ Jannar tas-sena li tiġi minnufih wara dik is-sena kalendarja.
