 EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA ġ L.S.123.19 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.19
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA
2 ta’ Awissu, 1988
L-AVVIŻ LEGALI 62 ta’ l-1988.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Repubblika tal-Bulgarija.
Arranġamenti 
jkollhom seħħ.
2. Qiegħed jiġi hawnhekk dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-Ordni saru mal-Gvern tar-
Repubblika tal-Bulgarija sabiex jingħata ħelsien mit-
taxxa doppja dwar it-taxxi li ġejjin imposti bil-liġijiet
tar-Repubblika tal-Bulgarija:
(i) taxxa fuq l-income totali;
(ii) taxxa fuq l-income ta’ rġiel u nisa mhux
miżżewġin, romol irġiel u nisa, persuni
divorzjati u familji mingħajr tfal;
(iii) taxxa fuq il-profitti;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arranġamenti jkollhom
seħħ.
2 L.S.123.19 ħ
 EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA
SKEDA
FTEHIM BEJN IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA
U
R-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA
GĦALL-ĦELSIEN MIT-TAXXA DOPPJA
DWAR IT-TAXXI FUQ L-INCOME
Ir-Repubblika ta’ Malta u r-Repubblika tal-Bulgarija, imqanqlin mix-xewqa li
jinkoraġġixxu u jsaħħu r-relazzjonijiet ekonomiċi u l-koperazzjoni ekonomika ta’
benefiċċju reċiproku bejn iż-żewġ pajjiżi, dwar il-ħelsien mit-taxxa doppja dwar
taxxi fuq l-income ftehmu kif ġej:
ARTIKOLU 1
Għan Personali
(1) Dan il-Ftehim għandu japplika għal persuni li huma residenti ta’ wieħed
mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn.
(2) Bħala residenti ta’ Stat Kontraenti għandhom jitqiesu:
(a) fil-każ tar-Repubblika ta’ Malta, kull persuna li taħt il-liġijiet ta’ Malta
tkun suġġetta għat-taxxa hemmhekk minħabba fir-residenza,
reġistrazzjoni jew xi kriterju ieħor simili tagħha;
(b) fil-każ tar-Repubblika tal-Bulgarija, individwi li jkunu ċittadini tar-
Repubblika tal-Bulgarija kif ukoll persuni ġuridiċi li jkollhom iċ-ċentru
tagħhom fir-Repubblika tal-Bulgarija jew ikunu reġistrati hemmhekk.
(3) Meta minħabba fid-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) individwu jkun
residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, għalhekk għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-
Istat li miegħu ir-relazzjonijiet personali u ekonomiċi tiegħu ikunu l-aktar marbuta
(ċentru ta’ l-interessi vitali).
(4) Jekk l-Istat li fih il-persuna jkollha ċ-ċentru ta’ l-interessi vitali tagħha ma
jkunx jista’ jiġi stabbilit, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-lstati Kontraenti għandhom
jiddeċiedu l-kwistjoni bi ftehim reċiproku.
(5) Meta minħabba fid-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, hija għalhekk għandha titqies li
tkun persuna residenti ta’ l-Istat Kontraenti li fih ikun qiegħed il-post tal-maniġġ
effettiv tagħha.
ARTIKOLU 2
Taxxi Koperti mill-Ftehim
(1) Il-Ftehim preżenti japplika għal dawn it-taxxi li ġejjin:
(a) f’Malta:
it-taxxa fuq l-income (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’
Malta");
(b) fir-Repubblika tal-Bulgarija:
(i) it-taxxa fuq l-income totali;
(ii) it-taxxa fuq l-income ta’ rġiel u nisa mhux miżżewġin, romol
irġiel u nisa, persuni divorzjati u familji mingħajr tfal;
(iii) it-taxxa fuq il-profitti.
 EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA ġ L.S.123.19 3
(2) Il-Ftehim għandu japplika għal kull taxxa bħalhom jew li tkun
sostanzjalment tixbaħhom li tiġi imposta wara l-iffirmar tal-Ftehim b’żieda ma’ jew
minflok it-taxxi eżistenti. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom
javżaw lil xulxin b’kull tibdil sinjifikanti li jkun sar fil-liġijiet dwar it-taxxi
rispettivi tagħhom. Jekk ikun hemm dubju dwar jekk tkunx saret bidla sinjifikanti
fil-liġijiet tat-tassazzjoni li tkun teħtieġ li tiġi inkorporata fil-Ftehim, l-awtoritajiet
kompetenti għandhom iżommu aktar diskussjonijiet sabiex jaslu fi ftehim.
ARTIKOLU 3
Tifsiriet ġenerali
Fir-rabta tal-kliem ta’ dan il-Ftehim:
(1) (a)  il-frażi "Malta" tfisser ir-Repubblika ta’ Malta; u
(b) meta wżata f’sens ġeografiku, il-frażi "Malta" tfisser il-Gżira ta’ Malta,
il-Gżira ta’ Għawdex u l-gżejjer l-oħra ta’ l-arċipelagu Malti, magħduda
l-ibħra territorjali tagħhom u kull area barra l-baħar territorjali ta’ Malta
li, skond il-liġi internazzjonali, ġiet imsemmija jew tista’ aktar ’il
quddiem tiġi msemmija, taħt il-liġi ta’ Malta dwar il-Blata Kontinentali,
bħala area li fiha d-drittijiet ta’ Malta dwar qiegħ il-baħar u s-sottoswol
u r-riżorsi naturali tagħhom jistgħu jiġu eżerċitati.
(2) Il-frażi "Repubblika tal-Bulgarija" tfisser it-territorju sovran ta’ l-Istat, is-
sottoswol ta’ l-art, il-baħar territorjali u ż-żoni marittimi barra l-baħar territorjali li
fuqhom ir-Repubblika tal-Bulgarija, skond il-leġislazzjoni tagħha u l-liġi
internazzjonali, teżerċita drittijiet sovrani.
(3) Il-frażi "trasport internazzjonali" tfisser kull trasport imħaddem minn
residenti li ma jkunx individwu ta’ l-Istat Kontraenti, barra minn meta t-trasport ikun
imħaddem biss bejn postijiet fl-Istat Kontraenti l-ieħor.
(4) Il-frażi "persuna" -
(a) fil-każ ta’ Malta tfisser individwu, impriża jew xi entità  oħra li titqies
bħala għaqda korporata għall-finijiet ta’ taxxa u kull korp ieħor ta’
persuni; u
(b) fil-każ tal-Bulgarija tinkludi persuna fiżika jew ġuridika kif ukoll kull
entità  oħra li titqies bħala persuna ġuridika għall-finijiet ta’ taxxa.
(5) Il-frażi "nazzjonali" tfisser:
(a) dwar Malta, kull ċittadin ta’ Malta u kull persuna, soċjetà  jew
assoċjazzjoni ġuridika li tikseb l-istat tagħha bħala tali mill-liġi li tkun
fis-seħħ f’Malta;
(b) dwar ir-Repubblika tal-Bulgarija, kull persuna li tirċievi ċertifikat ta’
ċittadinanza skond il-leġislazzjoni Bulgara.
(6) Il-frażi "awtorità  kompetenti" tfisser:
(a) fil-każ tar-Repubblika ta’ Malta:
il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-rappreżentant awtorizzat
tiegħu;
(b) fil-każ tar-Repubblika tal-Bulgarija:
il-Ministru tal-Finanzi jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.
(7) Ma’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim kull frażi li ma tkunx xort’oħra
mfissra għandu jkollha, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra, t-
4 L.S.123.19 ħ
 EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA
tifsir kif mogħti lilha taħt il-leġislazzjoni nazzjonali dwar it-taxxa ta’ l-Istat
Kontraenti fejn issir it-tassazzjoni.
ARTIKOLU 4
Profitti minn Negozju
(1) Il-profitti minn negozju ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti wieħed huma biss
taxxabbli mill-Istat Kontraenti l-ieħor meta n-negozju jitmexxa permezz ta’ "post ta’
negozju" sitwat hemmhekk. F’dan il-każ jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor
daqstant biss mill-profitti daqskemm jinqalgħu minn dak il-post ta’ negozju.
(2) Meta residenti ta’ Stat Kontraenti wieħed ikun mexxa negozju fl-Istat
Kontraenti l-ieħor permezz ta’ "post ta’ negozju" organizzat hemmhekk, għandhom
jiġu attribwiti l-profitti taħt il-paragrafu (3) li kien ikun mistenni jagħmel kieku
jeżerċita l-istess attività  jew attività  simili taħt l-istess kundizzjoni jew kundizzjoni
simili bħala impriża separata li taħdem għal kollox indipendentement fir-
relazzjonijiet tagħha ma’ l-impriża li tagħha tkun post ta’ negozju.
(3) Meta jkunu qegħdin jiġu stabbiliti l-profitti ta’ post tan-negozju, għandhom
jingħataw bħala tnaqqis spejjeż li jsiru għall-għanijiet tal-eżerċitar ta’ l-attività
tiegħu magħduda spejjeż eżekuttivi u spejjeż amministrattivi ġenerali hekk
magħmula sew fl-Istat li fih il-post ta’ negozju jkun qiegħed jew band’oħra.
(4) Ebda profitti ma għandhom jiġu attribwiti lill-post ta’ negozju minħabba fix-
xiri biss minn dak il-post ta’ negozju ta’ oġġetti jew merkanzija għall-impriża.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jolqtu d-
disposizzjonijiet dwar it-tassazzjoni stipulati fl-Artikoli l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
(6) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom ukoll japplikaw għal
residenti ta’ Stat Kontraenti li jmexxi n-negozju tiegħu fl-Istat Kontraenti l-ieħor
separatament jew flimkien mal-persuna l-oħra, partikolarment ma’ persuna mill-Istat
Kontraenti l-ieħor.
(7) Kull Stat Kontraenti jista’ jintaxxa profitti mill-impriża ta’ l-assigurazzjoni
skond id-disposizzjonijiet tal-liġi tiegħu dwar it-tassazzjoni ta’ dawk il-profitti u t-
tħaddim ta’ dawk id-disposizzjonijiet ma għandux jintlaqat mid-disposizzjonijiet ta’
dan l-Artikolu.
ARTIKOLU 5
Post ta’ Negozju
(1) Għall-fini ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "post ta’ negozju" tfisser post fiss ta’
negozju, fejn residenti ta’ Stat Kontraenti jmexxi n-negozju tiegħu fl-Istat
Kontraenti l-ieħor separatament jew flimkien ma’ persuni oħra, għal kollox jew
f’parti.
(2) Il-frażi "post ta’ negozju" tinkludi speċjalment:
(a) fergħa;
(b) ħanut tax-xogħol jew dipartiment;
(ċ) uffiċċju magħduda uffiċċji għal għanijiet ta’ kummerċ, turiżmu,
trasport, disinjar jew kull uffiċċju ieħor;
(d) minjiera, bir taż-żejt jew tal-gass, barriera jew xi post ieħor ta’
estrazzjoni ta’ riżervi naturali;
(e) proġett ta’ kostruzzjoni jew ta’ stallazzjoni jew attivitajiet ta’
 EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA ġ L.S.123.19 5
sorveljanza in konnessjoni magħhom, meta dak il-proġett jew dik l-
attività  tkompli għal aktar minn 18-il xahar;
(f) il-provdiment ta’ servizzi, inklużi servizzi ta’ konsulenza, minn impriża
permezz ta’ impjegati jew persunal ieħor, fejn attivitajiet ta’ din ix-
xorta jkomplu (għall-istess proġett jew proġett in konnessjoni miegħu)
fil-pajjiż għal perijodu jew perijodi li jammontaw għal aktar minn sitt
xhur f’xi perijodu ta’ tnax-il xahar.
(3)(a)(i) Il-parteċipazzjoni ta’ residenti tar-Repubblika ta’ Malta f’soċjetà  għal
attività  ta’ negozju flimkien, għat-tmexxija u distribuzzjoni flimkien ta’ profitti u
telf tagħha u li tkun imwaqqfa skond id-Digriet Nru. 535 - 80 tal-Kunsill ta’ l-Istat
tar-Repubblika tal-Bulgarija, għandha tkun ikkunsidrata bħala post ta’ negozju fil-
Bulgarija.
(ii) Il-parteċipazzjoni ta’ residenti tar-Repubblika tal-Bulgarija f’soċjetà
kummerċjali imwaqqfa skond il-leġislazzjoni Maltija għandha tkun ikkunsidrata
bħala post ta’ negozju f’Malta.
(b) Il-parteċipazzjoni ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti f’kumpannija ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandha, minkejja d-disposizzjonijiet tas-subparagrafu (a) ta’ dan
il-paragrafu, tkun regolata mill-Artikolu 9 ta’ dan il-Ftehim meta d-dividendi
jitqassmu minn dik il-kumpannija lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ewwel
imsemmi.
(4) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frażi "post ta’
negozju" għandha titqies li ma tinkludix:
(a) post permanenti għall-iskop biss ta’ xiri ta’ oġġetti;
(b) it-tiżmim ta’ materjal jew oġġetti li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża, għall-
iskop biss ta’ ħażna, wiri jew konsenja u għall-qadi ta’ xogħlijiet
konnessi miegħu;
(ċ) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża għall-
iskop biss ta’ proċessar minn impriża oħra;
(d) it-tiżmim ta’ post fiss għall-iskop biss ta’ ġbir ta’ tagħrif għall-impriża;
(e) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti esibiti mill-impriża f’fiera jew
f’esibizzjoni li għandhom jinbiegħu wara l-għeluq;
(f) it-tiżmim ta’ post permanenti għall-iskop biss ta’ attività  li tkun ta’
xorta preparatorja jew awżiljarja għall-impriża;
(g) it-tiżmim ta’ post permanenti għall-iskop biss ta’ tmexxija ta’ kull
kombinazzjoni ta’ l-attivitajiet imsemmijin hawn fuq taħt il-paragrafi
minn (a) sa (e) bil-kundizzjoni li r-riżultat totali ta’ din il-
kombinazzjoni jkollu xorta preparatorja jew awżiljarja.
(5) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2), meta persuna - li ma
tkunx aġent ta’ status indipendenti li għalih japplika l-paragrafu (6) - taġixxi f’isem
impriża u jkollha, u abitwalment teżerċita, fi Stat Kontraenti awtorità  li tagħmel
kuntratti f’isem l-impriża, dik l-impriża għandha titqies li jkollha post ta’ negozju
f’dak l-Istat dwar kull attività  li dik il-persuna tidħol għaliha għall-impriża, kemm-il
darba l-attivitajiet ta’ dawk il-persuni ma jkunux limitati għal dawk imsemmijin fil-
paragrafu (4) li, jekk jiġu eżerċitati permezz ta’ post fiss ta’ negozju ma jagħmlux
dan il-post fiss ta’ negozju post ta’ negozju taħt id-disposizzjonijiet ta’ dak il-
paragrafu.
(6) Impriża li tkun residenti ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti ma għandhiex
titqies li jkollha post ta’ negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor sempliċement għaliex
6 L.S.123.19 ħ
 EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA
tkun qed tmexxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor permezz ta’ sensal, aġent ġenerali
b’kummissjoni jew xi aġent ieħor bi status indipendenti, bil-kundizzjoni li dawk il-
persuni jkunu qegħdin jaġixxu fil-kors ordinarju tan-negozju tagħhom.
ARTIKOLU 6
Trasport Internazzjonali
(1) Profitti mit-tħaddim ta’ bastimenti, inġenji ta’ l-ajru u vetturi tat-triq fi
trasport internazzjonali għandhom ikunu taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li fih is-
sid ta’ l-impriża jkun residenti.
(2) Profitti mit-tħaddim ta’ dgħajjes imħaddma fit-trasport fuq korsi interni ta’
ilma navigabbli għandhom ikunu taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li fih il-post tat-
tmexxija effettiva ta’ l-impriża jkun qiegħed.
(3) Jekk il-post tat-tmexxija effettiva ta’ impriża ta’ trasport fuq korsi interni ta’
ilma navigabbli jkun abbord bastiment jew dgħajsa, allura għandu jitqies li jkun
sitwat fl-Istat Kontraenti li fih ikun qiegħed il-post tar-ritorn tal-bastiment jew
dgħajsa, jew, jekk ma jkollux dak il-post tar-ritorn, fl-Istat Kontraenti li tiegħu l-
operatur tal-bastiment jew dgħajsa jkun residenti.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) għandhom japplikaw ukoll għal
profitti mill-parteċipazzjoni f’pool, f’negozju flimkien jew f’aġenzija ta’ operazzjoni
internazzjonali.
ARTIKOLU 7
Salarji u Pagi
(1) Salarji, pagi u rimunerazzjonijiet oħra simili miksubin minn residenti ta’
Stat Kontraenti dwar impieg għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il
darba l-impieg ma jkunx qiegħed jiġi eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor. Jekk l-
impieg ikun hekk eżerċitat dik ir-rimunerazzjoni li tinkiseb minnu tista’ tiġi ntaxxata
f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Salarji, pagi u rimunerazzjonijiet oħra simili mħallsin lil residenti ta’ Stat
Kontraenti minn dak l-Istat jew minn impriża residenti f’dak l-Istat dwar
assenjament temporanju fl-Istat Kontraenti l-ieħor għandhom ikunu taxxabbli biss fl-
Istat l-ewwel imsemmi kemm-il darba ma jaqgħux fuq post fiss ta’ negozju li jkun
qiegħed f’dak l-Istat l-ieħor.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) għandhom japplikaw ukoll għal salarji,
pagi u rimunerazzjonijiet oħra simili imħallsin lil speċjalisti u ħaddiema dwar
assenjament temporanju taħt kuntratt bejn persuni fiżiċi jew ġuridiċi Maltin u
persuni ġuridiċi Bulgari fil-qadi ta’ programm miftiehem fil-qasam ta’ esplorazzjoni
xjentifika jew teknika, skambju xjentifiku u attivitajiet oħra bħal dawn.
(4) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, ir-rimunerazzjoni
miksuba dwar impieg eżerċitat abbord bastiment, inġenji ta’ l-ajru jew vettura tat-
triq imħaddma fit-trasport internazzjonali, tista’ tiġi ntaxxata fl-Istat Kontraenti li
fih is-sid ta’ l-impriża jkun residenti.
(5) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi msemmijin hawn fuq ma jirreferux għar-
rimunerazzjoni ta’ studenti u trainees li huma suġġetti għall-Artikolu 13 ta’ dan il-
Ftehim.
 EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA ġ L.S.123.19 7
ARTIKOLU 8
Pensjonijiet
Pensjonijiet u rimunerazzjonijiet oħra simili li residenti ta’ Stat Kontraenti jikseb
minn għejjun fl-Istat Kontraenti l-ieħor għandhom ikunu biss suġġetti għat-taxxa
f’dak l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 9
Dividendi
(1) Dividendi miksubin mingħand persuna ġuridika, li tkun residenti ta’ Stat
Kontraenti minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor huma taxxabbli biss f’dak l-
Istat l-ieħor.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) meta d-dividendi jitħallsu
minn kumpannija li tkun residenti ta’ Malta lil residenti tar-Repubblika tal-Bulgarija
li jkun is-sid benefiċjarju tagħha, it-taxxa ta’ Malta tista’ tiġi mposta fuq l-ammont
gross ta’ dawk id-dividendi, iżda t-taxxa hekk imposta ma għandhiex teċċedi l-inqas
minn:
(a) 30 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi; jew
(b) it-taxxa dovuta fuq il-profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi, skond l-
Ordinanza dwar l-Għajnuna lill-Industrji.
(3) Il-frażi "dividendi" tfisser income minn azzjonijiet jew income ieħor li
skond il-leġislazzjoni nazzjonali ta’ l-Istat Kontraenti jkun ġie egwalizzat għall-
income minn azzjonijiet.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (l) u (2) ma għandhomx japplikaw jekk is-
sid benefiċjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju
fl-Istat Kontraenti l-ieħor li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-
dividendi, permezz ta’ post ta’ negozju li jkun sitwat hemmhekk, jew jeżerċita  f’dak
l-Istat l-ieħor professjoni libera jew attività  indipendenti oħra minn bażi stabbilit
sitwat hemmhekk, u l-holding li dwaru jitħallsu d-dividendi jkollu x’jaqsam
effettivament ma’ dak il-post ta’ negozju jew bażi stabbilit. F’dak il-każ, għandhom
japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 jew ta’ l-Artikolu 12, skond il-każ.
(5) Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mħallsin mill-kumpannija ħlief safejn dawk id-dividendi jitħallsu lil
residenti ta’ dak l-Istat l-ieħor jew safejn il-holding li dwaru jitħallsu d-dividendi
jkollu x’jaqsam effettivament ma’ post ta’ negozju jew ma’ bażi stabbilit sitwat
f’dak l-Istat l-ieħor, u anqas jissuġġetta l-profitti mhux imqassma tal-kumpannija
għal taxxa fuq il-profitti mhux imqassma tal-kumpannija, ukoll jekk id-dividendi
mħallsin jew il-profitti mhux imqassmin ikunu jikkonsistu għal kollox jew f’parti
minn profitti jew income li jinqalgħu minn dak l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 10
Imgħax
(1) Imgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u li jitħallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Il-paragrafu (1) ma għandux japplika meta residenti ta’ Stat Kontraenti
jmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor, li fih jinqala’ l-imgħax, permezz ta’ post
ta’ negozju sitwat hemmhekk, u d-dritt għad-dejn li dwaru jitħallas l-imgħax ikollu
8 L.S.123.19 ħ
 EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA
x’jaqsam effettivament ma’ dak il-post ta’ negozju. F’dak il-każ għandhom
japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4.
ARTIKOLU 11
Income minn Royalties u Liċenzi
(1) Income minn royalties u liċenzi li jinqala’ fi Stat Kontraenti u li jinkiseb
minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Madankollu dak l-income jista’ jiġi wkoll intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn
jinqala’, skond il-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu, iżda t-taxxa ma għandhiex teċċedi
l-għaxra fil-mija ta’ l-ammont gross tar-royalties jew liċenzi.
(3) Il-frażi "income minn royalties u liċenzi" tfisser ħlasijiet li jkunu riċevuti
mill-użu ta’ jew mill-jedd ta’ l-użu ta’:
(a) drittijiet ta’ l-awtur ta’ xogħol xjentifiku, letterarju u artistiku;
(b) xi privattivi (ċertifikat ta’ invenzjonijiet) u innovazzjonijiet;
(ċ) disinji industrjali;
(d) trade marks;
(e) programmi ta’ makni;
(f) matriċi ta’ diski u oġġetti oħra għar-riproduzzjoni tal-ħoss;
(g) diski grammofoniċi, tapes u films ċinematografiċi; u
(h) esperjenza u know-how industrjali.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw ukoll għall-
income minn:
(a) l-użu jew il-jedd ta’ l-użu ta’ tagħmir industrjali, kummerċjali jew
xjentifiku, kif ukoll ta’ servizzi tekniċi li għandhom x’jaqsmu ma’ dak
it-tagħmir;
(b) ir-riproduzzjoni tal-ħoss jew video recording jew diski grammofoniċi,
tapes, films jew oġġetti oħra simili.
(5) Royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fi Stat Kontraenti meta min
iħallashom ikun dak l-Istat innifsu, sotto-diviżjoni politika, awtorità  lokali jew
residenti ta’ dak l-Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas ir-royalties, sew jekk tkun
residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti post ta’ negozju
jew bażi stabbilit li dwaru jkun sar l-obbligu li jitħallsu r-royalties, u dawk ir-
royalties ikunu r-responsabbiltà  ta’ dak il-post ta’ negozju jew bażi stabbilit, dawk
ir-royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fl-Istat li fih ikun qiegħed il-post ta’
negozju jew bażi stabbilit.
ARTIKOLU 12
Drittijiet
(1) Id-drittijiet li jinqalgħu minn residenti ta’ Stat Kontraenti bħala riżultat tal-
eżerċitar ta’ professjoni libera jew ta’ attività  indipendenti oħra fl-Istat Kontraenti l-
ieħor huma taxxabbli fl-Istat l-ewwel imsemmi, kemm-il darba l-persuna ma
jkollhiex bażi stabbilit disponibbli għaliha fl-Istat Kontraenti l-ieħor għall-iskop ta’
qadi ta’ l-attivitajiet tagħha. Jekk il-persuna jkollha dak il-bażi stabbilit l-income
jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor iżda biss dik il-parti minnu li tkun attribwita
għal dak il-bażi stabbilit.
 EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA ġ L.S.123.19 9
(2) II-frażi "professjoni libera" tinkludi partikolarment attività  indipendenti
xjentifika, letterarja, artistika, edukattiva jew didattika kif ukoll attività  indipendenti
ta’ tobba, dentisti, avukati, inġiniera, periti u certified public accountants.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 u tal-paragrafu (1) ta’ dan l-
Artikolu, id-drittijiet li jinqalgħu minn residenti ta’ Stat Kontraenti bħala persuna li
tagħmel spettakoli ta’ divertiment (bħal artisti tat-teatru, tal-films ċinematografiċi,
artisti tar-radju jew tat-televiżjoni), jew bħala mużiċista, jew bħala atleta mill-
attivitajiet personali tagħha bħala hekk eżerċitati fl-Istat Kontraenti l-ieħor, jistgħu
jiġu ntaxxati f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor.
ARTIKOLU 13
Studenti jew kull Trainee Ieħor
(1) Il-ħlasijiet li jirċievi student jew kull trainee ieħor, li jkun residenti ta’ Stat
Kontraenti u joqgħod fl-Istat Kontraenti l-ieħor biss għall-iskop ta’ l-edukazzjoni
jew it-taħriġ tiegħu, ma għandux jiġi ntaxxat f’dak l-Istat, sakemm dawk il-ħlasijiet
jinqalgħu minn għejjun barra minn dak l-Istat.
(2) Id-disposizzjoni tal-paragrafu ta’ qabel dan tapplika wkoll għal ħlasijiet li l-
istudent jew it-trainee, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, jirċievi fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għall-qadi ta’ xi xogħol f’dak l-Istat l-ieħor, jekk ikollu x’jaqsam
ma’ l-edukazzjoni jew mal-kwalifika tiegħu jew jekk dak il-ħlas ikun meħtieġ biex
jissupplimenta l-ispejjeż tiegħu ta’ l-għixien.
ARTIKOLU 14
Income minn Proprjetà  Immobbli
(1) L-income miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn proprjetà
immobhli li tkun sitwata fl-Istat Kontraenti l-ieħor għandu jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-
ieħor.
(2) Il-frażi "proprjetà  immobbli" għandha jkollha t-tifsira li għandha taħt il-liġi
ta’ l-Istat Kontraenti li fih tkun sitwata dik il-proprjetà .
ARTIKOLU 15
Qligħ mill-Bejgħ ta’ Proprjetà
(1) Qligħ miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti mill-bejgħ ta’ proprjetà
immobbli li tkun sitwata fl-Istat Kontraenti l-ieħor għandu jkun intaxxat biss f’dak l-
Istat l-ieħor.
(2) Qligħ miksub mill-bejgħ ta’ proprjetà  mobbli li tkun tifforma parti mill-
proprjetà  ta’ post ta’ negozju li residenti ta’ Stat Kontraenti jkollu fl-Istat Kontraenti
l-ieħor, magħdud dak il-qligħ miksub mill-bejgħ ta’ dak il-post ta’ negozju, għandu
jkun taxxabbli biss f’dak l-Istat l-ieħor.
(3) Qligħ mill-bejgħ ta’ bastimenti, inġenji ta’ l-ajru jew vetturi tat-triq
imħaddma fi trasport internazzjonali u minn proprjetà  mobbli li tkun isservi għall-
esplojtazzjoni ta’ dawn il-bastimenti, inġenji ta’ l-ajru jew vetturi tat-triq ikun
taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li fih is-sid ta’ l-impriża tat-trasport ikun meqjus
bħala residenti.
(4) Qligħ mill-bejgħ ta’ xi proprjetà  ħlief dik imsemmija fil-paragrafi (1), (2) u
(3) ta’ dan l-Artikolu jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti li l-bejjiegħ ikun residenti
fih.
10 L.S.123.19 ħ
 EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA
ARTIKOLU 16
Income mhux espressament imsemmi
Elementi ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, li jinqalgħu minn fejn ikun, li
ma humiex imsemmija fl-Artikoli ta’ qabel, għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-
Istat.
ARTIKOLU 17
Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
I. Fil-każ tal-Bulgarija, it-taxxa doppja għandha titneħħa kif ġej:
(1) Meta residenti tar-Repubblika tal-Bulgarija jikseb income minn Malta,
li ma jkunx income minn dividendi, imħallas minn residenti ta’ Malta lil
residenti tar-Repubblika tal-Bulgarija, u jekk dan l-income ikun ġie
ntaxxat f’Malta, allura r-Repubblika tal-Bulgarija għandha teżenta dak
l-income mit-tassazzjoni.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), dan l-income jista’ jiġi
kkunsidrat fil-kalkolu tal-perċentwali ta’ tassazzjoni fuq il-bqija ta’ l-
income ta’ dak ir-residenti.
(3) It-taxxa mħallsa dwar l-income minn royalties u liċenzi skond l-
Artikolu 11, paragrafu (2), għandha titnaqqas mit-taxxa imposta fir-
Repubblika tal-Bulgarija.
(4) Għall-finijiet tal-paragrafu (1), meta, minħabba miżuri speċjali ta’
inċentiva maħsubin biex jippromwovu l-iżvilupp ekonomiku f’Malta, it-
taxxa ta’ Malta tkun ġiet meħlusa għal kollox jew imnaqqsa għal
perijodu limitat ta’ żmien allura l-ammont ta’ taxxa mħallsa f’Malta
għandu jitqies li jkun l-ammont li kien ikun irid jitħallas li kieku ma
kien ingħata ebda ħelsien għal dak jew ma kien ingħata ebda tnaqqis
għal dak.
II. Fil-każ ta’ Malta, it-taxxa doppja għandha tiġi mneħħija kif ġej:
(5) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Malta dwar l-allowance ta’
kreditu kontra taxxa ta’ Malta dwar taxxa barranija meta, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, ikun hemm inkluż f’likwidazzjoni
ta’ Malta income minn għejjun fir-Repubblika tal-Bulgarija, it-taxxa tal-
Bulgarija fuq dak l-income għandha tingħata bħala kreditu kontra t-
taxxa relattiva ta’ Malta li titħallas fuqu.
(6) Taxxi mħallsin minn residenti ta’ Malta dwar profitti mill-
parteċipazzjoni tagħhom f’soċjetà  għal attività  ta’ negozju flimkien,
maniġġ u tqassim flimkien tal-profitti u telf minnha u ffurmata skond
id-Digriet 535 - 80 tal-Kunsill ta’ l-Istat tar-Repubblika tal-Bulgarija,
għandhom jitnaqqsu kontra t-taxxa rispettiva ta’ Malta f’ammont li kien
ikollu jitħallas li kieku dak il-ħelsien ma kienx ikun ingħata f’dan id-
Digriet.
(7) Meta l-Ftehim jipprovdi li income li jinqala’ fi Stat Kontraenti għandu
jinħeles mit-taxxa f’dak l-Istat, jew għal kollox jew f’parti minnu, u taħt
il-liġi fis-seħħ fl-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-income ikun suġġett
għat-taxxa b’riferenza għall-ammont tiegħu li jintbagħat lil jew li jiġi
riċevut f’dak l-Istat l-ieħor u mhux b’riferenza għall-ammont sħiħ
tiegħu, il-ħelsien li jingħata fl-Istat l-ewwel imsemmi għandu jkun
japplika biss għal dik il-parti mill-income li tintbagħat lil jew li tiġi
 EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA ġ L.S.123.19 11
riċevuta mill-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 18
Ebda Diskriminazzjoni
(1) Ċittadini ta’ Stat Kontraenti jew persuni ġuridici taħt l-Artikolu 1 ta’ dan il-
Ftehim ma għandhomx jkunu suġġetti fl-Istat Kontraenti l-ieħor għal xi tassazzjoni
jew xi ħtieġa li jkollha x’taqsam magħha li tkun ta’ piż ieħor jew aktar mit-
tassazzjoni u ħtiġiet li jkollhom x’jaqsmu magħha li għalihom iċ-ċittadini ta’ dak l-
Istat l-ieħor fl-istess ċirkostanzi ikunu jew jistgħu ikunu suġġetti. Din id-
disposizzjoni għandha, minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1, tapplika wkoll
għal persuni li ma jkunux residenti ta’ wieħed mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn.
(2) Post ta’ negozju sitwat fi Stat Kontraenti wieħed u li jkun proprjetà  ta’
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor ma għandux ikun suġġett fl-Istat Kontraenti l-
ewwel imsemmi għal xi tassazzjoni li tkun ta’ piż ieħor jew aktar mit-tassazzjoni li
għaliha huma suġġetti postijiet ta’ negozju sitwati fl-Istat l-ewwel imsemmi u
organizzati minn persuni li huma residenti ta’ Stat jew l-ieħor. Din id-disposizzjoni
ma għandhiex tiftiehem li tobbliga Stat Kontraenti li jagħti lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor xi allowances, ħelsien u tnaqqis personali għal skopijiet ta’
tassazzjoni minħabba fl-istatus ċivili jew responsabbiltajiet tal-familja jew xi
ċirkostanzi personali oħra li jagħti lill-persuni residenti fih.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2, dan l-Artikolu jkopri taxxi ta’
kull għamla u deskrizzjoni.
ARTIKOLU 19
Aġenti Diplomatiċi w Uffiċjali Konsulari
Dan il-Ftehim ma għandux jolqot il-privileġġi fiskali ta’ membri ta’ missjonijiet
diplomatiċi u konsulari taħt ir-regoli ġenerali tad-dritt internazzjonali jew taħt id-
disposizzjonijiet ta’ kull ftehim speċjali.
ARTIKOLU 20
Tibdil ta’ Informazzjoni
(1) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jibdlu dik l-
informazzjoni li tkun meħtieġa biex jitwettaq il-Ftehim preżenti dwar taxxi koperti
minn dan il-Ftehim safejn it-tassazzjoni taħthom ma tkunx kontra dan il-Ftehim u l-
liġijiet domestiċi ta’ l-Istati Kontraenti. Kull informazzjoni jew materjal riċevut
minn Stat Kontraenti għandha tiġi trattata bħala sigrieta l-istess bħalma tiġi trattata
informazzjoni miksuba taħt il-liġijiet domestiċi ta’ dak l-Istat u għandha tintuża biss
għall-iskopijiet ta’ dan il-Ftehim.
(2) Il-paragrafu (1) ma għandux jiftiehem li jimponi fuq xi wieħed miż-żewġ
Stati Kontraenti l-obbligu -
(a) li jwettaq miżuri amministrattivi li ma jkunux skond il-liġijiet jew il-
prattika amministrattiva prevalenti fi Stat Kontraenti jew fl-ieħor;
(b) li jagħti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taħt il-liġijiet jew fil-
kors normali ta’ l-amministrazjoni ta’ Stat Kontraenti jew ta’ l-ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet jew proċess tal-kummerċ, tan-
negozju, industrijali jew professjonali, jew informazzjoni li l-kxif
tagħha jkun kontra l-interess pubbliku (ordre public).
12 L.S.123.19 ħ
 EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA
ARTIKOLU 21
Proċedura għal Ftehim Reċiproku
(1) Meta residenti ta’ Stat Kontraenti jkun jidhirlu li l-azzjonijiet ta’ wieħed
mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn jirriżultaw jew ikunu jirriżultaw f’li jiġi ntaxxat
mhux skond il-Ftehim preżenti, huwa jista’, irrispettivament mir-rimedji provduti
mil-liġi domestika ta’ dawk l-Istati, jippreżenta l-każ tiegħu lill-awtorità  kompetenti
ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu ikun residenti. Jekk l-awtorità  kompetenti nnifisha ma
tkunx tista’ tasal f’soluzzjoni sodisfaċenti, għandha tara li tirrisolvi l-każ bi ftehim
ma’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, bil-ħsieb li tiġi evitata tassazzjoni li ma tkunx skond
dan il-Ftehim. Kull ftehim għandu jiġi implimentat minkejja kull limiti ta’ żmien fil-
liġi domestika ta’ l-Istati Kontraenti.
(2) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jaraw li jirrisolvu
bi ftehim reċiproku kull diffikultà  jew dubju li jinqalgħu dwar l-interpretazzjoni jew
l-applikazzjoni tal-Ftehim. Huma jistgħu ukoll jikkonsultaw bejniethom fuq it-
tneħħija ta’ taxxa doppja f’każi li ma jkunx ġie provdut għalihom f’dan il-Ftehim.
(3) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistgħu jikkomunikaw
bejniethom bil-għan li jilħqu ftehim fis-sens tal-paragrafi ta’ qabel.
ARTIKOLU 22
Bidu fis-Seħħ
(1) Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat; id-dokumenti tar-ratifika għandhom jiġu
mibdula kemm jista’ jkun malajr fil-Belt Valletta.
(2) Dan il-Fethim għandu jibda jseħħ fl-ewwel data tat-tielet xahar li jiġi wara
x-xahar li fih ikun sar it-tibdil tad-dokumenti tar-ratifika u d-disposizzjonijiet tiegħu
għandu jkollhom seħħ dwar it-taxxi kollha imposti fuq l-income jew qligħ li
jinqalgħu wara l-31 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja li fiha jkun sar it-tibdil tad-
dokumenti tar-ratifika.
ARTIKOLU 23
Terminazzjoni
Dan il-Ftehim għandu jibqa’ jseħħ sakemm jiġi denunzjat minn wieħed mill-Istati
Kontraenti. Kull wieħed mill-Istati Kontraenti jista’ jiddenunzja dan il-Ftehim
b’mezzi diplomatiċi, billi jagħti avviż ta’ terminazzjoni mhux aktar tard minn sitt
xhur qabel it-tmiem ta’ xi sena kalendarja li tibda wara li jkunu għaddew tliet snin
mid-data tal-bidu fis-seħħ tiegħu. F’dak il-każ, dan il-Ftehim jiġi applikat għall-
aħħar darba dwar it-taxxi imposti fuq l-income jew qligħ li jinqalgħu matul is-sena
kalendarja li fiha jingħata l-avviż.
MAGĦMUL f’Sofia fit-23 ta’ Lulju, 1986 f’żewġ kopji fl-ilsien Ingliż u fl-ilsien
Bulgaru, iż-żewġ testi awtentiċi ndaqs.
WISTIN ABELA
Għar-Repubblika ta’ Malta
B. BELCHEV
Għar-Repubblika tal-Bulgarija
