QLIGĦ KAPITALI ġ L.S.123.27 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.27
REGOLI DWAR QLIGĦ KAPITALI
25 ta’ Novembru, 1992
L-AVVIŻ LEGALI 102 ta’ l-1993, kif emendat bl-Avviż Legali 379 ta’ l-
2002.
Titolu.
Kif jinħadem il-
qligħ.
2. Fil-ħdim tal-qligħ jew profitti mat-trasferiment ta’
proprjetà  immobbli għandu jitqies dan li ġej:
(a) l-ammont minfuq fl-akkwist li għandu jinkludi:
Kap. 364.
(i) kemm tiswa l-proprjetà  trasferita dikjarata
f’kuntratt ta’ xiri u l-ispejjeż kollha li għandhom
direttament x’jaqsmu ma’ dak il-kuntratt
magħdudin it-taxxa taħt l-Ordinanza dwar it-
Taxxa tal-Boll, l-Att dwar it-Taxxa fuq
Dokumenti, l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti
u Trasferimenti, u drittijiet ta’ aġenti, dawk
legali u nutarili hekk kif tinġieb prova dwarhom
għas-sodisfazzjon tal-Kummissarju;
Kap. 239.
Kap. 364.
(ii) il-valur ta’ proprjetà  trasferita causa mortis jew
inter vivos bażat fuq l-ammont stmat relattiv
għall-prospett ta’ proprjetà  li fuqha jintalab ħlas
ta’ taxxa għall-finijiet ta’ l-Ordinanza dwar it-
Taxxi tas-Suċċessjoni u Donazzjoni, l-Att dwar
it-Taxxa tal-Mewt u tad-Donazzjoni, jew għall-
prospett ta’ trasferiment causa mortis għall-
finijiet ta’ l-Att dwar Taxxa fuq Dokumenti u
Trasferimenti;
(iii) kull nefqa li tinġieb prova dwarha għas-
sodisfazzjon tal-Kummissarju li tkun kollha
kemm hi u għal kollox saret fl-iżvilupp tal-
proprjetà  li tkun qegħda tiġi trasferita;
(iv) taxxa tal-mewt li titħallas dwar proprjetà
msemmija fis-subparagrafu (ii) ta’ dan il-
paragrafu. It-taxxa attribwibbli għall-proprjetà
trasferita għandha tinħadem kif ġej:
(1) meta t-taxxa tirreferi għal proprjetà  li
għaddiet b’wirt qabel l-1 ta’ Jannar, 1974,
billi jiġi moltiplikat l-ammont ta’ taxxa
mħallsa fuq il-proprjetà  mħollija bil-
proporzjon li l-ammont tal-valur stmat tal-
proprjetà  relattiva għandu għall-valur stmat
tal-proprjetà  imħollija kollha;
(2) meta t-taxxa tirreferi għall-proprjetà  li
għaddiet b’wirt mill-1 ta’ Jannar, 1974, billi
jiġi moltiplikat l-ammont ta’ taxxa mħallsa
minn persuna dwar il-porzjon relattiv tagħha
tal-proprjetà  mħollija bil-proporzjon li l-
2 L.S.123.27 ħ QLIGĦ KAPITALI
valur stmat tal-proprjetà  relattiva għandu
għall-valur stmat tal-porzjon imsemmi tal-
proprjetà  mħollija;
(v) it-taxxa tad-donazzjoni mħallsa fuq il-proprjetà
trasferita.
Kap. 158.
(b) dwar proprjetà  akkwistata wara l-31 ta’ Diċembru,
1992, iż-żieda fl-inflazzjoni li tirriżulta mill-indiċi ta’
inflazzjoni stabbilit skond l-artikolu 13 ta’ l-Ordinanza
li Tneħhi l-Kontroll tad-Djar billi tittieħed is-sena
1992 bħala s-sena bażi;
(ċ) benefikati fi proprjetà  immobbli wara l-akkwist jekk
dawn il-benefikati tinġieb prova dwarhom għas-
sodisfazzjon tal-Kummissarju; id-disposizzjonijiet tal-
paragrafu (b) għandhom ukoll japplikaw mutatis
mutandis dwar dawk il-benefikati magħmulin wara l-
31 ta’ Diċembru, 1992;
(d) allowance għall-manutenzjoni kalkolat b’0.4% tal-
valur tal-bini, prezz tan-nefqa jew prezz finali għal
kull sena bejn is-sena ta’ l-akkwist jew meta intemm u
ġie trasferit;
(e) nefqiet oħra li dwarhom tkun direttament inħarġet
riċevuta u li għandhom x’jaqsmu direttament mat-
trasferiment u li ma jkunux ogħla minn ħamsa fil-mija
mill-prezz tal-bejgħ.
Nefqa ammessa.
Kap. 123.
3. Sabiex jiġi stabbilit x’nefqa tista’ tiġi ammessa għandha
tiġi eskluża kull somma li tkun ġiet ammessa bħala tnaqqis għall-
finijiet tat-Taqsima IV ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income jew
mod ieħor bħala tnaqqis mill-qligħ taħt kull Taqsima oħra ta’ l-Att
li ma tkunx l-artikolu 5 ta’ l-Att.
Qligħ li jintalab 
ħlas dwaru.
4. (1) Il-qligħ li jintalab ħlas dwaru fuq it-trasferiment ta’
proprjetà  immobbli miksub qabel l-1 ta’ Jannar, 1992 għandu jiġi
stabbilit bħala dak il-proporzjon tal-qligħ sħiħ li l-perijodu bejn l-
1992 u d-data tat-trasferiment għandhom għall-perijodu sħiħ ta’
proprjetà  assoluta b’din il-formula li ġejja::
fejn:
VT = valur fi żmien it-trasferiment
CA = kemm sewa l-akkwist ta’ proprjetà  trasferita
YD = sena li fiha tiġi trasferita l-proprjetà
YA = sena meta jsir l-akkwist tal-proprjetà  trasferita li tkun is-
sena ta’ xiri jew is-sena meta din il-proprjetà  titlesta, skond
liema tiġi l-aktar tard:
Iżda meta l-proprjetà  tkun ġiet trasferita bejn il-25 ta’
Novembru, 1992 u l-31 ta’ Diċembru, 1992 il-qligħ li jintalab ħlas
VT-CA X YD-1992 
1 YD-YA
QLIGĦ KAPITALI ġ L.S.123.27 3
dwaru għandu jinħadem skond din il-formula li ġejja:
fejn:
n = l-għadd ta’ ġranet bejn il-25 ta’ Novembru, 1992 u d-data
tat-trasferiment.
(2) Meta wara l-akkwist ta’ l-attiv ikun hemm nefqa
addizzjonali fuq benefikati li jkunu jammontaw għal mill-inqas
10% tal-prezz tal-bejgħ, il-qligħ li jintalab ħlas dwaru għandu l-
ewwel jiġi allokat għall-ispiża oriġinali u għan-nefqa sussegwenti
w imbagħad il-proporzjonament taż-żmien għandu jiġi applikat
għal kull parti separatament.
(3) Meta n-nefqa addizzjonali ssir wara l-1992 il-qligħ
attribwit għal din in-nefqa addizzjonali ma jkunx soġġett għall-
proporzjonament taż-żmien kif hemm inidikat fil-paragrafu (2) ta’
din ir-regola:
Iżda d-disposizzjonijiet tal-paragrafi (b) u (d) tar-regola 2
ta’ dawn ir-regoli ma għandhomx jitqiesu għall-finijiet ta’ din ir-
regola.
(4) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din ir-regola, kull
persuna tista’ tagħżel li b’avviż li tagħti bil-miktub lill-
Kummissarju, il-qligħ li jintalab ħlas dwaru fuq it-trasferiment ta’
proprjetà  immobbli miksub qabel l-1 ta’ Jannar, 1992 għandu
jinħadem bil-mod stabbilit bir-regoli 2 u 3 ta’ dawn ir-regoli iżda
b’mod li -
(i) l-indiċi ta’ inflazzjoni msemmi fil-paragrafu (b)
tar-regola 2 dwar kemm sewa l-akkwist tal-
proprjetà  immobbli għandu jibda għaddej mid-
data ta’ l-akkwist tal-prorpetà ; u
(ii) id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (b) imsemmija
fil-paragarafu (ċ) tar-regola 2 ta’ dawn ir-regoli
għandhom japplikaw dwar dawk il-benefikati
magħmulin wara d-data ta’ l-akkwist tal-
proprjetà  immobbli.
Trasferiment ta’ 
azzjonijiet ta’ 
soċjetà.
5. Meta t-trasferiment ikun jikkonsisti f’azzjonijiet ta’ soċjetà
li jkollha attiv fl-għamla ta’ proprjetà  immobbli, l-proprjetà
immobbli għandha fid-data tat-trasferiment ta’ azzjonijiet, tingħata
valur kummerċjali li jiġi ċertifikat minn stimatur, perit arkitett jew
kull persuna li tagħmel xi valutazzjoni oħra. Il-valur kummerċjali
ta’ dik il-proprjetà,  li għandu jittieħed bħala kemm sewa l-akkwist,
u biż-żmien proporzjonat għas-sena 1992 għandu jiġi stabbilit kif
ġej:
fejn: 
OC = spiża oriġinali fl-akkwist tal-proprjetà  
VT = valur tal-proprjetà  fi żmien it-trasferiment
VT-CA X 1 X n
1 YD-YA 365
OC + VT-OC X 1992-YA1 YD-YA
4 L.S.123.27 ħ QLIGĦ KAPITALI
YA = sena meta jsir l-akkwist tal-proprjetà  li tkun is-sena ta’ xiri
jew is-sena meta din il-proprjetà  titlesta, skond liema tiġi l-
iktar tard
YD = sena li fiha jiġu trasferiti l-azzjonijiet.
In-nutar jiġbor it-
taxxa provviżorja.
Emendat:
A.L. 379 ta’ l-
2002.
Kap. 372.
6. (1) It-taxxa provviżorja li titħallas skond l-artikolu 43 ta’
l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa dwar proprjetà  immobbli
għandha tinġabar mingħand il-bejjiegħ u, jew, min jittrasferixxi,
minn nutar mal-pubblikazzjoni ta’ l-att ta’ trasferiment relattiv. Il-
ħlas għandu jsir permezz ta’ ċedola bankarja jew ċekk magħmul
min-nutar li ppubblika l-att tat-trasferiment li titħallas lill-
Kummissarju tat-Taxxi Interni:
Kap. 123.
Iżda ma għandha tinġabar minn nutar ebda taxxa
provviżorja meta l-partijiet jiddikjaraw fil-kuntratt li d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5(5)(b) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-
Income japplikaw għalihom.
L.S. 364.10
(2) Iċ-ċedoli bankarji jew ċekkijiet għandhom jiġu preżentati
flimkien ma’ l-avviż li hemm fl-Ewwel Skeda li tinsab mar-Regoli
dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti, u l-avviż għandu
jiġi preżentat duplikat. Wieħed mill-avviżi għandu jiġi ttimbrat
mill-Kummissarju b’rikonoxximent li rċieva l-istess avviż u ċedola
jew ċekk, u għandu jintbagħat lura lin-nutar sabiex jinthemeż ma’
l-att relattiv.
(3) Fil-ħdim tat-taxxa provviżorja li għandha titħallas mill-
bejjiegħ u, jew, min jagħmel it-trasferiment, l-ammont li għandu
jithallas għandu jitniżżel għall-eqreb lira. Dan it-tniżżil jista’ jsir
għal kull bejjiegħ u, jew, persuna li tittrasferixxi jekk ikun hemm
iktar minn bejjiegħ wieħed jew persuna li tittrasferixxi waħda f’dak
l-att ta’ trasferiment partikolari.
