 REBATE TA’ TAXXA GĦAL MARD KRONIKU ġ L.S.123.28 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.28
REGOLI DWAR REBATE TA’ TAXXA 
GĦAL MARD KRONIKU
25 ta’ Jannar, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 7 ta’ l-1994.
Titolu.
għal Mard Kroniku.
Tifsir.
Kap. 123.
2. F’dawn ir-Regoli, "l-Att" tfisser l-Att dwar it-Taxxa fuq l-
Income.
Skeda ta’ mard 
kroniku.
3. Il-mard kroniku preskritt li dwaru jingħata rebate ta’ taxxa
skond l-artikolu 57(12) ta’ l-Att għandu jkun il-mard imniżżel fl-
Iskeda A li tinsab ma’ dawn ir-Regoli.
Kif tagħmel it-
talba.
4. (a) Talba għal rebate ta’ taxxa dwar mard kroniku
għandha ssir fil-forma li hemm fl-Iskeda B li tinsab
ma’ dawn ir-Regoli.
(b) Għandha tiġi stampata kopja ta’ l-Iskeda A li tinsab
ma’ dawn ir-Regoli fuq wara tal-Formuli skond l-
Iskeda B.
(ċ) Kopji tal-Formuli skond l-Iskeda B għandhom ikunu
disponibbli bla ħlas mill-Kummissarju tat-Taxxi
Interni.
(d) Ebda talba ma tiġi kunsidrata kemm-il-darba:
(i) ma ssirx fuq il-Formula maħruġa mill-
Kummissarju;
(ii) ir-relazzjoni bejn min jagħmel it-talba u l-
individwu li dwaru tkun qed issir it-talba ma
tkunx murija b’mod ċar fil-Formula; u
(iii) formula separata ma tiġix użata għal kull
individwu li dwaru tkun saret it-talba.
It-talba tkun 
ċertifikata.
5. Iċ-ċertifikat fil-Formula li hemm fl-Iskeda B li tinsab ma’
dawn ir-Regoli għandu jiġi ffirmat minn tabib awtorizzat biex
jeżerċita l-professjoni tiegħu f’Malta:
Iżda t-talba għal tnaqqis dwar marda kronika jew għal
rebate ta’ taxxa li ssir skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
Regoli, dwar individwu li jkun għalaq is-sittin sena f’xi sena qabel
sena ta’ stima partikolari għandha titqies li tkun ukoll talba għal
rebate ta’ taxxa dwar is-snin ta’ stima li jiġu wara.
2 L.S.123.28 ħ  REBATE TA’ TAXXA GĦAL MARD KRONIKU
SKEDA A
(Regoli 2 u 4)
 REBATE TA’ TAXXA GĦAL MARD KRONIKU ġ L.S.123.28 3
SKEDA B
(Regoli 4 u 5)
