EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA ġ L.S.123.29 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.29
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA
8 ta’ Lulju, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 75 ta’ l-1994.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Repubblika ta’ l-Ungerija.
Arranġamenti 
jkollhom seħħ.
2. Qiegħed jiġi hawnhekk dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-Ordni ġew magħmula mal-Gvern
tar-Repubblika ta’ l-Ungerija sabiex jingħata ħelsien
minn taxxa doppja dwar it-taxxi li ġejjin stabbiliti bil-
liġijiet tar-Repubblika ta’ l-Ungerija:
(i) it-taxxa fuq l-income imposta fuq individwi;
(ii) it-taxxi fuq il-profitti;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arranġamenti jkollhom
effett.
2 L.S.123.29 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA
SKEDA
FTEHIM
BEJN
MALTA U R-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA
GĦALL-ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
Il-Gvern ta’ Malta u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Ungerija billi jixtiequ jagħmlu
Ftehim għall-Ħelsien minn Taxxa Doppja u biex tiġi evitata evażjoni fiskali dwar
taxxi fuq l-income u l-kapital, ftehmu kif ġej:
KAPITOLU I
Għan tal-Ftehim
ARTIKOLU 1
Għan Personali
Dan il-Ftehim għandu japplika għall-persuni li huma residenti ta’ wieħed mill-
Istati Kontraenti jew tat-tnejn.
ARTIKOLU 2
Taxxi Koperti
(1) It-taxxi eżistenti li għalihom japplika dan il-Ftehim huma:
(a) fl-Ungerija:
(i) it-taxxa fuq l-income imposta fuq individwi; u
(ii) it-taxxi fuq il-profitti
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ l-Ungerija");
(b) f’Malta:
it-taxxa fuq l-income
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ Malta").
(2) Il-Ftehim għandu japplika wkoll għal kull taxxi bħalhom jew li
sostanzjalment jixbħuhom u għal taxxi fuq il-kapitali li jiġu imposti wara d-data li
fiha dan il-Ftehim jiġi ffirmat b’żieda ma’, jew minflok, it-taxxi eżistenti. L-
awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom javżaw lil xulxin b’kull
tibdil sinjifikanti li jkun sar fil-liġijiet tagħhom rispettivi li jirrigwardaw it-taxxa.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Artikolu dan il-Ftehim ma
japplikax għal taxxa mħallsa jew li titħallas f’Malta bir-rata li hemm provdut dwarha
fis-subartikolu (13) ta’ l-artikolu 56 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.
KAPITOLU II
Tifsiriet
ARTIKOLU 3
Tifsiriet Ġenerali
(1) Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra:
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA ġ L.S.123.29 3
(a) il-frażi "Ungerija" meta użata f’sens ġeografiku tfisser it-territorju tar-
Repubblika ta’ l-Ungerija; u
(b) il-frażi "Malta" meta użata f’sens ġeografiku tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-
Gżira ta’ Għawdex u l-gżejjer l-oħra ta’ l-Arċipelagu Malti, flimkien ma’ l-ibħra
territorjali tagħhom, u kull area barra mill-baħar territorjali ta’ Malta li, skond il-liġi
internazzjonali, hi hekk imsemmija jew aktar ’il quddiem tista’ tissejjaħ, taħt il-liġi
ta’ Malta dwar il-Blata Kontinentali, bħala area li fiha d-drittijiet ta’ Malta dwar
qiegħ il-baħar u s-sottoswol u r-riżorsi naturali tagħhom jistgħu jiġu eżerċitati;
(ċ) il-frażijiet "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-ieħor" ifissru, skond ma
teħtieġ ir-rabta tal-kliem, l-Ungerija jew Malta;
(d) il-frażi "persuna" tinkludi individwu, kumpannija u kull korp ieħor ta’
persuni;
(e) il-frażi "kumpannija" tfisser kull għaqda korporata jew kull entità  li titqies
bħala għaqda korporata għall-finijiet ta’ taxxa;
(f) il-frażijiet "impriża ta’ Stat Kontraenti" u "impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor" ifissru rispettivament impriża li titmexxa minn residenti ta’ Stat Kontraenti u
impriża li titmexxa minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(g) il-frażi "nazzjonali" tfisser kull individwu li jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat
Kontraenti u kull persuna, soċjetà , assoċjazzjoni jew enti oħra li tikseb dak l-istat
tagħha bis-saħħa tal-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Kontraenti;
(h) il-frażi "traffiku internazzjonali" tfisser kull trasport b’bastiment, b’inġenji
ta’ l-ajru jew b’vettura tat-trasport fuq l-art mħaddma minn impriża ta’ Stat
Kontraenti, barra minn meta l-bastiment, l-inġenji ta’ l-ajru jew vettura tat-trasport
fuq l-art ikunu mħaddma biss bejn postijiet fl-Istat Kontraenti l-ieħor;
(i) il-frażi "awtorità  kompetenti" tfisser:
(i) fil-każ ta’ l-Ungerija, il-Ministru tal-Finanzi, jew ir-rappreżentant
awtorizzat tiegħu;
(ii) fil-każ ta’ Malta, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu.
(2) Fl-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim minn Stat Kontraenti kull frażi li ma
tkunx imfissra fih għandha, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra,
ikollha l-istess tifsir kif mogħti lilha taħt il-liġi ta’ dak l-Istat dwar it-taxxi li dan il-
Ftehim japplika għalihom.
ARTIKOLU 4
Residenti
(1) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "residenti ta’ Stat Kontraenti" tfisser
kull persuna li, taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat, hija suġġetta għat-taxxa hemmhekk
minħabba d-domiċilju, ir-residenza, post tal-maniġġ jew xi kriterju ieħor ta’ xorta
bħal din. Iżda din il-frażi ma tinkludix persuna li hi suġġetta għat-taxxa f’dak l-Istat
unikament minħabba fi qligħ minn għejjun f’dak l-Istat.
(2) Fejn minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) individwu jkun residenti
taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-Istat tiegħu għandu jiġi determinat kif ġej:
(a) huwa għandu jitqies li huwa residenti ta’ l-Istat Kontraenti li fih ikollu
dar permanenti għad-disposizzjoni tiegħu; jekk huwa jkollu dar
permanenti għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati, huwa għandu
jitqies li huwa residenti biss ta’ l-Istat Kontraenti li miegħu r-
4 L.S.123.29 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA
relazzjonijiet personali u ekonomiċi tiegħu jkunu l-aktar marbuta
(ċentru ta’ interessi vitali);
(b) jekk l-Istat li fih huwa jkollu ċ-ċentru ta’ interessi vitali ma jistax jiġi
determinat, jew jekk huwa ma jkollux għad-disposizzjoni tiegħu dar
permanenti fl-ebda Stat, huwa għandu jitqies li jkun residenti biss ta’ l-
Istat Kontraenti li fih soltu jirrisjedi;
(ċ) jekk huwa s-soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati jew f’ebda wieħed minnhom,
huwa għandu jitqies li jkun residenti biss ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu
jkun nazzjonali;
(d) jekk huwa jkun nazzjonali taż-żewġ Stati jew ta’ l-ebda wieħed
minnhom, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom
jiddeċiedu l-każ bi ftehim bejniethom.
(3) Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, din għandha għaldaqstant titqies
bħala residenti biss ta’ l-Istat Kontraenti fejn ikun jinsab il-post effettiv tal-maniġġ
tagħha.
ARTIKOLU 5
Stabbiliment Permanenti
(1) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim il-frażi "stabbiliment permanenti" tfisser post
tan-negozju fiss li minnu jiġi mmexxi għal kollox jew f’parti x-xogħol ta’ impriża.
(2) Il-frażi "stabbiliment permanenti" tinkludi b’mod speċjali:
(a) post ta’ maniġġ; 
(b) fergħa;
(ċ) uffiċċju; 
(d) fabbrika;
(e) ħanut tax-xogħol;
(f) minjiera, bir taż-żejt jew tal-gass, barriera jew kull post ieħor ta’
estrazzjoni ta’ riżorsi naturali;
(g) art li tkun qegħda tinbena jew kostruzzjoni jew stallazzjoni jew proġett
ta’ assemblaġġ jew attivitajiet superviżorji li għandhom x’jaqsmu ma’
dan, meta dik l-art, proġett jew attività  jkomplu għal iktar minn disa’
xhur.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frażi
"stabbiliment permanenti" għandha titqies li ma tinkludix:
(a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim ta’
oġġetti jew merkanzija li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża;
(b) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim;
(ċ) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ proċessar minn impriża oħra;
(d) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ xiri ta’ oġġetti jew
merkanzija jew ta’ ġbir ta’ tagħrif għall-impriża;
(e) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss li tagħmel, għall-
impriża, xi attività  oħra ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja;
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA ġ L.S.123.29 5
(f) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju biss għal kull kombinazzjoni ta’
attivitajiet imsemmija fis-subparagrafi (a) sa (e) iżda li l-attività  kollha
tal-post fiss ta’ negozju li toħroġ minn din il-kombinazzjoni tkun ta’
xorta preparatorja jew awżiljarja.
(4) Impriża ta’ Stat Kontraenti titqies li jkollha stabbiliment permanenti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jekk:
(a) ikun qed jintuża tagħmir konsiderevoli f’dak l-Istat l-ieħor, minn, għal
jew b’kuntratt ma’ l-impriża għal iktar minn disa’ xhur; u
(b) l-impriża twettaq attività  superviżorja f’dak l-Istat li jkollha x’taqsam
ma’ l-użu tat-tagħmir imsemmi fis-subparagrafu (a).
(5) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2), meta persuna - li ma
tkunx aġent ta’ status indipendenti li għaliha japplika l-paragrafu (6) - taġixxi għan-
nom ta’ impriża u għandha, u soltu twettaq fi Stat Kontraenti awtorità  li tikkonkludi
kuntratti f’isem l-impriża, dik l-impriża għandha titqies li għandha stabbiliment
permanenti f’dak l-Istat dwar kull attività  li dik il-persuna tagħmel għall-impriża,
sakemm l-attivitajiet ta’ dik il-persuna ma jkunux limitati għal dawk imsemmija fil-
paragrafu (3) li, kieku mwettqa minn post fiss ta’ negozju, ma jagħmlux dan il-post
fiss ta’ negozju stabbiliment permanenti taħt id-disposizzjonijiet ta’ dak il-
paragrafu.
(6) Impriża ta’ Stat Kontraenti ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment
permanenti fi Stat Kontraenti ieħor għaliex biss tmexxi negozju f’dak l-Istat ieħor
permezz ta’ sensal, aġent ġenerali b’kummissjoni jew xi aġent ieħor bi status
indipendenti, sakemm dawk il-persuni jaġixxu fil-kors ordinarju tan-negozju
tagħhom. Iżda, meta l-attivitajiet ta’ dak l-aġent ikunu għal kollox jew kważi għal
kollox dedikati għal dik l-impriża, huwa ma għandux jitqies bħala aġent bi status
indipendenti jekk it-transazzjonijiet bejn l-aġent u l-impriża ma jkunux saru
f’kundizzjonijiet at arm’s length.
(7) Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikkontrolla jew
tkun kontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, jew
li tmexxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta’ stabbiliment permanenti sew
xort’oħra), ma għandux fih innifsu jikkostitwixxi xi waħda mill-kumpanniji bħala
stabbiliment permanenti ta’ l-oħra.
KAPITOLU III
Tassazzjoni ta’ Income
ARTIKOLU 6
Income minn Proprjetà  Immobiljari
(1) Income miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn proprjetà
immobiljari inkluż income minn xogħol fl-agrikoltura jew fil-boskijiet, sitwata fl-
Istat Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Il-frażi "proprjetà  immobiljari" għandu jkollha l-istess tifsir li għandha taħt
il-liġi ta’ l-Istat Kontraenti li fih il-proprjetà  li tkun hija sitwata. Il-frażi għandha
f’kull każ tinkludi proprjetà  aċċessorja għal proprjetà  immobiljari, bhejjem u
tagħmir użati fl-agrikoltura jew fil-boskijiet, drittijiet li għalihom japplikaw id-
disposizzjonijiet tal-liġi ġenerali dwar proprjetà  immobiljari, użufrutt ta’ proprjetà
immobiljari u drittijiet għal ħlasijiet li jvarjaw jew fissi bħala kumpens għall-ħdim
ta’, jew għall-jedd li jinħadmu jew jiġu esplorati, depożiti minerali, għejjun u riżorsi
oħra naturali; bastimenti, dgħajjes u inġenji ta’ l-ajru ma għandhomx jitqiesu bħala
6 L.S.123.29 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA
proprjetà  immobiljari.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) għandhom japplikaw għal income li
jinkiseb mill-użu dirett, kiri, jew użu ta’ kull xort’oħra ta’ proprjetà  immobiljari.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (3) għandhom japplikaw ukoll għal
income minn proprjetà  immobiljari ta’ impriża u għal income minn proprjetà
immobiljari li tkun użata għall-qadi ta’ servizzi personali indipendenti.
ARTIKOLU 7
Profitti minn Negozju
(1) Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti għandhom jiġu ntaxxati biss f’dak
l-Istat kemm-il darba l-impriża ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk. Jekk l-impriża
tmexxi negozju kif intqal qabel, il-profitti ta’ l-impriża jistgħu jiġu ntaxxati fl-Istat
l-ieħor iżda biss għal dik il-parti minnhom li huma attribwibbli għal dak l-
istabbiliment permanenti.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (3), meta impriża ta’ Stat
Kontraenti tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qiegħed hemmhekk, għandhom jiġu attribwiti lil dak l-
istabbiliment permanenti f’kull Stat Kontraenti l-profitti li kien ikun mistenni
jagħmel kieku kien impriża distinta u separata li taħdem fl-istess attivitajiet jew
oħrajn bħalhom taħt l-istess kundizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem
indipendentement għal kollox mill-impriża li tagħha hija stabbiliment permanenti
jew mill-impriżi oħra li tittratta magħhom.
(3) Biex jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, għandhom ikunu
permessi li jitnaqqsu l-ispejjeż li jsiru għall-impriża, li jkunu spejjeż li jsiru għall-
għanijiet ta’ l-istabbiliment permanenti (magħduda l-ispejjeż eżekuttivi u
amministrattivi ġenerali li jsiru) u li kienu jitnaqqsu li kieku l-istabbiliment
permanenti kien enti indipendenti li ħallas dawk l-ispejjeż, sew jekk isiru fl-Istat li
fih l-istabbiliment permanenti jkun qiegħed sew jekk band’oħra.
(4) Safejn ikun soltu li fi Stat Kontraenti jiġu stabbiliti l-profitti li għandhom
jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti fuq il-bażi ta’ tqassim tal-profitti totali ta’
l-impriża fuq il-partijiet diversi tagħha, ebda ħaġa fil-paragrafu (2) ma għandha
ttellef lil dak l-Istat Kontraenti milli jistabbilixxi l-profitti li għandhom jiġu ntaxxati
skond dak it-tqassim kif soltu jsir. Iżda l-mod ta’ tqassim adottat għandu jkun hekk li
r-riżultat ikun skond il-prinċipji li hawn f’dan l-Artikolu.
(5) Ebda ħaġa f’dan l-Artikolu ma għandha tolqot l-applikazzjoni ta’ xi liġi ta’
Stat Kontraenti li jkollha x’taqsam ma’ kif jiġi stabbilit kemm persuna għandha
tħallas bħala taxxa, inkluż li jiġi stabbilit kemm għandu jitħallas bl-użu tad-
diskrezzjoni jew bl-għemil ta’ stima mill-awtorità  kompetenti ta’ dak l-Istat f’każi li
fihom, mit-tagħrif li l-awtorità  kompetenti ta’ dak l-Istat ikollha, ma jkunx possibbli
jew prattiku li jiġu aċċertati xi jkunu l-profitti li kellu stabbiliment permanenti,
kemm-il darba dik il-liġi tiġi applikata, daqskemm ikun jippermetti t-tagħrif li
jkollha l-awtorità  kompetenti, b’mod li jkun konsistenti mal-prinċipji ta’ dan l-
Artikolu.
(6) Ma għandhom jiġu attribwiti ebda profitti lil stabbiliment permanenti
minħabba biss ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew merkanzija
għall-impriża.
(7) Għall-finijiet tal-paragrafi ta’ qabel, il-profitti li għandhom jiġu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-istess mod minn sena għal
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA ġ L.S.123.29 7
sena kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u biżżejjed biex isir kuntrarju.
(8) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx jolqtu d-
disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Stat Kontraenti dwar it-tassazzjoni ta’ profitti fuq in-
negozju ta’ assikurazzjoni.
(9) Meta profitti jinkludu oġġetti ta’ income li qed jiġu trattati separatament
f’Artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, allura d-disposizzjonijiet ta’ dawk l-Artikoli ma
jkunux milquta bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
ARTIKOLU 8
Traffiku Internazzjonali
(1) Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti mit-tħaddim ta’ bastimenti, inġenji
ta’ l-ajru jew vetturi tat-trasport fuq l-art fi traffiku internazzjonali għandhom ikunu
ntaxxati biss f’dak l-Istat.
(2) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) għandhom japplikaw ukoll għall-
profitti miksuba mill-parteċipazzjoni f’pool, negozju joint jew aġenzija
internazzjonali ta’ tħaddim.
ARTIKOLU 9
Impriżi Assoċjati
(1) Meta -
(a) impriża ta’ Stat Kontraenti tipparteċipa direttament jew indirettament
fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor, jew
(b) l-istess persuni jipparteċipaw direttament jew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti u ta’
impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor,
u f’kull każ jiġu magħmula jew imposti kundizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji ta’ bejniethom li ma jaqblux ma’ dawk li
kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f’dak il-każ profitti li, kieku ma
kienux dawk il-kundizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-impriżi, iżda
minħabba dawk il-kundizzjonijiet ma ġewx hekk akkumulati, jistgħu jiġu inklużi fil-
profitti ta’ dik l-impriża u intaxxati skond hekk.
(2) Ebda ħaġa f’dan l-Artikolu ma għandha tolqot l-applikazzjoni ta’ xi liġi ta’
Stat Kontraenti li jkollha x’taqsam ma’ kif jiġi stabbilit kemm għandha titħallas
taxxa bl-użu tad-diskrezzjoni jew bl-għemil ta’ stima mill-awtorità  kompetenti ta’
dak l-Istat f’każi li fihom, mit-tagħrif li l-awtorità  kompetenti ta’ dak l-Istat ikollha,
ma jkunx possibbli jew prattiku li jiġi stabbilit xi jkunu l-profitti li kellha impriża,
kemm-il darba il-liġi tiġi applikata, daqskemm ikun jippermetti t-tagħrif li jkollha l-
awtorità  kompetenti, b’mod li jkun konsistenti mal-prinċipji ta’ dan l-Artikolu.
(3) Meta Stat Kontraenti jinkludi fil-profitti ta’ mpriża ta’ dak l-Istat, u jintaxxa
skond hekk, profitti li fuqhom impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor ġiet intaxxata
f’dak l-Istat l-ieħor u l-profitti hekk magħduda jkunu profitti li kienu jinqalgħu mill-
impriża ta’ l-ewwel Stat imsemmi kieku l-kundizzjonijiet magħmula bejn iż-żewġ
impriżi kienu dawk li kienu jsiru bejn żewġ impriżi indipendenti, allura dak l-Istat l-
ieħor għandu jagħmel it-tibdil xieraq fl-ammont tat-taxxa imposta hemmhekk fuq
dawk il-profitti. Biex jiġi stabbilit it-tibdil, għandu jittieħed qies xieraq tad-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati
Kontraenti għandhom jekk iħossu l-bżonn jikkonsultaw lil xulxin.
8 L.S.123.29 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA
ARTIKOLU 10
Dividendi
(1) Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu ntaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Iżda, dawk id-dividendi jistgħu jiġu ntaxxati wkoll fl-Istati Kontraenti li
tiegħu l-kumpannija li tkun tħallas id-dividendi tkun residenti, u skond il-liġijiet ta’
dak l-Istat, iżda:
(a) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija residenti fl-Ungerija lil
residenti ta’ Malta li jkun is-sid benefiċjarju tad-dividendi, t-taxxa ta’ l-
Ungerija hekk imposta m’għandħiex tkun iżjed minn:
(i) 5 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi jekk is-sid
benefiċjarju tad-dividendi tkun kumpannija li jkollha b’mod dirett
mill-anqas 25% tal-kapital tal-kumpannija li tħallas id-dividendi;
(ii) 15 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi fil-każi l-oħra kollha;
(b) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija residenti ta’ Malta lil
residenti ta’ l-Ungerija li jkun is-sid benefiċjarju tagħhom it-taxxa ta’
Malta fuq l-ammont gross tad-dividendi ma għandux ikun iżjed minn
dak impost fuq il-profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
Dan il-paragrafu ma jolqotx it-tassazzjoni ta’ kumpannija għar-rigward tal-
profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
(3) Il-frażi "dividendi" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn
azzjonijiet, azzjonijiet "jouissance" jew drittijiet "jouissance", azzjonijiet f’minjieri,
azzjonijiet tal-fondaturi jew drittijiet oħra, li ma jkunux talbiet għal dejn, li
jipparteċipaw fil-profitti, kif ukoll income minn jeddijiet korporattivi oħra li huwa
meqjus għall-fini tat-taxxa l-istess bħal income minn azzjonijiet skond il-liġijiet ta’
l-Istat li fih tkun residenti l-kumpannija li tagħmel it-tqassim.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ma għandhomx japplikaw jekk is-
sid benefiċjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju
fl-Istat Kontraenti l-ieħor, li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-
dividendi, permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li jkun
jaqdi f’dak l-Istat l-ieħor servizz personali indipendenti minn bażi stabbilit sitwat
hemmhekk, u l-holding li dwarhom id-dividendi jkunu mħallsa jkollu x’jaqsam
effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit. F’dak il-każ id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 14, skond il-każ, għandhom
japplikaw.
(5) Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpannija, ħlief meta dividendi bħal dawn jitħallsu
lil residenti ta’ dak l-Istat l-ieħor jew safejn il-holding li dwaru jitħallsu d-dividendi
jkollu x’jaqsam effettivament ma’ stabbiliment permanenti jew ma’ bażi stabbilit
sitwat f’dak l-Istat l-ieħor, jew jissuġġetta l-profitti mhux distribwiti tal-kumpannija
għal taxxa fuq il-profitti mhux distribwiti, anki jekk id-dividendi mħallsa jew il-
profitti mhux distribwiti jikkonsistu f’kollox jew f’parti minnhom minn profitti jew
income li jinqalgħu f’dak l-Istat l-ieħor.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA ġ L.S.123.29 9
ARTIKOLU 11
Imgħax
(1) Imgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u li jitħallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Iżda, dak l-imgħax jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti fejn jinqala’, u
skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda jekk min jirċevih ikun is-sid benefiċjarju ta’ l-
imgħax it-taxxa hekk imposta m’għandhiex tkun iżjed minn għaxra fil-mija ta’ l-
ammont gross ta’ l-imgħax.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2):
(a) imgħax li jinqala’ f’Malta u miksub mill-Gvern ta’ l-Ungerija inklużi l-
awtoritajiet lokali tiegħu, il-Bank Ċentrali jew kull istituzzjoni
finanzjarja li tkun kontrollata mill-Gvern ta’ l-Ungerija, jew imgħax
miksub fuq kull self garantit mill-Gvern ta’ l-Ungerija, għandu jkun
eżenti mit-taxxa ta’ Malta;
(b) imgħax li jinqala’ fl-Ungerija u mħallas lill-Gvern ta’ Malta, lill-Bank
Ċentrali ta’ Malta jew lill-Korporazzjoni għal Żvilupp ta’ Malta,
għandu jkun eżenti mit-taxxa ta’ l-Ungerija.
(4) Il-frażi "imgħax" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn drittijiet
għal dejn ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le, u sew jekk jagħti l-jedd għal
sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b’mod partikolari, income minn
assikurazzjonijiet tal-Gvern u income minn bonds jew debentures, inklużi premiums
u premjijiet annessi ma’ assikurazzjonijiet, bonds jew debentures bħal dawk.
(5) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ma għandhomx japplikaw jekk is-
sid benefiċjarju ta’ l-imgħax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih jinqala’ l-imgħax permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jew jagħmel servizzi personali indipendenti f’dak l-
Istat l-ieħor minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt għal dejn li dwaru
jitħallas l-imgħax ikollu effettivament x’jaqsam ma’ dak l-istabbiliment permanenti
jew bażi stabbilit. F’dak il-każ id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu
14, skond il-każ, għandhom japplikaw.
(6) L-imgħax għandu jitqies li jinqala’ fi Stat Kontraenti meta min iħallas ikun
dak l-Istat innifsu, sottodiviżjoni politika, awtorità  lokali jew residenti ta’ dak l-
Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas l-imgħax, sew jekk tkun residenti ta’ Stat
Kontraenti sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti stabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li miegħu jkollu x’jaqsam id-dejn li dwaru jkun tħallas l-imgħax, u dak l-
imgħax ikun piż ta’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit, allura dak l-
imgħax għandu jitqies li nqala’ fl-Istat li fih ikun sitwat l-istabbiliment permanenti
jew il-bażi stabbilit.
(7) Meta, minħabba relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju jew
bejniethom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont ta’ l-imgħax imħallas, meta jitqies
id-dritt għal dejn li dwaru jkun tħallas, ikun iżjed mill-ammont li kien ikun
miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-aħħar
imsemmi. F’każ bħal dak, il-parti żejda tal-ħlasijiet tibqa’ taxxabbli skond il-liġijiet
ta’ kull Stat Kontraenti, meqjusa b’mod xieraq id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-
Ftehim.
10 L.S.123.29 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA
ARTIKOLU 12
Royalties
(1) Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u li jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu ntaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Iżda, dawn ir-royalties jistgħu jiġu ntaxxati wkoll fl-Istat Kontraenti li fih
jinqalgħu, u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda jekk min jirċevihom ikun is-sid
benefiċjarju tar-royalties it-taxxa hekk imposta ma għandhiex tkun iżjed minn
għaxra fil-mija ta’ l-ammont gross tar-royalties.
(3) Il-frażi "royalties" f’dan l-Artikolu tfisser ħlasijiet jew krediti, sew jekk
perjodiċi sew jekk le, u b’kull mod kif jiġu deskritti jew maħdumin, sal-limitu li
jsiru bħala kumpens:
(a) għall-użu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu, ta’ kull copyright, invenzjoni,
disinn jew mudell, pjan, formula jew proċess sigriet, trade mark jew
kull proprjetà  jew jedd ieħor bħal dawk;
(b) għall-użu ta’ jew għall-jedd ta’ l-użu ta’, kull tagħmir industrijali,
kummerċjali jew xjentifiku;
(ċ) għall-għoti ta’ tagħrif jew informazzjoni ta’ xorta xjentifika, teknika,
industrijali jew kummerċjali;
(d) għall-għoti ta’ kull għajnuna li għandha x’taqsam ma’, u hi sussidjarja
għal, u li tingħata bħala mod li tippermetti l-applikazzjoni jew it-
tgawdija ta’, kull proprjetà  jew jedd bħal dawk imsemmija fis-
subparagrafu (b), jew kull tagħrif jew informazzjoni bħal dawk
imsemmija fis-subparagrafu (ċ);
(e) għall-użu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu ta’:
(i) films ċinematografiċi;
(ii) films jew video tapes għall-użu fuq it-televiżjoni; jew
(iii) tapes għall-użu tax-xandir bir-radju; jew
(f) għal tolleranza totali jew parzjali dwar l-użu jew l-għoti ta’ kull
proprjetà  jew jedd imsemmija f’dan il-paragrafu.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ma għandhomx japplikaw jekk is-
sid benefiċjarju tar-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih ir-royalties jinqalgħu permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun qed jaqdi f’dak l-Istat l-ieħor
servizzi personali indipendenti minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt jew il-
proprjetà  li dwarha jitħallsu r-royalties ikollu x’jaqsam effettivament ma’ dak l-
istabbiliment permanenti jew ma’ dak il-bażi stabbilit. F’dak il-każ id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ, għandhom
japplikaw.
(5) Royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fi Stat Kontraenti meta min
iħallashom ikun dak l-Istat innifsu, sottodiviżjoni politika, awtorità  lokali jew
residenti ta’ dak l-Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas ir-royalties, sew jekk tkun
residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti stabbiliment
permanenti jew bażi stabbilit li dwaru jkun sar l-obbligu li jitħallsu r-royalties, u
dawk ir-royalties ikunu r-responsabbiltà  ta’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit, allura dawk ir-royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fl-Istat li fih ikun
qiegħed l-istabbiliment permanenti jew il-bażi stabbilit.
(6) Meta, minħabba r-relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA ġ L.S.123.29 11
jew bejniethom stess u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties, meta jitqies l-użu,
id-dritt jew l-informazzjoni li għalih ikunu mħallsa, ikun iżjed mill-ammont li kien
ikun miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-
aħħar imsemmi. F’dak il-każ, il-parti żejda tal-ħlasijiet għandha tibqa’ taxxabbli
skond il-liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, meta jitqiesu d-disposizzjonijiet l-oħra ta’
dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 13
Trasferiment ta’ Proprjetà
(1) Income jew qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  immobbli, kif imfissra fil-
paragrafu (2) ta’ l-Artikolu 6, jistgħu jiġu ntaxxati fl-Istat Kontraenti fejn tkun
tinsab dik il-proprjetà .
(2) Income jew qligħ mit-trasferiment ta’ ishma jew interessi komparabbli
f’kumpannija, li l-assi tagħha jkunu għal kollox jew prinċipalment jikkonsistu fi
proprjetà  immobbli, jistgħu jiġu ntaxxati fl-Istat Kontraenti fejn ikunu jinsabu l-assi
jew l-assi prinċipali tal-kumpannija.
(3) Income jew qligħ minn trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tkun tifforma
parti mill-proprjetà  tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat
Kontraenti jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor jew ta’ proprjetà  mobbli li tkun
tappartjeni lil bażi stabbilit li jkun għad-disposizzjoni ta’ residenti ta’ Stat
Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor għall-fini ta’ qadi ta’ servizzi personali
indipendenti inkluż dak il-qligħ mit-tneħħija ta’ dak l-istabbiliment permanenti
(waħdu jew ma’ l-impriża sħiħa) jew ta’ dak il-bażi stabbilit, jista’ jiġi ntaxxat fl-
Istat l-ieħor.
(4) Income jew qligħ mit-trasferiment ta’ bastimenti, inġenji ta’ l-ajru u vetturi
tat-trasport fuq l-art fi traffiku internazzjonali jew minn proprjetà  mobbli li tkun
tappartjeni lill-operazzjoni ta’ dawk il-mezzi ta’ trasport għandhom ikunu taxxabbli
biss fl-Istat Kontraenti li fih tkun residenti l-impriża.
(5) Income jew qligħ minn trasferiment ta’ kull proprjetà , barra minn dik
imsemmija fil-paragrafi (1), (2), (3) u (4) ikun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li
tiegħu min ibiegħ ikun residenti.
ARTIKOLU 14
Servizzi Personali Indipendenti
(1) Qligħ miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti għal servizzi professjonali
jew attivitajiet oħra ta’ karattru indipendenti jkun taxxabbli biss f’dak l-Istat. Iżda,
dak il-qligħ jista’ fiċ-ċirkostanzi li ġejjin jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor:
(a) jekk ikollu bażi fiss regolari għad-disposizzjoni tiegħu fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għall-qadi ta’ l-attivitajiet tiegħu f’liema każ dik il-
parti biss mill-income tiegħu li hu attribwibbli għal dak il-bażi fiss tista’
tiġi ntaxxata f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor, jew
(b) jekk il-qagħda tiegħu fl-Istat Kontraenti l-ieħor tkun għal żmien jew
żminijiet li fit-total ikunu jġibu jew jaqbżu l-183 ġurnata matul sena
kalendarja; jew
(ċ) jekk ir-rimunerazzjoni għas-servizzi tiegħu fl-Istat Kontraenti l-ieħor
tkun miksuba minn residenti ta’ dak l-Istat u tkun aktar mill-ekwivalenti
fi flus ta’ dak l-Istat minn ħamest elef dollaru Amerikan (US $5,000)
12 L.S.123.29 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA
matul is-sena kalendarja, minkejja li l-qagħda tiegħu f’dak l-Istat tkun
għal żmien jew żminijiet li fit-total ikunu anqas minn 183 ġurnata matul
dik is-sena.
(2) Il-frażi "servizzi professjonali" tinkludi speċjalment attivitajiet indipendenti
xjentifiċi, letterarji, artistiċi, edukattivi jew ta’ tagħlim kif ukoll attivitajiet
indipendenti ta’ tobba, dentisti, avukati, inġiniera, periti u accountants.
ARTIKOLU 15
Servizzi Personali Dipendenti
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 16, 18, 19, 20 u 21, salarji,
pagi u kumpens ieħor bħal dan li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar
impieg għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jiġix
eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk eżerċitat, dak il-kumpens
li jinkiseb minnu jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor ikun
taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
(a) min jirċevih ikun qiegħed fl-Istat l-ieħor għal żmien jew żminijiet li fit-
total ma jkunux aktar minn 183 ġurnata fis-sena kalendarja li tkun; u
(b) il-kumpens ikun imħallas minn, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx
residenti ta’ l-Istat l-ieħor; u
(ċ) dak il-kumpens ma jkunx piż fuq l-istabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li l-prinċipal ikollu fl-Istat l-ieħor.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, kumpens miksub
dwar impieg eżerċitat abbord bastiment, inġenji ta’ l-ajru jew vettura tat-trasport fuq
l-art imħaddma fi traffiku internazzjonali minn impriża ta’ Stat Kontraenti tista’ tkun
taxxabbli f’dak l-Istat.
ARTIKOLU 16
Drittijiet tad-Diretturi
Id-drittijiet u ħlasijiet simili tad-diretturi li jinkisbu minn residenti ta’
wieħed mill-Istati Kontraenti fil-kariga tiegħu bħala membru tal-bord tad-diretturi,
jew ta’ korp ieħor bħal dak kif jista’ jkun mod ieħor magħruf, ta’ kumpannija li tkun
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, jistgħu jiġu ntaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 17
Artisti u Atleti
(1) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 14 u 15, income
miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn uħud li jagħtu spettaklu, bħal artisti
tat-teatru, tal-films ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni, jew mużiċista, jew
bħala atleta, mill-attivitajiet personali tiegħu eżerċitati fl-Istat Kontraenti l-ieħor,
jistgħu jiġu ntaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Meta income dwar l-attivitajiet personali eżerċitati minn wieħed li jagħti
spettaklu jew atleta bħala hekk jinqala’ mhux minn dak li jagħti spettaklu jew atleta
nnifsu imma minn persuna oħra, dak l-income jista , minkejja d-disposizzjonijiet ta’
l-Artikoli 7, 14 u 15, jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti fejn l-attivitajiet ta’ dak li jagħti
spettaklu jew l-atleta jiġu eżerċitati, jekk dik il-persuna tkun direttament jew
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA ġ L.S.123.29 13
indirettament kontrollata minn dak li jagħti spettaklu jew mill-atleta.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ta’ dan l-Artikolu,
income imsemmi f’dan l-Artikolu jkun eżenti mit-taxxa fl-Istat Kontraenti fejn
titwettaq l-attività  ta’ min jagħti spettaklu jew ta’ l-atleta kemm-il darba dik l-
attività  tkun mgħejjuna f’parti konsiderevoli tagħha mill-fondi pubbliċi ta’ dak l-
Istat jew ta’ l-Istat l-ieħor jew l-attività  titwettaq bis-saħħa ta’ ftehim jew
arranġament kulturali bejn l-Istati Kontraenti.
ARTIKOLU 18
Pensjonijiet
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) ta’ l-Artikolu 19, kull
pensjoni u rimunerazzjoni oħra simili li titħallas lil residenti ta’ Stat Kontraenti
minħabba f’impieg li kellu qabel għandhom jiġu ntaxxati biss f’dak l-Istat.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), pensjonijiet u ħlasijiet oħra li
jinħarġu bis-saħħa tal-liġijiet tas-sigurtà  soċjali ta’ Stat Kontraenti għandhom jiġu
ntaxxati biss f’dak l-Istat.
ARTIKOLU 19
Servizz tal-Gvern
(1) (a) Rimunerazzjoni, barra minn pensjoni, imħallsa minn Stat Kontraenti jew
minn sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu lil xi individwu dwar servizzi
mogħtija lil dak l-Istat jew sotto-diviżjoni jew awtorità  tiegħu tista’ tiġi ntaxxata
biss f’dak l-Istat.
(b) Iżda, dik ir-rimunerazzjoni tkun tista’ tiġi ntaxxata biss fl-Istat Kontraenti l-
ieħor jekk is-servizzi jingħataw f’dak l-Istat u l-individwu jkun residenti f’dak l-Istat
li:
(i) ikun nazzjonali ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat sabiex biss jaqdi dawk is-servizzi.
(2) (a) Kull pensjoni mħallsa minn, jew li toħroġ minn fond maħluq minn Stat
Kontraenti jew sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu lil xi individwu
dwar servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew sotto-diviżjoni jew awtorità  tiegħu tista’
tiġi ntaxxata biss f’dak l-Istat.
(b) Iżda, dik il-pensjoni tkun tista’ tiġi ntaxxata biss fl-Istat Kontraenti l-ieħor
jekk l-individwu jkun residenti u nazzjonali ta’ dak l-Istat.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15, 16 u 18 għandhom japplikaw għal
rimunerazzjoni u pensjonijiet dwar servizzi mogħtija dwar negozju mmexxi minn
Stat Kontraenti jew minn sotto-diviżjoni politika jew minn awtorità  lokali tiegħu.
(4) Meta rimunerazzjoni tkun imħallsa taħt programm ta’ assistenza għall-
iżvilupp ta’ Stat Kontraenti, minn fondi maħruġa għal kollox minn dak l-Istat lil
speċjalista jew voluntier sekondat lill-Istat Kontraenti l-ieħor bil-kunsens ta’ dak l-
Istat l-ieħor, rimunerazzjoni bħal din għandha titqies li ġiet imħallsa mill-Istat l-
ewwel imsemmi u għandha tkun taxxabbli biss f’dak l-Istat.
14 L.S.123.29 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA
ARTIKOLU 20
Għalliema
(1) Ir-rimunerazzjoni li professur jew għalliem li hu jew kien residenti minnufih
qabel ma żar Stat Kontraenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor u li jkun qiegħed fl-ewwel
Stat għal żmien li ma jaqbiżx is-sentejn bil-għan li jagħmel studji jew riċerka
avvanzati jew bil-għan li jgħallem f’università , kulleġġ, skola jew xi istituzzjoni
edukattiva oħra jkun irċeva għal dak ix-xogħol ma għandhiex tiġi ntaxxata f’dak l-
Istat, kemm-il darba huwa jkun kiseb dik ir-rimunerazzjoni minn barra dak l-Istat.
(2) Dan l-Artikolu ma japplikax għal income miksub mir-riċerka jekk dik ir-
riċerka ssir bil-għan ewlieni li tkun għall-benefiċċju privat ta’ persuna jew persuni
speċifiċi.
ARTIKOLU 21
Studenti u Trainees
Individwu li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti minnufih qabel ma jagħmel
żjara lill-Istat Kontraenti l-ieħor u li jkun għal xi żmien preżenti fl-Istat l-ieħor biss:
(a) bħala student f’università , kulleġġ jew skola rikonoxxuti jew
f’istituzzjoni edukattiva oħra rikonoxxuta bħal dawk, f’dak l-Istat l-
ieħor;
(b) bħala apprendist kummerċjali jew tekniku; jew
(ċ) bħala wieħed li jirċievi għotja, allowance jew rigal bil-għan ewlieni ta’
studju, riċerka jew taħriġ mingħand il-Gvern ta’ xi wieħed mill-Istati
jew minn organizzazzjoni xjentifika, edukattiva, reliġjuża jew
filantropika jew bis-saħħa ta’ programm ta’ assistenza teknika li jkun
għamel il-Gvern ta’ Stat,
jkun eżenti mit-taxxa f’dak l-Istat l-ieħor fuq:
(a) kull ma jirċievi minn barra l-pajjiż għall-finijiet tal-manteniment,
edukazzjoni, studju, riċerka jew taħriġ tiegħu;
(b) is-somma ta’ dik l-għotja, allowance jew rigal; u
(ċ) kull rimunerazzjoni li ma tkunx taqbeż l-ekwivalenti fil-flus ta’ dak l-
Istat l-ieħor ta’ elfejn dollaru Amerikan (US$ 2,000) dwar servizzi f’dak
l-Istat l-ieħor kemm-il darba dawk is-servizzi jitwettqu f’dak li għandu
x’jaqsam ma’ l-istudju, riċerka jew taħriġ tiegħu jew ikunu meħtieġa
għall-manteniment tiegħu.
ARTIKOLU 22
Income Ieħor
(1) Oġġetti ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jinqalgħu minn fejn
jinqalgħu, li ma humiex trattati fl-Artikoli ta’ qabel ta’ dan il-Ftehim għandhom
ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
(2) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ma għandhomx japplikaw għal income,
li ma jkunx income minn proprjetà  immobbli kif imfisser fil-paragrafu (2) ta’ l-
Artikolu 6, jekk min jirċievi dak l-income, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti,
jiġġestixxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti li
jkun jinsab f’dak l-Istat, jew iwettaq f’dak l-Istat l-ieħor servizzi personali
indipendenti minn bażi fiss li jkun jinsab f’dak l-Istat, u d-dritt jew il-proprjetà  li
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA ġ L.S.123.29 15
dwarhom jitħallas l-income ikollu x’jaqsam b’mod effettiv ma’ dak l-istabbiliment
jew bażi fiss. F’dak il-każ, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7
jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ.
KAPITOLU V
Kif Titneħħa t-Taxxa Doppja
ARTIKOLU 23
Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
(1) Fil-każ ta’ l-Ungerija, it-taxxa doppja għandha titneħħa kif jidher hawn taħt:
(a) meta residenti ta’ l-Ungerija jikseb income li, skond id-disposizzjonijiet
ta’ dan il-Ftehim jistgħu jiġu ntaxxati f’Malta, l-Ungerija għandħa, bla
ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subparagrafi (b) u (ċ), teżenta dak l-
income mit-taxxa;
(b) meta residenti ta’ l-Ungerija jikseb partijiet mill-income li, skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 10, jistgħu jiġu intaxxati f’Malta, l-
Ungerija għandha tippermetti li jsir tnaqqis mit-taxxa fuq l-income ta’
dak ir-residenti f’ammont li jkun daqs it-taxxa mħallsa f’Malta. Iżda
dak it-tnaqqis ma għandux ikun aktar minn dik il-parti tat-taxxa, kif
tinħadem qabel ma jingħata t-tnaqqis, li tkun attribwibbli għal dawk il-
partijiet mill-income miksubin minn Malta;
(ċ) meta skond kull provvediment ta’ dan il-Ftehim l-income miksub minn
residenti ta’ l-Ungerija jkun eżentat mit-taxxa fl-Ungerija, l-Ungerija
tista’ madankollu tqis, fil-kalkolu li tagħmel ta’ l-ammont ta’ taxxa fuq
l-income li jifdal ta’ dak ir-residenti, l-income eżentat.
(2) Fil-każ ta’ Malta, it-taxxa doppja għandha titneħħa kif jidher hawn taħt:
Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Malta dwar l-għoti ta’ kreditu
kontra t-taxxa ta’ Malta dwar taxxa ta’ barra minn Malta, meta, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, ikun hemm magħdud fi stima ta’ Malta income
minn għejjun li jkunu fl-Ungerija, it-taxxa ta’ l-Ungerija fuq income bħal dak
għandha tingħata bħala kreditu kontra t-taxxa ta’ Malta li titħallas fuqu.
(3) Għall-finijiet ta’ allowance bħala kreditu t-taxxa li titħallas fl-Ungerija jew
f’Malta, skond il-każ, għandha titqies bħala li tinkludi t-taxxa li kieku kienet
titħallas fi Stat Kontraenti iżda li tkun tnaqqset jew tneħħiet minn dak l-Istat bis-
saħħa tad-disposizzjonijiet legali tiegħu dwar inċentivi ta’ taxxa.
(4) Meta l-Ftehim ikun jipprovdi li l-income li joriġina fi Stat Kontraenti jkun
meħlus mit-taxxa f’dak l-Istat, sew jekk kollu kemm hu jew f’parti minnu, u, taħt il-
liġi fis-seħħ fl-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-income ikun suġġett għat-taxxa
b’riferenza għall-ammont tiegħu li jingħata lura jew jiġi riċevut f’dak l-Istat l-ieħor
u mhux b’riferenza għall-ammont sħiħ tiegħu, għalhekk il-ħelsien permess fl-ewwel
Stat imsemmi għandu japplika biss għal daqstant mill-income daqskemm jintbagħat
lura jew jiġi riċevut fl-Istat l-ieħor.
16 L.S.123.29 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA
KAPITOLU V
Disposizzjonijiet Speċjali
ARTIKOLU 24
Ebda Diskriminazzjoni
(1) Nazzjonali ta’ Stat Kontraenti ma għandhomx jiġu suġġetti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għal xi tassazzjoni jew xi ħtieġa li għandha x’taqsam magħha, li
ma tkunx jew li tkun ta’ piż aktar mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu
magħha li għalihom nazzjonali ta’ dak l-Istat l-ieħor fl-istess ċirkostanzi huma jew
jistgħu jkunu suġġetti. Din id-disposizzjoni għandha, minkejja d-disposizzjonijiet ta’
l-Artikolu 1, tapplika wkoll għal dawk il-persuni li ma jkunux residenti ta’ xi wieħed
minn, jew taż-żewġ Stati Kontraenti.
(2) It-tassazzjoni fuq stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor ma għandhiex tinġabar f’dak l-Istat l-ieħor b’mod
inqas favorevoli mit-tassazzjoni miġbura fuq impriżi f’dak l-Istat l-ieħor li jmexxu l-
istess attivitajiet.
(3) Ħlief meta d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ta’ l-Artikolu 9, tal-
paragrafu (7) ta’ l-Artikolu 11, jew tal-paragrafu (6) ta’ l-Artikolu 12 ikunu
japplikaw, kull imgħax, royalties u ħlasijiet oħra li jsiru minn impriża ta’ Stat
Kontraenti lil residenti tal-Istat Kontraenti l-ieħor għandhom bil-għan li jiġi stabbilit
il-qligħ taxxabbli ta’ dik l-impriża, jitnaqqsu taħt l-istess kundizzjonijiet daqslikieku
kienu tħallsu lil residenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi.
(4) Impriżi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom ikun proprjetà  ta’ jew
ikkontrollat minn, għal kollox jew f’parti, direttament jew indirettament, residenti
wieħed jew aktar ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, ma jkunux suġġetti fl-Istat l-ewwel
imsemmi għal xi tassazzjoni jew xi ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu magħha li tkun ta’
aktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu magħha li impriżi oħra
bħalhom ta’ dak l-Istat l-ewwel imsemmi huma jew jistgħu jkunu suġġetti għalihom.
(5) Xejn li hemm f’dan l-Artikolu ma għandu jitqies li jorbot Stat Kontraenti li
jagħti lil individwi li jkunu residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor xi tnaqqis
personali, ħelsien jew tnaqqis għall-finijiet ta’ taxxa minħabba l-istatus ċivili, ir-
responsabbiltajiet tal-familja jew kull ċirkostanza personali oħra li huwa jagħti lir-
residenti tiegħu stess.
(6) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2, ikunu japplikaw għal taxxi ta’ kull sura u għamla.
ARTIKOLU 25
Proċedura għal Ftehim Reċiproku
(1) Meta persuna jidhrilha li l-azzjonijiet ta’ l-awtorità  kompetenti ta’ wieħed
mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn iwasslu jew jistgħu jwasslu li tiġi ntaxxata mhux
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, hija tista’ minkejja r-rimedji provduti
bil-liġi domestika ta’ dawk l-Istati, tippreżenta l-każ tagħha lill-awtorità  kompetenti
ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu hija residenti jew jekk il-każ tagħha jkun jaqa’ taħt il-
paragrafu (1) ta’ l-Artikolu 24, lill-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li
tagħha tkun nazzjonali. Il-każ għandu jiġi preżentat fi żmien tliet snin mill-ewwel
notifika ta’ l-azzjoni li tagħti lok għal tassazzjoni li ma tkunx skond id-
disposizzjonijiet tal-Ftehim.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA ġ L.S.123.29 17
(2) L-awtorità  kompetenti għandha tara, jekk jidhrilha li l-oġġezzjoni hija
ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal għal soluzzjoni tajba, li tiddeċiedi
l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, bil-
għan li tiġi evitata tassazzjoni li ma tkunx skond dan il-Ftehim. Kull ftehim milħuq
għandu jitwettaq minkejja kull terminu ta’ żmien li jkun hemm fil-liġi domestika ta’
l-Istat Kontraenti.
(3) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti għandhom jaraw li jirrisolvu
bi ftehim reċiproku xi diffikultajiet jew dubbji li jinqalgħu dwar l-interpretazzjoni
jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Huma jistgħu jikkonsultaw ma’ xulxin dwar it-
tneħħija ta’ taxxa doppja f’dawk il-każijiet fejn mhemmx provdut dwarhom fil-
Ftehim.
(4) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti jistgħu jikkomunikaw
direttament ma’ xulxin bil-għan li jintlaħaq ftehim dwar kif hemm fil-paragrafi ta’
qabel.
ARTIKOLU 26
Tibdil ta’ Informazzjoni
(1) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jibdlu dik l-
informazzjoni li tkun meħtieġa sabiex jitwettqu d-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim
jew tal-liġijiet domestiċi ta’ l-Istati Kontraenti dwar taxxi milquta bil-Ftehim safejn
it-tassazzjoni ma tmurx kontra l-Ftehim. It-tibdil ta’ informazzjoni mhuwiex ristrett
bl-Artikolu 1 . Kull informazzjoni li tasal għand Stat Kontraenti għandha titqies
sigrieta bl-istess mod bħal informazzjoni miksuba taħt il-liġijiet domestiċi ta’ dak l-
Istat u għandha titgħarraf biss lil persuni jew awtoritajiet (magħduda qrati u korpi
amministrattivi) imdaħħla fl-istima jew ġbir ta’, l-infurzar jew prosekuzzjoni dwar,
jew il-qtugħ ta’ appelli dwar, it-taxxi milquta bil-Ftehim. Dawn il-persuni jew
awtoritajiet għandhom jużaw l-informazzjoni għal dawk l-għanijiet biss. Jistgħu
jikxfu dik l-informazzjoni fi proċedimenti li jsiru f’qorti pubblika jew f’sentenzi tal-
qorti.
(2) F’ebda każ ma għandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) jitqiesu li
jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
(a) li jieħu miżuri amministrattivi li ma jaqblux mal-liġijiet jew l-użanza
amministrattiva ta’ dak l-Istat Kontraenti jew ta’ l-ieħor;
(b) li jagħti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taħt il-liġijiet jew fil-
kors normali ta’ l-użanza amministrattiva ta’ dak l-Istat Kontraenti jew
ta’ l-ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet tal-kummerċ, tan-negozju,
industrijali, kummerċjali jew professjonali jew proċess tal-kummerċ,
jew li jagħti informazzjoni li l-kxif tagħha jkun kontra l-ordni pubbliku
(ordre public).
ARTIKOLU 27
Uffiċjali Diplomatiċi u Konsulari
Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġġi fiskali ta’ aġenti
diplomatiċi jew ta’ uffiċjali konsulari taħt ir-regoli ġenerali tad-dritt internazzjonali
jew taħt id-disposizzjonijiet ta’ kull ftehim speċjali.
18 L.S.123.29 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA
KAPITOLU VI
Disposizzjonijiet Finali
ARTIKOLU 28
Bidu fis-Seħħ
(1) Il-Gvernijiet ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jagħtu avviż lil xulxin li jkunu
twettqu l-ħtiġiet kostituzzjonali għall-bidu fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
(2) Il-Ftehim għandu jibda jseħħ tletin ġurnata wara d-data ta’ l-avviżi
msemmija fil-paragrafu (1) u d-disposizzjonijiet tiegħu għandu jkollhom effett:
(a) fl-Ungerija:
(i) dwar taxxi miżmuma minn ras il-għajn għal ammonti ta’ income
miksuba fl-ewwel jew wara l-ewwel ta’ Jannar tas-sena
kalendarja li tiġi wara s-sena meta l-Ftehim jibda jseħħ; u
(ii) dwar taxxi fuq l-income oħra għal dawk it-taxxi li jitħallsu għal xi
sena taxxabbli li tibda fl-ewwel jew wara l-ewwel ta’ Jannar tas-
sena kalendarja li tiġi wara s-sena meta l-Ftehim jibda jseħħ;
(b) f’Malta:
dwar taxxi għal sena ta’ stima li tibda fl-ewwel jew wara l-ewwel ta’
Jannar fit-tieni sena kalendarja li tiġi wara s-sena meta l-Ftehim jibda
jseħħ.
ARTIKOLU 29
Terminazzjoni
Dan il-Ftehim għandu jibqa’ jseħħ sakemm jiġi terminat minn Stat
Kontraenti. Kull wieħed mill-Istati Kontraenti jista’ jtemm il-Ftehim, permezz ta’
kanali diplomatiċi, billi jagħti avviż tat-terminazzjoni mill-anqas sitt xhur qabel it-
tmiem ta’ xi sena kalendarja li tibda wara li jintemm perijodu ta’ ħames snin minn
meta l-Ftehim ikun beda jseħħ. F’dak il-każ, il-Ftehim ma għandux jibqa’ fis-seħħ:
(a) fl-Ungerija:
(i) dwar taxxi miżmuma minn ras il-għajn għal ammonti ta’ income
miksuba fl-ewwel jew wara l-ewwel ta’ Jannar tas-sena
kalendarja li tiġi wara s-sena meta jingħata l-avviż; u
(ii) dwar taxxi fuq l-income oħra għal dawk it-taxxi li jitħallsu għal xi
sena taxxabbli li tibda fl-ewwel jew wara l-ewwel ta’ Jannar tas-
sena kalendarja li tiġi wara s-sena meta jingħata l-avviż;
(b) f’Malta:
dwar taxxi għal sena ta’ stima li tibda fl-ewwel jew wara l-ewwel ta’
Jannar fit-tieni sena kalendarja li tiġi wara s-sena meta jingħata l-avviż.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan,
iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGĦMUL in duplikat f’Budapest, illum 6 ta’ Awissu, 1991, fl-ilsien Ingliż.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA ġ L.S.123.29 19
PROTOKOL
Filwaqt ta’ l-iffirmar illum tal-Ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Gvern tar-
Repubblika ta’ l-Ungerija għall-ħelsien minn taxxa doppja għar-rigward ta’ taxxi fuq
l-income, is-sottoskritti ftehmu fuq dawn il-provvedimenti li ġejjin u li għandhom
jitqiesu ħaġa waħda mal-Ftehim:
(1) Rigward il-paragrafu (3) ta’ l-Artikolu 2, is-subartikolu (13) ta’ l-artikolu 57
ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income jipprovdi li t-taxxa fuq l-income taxxabbli ta’ xi
persuna li tkun imqabbda fil-produzzjoni tal-pitrolju prodott f’Malta għandha tkun
bir-rata ta’ ħamsin ċenteżmu fuq kull lira fuq dik il-parti ta’ l-income taxxabbli
tagħha li hekk jinkiseb. Skond il-liġi llum fis-seħħ f’Malta, ebda arranġament dwar
taxxa doppja ma jkollu effett sakemm dan ikun jgħodd għal taxxa mħallsa jew li
għandha titħallas dwar kull qligħ jew profitt taxxabbli bir-rata provduta fis-
subartikolu (13) ta’ l-artikolu 57 ta’ l-Att.
(2) Rigward l-Artikolu 5 jinftehem li l-espressjoni "post tan-negozju" tinkludi
wkoll post ta’ produzzjoni.
(3) Rigward l-Artikolu 7 meta stabbiliment permanenti jkun magħmul minn sit
għall-bini, kostruzzjoni, stallazzjoni jew proġett ta’ assemblaġġ, jistgħu jiġu
attribwiti għal dak l-istabbiliment permanenti dawk il-profitti biss li jinkisbu mill-
attività  tas-sit għall-bini, kostruzzjoni, stallazzjoni jew proġett ta’ assemblaġġ.
Ebda profitt ma jista’ jiġi attribwit lill-istabbiliment permanenti minħabba
fil-konsenja ta’ oġġetti jew merkanzija, makkinarju jew tagħmir minkejja li l-
konsenja tkun saret mill-impriża jew minn terzi.
(4) Rigward l-Artikolu 8 il-ħdim fi traffiku internazzjonali ta’ bastimenti jew
inġenji ta’ l-ajru jew vetturi tat-trasport fuq l-art tinkludi l-attività  ta’ aġenziji ta’
impriżi tat-trasport internazzjonali u attivitajiet oħra awżiljari ta’ dawn l-impriżi
jiġifieri t-trasport bl-omnibus bejn belt u l-ajruport sakemm dawn l-attivitajiet
imsemmija qabel ikollhom x’jaqsmu fil-qrib ma’ trasport internazzjonali.
(5) Rigward il-paragrafu (2)(b) ta’ l-Artikolu 10 jinftehem li fil-każ li jkun
hemm bidla fis-sistema ta’ imputazzjoni li bħalissa qegħda tkun applikata f’Malta l-
awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jikkonsultaw lil xulxin
sabiex jiftehmu dwar l-intaxxar ta’ dividendi bil-għan li tiġi evitata taxxa doppja.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan,
iffirmaw dan il-Protokol.
MAGĦMUL in duplikat f’Budapest, illum 6 ta’ Awissu, 1991, fl-ilsien Ingliż.
Joseph Cassar 
GĦALL-GVERN TA’ MALTA
Torok Bela 
GĦALL-GVERN TAR-REPUBBLIKA 
TA’ L-UNGERIJA
Joseph Cassar 
GĦALL-GVERN TA’ MALTA
Torok Bela 
GĦALL-GVERN TAR-REPUBBLIKA 
TA’ L-UNGERIJA
