EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA ġ L.S.123.30 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.30
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA
6 ta’ Settembru, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 104 ta’ l-1994.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
Arranġamenti 
jkollhom seħħ.
2. Qiegħed jiġi hawnhekk dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-Ordni ġew magħmula mal-Gvern
tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina sabiex jingħata
ħelsien minn taxxa doppja dwar it-taxxi li ġejjin
stabbiliti bil-liġijiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina:
(i) it-taxxa fuq l-income għall-individwi;
(ii) it-taxxa fuq l-income għal impriżi li jkollhom
investiment barrani u għal impriżi barranin;
(iii) it-taxxa fuq l-income lokali;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arranġamenti jkollhom
effett.
2 L.S.123.30 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA
SKEDA
FTEHIM
BEJN IL-GVERN TA’ MALTA
U L-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA
GĦALL-ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
U BIEX TIGI EVITATA
EVAŻJONI FISKALI DWAR TAXXI FUQ L-INCOME
Il-Gvern ta’ Malta u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina billi jixtiequ
jagħmlu Ftehim għall-Ħelsien minn Taxxa Doppja u biex tiġi evitata evażjoni fiskali
dwar taxxi fuq l-income u l-kapital, ftehmu kif ġej:
ARTIKOLU 1
Għan Personali
Dan il-Ftehim għandu japplika għall-persuni li huma residenti ta’ wieħed
mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn.
ARTIKOLU 2
Taxxi Koperti
1. Dan il-Ftehim għandu japplika għat-taxxi fuq l-income imposti f’isem Stat
Kontraenti jew l-awtoritajiet lokali tagħha, irrispettivament mill-mod kif dawn
jinġabru.
2. Għandhom jitqiesu bħala taxxi fuq l-income dawk it-taxxi kollha li jiġu
imposti fuq income totali, jew fuq elementi ta’ income, inklużi taxxi fuq kull qligħ li
jsir mit-trasferiment ta’ proprjetà  mobbli jew immobbli, kif ukoll taxxi fuq
apprezzament kapitali.
3. It-taxxi eżistenti li għalihom japplika dan il-Ftehim huma:
(a) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina:
(i) it-taxxa fuq l-income għall-individwi; u
(ii) it-taxxi fuq l-income għal impriżi li jkollhom investiment barrani
u għal impriżi barranin;
(iii) it-taxxa fuq l-income lokali;
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa taċ-Ċina");
(b) f’Malta:
it-taxxa fuq l-income;
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ Malta").
4. Il-Ftehim għandu japplika wkoll għal kull taxxi bħalhom jew li
sostanzjalment jixbħuhom u għal taxxi fuq il-kapitali li jiġu imposti wara d-data li
fiha dan il-Ftehim jiġi ffirmat b’żieda ma’, jew minflok, it-taxxi eżistenti imsemmija
fil-paragrafu 3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom javżaw lil
xulxin b’kull tibdil sinjifikanti li jkun sar fil-liġijiet tagħhom rispettivi li
jirrigwardaw it-taxxa fi żmien raġonevoli wara li jkun sar dak it-tibdil.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA ġ L.S.123.30 3
ARTIKOLU 3
Tifsiriet Ġenerali
1. Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra:
(a) il-frażi "Ċina" tfisser ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina; meta użata f’sens
ġeografiku, tfisser it-territorju kollu tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, flimkien ma’
l-ibħra territorjali tagħha, fejn il-liġijiet taċ-Ċina li għandhom x’jaqsmu mat-taxxa
jkunu japplikaw, u kull area barra mill-baħar territorjali tagħha, li fuqhom ir-
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jkollha drittijiet sovrani għall-esplorazzjoni u
esplojtazzjoni ta’ riżorsi ta’ qiegħ il-baħar u s-sottoswol u riżorsi ta’ l-ilma
sovradjaċenti skond il-liġi internazzjonali;
(b) il-frażi "Malta" meta użata f’sens ġeografiku tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-
Gżira ta’ Għawdex u l-gżejjer l-oħra ta’ l-Arċipelagu Malti, fiimkien ma’ l-ibħra
territorjali tagħhom, u kull area barra mill-baħar territorjali ta’ Malta li, skond il-liġi
internazzjonali, hi hekk imsemmija jew aktar ’il quddiem tista’ tissejjaħ, taħt il-liġi
ta’ Malta dwar il-Blata Kontinentali, bħala area li fiha d-drittijiet ta’ Malta dwar
qiegħ il-baħar u s-sottoswol u r-riżorsi naturali tagħhom jistgħu jiġu eżerċitati;
(ċ) il-frażijiet "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-ieħor" ifissru, skond ma
teħtieġ ir-rabta tal-kliem, iċ-Ċina jew Malta;
(d) il-frażi "persuna" tinkludi individwu, kumpannija u kull korp ieħor ta’
persuni;
(e) il-frażi "kumpannija" tfisset kull għaqda korporata jew kull entità  li titqies
bħala għaqda korporata għall-finijiet ta’ taxxa;
(f) il-frażijiet "impriża ta’ Stat Kontraenti" u "impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
iehor" ifissru rispettivament impriża li titmexxa minn residenti ta’ Stat Kontraenti u
impriża li titmexxa minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(g) il-frażi "nazzjonali" tfisser:
(i) dwar iċ-Ċina, kull individwu li jkollu nazzjonalità  Ċiniża u kull persuna
ġuridika maħluqa jew organizzata skond il-liġijiet taċ-Ċina kif ukoll
kull organizzazzjoni li ma jkollhiex personalità  ġuridika iżda li tiġi
trattata għall-għanijiet ta’ taxxa bħala persuna ġuridika maħluqa jew
organizzata skond il-liġijiet taċ-Ċina; 
(ii) dwar Malta, kull ċittadin ta’ Malta u kull persuna ġuridika, soċjetà  jew
assoċjazzjoni li tikseb dak l-istat tagħha bis-saħħa tal-liġijiet fis-seħħ
f’Malta;
(h) il-frażi "traffiku internazzjonali" tfisser kull trasport b’bastiment jew
b’inġenji ta’ l-ajru mħaddma minn impriża li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha (i.e.
ta’ tmexxija effettiva) fi Stat Kontraenti, barra minn meta l-bastiment jew l-inġenji
ta’ l-ajru jkunu mħaddma biss bejn postijiet fl-Istat Kontraenti l-ieħor;
(i) il-frażi "awtorità  kompetenti" tfisser:
(i) fil-każ taċ-Ċina, l-Uffiċċju Statali tat-Taxxi jew ir-rappreżentant
awtorizzat relattiv; u
(ii) fil-każ ta’ Malta, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu.
2. Rigward l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim minn Stat Kontraenti, kull frażi li
ma tkunx imfissra fih għandha, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra, ikollha l-istess tifsir kif mogħti lilha taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat
4 L.S.123.30 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA
Kontraenti dwar it-taxxi li dan il-Ftehim japplika għalihom.
ARTIKOLU 4
Residenti
l. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "residenti ta’ Stat Kontraenti" tfisser
kull persuna li, taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat Kontraenti, hija suġġetta għat-taxxa
ħemmhekk minħabba d-domiċilju, ir-residenza, post ta’ l-uffiċċju prinċipali (i.e. ta’
tmexxija effettiva) tagħha jew xi kriterju ieħor ta’ xorta bħal din.
2. Fejn minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 individwu jkun residenti
taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-Istat tiegħu għandu jiġi determinat kif ġej:
(a) huwa għandu jitqies li ħuwa residenti ta’ l-Istat Kontraenti li fih ikollu
dar permanenti għad-disposizzjoni tiegħu; jekk huwa jkollu dar
permanenti għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati Kontraenti, huwa
għandu jitqies li huwa residenti biss ta’ l-Istat Kontraenti li miegħu r-
relazzjonijiet personali u ekonomiċi tiegħu jkunu l-aktar marbuta
(ċentru ta’ interessi vitali);
(b) jekk l-Istat li fih huwa jkollu ċ-ċentru ta’ interessi vitali ma jistax jiġi
determinat, jew jekk huwa ma jkollux għad-disposizzjoni tiegħu dar
permanenti fl-ebda Stat Kontraenti, huwa għandu jitqies li jkun
residenti biss ta’ l-Istat Kontraenti li fih soltu jirrisjedi;
(ċ) jekk huwa s-soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati Kontraenti jew f’ebda wieħed
minnhom, huwa għandu jitqies li jkun residenti biss ta’ l-Istat
Kontraenti li tiegħu jkun nazzjonali;
(d) jekk huwa jkun nazzjonali taż-żewġ Stati Kontraenti jew ta’ l-ebda
wieħed minnhom, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti
għandhom jiddeċiedu l-każ bi ftehim bejniethom.
3. Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, din għandha għaldaqstant titqies
bħala residenti biss ta’ l-Istat Kontraenti fejn ikun jinsab il-post ta’ l-uffiċċju
prinċipali tagħha (i.e. ta’ tmexxija effettiva).
ARTIKOLU 5
Stabbiliment Permanenti
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "stabbiliment permanenti" tfisser
post tan-negozju fiss li minnu jiġi mmexxi għal kollox jew f’parti x-xogħol ta’
impriża.
2. Il-frażi "stabbiliment permanenti" tinkludi b’mod speċjali:
(a) post ta’ maniġġ;
(b) fergħa;
(ċ) uffiċċju;
(d) fabbrika;
(e) ħanut tax-xogħol;
(f) minjiera, bir taż-żejt jew tal-gass, sit ta’ drilling fuq il-baħar, barriera
jew kull post ieħor ta’ estrazzjoni ta’ riżorsi naturali;
(g) art li tkun qegħda tinbena, proġett ta’ kostruzzjoni, assemblaġġ jew
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA ġ L.S.123.30 5
stallazzjoni jew attivitajiet superviżorji li għandhom x’jaqsmu ma’ dan,
meta dik l-art, proġett jew attività  jkomplu għal żmien iktar minn 8
xhur;
(h) l-għoti ta’ servizzi, inklużi servizzi konsultivi, minn impriża ta’ Stat
Kontraenti permezz ta’ impjegati jew persunal ieħor imħaddem fl-Istat
Kontraenti l-ieħor, kemm-il darba dawk l-attivitajiet ikomplu għaddejin
għall-istess proġett jew għal proġett konness għal żmien jew żminijiet
iktar minn 8 xhur.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, il-frażi "stabbiliment
pennanenti" għandha titqies li ma tinkludix:
(a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim ta’
oġġetti jew merkanzija li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża;
(b) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim;
(ċ) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ proċessar minn impriża oħra;
(d) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ xiri ta’ oġġetti jew
merkanzija jew ta’ ġbir ta’ tagħrif għall-impriża;
(e) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss li tagħmel, għall-
impriża, xi attività  oħra ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja;
(f) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju biss għal kull kombinazzjoni ta’
attivitajiet imsemmija fis-subparagrafi (a) sa (e) iżda li l-attività  kollha
tal-post fiss ta’ negozju li toħroġ minn din il-kombinazzjoni tkun ta’
xorta preparatorja jew awżiljarja.
4. Persuna li tkun qegħda taħdem fi Stat Kontraenti f’attivitajiet Ii jkunu
komplementari jew awżiljarji għal attivitajiet li jkollhom x’jaqsmu sew ma’ l-
esplojtazzjoni ta’ qiegħ il-baħar u s-sottoswol tiegħu jew ma’ l-esplojtazzjoni ta’
riżorsi naturali li jkunu hemm jinsabu, għandha titqies li tkun qegħda twettaq dawk
l-attivitajiet permezz ta’ stabbiliment permanenti f’dak l-Istat.
5. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, meta persuna - li ma tkunx
aġent ta’ status indipendenti li għaliha japplikaw id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 6
- taġixxi fi Stat Kontraenti għan-nom ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti ieħor, ikollha u
soltu twettaq awtorità  li tikkonkludi kuntratti f’isem l-impriża, dik l-impriża
għandha titqies li għandha stabbiliment permanenti f’dak l-Istat Kontraenti msemmi
l-ewwel dwar kull attività  li dik il-persuna tagħmel għall-impriża, sakemm l-
attivitajiet ta’ dik il-persuna ma jkunux limitati għal dawk imsemmija fil-paragrafu 3
li, kieku mwettqa minn post fiss ta’ negozju, ma jagħmlux dan il-post fiss ta’
negozju stabbiliment permanenti taħt id-disposizzjonijiet ta’ dak il-paragrafu.
6. Impriża ta’ Stat Kontraenti ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment
permanenti fi Stat Kontraenti ieħor għaliex biss tmexxi negozju f’dak l-Istat
Kontraenti ieħor permezz ta’ sensal, aġent ġenerali b’kummissjoni jew xi aġent ieħor
bi status indipendenti, sakemm dawk il-persuni jaġixxu fil-kors ordinarju tan-
negozju tagħhom. Iżda, meta l-attivitajiet ta’ dak l-aġent ikunu għal kollox jew
kważi għal kollox dedikati għal dik l-impriża, huwa ma għandux jitqies bħala aġent
bi status indipendenti fil-kuntest tat-tifsir ta’ dan il-paragrafu jekk it-transazzjonijiet
bejn l-aġent u l-impriża ma jkunux saru f’kundizzjonijiet at arm’s length.
7. Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikkontrolla jew
tkun kontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, jew
li tmexxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta’ stabbiliment permanenti sew
6 L.S.123.30 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA
xort’oħra), ma għandux fih innifsu jikkostitwixxi xi waħda mill-kumpanniji bħala
stabbiliment permanenti ta’ l-oħra.
ARTIKOLU 6
Income minn Proprjetà  Immobiljari
1. Income miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn proprjetà
immobiljari sitwata fl-Istat Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat
Kontraenti l-ieħor.
2. Il-frażi "proprjetà  immobiljari" għandu jkollha l-istess tifsir li għandha taħt
il-liġi ta l-Istat Kontraenti li fih il-proprjetà  li tkun hija sitwata. Il-frażi għandha
f’kull każ tinkludi proprjetà  aċċessorja għal proprjetà  immobiljari, bhejjem u
tagħmir użati fl-agrikoltura jew fil-boskijiet, drittijiet li għalihom japplikaw id-
disposizzjonijiet tal-liġi ġenerali dwar proprjetà  li tirrigwarda l-art, użufrutt ta’
proprjetà  immobiljari u drittijiet għal ħlasijiet li jvarjaw jew fissi bħala kumpens
għall-ħdim ta’, jew għall-jedd li jinħadmu jew jiġu esplorati, depożiti minerali,
għejjun u riżorsi oħra naturali. Bastimenti u inġenji ta’ l-ajru ma għandħomx jitqiesu
bħala proprjetà  immobiljari.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal income li
jinkiseb mill-użu dirett, kiri, jew użu ta’ kull xort’oħra ta’ proprjetà  immobiljari.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw ukoll għal
income minn proprjetà  immobiljari ta’ impriża u għal income minn proprjetà
immobiljari li tkun użata għall-qadi ta’ servizzi personali indipendenti.
ARTIKOLU 7
Profitti minn Negozju
1. Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti għandhom jiġu intaxxati biss f’dak
l-Istat Kontraenti kemm-il darba l-impriża ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-
ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk. Jekk l-
impriża tmexxi negozju kif intqal qabel, il-profitti ta’ l-impriża jistgħu jiġu intaxxati
fl-Istat Kontraenti l-ieħor, iżda biss għal dik il-parti minnhom li huma attribwibbli
għal dak l-istabbiliment permanenti.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3, meta impriża ta’ Stat
Kontraenti tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qiegħed hemmhekk, għandhom jiġu attribwiti lil dak l-
istabbiliment permanenti f’kull Stat Kontraenti l-profitti li kien ikun mistenni
jagħmel kieku kien impriża distinta u separata li taħdem fl-istess attivitajiet jew
oħrajn bħalhom taħt l-istess kundizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem
indipendentement għal kollox mill-impriża li tagħha hija stabbiliment permanenti
jew mill-impriżi oħra li tittratta magħhom.
3. Biex jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, għandhom ikunu
permessi li jitnaqqsu l-ispejjeż li jsiru għall-għanijiet tal-ġestjoni ta’ l-istabbiliment
permanenti, magħduda l-ispejjeż eżekuttivi u amministrattivi ġenerali li jsiru, sew
jekk isiru fl-Istat li fih l-istabbiliment permanenti jkun qiegħed sew jekk band’oħra.
4. Ebda ħaġa f’dan l-Artikolu ma għandha tolqot l-applikazzjoni ta’ xi liġi ta’
Stat Kontraenti li jkollha x’taqsam ma’ kif jiġi stabbilit kemm mill-profitti
għandhom jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti bil-metodu ta’ l-użu tad-
diskrezzjoni jew bl-għemil ta’ stima f’każi meta t-tagħrif li l-awtorità  kompetenti ta’
dak l-Istat ikollha ma jkunx jagħti ħjiel biżżejjed sabiex jiġu aċċertati xi jkunu dawk
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA ġ L.S.123.30 7
il-profitti, kemm-il darba dik il-liġi tiġi applikata, daqskemm ikun jippermetti t-
tagħrif li jkollha l-awtorità  kompetenti, b’mod li jkun konsistenti mal-prinċipji ta’
dan l-Artikolu.
5. Ma għandhom jiġu attribwiti ebda profitti lil stabbiliment permanenti
minħabba biss ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew merkanzija
għall-impriża.
6. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 5, il-profitti li għandhom jiġu attribwiti lill-
istabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-istess mod minn sena għal sena
kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u biżżejjed biex isir kuntrarju.
7. Meta profitti jinkludu oġġetti ta’ income li qed jiġu trattati separatament
f’Artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, allura d-disposizzjonijiet ta’ dawk l-Artikoli ma
jkunux milquta bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
ARTIKOLU 8
Traffiku Internazzjonali
1. Il-profitti mit-tħaddim ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru fi traffiku
internazzjonali għandhom ikunu ntaxxati biss f’dak l-Istat Kontraenti fejn ikun
jinsab l-uffiċċju prinċipali (i.e. ta’ tmexxija effettiva) ta’ l-impriża.
2. Jekk il-post ta’ l-uffiċċju prinċipali (i.e. ta’ tmexxija effettiva) ta’ impriża
tat-tbaħħir tkun abbord bastiment, dak l-uffiċċju għandu għalhekk jitqies li jkun
jinsab fl-Istat Kontraenti fejn ikun jinsab il-port prinċipali ta’ dak il-bastiment jew
jekk dak il-port prinċipali ma jkunx jeżisti, fl-Istat Kontraenti fejn ikun joqgħod min
iħaddem il-bastiment.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw ukoll għall-profitti
miksuba mill-parteċipazzjoni f’pool, negozju joint jew aġenzija internazzjonali ta’
tħaddim.
ARTIKOLU 9
Impriżi Assoċjati
1. Meta -
(a) impriża ta’ Stat Kontraenti tipparteċipa direttament jew indirettament
fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor, jew
(b) l-istess persuni jipparteċipaw direttament jew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti u ta’
impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor,
u f’kull każ jiġu magħmula jew imposti kundizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji ta’ bejniethom li ma jaqblux ma’ dawk li
kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f’dak il-każ profitt li, kieku ma
kienux dawk il-kundizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-impriżi, iżda
minħabba dawk il-kundizzjonijiet ma ġewx hekk akkumulati, jistgħu jiġu inklużi fil-
profitti ta’ dik l-impriża u intaxxati skond hekk.
2. Ebda ħaġa f’dan l-Artikolu ma għandha tolqot l-applikazzjoni ta’ xi liġi ta’
Stat Kontraenti li jkollha x’taqsam ma’ kif jiġi stabbilit kemm mill-profitti
għandhom jiġu attribwiti lil impriża bil-metodu ta’ l-użu tad-diskrezzjoni jew bl-
għemil ta’ stima f’każi meta t-tagħrif li l-awtorità  kompetenti ta’ dak l-Istat ikollha
ma jkunx jagħti ħjiel biżżejjed sabiex jiġi stabbilit xi jkunu dawk il-profitti, kemm-il
8 L.S.123.30 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA
darba il-liġi tiġi applikata, daqskemm ikun jippermetti t-tagħrif li jkollħa l-awtorità
kompetenti, b’mod li jkun konsistenti mal-prinċipji ta’ dan l-Artikolu.
3. Meta Stat Kontraenti jinkludi fil-profitti ta’ impriża ta’ dak l-Istat
Kontraenti u jintaxxa skond hekk, profitti li fuqhom impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor ġiet intaxxata f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor, u l-profitti hekk magħduda jkunu
profitti li kienu jinqalgħu mill-impriża ta’ l-ewwel Stat imsemmi kieku l-
kundizzjonijiet magħmula bejn iż-żewġ impriżi kienu dawk li kienu jsiru bejn żewġ
impriżi indipendenti, allura dak l-Istat Kontraenti l-ieħor għandu jagħmel it-tibdil
xieraq fl-ammont tat-taxxa imposta hemmhekk fuq dawk il-profitti. Biex jiġi
stabbilit it-tibdil, għandu jittieħed qies xieraq tad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-
Ftehim u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom, jekk iħossu l-
bżonn jikkonsultaw lil xulxin.
ARTIKOLU 10
Dividendi
1. Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat Kontraenti l-
ieħor.
2. Iżda, dawk id-dividendi jistgħu jiġu intaxxati wkoll fl-Istat Kontraenti li
tiegħu l-kumpannija li tkun tħallas id-dividendi tkun residenti, u skond il-liġijiet ta’
dak l-Istat Kontraenti, iżda:
(a) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija li tkun residenti fiċ-Ċina lil
residenti ta’ Malta li jkun is-sid benefiċjarju tad-dividendi, t-taxxa taċ-
Ċina hekk imposta m’għandhiex tkun iżjed minn 10 fil-mija ta’ l-
ammont gross tad-dividendi;
(b) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija residenti ta’ Malta lil
residenti taċ-Ċina li jkun is-sid benefiċjarju tagħhom, it-taxxa ta’ Malta
fuq l-ammont gross tad-dividendi ma għandux ikun iżjed minn dak
impost fuq il-profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
Dan il-paragrafu ma jolqotx it-tassazzjoni ta’ kumpannija għar-rigward tal-
profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
3. Il-frażi "dividendi" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn
azzjonijiet, jew drittijiet oħra, li ma jkunux talbiet għal dejn, li jipparteċipaw fil-
profitti, kif ukoll income minn jeddijiet korporattivi oħra li huwa meqjus għall-fini
tat-taxxa l-istess bħal income minn azzjonijiet skond il-liġijiet ta’ l-Istat li fih tkun
residenti l-kumpannija li tagħmel it-tqassim.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-
Istat Kontraenti l-ieħor, li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-dividendi,
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li jkun jaqdi
f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor servizz personali indipendenti minn bażi stabbilit
sitwat hemmhekk, u l-holding li dwarhom id-dividendi jkunu mħallsa jkollu
x’jaqsam effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit. F’dak
il-każ id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 14, skond il-każ, għandhom
japplikaw.
5. Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat Kontraenti l-ieħor ma jista’ jimponi
ebda taxxa fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpannija, ħlief meta dividendi bħal
dawn jitħallsu lil residenti ta’ dak l-Istat Kontraenti l-ieħor jew safejn il-holding li
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA ġ L.S.123.30 9
dwaru jitħallsu d-dividendi jkollu x’jaqsam effettivament ma’ stabbiliment
permanenti jew ma’ bażi stabbilit sitwat f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor, jew
jissuġġetta l-profitti mhux distribwiti tal-kumpannija għal taxxa fuq il-profitti mhux
distribwiti, anki jekk id-dividendi mħallsa jew il-profitti mhux distribwiti
jikkonsistu f’kollox jew f’parti minnhom minn profitti jew income li jinqalgħu f’dak
l-Istat Kontraenti l-ieħor.
ARTIKOLU 11
Imgħax
1. Imgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u li jitħallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor.
2. Iżda, dak l-imgħax jista’ jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn jinqala’, u
skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat Kontraenti, iżda jekk min jirċevih ikun is-sid
benefiċjarju ta’ l-imgħax, it-taxxa hekk imposta m’għandhiex tkun iżjed minn 10 fil-
mija ta’ l-ammont gross ta’ l-imgħax.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2, imgħax li jinqala’ fi Stat
Kontraenti jkun eżenti mit-taxxa f’dak l-Istat jekk dan jinkiseb mill-Gvern ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor, minn awtorità  lokali tiegħu jew minn dik l-istituzzjoni li dwarha
jistgħu jiftehmu iż-żewġ Stati Kontraenti li huma, kemm-il darba dik l-istituzzjoni
tkun għal kollox il-proprjetà  ta’ dak il-Gvern jew awtorità  lokali jew kontrollata
minnhom.
4. Il-frażi "imgħax" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn drittijiet
għal dejn ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le, u sew jekk jagħti l-jedd għal
sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b’mod partikolari, income minn
assikurazzjonijiet tal-Gvern u income minn bonds jew debentures, inklużi premiums
u premjijiet annessi ma’ assikurazzjonijiet, bonds jew debentures bħal dawk. Kull
ħlas ta’ penali dovut għal pagament li jsir tard ma għandux jitqies bħala imgħax
għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu.
5. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju ta’ l-imgħax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih jinqala’ l-imgħax permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jew jagħmel servizzi personali indipendenti f’dak l-
Istat Kontraenti l-ieħor minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt għal dejn li
dwaru jitħallas l-imgħax ikollu effettivament x’jaqsam ma’ dak l-istabbiliment
permanenti jew bażi stabbilit. F’dak il-każ id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew
ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ, għandhom japplikaw.
6. L-imgħax għandu jitqies li jinqala’ fi Stat Kontraenti meta min iħallas ikun
il-Gvern ta’ dak l-Istat Kontraenti, awtorità  lokali jew residenti ta’ dak l-Istat
Kontraenti. Meta, iżda, il-persuna li tħallas l-imgħax, sew jekk tkun residenti ta’ Stat
Kontraenti sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti stabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li miegħu jkollu x’jaqsam id-dejn li dwaru jkun tħallas l-imgħax, u dak l-
imgħax ikun piż ta’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit, allura dak l-
imgħax għandu jitqies li nqala’ fl-Istat Kontraenti li fih ikun sitwat l-istabbiliment
permanenti jew il-bażi stabbilit.
7. Meta, minħabba relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju jew
bejniethom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont ta’ l-imgħax imħallas, meta jitqies
id-dritt għal dejn li dwaru jkun tħallas, ikun iżjed mill-ammont li kien ikun
miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-aħħar
imsemmi. F’każ bħal dak, il-parti żejda tal-ħlasijiet tibqa’ taxxabbli skond il-liġijiet
10 L.S.123.30 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA
ta’ kull Stat Kontraenti, meqjusa b’mod xieraq id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-
Ftehim.
ARTIKOLU 12
Royalties
1. Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u li jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor.
2. Iżda, dawn ir-royalties jistgħu jiġu intaxxati wkoll fl-Istat Kontraenti li fih
jinqalgħu, u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda jekk min jirċevihom ikun is-sid
benefiċjarju tar-royalties, it-taxxa hekk imposta ma għandhiex tkun iżjed minn 10
fil-mija ta’ l-ammont gross tar-royalties.
3. Il-frażi "royalties" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser ħlasijiet ta’ kull xorta li
wieħed jirċevi bħala kumpens għall-użu, jew għall-jedd ta’ l-użu, ta’ kull copyright
ta’ xogħol letterarju, artistiku jew xjentifiku inklużi films ċinematografiċi u films
jew tapes għal xandir fuq it-televiżjoni jew fuq ir-radju, kull invenzjoni, know how,
trade mark, disinn jew mudell, pjan, formula jew proċess sigriet, jew għall-użu, jew
għall-jedd ta’ l-użu, ta’ kull tagħmir industrijali, kummerċjali jew xjentifiku, jew
għal informazzjoni dwar esperjenza industrijali, kummerċjali jew xjentifika.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tar-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih ir-royalties jinqalgħu permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun qed jaqdi f’dak l-Istat
Kontraenti l-ieħor servizzi personali indipendenti minn bażi stabbilit sitwat
hemmhekk, u d-dritt jew il-proprjetà  li dwarha jitħallsu r-royalties ikollu x’jaqsam
effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew ma’ dak il-bażi stabbilit. F’dak
il-każ id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ,
għandhom japplikaw.
5. Royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fi Stat Kontraenti meta min
iħallashom ikun il-Gvern ta’ dak l-Istat Kontraenti innifsu, awtorità  lokali jew
residenti ta’ dak l-Istat Kontraenti. Meta, iżda, il-persuna li tħallas ir-royalties, sew
jekk tkun residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti
stabbiliment permanenti jew bażi stabbilit li dwaru jkun hemm responsabbiltà  li
jitħallsu r-royalties, u dawk ir-royalties ikunu r-responsabbiltà  ta’ dak l-
istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit, allura dawk ir-royalties għandhom
jitqiesu li jinqalgħu fl-Istat Kontraenti li fih ikun qiegħed l-istabbiliment permanenti
jew il-bażi stabbilit.
6. Meta, minħabba r-relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
jew bejniethom stess u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties, meta jitqies l-użu,
id-dritt jew l-informazzjoni li għalih ikunu mħallsa, ikun iżjed mill-ammont li kien
ikun miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni,
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-
aħħar imsemmi. F’dak il-każ, il-parti żejda tal-ħlasijiet għandha tibqa’ taxxabbli
skond il-liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, meta jitqiesu d-disposizzjonijiet l-oħra ta’
dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 13
Trasferiment ta’ Proprjetà
1. Income jew qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  immobbli, kif imfissra fl-
Artikolu 6, jistgħu jiġu intaxxati fl-Istat Kontraenti fejn tkun tinsab dik il-proprjetà .
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA ġ L.S.123.30 11
2. Income jew qligħ mit-trasferiment ta’ ishma ta’ l-istock kapitali ta’
kumpannija li l-proprjetà  tagħha tkun direttament jew indirettament prinċipalment
tikkonsisti fi proprjetà  immobbli li tkun tinsab fi Stat Kontraenti, jistgħu jiġu
intaxxati f’dak l-Istat Kontraenti.
3. Income jew qligħ minn trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tkun tifforma
parti mill-proprjetà  tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat
Kontraenti jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor jew ta’ proprjetà  mobbli li tkun
tappartjeni lil bażi stabbilit li jkun għad-disposizzjoni ta’ residenti ta’ Stat
Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor għall-fini ta’ qadi ta’ servizzi personali
indipendenti inkluż dak il-qligħ mit-tneħħija ta’ dak l-istabbiliment permanenti
(waħdu jew ma’ l-impriża sħiħa) jew ta’ dak il-bażi stabbilit, jista’ jiġi intaxxat fl-
Istat Kontraenti l-ieħor.
4. Income jew qligħ mit-trasferiment ta’ bastimenti u inġenji ta’ l-ajru
mħaddma fi traffiku internazzjonali jew minn proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni
lill-operazzjoni ta’ dawk il-mezzi ta’ trasport għandhom ikunu taxxabbli biss fl-Istat
Kontraenti fejn ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali (i.e. ta’ tmexxija effettiva) ta’ l-
impriża.
5. Income jew qligħ mit-trasferiment ta’ ishma li ma jkunux dawk imsemmija
fil-paragrafu 2 li jirrappreżentaw parteċipazzjoni ta’ mill-anqas 25 fil-mija
f’kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat
Kontraenti.
6. Income jew qligħ minn trasferiment ta’ kull proprjetà , barra minn dik
imsemmija fil-paragrafi 1 sa 5, ikun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li tiegħu min
ibiegħ ikun residenti.
ARTIKOLU 14
Servizzi Personali Indipendenti
1. Qligħ miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti għal servizzi professjonali
jew attivitajiet oħra ta’ karattru indipendenti jkun taxxabbli biss f’dak l-Istat
Kontraenti ħlief f’xi waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin, meta dak il-qligħ
jista’ wkoll jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor:
(a) jekk ikollu bażi fiss regolari għad-disposizzjoni tiegħu fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għall-qadi ta’ l-attivitajiet tiegħu; f’dak il-każ, dik il-
parti biss mill-income tiegħu li hu attribwibbli għal dak il-bażi fiss tista’
tiġi intaxxata f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor; jew
(b) jekk il-qagħda tiegħu fl-Istat Kontraenti l-ieħor tkun għal żmien jew
żminijiet li fit-total ikunu jġibu jew jaqbżu l-183 ġurnata f’sena
kalendarja li tkun; f’dak il-każ, dik il-parti biss mill-income tiegħu li
jinkiseb mill-attivitajiet tiegħu mwettqa f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor
tista’ tiġi intaxxata f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor; jew
(ċ) jekk ir-rimunerazzjoni għas-servizzi tiegħu fl-Istat Kontraenti l-ieħor
tkun miksuba minn residenti ta’ dak l-Istat u tkun aktar mill-ekwivalenti
ta’ US$10,000 matul is-sena kalendarja, minkejja li l-qagħda tiegħu
f’dak l-Istat tkun għal żmien jew żminijiet li fit-total ikunu anqas minn
183 ġurnata matul dik is-sena.
2. Il-frażi "servizzi professjonali" tinkludi speċjalment attivitajiet indipendenti
xjentifiċi, letterarji, artistiċi, edukattivi jew ta’ tagħlim kif ukoll attivitajiet
indipendenti ta’ tobba, avukati, inġiniera, periti, dentisti u accountants.
12 L.S.123.30 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA
ARTIKOLU 15
Servizzi Personali Dipendenti
1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 16, 18, 19, 20 u 21, salarji,
pagi u kumpens ieħor bħal dan li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar
impieg għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat Kontraenti kemm-il darba l-
impieg ma jiġix eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk
eżerċitat, dak il-kumpens li jinkiseb minnu jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat Kontraenti
l-ieħor.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor ikun
taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
(a) min jirċevih ikun qiegħed fl-Istat Kontraenti l-ieħor għal żmien jew
żminijiet li fit-total ma jkunux aktar minn 183 ġurnata fis-sena
kalendarja li tkun; u
(b) il-kumpens ikun imħallas minn, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor; u
(ċ) dak il-kumpens ma jkunx piż fuq l-istabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li l-prinċipal ikollu fl-Istat Kontraenti l-ieħor.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu,
kumpens miksub dwar impieg eżerċitat abbord bastiment jew inġenji ta’ l-ajru
imħaddma fi traffiku internazzjonali minn impriża ta’ Stat Kontraenti, jista’ jkun
taxxabbli fl-Istat Kontraenti fejn ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali (i.e. ta’ tmexxija
effettiva) ta’ l-impriża.
ARTIKOLU 16
Drittijiet tad-Diretturi
Id-drittijiet u ħlasijiet simili oħra tad-diretturi li jinkisbu minn residenti ta’
Stat Kontraenti fil-kariga tiegħu bħala membru tal-bord tad-diretturi, jew ta’ korp
ieħor bħal dak kif jista’ jkun mod ieħor magħruf, ta’ kumpannija li tkun residenti ta’
l-Istat Kontraenti l-ieħor, jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor.
ARTIKOLU 17
Artisti u Atleti
1. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 14 u 15, income miksub minn
residenti ta’ Stat Kontraenti minn uħud li jagħtu spettaklu, bħal artisti tat-teatru, tal-
films ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni, jew mużiċista, jew bħala atleta,
mill-attivitajiet personali tiegħu eżerċitati fl-Istat Kontraenti l-ieħor, jistgħu jiġu
intaxxati f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor.
2. Meta income dwar l-attivitajiet personali eżerċitati minn wieħed li jagħti
spettaklu jew atleta bħala hekk jinqala’ mhux minn dak li jagħti spettaklu jew atleta
nnifsu imma minn persuna oħra, dak l-income jista’, minkejja d-disposizzjonijiet ta’
l-Artikoli 7, 14 u 15, jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn l-attivitajiet ta’ dak li jagħti
spettaklu jew l-atleta jiġu eżerċitati.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, income miksub minn min
jagħti spettaklu jew atleti li jkunu residenti ta’ Stat Kontraenti mill-attivitajiet
imwettqa fl-Istat Kontraenti l-ieħor skond pjan ta’ skambju kulturali bejn il-
Gvernijiet taż-żewġ Stati Kontraenti, jkun eżenti mit-taxxa f’dak l-Istat Kontraenti l-
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA ġ L.S.123.30 13
ieħor.
ARTIKOLU 18
Pensjonijiet
1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 19, kull
pensjoni u rimunerazzjoni oħra simili li titħallas lil residenti ta’ Stat Kontraenti
minħabba f’impieg li kellu qabel għandhom jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat
Kontraenti.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, pensjonijiet u ħlasijiet oħra li
jinħarġu bis-saħħa tal-liġijiet tas-sigurtà  soċjali ta’ Stat Kontraenti għandhom jiġu
ntaxxati biss f’dak l-Istat Kontraenti.
ARTIKOLU 19
Servizz tal-Gvern
1. (a) Rimunerazzjoni, barra minn pensjoni, imħallsa mill-Gvern ta’ Stat
Kontraenti jew minn awtorità  lokali tiegħu lil xi individwu dwar servizzi mogħtija
lill-Gvern ta’ dak l-Istat Kontraenti jew awtorità  lokali tista’ tiġi intaxxata biss f’dak
l-Istat Kontraenti.
(b) Iżda, dik ir-rimunerazzjoni tkun tista’ tiġi intaxxata biss fl-Istat Kontraenti
l-ieħor jekk is-servizzi jingħataw f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor u l-individwu jkun
residenti f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor li:
(i) ikun nazzjonali ta’ dak l-Istat Kontraenti l-ieħor; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat Kontraenti l-ieħor biss sabiex
jagħti dawk is-servizzi.
2. (a) Kull pensjoni mħallsa minn, jew li toħroġ minn fondi li jsiru
kontribuzzjonijiet għalihom minn, il-Gvern ta’ Stat Kontraenti jew awtorità  lokali
tiegħu lil xi individwu dwar servizzi mogħtija lill-Gvern ta’ dak l-Istat Kontraenti
jew awtorità  lokali tiegħu għandha tiġi ntaxxata biss f’dak l-Istat Kontraenti.
(b) Iżda, dik il-pensjoni tkun tista’ tiġi ntaxxata biss fl-Istat Kontraenti l-ieħor
jekk l-individwu jkun residenti u nazzjonali ta’ dak l-Istat Kontraenti l-ieħor.
3. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15, 16, 17 u 18 għandhom japplikaw għal
rimunerazzjoni u pensjonijiet dwar servizzi mogħtija dwar xi negozju mmexxi mill-
Gvern ta’ Stat Kontraenti jew minn awtorità  lokali tiegħu.
ARTIKOLU 20
Għalliema u Riċerkaturi
1. Ir-rimunerazzjoni li professur jew għalliem li hu jew kien residenti minnufih
qabel ma żar Stat Kontraenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor u li jkun qiegħed fl-ewwel
Stat bil-għan li jagħmel studji jew riċerka avvanzati jew bil-għan li jgħallem
f’università , kulleġġ, skola jew xi istituzzjoni edukattiva oħra jirċievi għal dak ix-
xogħol ma għandhiex tiġi intaxxata f’dak l-Istat, għal żmien sentejn mid-data meta
jasal għall-ewwel darba fl-ewwel imsemmi Stat Kontraenti, sakemm dik ir-
rimunerazzjoni tinkiseb minn dawk l-istudji avvanzati, riċerka jew tagħlim.
2. Dan l-Artikolu ma japplikax għal income miksub mir-riċerka jekk dik ir-
riċerka issir bil-għan ewlieni li tkun għall-benefiċċju privat ta’ persuna jew persuni
14 L.S.123.30 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA
speċifiċi.
ARTIKOLU 21
Studenti u Trainees
Student, apprentist fil-kummerċ jew trainee li jkun jew kien minnufih qabel
ma jżur Stat Kontraenti residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor u li jkun preżenti fl-
Istat l-ewwel imsemmi biss minħabba fl-edukazzjoni jew taħriġ tiegħu jkun eżenti
mit-taxxa f’dak l-Istat l-ewwel imsemmi fuq dawn il-ħlasijiet jew income li ġejjin
minnu riċevuti jew miksubin bil-għan tal-manteniment, edukazzjoni jew taħriġ
tiegħu:
(a) ħlasijiet miksubin minn għejjun barra minn dak l-Istat Kontraenti
minħabba fil-manteniment, edukazzjoni, studju, riċerka jew taħriġ
tiegħu;
(b) għotjiet, scholarships jew rigali fi flus mogħtija mill-Gvern, jew minn
xi organizzazzjoni xjentifika, edukattiva, kulturali jew minn xi
organizzazzjoni oħra li hi eżenti mit-taxxa; u
(ċ) kull rimunerazzjoni li ma tkunx taqbeż l-ekwivalenti ta’ US$ 3,000
dwar servizzi fl-Istat Kontraenti l-ewwel imsemmi kemm-il darba dawk
is-servizzi jitwettqu f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istudju, riċerka jew
taħriġ tiegħu jew ikunu meħtieġa għall-manteniment tiegħu.
ARTIKOLU 22
Income Ieħor
1. Oġġetti ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jinqalgħu minn fejn
jinqalgħu, li ma humiex trattati fl-Artikoli ta’ qabel ta’ dan il-Ftehim għandhom
ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat Kontraenti.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal income, li
ma jkunx income minn proprjetà  immobbli kif imfisser fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu
6, jekk min jirċievi dak l-income, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, jiġġestixxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun jinsab
f’dak l-Istat, jew iwettaq f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor servizzi personali
indipendenti minn bażi fiss li jkun jinsab f’dak l-Istat, u d-dritt jew il-proprjetà  li
dwarhom jitħallas l-income ikollu x’jaqsam b’mod effettiv ma’ dak l-istabbiliment
jew bażi fiss. F’dak il-każ għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7
jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ.
ARTIKOLU 23
Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
1. Fiċ-Ċina, it-taxxa doppja għandha titneħħa kif ġej:
(a) meta residenti taċ-Ċina jikseb income minn Malta, l-ammont ta’ taxxa
fuq dak l-income li jitħallas f’Malta skond id-disposizzjonijiet ta’ dan
il-Ftehim għandu jitqies bi kreditu għat-taxxa taċ-Ċina imposta fuq dak
ir-residenti. L-ammont tal-kreditu, madankollu, ma għandux ikun aktar
mill-ammont ta’ taxxa taċ-Ċina fuq l-income kalkolat skond il-liġijiet u
regolamenti dwar it-taxxa fiċ-Ċina;
(b) meta l-income miksub minn Malta jkun dividend imħallas minn
kumpannija li tkun residenti f’Malta lil kumpannija li tkun residenti fiċ-
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA ġ L.S.123.30 15
Ċina u li tkun tipposjedi mhux anqas minn 10 fil-mija mill-ishma tal-
kumpannija li tkun qed tħallas id-dividend, fil-kreditu għandu jitqies xi
tkun it-taxxa mħallsa lil Malta mill-kumpannija li tħallas id-dividend
għar-rigward ta’ l-income tagħha.
2. F’Malta, it-taxxa doppja għandha titneħħa kif ġej:
Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Malta dwar l-għoti ta’ kreditu
kontra t-taxxa ta’ Malta dwar taxxa ta’ barra minn Malta, meta, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, ikun hemm magħdud fi stima ta’ Malta income
minn għejjun li jkunu fiċ-Ċina, it-taxxa taċ-Ċina fuq income bħal dak għandha
tingħata bħala kreditu kontra t-taxxa ta’ Malta li titħallas fuqu.
3. Għall-finijiet ta’ allowance bħala kreditu, it-taxxa li titħallas fiċ-Ċina jew
f’Malta, skond il-każ, għandha titqies bħala li tinkludi t-taxxa li kieku kienet
titħallas fi Stat Kontraenti iżda li tkun tnaqqset jew tneħħiet minn dak l-Istat
Kontraenti bis-saħħa tad-disposizzjonijiet legali tiegħu dwar inċentivi ta’ taxxa. Fil-
każ ta’ dividendi, imgħax u royalties, kull taxxa bħal dik li tkun ġiet eżentata jew
imnaqqsa għandha titqies li tkun tħallset bir-rata ta’ 10 fil-mija mill-ammont totali
ta’ dawk id-dividendi, imgħax u royalties.
ARTIKOLU 24
Ebda Diskriminazzjoni
1. Nazzjonali ta’ Stat Kontraenti ma għandhomx jiġu suġġetti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għal xi tassazzjoni jew xi ħtieġa li għandha x’taqsam magħha, li
ma tkunx jew li tkun ta’ piż aktar mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu
magħha li għalihom nazzjonali ta’ dak l-Istat Kontraenti l-ieħor fl-istess ċirkostanzi
huma jew jistgħu jkunu suġġetti. Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu għandhom,
minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1, japplikaw ukoll għal dawk il-persuni li
ma jkunux residenti ta’ xi wieħed minn, jew taż-żewġ Stati Kontraenti.
2. It-tassazzjoni fuq stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor ma għandhiex tinġabar f’dak l-Istat Kontraenti l-
ieħor b’mod inqas favorevoli mit-tassazzjoni miġbura fuq impriżi f’dak l-Istat
Kontraenti l-ieħor li jmexxu l-istess attivitajiet.
3. Ħlief meta d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 9, tal-paragrafu
7 ta’ l-Artikolu 11, jew tal-paragrafu 6 ta’ l-Artikolu 12 ikunu japplikaw, kull
imgħax, royalties u ħlasijiet oħra li jsiru minn impriża ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor għandhom bil-għan li jiġi stabbilit il-qligħ
taxxabbli ta’ dik l-impriża, jitnaqqsu taħt l-istess kundizzjonijiet daqslikieku kienu
tħallsu lil residenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi.
4. Impriżi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom ikun proprjetà  ta’ jew
ikkontrollat minn, għal kollox jew f’parti, direttament jew indirettament, residenti
wieħed jew aktar ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, ma jkunux suġġetti fl-Istat l-ewwel
imsemmi għal xi tassazzjoni jew xi ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu magħha li tkun ta’
piż ieħor jew ta’ aktar piż mit-tassazzjoni u kull ħtieġa li għandhom x’jaqsmu
magħha li impriżi oħra bħalhom ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi huma jew jistgħu jkunu
suġġetti għalihom.
5. Xejn li hemm f’dan l-Artikolu ma għandu jitqies li jorbot Stat Kontraenti li
jagħti lil individwi li jkunu residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor xi tnaqqis
personali, ħelsien jew tnaqqis għall-finijiet ta’ taxxa minħabba l-istatus ċivili, ir-
responsabbiltajiet tal-familja jew kull ċirkostanza personali oħra li huwa jagħti lir-
residenti tiegħu stess.
16 L.S.123.30 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA
6. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom, minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2, ikunu japplikaw għal taxxi ta’ kull sura u għamla.
ARTIKOLU 25
Proċedura għal Ftehim Reċiproku
1. Meta persuna jidhrilha li l-azzjonijiet ta’ l-awtorità  kompetenti ta’ wieħed
mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn iwasslu jew jistgħu jwasslu li tiġi ntaxxata mhux
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, hija tista’, minkejja r-rimedji provduti
bil-liġi domestika ta’ dawk l-Istati, tippreżenta l-każ tagħha lill-awtorità  kompetenti
ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu hija residenti jew jekk il-każ tagħha jkun jaqa’ taħt il-
paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 24, lill-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li tagħha
tkun nazzjonali. Il-każ għandu jiġi preżentat fi żmien tliet snin mill-ewwel notifika
ta’ l-azzjoni li tagħti lok għal tassazzjoni li ma tkunx skond id-disposizzjonijiet tal-
Ftehim.
2. L-awtorità  kompetenti għandha tara, jekk jidhrilha li l-oġġezzjoni hija
ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal għal soluzzjoni tajba, li tiddeċiedi
l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, bil-
għan li tiġi evitata tassazzjoni li ma tkunx skond dan il-Ftehim. Kull ftehim milħuq
għandu jitwettaq minkejja kull terminu ta’ żmien li jkun hemm fil-liġi domestika ta’
l-Istat Kontraenti.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti għandhom jaraw li jirrisolvu
bi ftehim reċiproku xi diffikultajiet jew dubbji li jinqalgħu dwar l-interpretazzjoni
jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Huma jistgħu jikkonsultaw ma’ xulxin dwar it-
tneħħija ta’ taxxa doppja f’dawk il-każijiet fejn mhemmx provdut dwarhom f’dan il-
Ftehim.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti jistgħu jikkomunikaw
direttament ma’ xulxin bil-għan li jintlaħaq ftehim dwar kif hemm fil-paragrafi 2 u
3. Meta jkun jidher rakkomandabbli li jsir hekk bil-għan li jintlaħaq ftehim, ir-
rappreżentanti ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistgħu jiltaqgħu
flimkien sabiex jisimgħu il-fehma ta’ xulxin.
ARTIKOLU 26
Tibdil ta’ Informazzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jibdlu dik l-
informazzjoni li tkun meħtieġa sabiex jitwettqu d-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim
jew tal-liġijiet domestiċi ta’ l-Istati Kontraenti dwar taxxi milquta bil-Ftehim safejn
it-tassazzjoni ma tmurx kontra dan il-Ftehim, b’mod partikolari biex tiġi evitata l-
evażjoni fiskali ta’ dawk it-taxxi. It-tibdil ta’ informazzjoni mhuwiex ristrett bl-
Artikolu 1. Kull informazzjoni li tasal għand Stat Kontraenti għandha titqies sigrieta
bl-istess mod bħal informazzjoni miksuba taħt il-liġijiet domestiċi ta’ dak l-Istat
Kontraenti u għandha titgħarraf biss lil persuni jew awtoritajiet (magħduda qrati u
korpi amministrattivi) imdaħħla fl-istima jew ġbir ta’, l-infurzar jew prosekuzzjoni
dwar, jew il-qtugħ ta’ appelli dwar, it-taxxi milquta bil-Ftehim. Dawn il-persuni jew
awtoritajiet għandhom jużaw l-informazzjoni għal dawk l-għanijiet biss. Jistgħu
jikxfu dik l-informazzjoni fi proċedimenti li jsiru f’qorti pubblika jew f’sentenzi tal-
qorti.
2. F’ebda każ ma għandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 jitqiesu li
jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
(a) li jieħu miżuri amministrattivi li ma jaqblux mal-liġijiet jew l-użanza
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA ġ L.S.123.30 17
amministrattiva ta’ dak l-Istat Kontraenti jew ta’ l-ieħor;
(b) li jagħti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taħt il-liġijiet jew fil-
kors normali ta’ l-użanza amministrattiva ta’ dak l-Istat Kontraenti jew
ta’ l-ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet tal-kummerċ, tan-negozju,
industrijali, kummerċjali jew professjonali jew proċess tal-kummerċ,
jew li jagħti informazzjoni li l-kxif tagħha jkun kontra l-ordni pubbliku
(ordre public).
ARTIKOLU 27
Aġenti Diplomatiċi u Uffiċjali Konsulari
Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġġi fiskali ta’ aġenti
diplomatiċi jew ta’ uffiċjali konsulari taħt ir-regoli ġenerali tad-dritt internazzjonali
jew taħt id-disposizzjonijiet ta’ kull ftehim speċjali.
ARTIKOLU 28
Bidu fis-Seħħ
Dan il-Ftehim għandu jibda jseħħ fit-tletin jum wara d-data meta jkunu ġew
skambjati in-noti diplomatiċi li jindikaw li jkunu ntemmu l-proċeduri legali interni
meħtieġa f’kull Stat Kontraenti għall-bidu fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Dan il-Ftehim
ikollu seħħ għar-rigward ta’ income li jinkiseb matul sena li tkun li tibda fl-ewwel
jum ta’ Jannar, jew wara, tas-sena kalendarja li tiġi minnufih wara dik is-sena meta
dan il-Ftehim jibda jseħħ.
ARTIKOLU 29
Terminazzjoni
Dan il-Ftehim għandu jibqa’ jseħħ sakemm jiġi terminat minn Stat
Kontraenti. Kull wieħed mill-Istati Kontraenti jista’, fit-tletin jum ta’ Ġunju, jew
qabel, ta’ sena kalendarja li tkun li tibda wara l-iskadenza ta’ perijodu ta’ ħames snin
mid-data tal-bidu fis-seħħ tiegħu, jagħti avviż ta’ terminazzjoni lill-Istat Kontraenti
l-ieħor bil-mezz ta’ kuntatti diplomatiċi. F’dak il-każ dan il-Ftehim ma għandux
jibqa’ fis-seħħ dwar income miksub matul sena li tkun li tibda fl-ewwel ta’ Jannar,
jew wara, tas-sena kalendarja li tiġi minnufih wara dik is-sena li matulha jingħata l-
avviż ta’ terminazzjoni.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss mill-Gvernijiet
tagħhom biex jagħmlu dan, iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGĦMUL f’Beijing fit-tieni jum ta’ Frar, 1993 in duplikat fl-ilsien Ingliż u fl-
ilsien Ċiniż, iż-żewġ testi daqs xulxin awtentiċi.
GĦALL-GVERN TA’ MALTA 
JOHN DALLI
MINISTRU TAL-FINANZI
GĦALL-GVERN TAR-REPUBBLIKA 
TAL-POPLU TAĊ-ĊINA
I IU ZHONG LI
MINISTRU TAL-FINANZI
18 L.S.123.30 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA
PROTOKOL
Filwaqt ta’ l-iffirmar illum tal-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-
Ċina u l-Gvern ta’ Malta għall-Ħelsien minn Taxxa Doppja u biex tiġi Evitata
Evażjoni Fiskali dwar Taxxi fuq l-Income, iż-żewġ partijiet ftehmu fuq dawn il-
provvedimenti li ġejjin u li għandhom jitqiesu ħaġa waħda mal-Ftehim:
1. B’riferenza għall-Artikolu 7, kull Stat Kontraenti għandu jintaxxa l-profitti
minn negozju ta’ l-assigurazzjoni skond id-disposizzjonijiet tal-liġijiet ta’ kull Stat
innifsu.
2. B’riferenza għall-Artikolu 8, dan il-Ftehim ma għandux jolqot l-
applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 18, għar-rigward tat-tassazzjoni,
tal-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu iffirmat f’Beijing bejn il-Gvern ta’ Malta u l-
Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fl-10 ta’ Ġunju, 1991.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss mill-Gvernijiet
tagħhom biex jagħmlu dan, iffirmaw dan il-Protokol.
MAGĦMUL f’Beijing fit-tieni jum ta’ Frar, 1993 in duplikat fl-ilsien Ingliż u fl-
ilsien Ċiniż, iż-żewġ testi daqs xulxin awtentiċi.
GĦALL-GVERN TA’ MALTA 
JOHN DALLI
MINISTRU TAL-FINANZI
GĦALL-GVERN TAR-REPUBBLIKA 
TAL-POPLU TAĊ-ĊINA
I IU ZHONG LI
MINISTRU TAL-FINANZI
