EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU ġ L.S.123.32 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.32
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU
7 ta’ Ottubru, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 139 ta’ l-1994.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Repubblika ta’ Ċipru.
Arranġamenti 
jkollhom seħħ.
2. Qiegħed jiġi hawnhekk dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-Ordni ġew magħmula mal-Gvern
tar-Repubblika ta’ Ċipru sabiex jingħata ħelsien minn
taxxa doppja dwar it-taxxi li ġejjin stabbiliti bil-liġijiet
tar-Repubblika ta’ Ċipru:
(i) it-taxxa fuq l-income;
(ii) it-taxxa fuq l-income korporattiva;
(iii) il-kontribuzzjoni speċjali;
(iv) it-taxxa fuq qligħ kapitali;
(v) it-taxxa fuq proprjetà  immobbli;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arranġamenti jkollhom
effett.
2 L.S.123.32 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU
SKEDA
FTEHIM BEJN IL-GVERN TA’ MALTA
U L-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU
GĦALL-ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
U BIEX TIGI EVITATA EVAŻJONI FISKALI
DWAR TAXXI FUQ L-INCOME U FUQ IL-KAPITAL
Il-Gvern ta’ Malta u l-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru billi jixtiequ jagħmlu
Ftehim għall-Ħelsien minn Taxxa Doppja u biex tiġi evitata evażjoni fiskali dwar
taxxi fuq l-income u l-kapital, ftehmu kif ġej:
KAPITOLU I
Għan tal-Ftehim
ARTIKOLU 1
Għan Personali
Dan il-Ftehim għandu japplika għall-persuni li huma residenti ta’ wieħed
mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn.
ARTIKOLU 2
Taxxi Koperti
(1) Dan il-Ftehim għandu japplika għat-taxxi fuq l-income u fuq il-kapital
imposti f’isem Stat Kontraenti jew is-sottodiviżjonijiet politiċi jew l-awtoritajiet
lokali tiegħu, irrispettivament mill-mod kif dawn jinġabru.
(2) Għandhom jitqiesu bħala taxxi fuq l-income u fuq il-kapital dawk it-taxxi
kollha li jiġu imposti fuq income totali, fuq kapital totali, jew fuq elementi ta’
income jew ta’ kapital, inklużi taxxi fuq kull qligħ li jsir mit-trasferiment ta’
proprjetà  mobbli jew immobbli, taxxi fuq l-ammont totali ta’ pagi jew salarji mħallsa
minn impriżi, kif ukoll taxxi fuq apprezzament kapitali.
(3) It-taxxi eżistenti li għalihom japplika dan il-Ftehim huma:
(a) f’Ċipru:
(i) it-taxxa fuq l-income;
(ii) it-taxxa fuq l-income korporattiva;
(iii) il-kontribuzzjoni speċjali;
(iv) it-taxxa fuq qligħ kapitali;
(v) it-taxxa fuq proprjetà  immobbli;
hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ Ċipru");
(b) f’Malta:
it-taxxa fuq l-income,
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ Malta").
(4) Il-Ftehim għandu japplika wkoll għal kull taxxa bħalhom jew li
sostanzjalment tixbaħhom u għal taxxi fuq il-kapitali li jiġu imposti wara d-data li
fiha dan il-Ftehim jiġi ffirmat b’żieda ma’, jew minflok, it-taxxi eżistenti. L-
awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom javżaw lil xulxin b’kull
tibdil sinjifikanti li jkun sar fil-liġijiet tagħhom rispettivi li jirrigwardaw it-taxxa.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU ġ L.S.123.32 3
(5) Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Artikolu dan il-Ftehim ma
japplikax għal taxxa mħallsa jew li titħallas f’Malta bir-rata li hemm provdut dwarha
fis-subartikolu (13) ta’ l-artikolu 56 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-lncome dwar l-
income taxxabbli ta’ persuna li tkun taħdem fil-produzzjoni ta’ żejt petroleum li jiġi
prodott f’Malta.
KAPITOLU II
Tifsiriet
ARTIKOLU 3
Tifsiriet Ġenerali
(1) Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra:
(a) il-frażi "Ċipru" tfisser ir-Repubblika ta’ Ċipru inkluż it-territorju nazzjonali,
il-baħar territorjali, il-blata kontinentali, u kull żona oħra li skond id-dritt
internazzjonali u l-liġijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru kienet jew tista’ minn issa ’l
quddiem tiġi stabbilita bħala żona li fuqha r-Repubblika ta’ Ċipru tkun teżerċita
drittijiet sovrani jew ikollha ġurisdizzjoni jew kull dritt u dmir ieħor;
(b) il-frażi "Malta" meta użata f’sens ġeografiku tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-
Gżira ta’ Għawdex u l-gżejjer l-oħra ta’ l-Arċipelagu Malti, flimkien ma’ l-ibħra
territorjali tagħhom, u kull area barra mill-baħar territorjali ta’ Malta li, skond il-liġi
internazzjonali, hi hekk imsemmija jew aktar ’il quddiem tista’ tissejjaħ, taħt il-liġi
ta’ Malta dwar il-Blata Kontinentali, bħala area li fiha d-drittijiet ta’ Malta dwar
qiegħ il-baħar u s-sottoswol u r-riżorsi naturali tagħhom jistgħu jiġu eżerċitati;
(ċ) il-frażijiet "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-ieħor" ifissru, skond ma
teħtieġ ir-rabta tal-kliem, ir-Repubblika ta’ Ċipru jew Malta;
(d) il-frażi "persuna" tinkludi individwu, kumpannija u kull korp ieħor ta’
persuni;
(e) il-frażi "kumpannija" tfisser kull għaqda korporata jew kull entità  li titqies
bħala għaqda korporata għall-finijiet ta’ taxxa;
(f) il-frażijiet "impriża ta’ Stat Kontraenti" u "impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor" ifissru rispettivament impriża li titmexxa minn residenti ta’ Stat Kontraenti u
impriża li titmexxa minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(g) il-frażi "nazzjonali" tfisser:
(i) fil-każ ta’ Ċipru, kull individwu li jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Ċipru u kull
persuna li ma tkunx individwu li tikseb l-istat tagħha bħala tali bis-
saħħa tal-liġijiet fis-seħħ f’Ċipru;
(ii) dwar Malta, kull ċittadin ta’ Malta u kull persuna ġuridika, soċjetà  jew
assoċjazzjoni li tikseb dak l-istat tagħha bis-saħħa tal-liġijiet fis-seħħ
f’Malta;
(h) il-frażi "traffiku internazzjonali" tfisser kull trasport b’bastiment, b’inġenji
ta’ l-ajru jew b’vettura fuq l-art imħaddma minn impriża li jkollha l-uffiċċju ta’
tmexxija effettiva tagħha fi Stat Kontraenti, barra minn meta l-bastiment, l-inġenji
ta’ l-ajru jew vettura fuq l-art ikunu mħaddma biss bejn postijiet fl-Istat Kontraenti l-
ieħor;
(i) il-frażi "awtorità  kompetenti" tfisser:
(i) fil-każ ta’ Ċipru, il-Ministru tal-Finanzi jew ir-rappreżentant awtorizzat
4 L.S.123.32 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU
tiegħu;
(ii) fil-każ ta’ Malta, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu.
(2) Fl-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim minn Stat Kontraenti kull frażi li ma
tkunx imfissra fih għandha, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra,
ikollha l-istess tifsir kif mogħti lilha taħt il-liġi ta’ dak l-Istat dwar it-taxxi li dan il-
Ftehim japplika għalihom.
ARTIKOLU 4
Residenti
(1) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "residenti ta’ Stat Kontraenti" tfisser
kull persuna li, taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat, hija suġġetta għat-taxxa hemmhekk
minħabba d-domiċilju, ir-residenza, post tal-maniġġ jew xi kriterju ieħor ta’ xorta
bħal din. Iżda din il-frażi ma tinkludix persuna li hi suġġetta għat-taxxa f’dak l-Istat
unikament minħabba fi qligħ minn għejjun f’dak l-Istat jew kapital li jkun hemm
jinsab.
(2) Fejn minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) individwu jkun residenti
taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-Istat tiegħu għandu jiġi determinat kif ġej:
(a) huwa għandu jitqies li huwa residenti ta’ l-Istat Kontraenti li fih ikollu
dar permanenti għad-disposizzjoni tiegħu; jekk huwa jkollu dar
permanenti għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati, huwa għandu
jitqies li huwa residenti ta’ l-Istat Kontraenti li miegħu ir-relazzjonijiet
personali u ekonomiċi tiegħu jkunu l-aktar marbuta (ċentru ta’ interessi
vitali);
(b) jekk l-Istat li fih huwa jkollu ċ-ċentru ta’ interessi vitali ma jistax jiġi
determinat, jew jekk huwa ma jkollux għad-disposizzjoni tiegħu dar
permanenti fl-ebda Stat, huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat
Kontraenti li fih soltu jirrisjedi;
(ċ) jekk huwa s-soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati jew f’ebda wieħed minnhom,
huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu jkun
nazzjonali;
(d) jekk huwa jkun nazzjonali taż-żewġ Stati jew ta’ l-ebda wieħed
minnhom, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom
jiddeċiedu l-każ bi ftehim bejniethom.
(3) Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, din għandha għaldaqstant titqies
bħala residenti ta’ l-Istat Kontraenti fejn ikun jinsab il-post effettiv tal-maniġġ
tagħha.
ARTIKOLU 5
Stabbiliment Permanenti
(1) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim il-frażi "stabbiliment permanenti" tfisser post
tan-negozju fiss li minnu jiġi mmexxi għal kollox jew f’parti x-xogħol ta’ impriża.
(2) Il-frażi "stabbiliment permanenti" tinkludi b’mod speċjali:
(a) post ta’ maniġġ;
(b) fergħa;
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU ġ L.S.123.32 5
(ċ) uffiċċju; 
(d) fabbrika;
(e) ħanut tax-xogħol;
(f) minjiera, bir taż-żejt jew tal-gass, barriera jew kull post ieħor ta’
estrazzjoni ta’ riżorsi naturali inkluż sit ta’ drilling fuq il-baħar;
(g) art li tkun qegħda tinbena jew proġett ta’ kostruzzjoni jew stallazzjoni
jew assemblaġġ jew attivitajiet superviżorji li għandhom x’jaqsmu ma’
dan meta dik l-art, proġett jew attività  jkomplu għal iktar minn sitt xhur.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frażi
"stabbiliment permanenti" għandha titqies li ma tinkludix:
(a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim ta’
ogġetti jew merkanzija li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża;
(b) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim;
(ċ) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ proċessar minn impriża oħra;
(d) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ xiri ta’ oġġetti jew
merkanzija jew ta’ ġbir ta’ tagħrif għall-impriża;
(e) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss li tagħmel, għall-
impriża, xi attività  oħra ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja;
(f) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju biss għal kull kombinazzjoni ta’
attivitajiet imsemmija fis-subparagrafi (a) sa (e) iżda li l-attività  kollha
tal-post fiss ta’ negozju li toħroġ minn din il-kombinazzjoni tkun ta’
xorta preparatorja jew awżiljarja.
(4) Impriża ta’ Stat Kontraenti titqies li jkollha stabbiliment permanenti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jekk:
(a) l-impriża twettaq attivitajiet superviżorji f’dak l-Istat l-ieħor għal iktar
minn sitt xhur li jkollhom x’jaqsmu ma’ proġett ta’ kostruzzjoni,
stallazzjoni jew assemblaġġ li jkun qed isir f’dak l-Istat l-ieħor; jew
(b) ikun qed jintuża jew jiġi stallat tagħmir konsiderevoli f’dak l-Istat l-
ieħor, minn, għal jew b’kuntratt ma’ l-impriża; jew
(ċ) l-impriża twettaq attività  superviżorja f’dak l-Istat li jkollha x’taqsam
ma’ l-użu tat-tagħmir imsemmi fis-subparagrafu (6).
(5) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2), meta persuna - li ma
tkunx aġent ta’ status indipendenti li għaliha japplika l-paragrafu (6) - taġixxi għan-
nom ta’ impriża u għandha, u soltu twettaq fi Stat Kontraenti awtorità  li tikkonkludi
kuntratti f’isem l-impriża, dik l-impriża għandha titqies li għandha stabbiliment
permanenti f’dak l-Istat dwar kull attività  li dik il-persuna tagħmel għall-impriża,
sakemm l-attivitajiet ta’ dik il-persuna ma jkunux limitati għal dawk imsemmija fil-
paragrafu (3) li, kieku mwettqa minn post fiss ta’ negozju, ma jagħmlux dan il-post
fiss ta’ negozju stabbiliment permanenti taħt id-disposizzjonijiet ta’ dak il-
paragrafu.
(6) Impriża ta’ Stat Kontraenti ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment
permanenti fi Stat Kontraenti ieħor għaliex biss tmexxi negozju f’dak l-Istat ieħor
permezz ta’ sensal, aġent ġenerali b’kummissjoni jew xi aġent ieħor bi status
indipendenti, sakemm dawk il-persuni jaġixxu fil-kors ordinarju tan-negozju
tagħhom. Iżda, meta l-attivitajiet ta’ dak l-aġent ikunu għal kollox jew kważi għal
6 L.S.123.32 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU
kollox dedikati għal dik l-impriża, huwa ma għandux jitqies bħala aġent bi status
indipendenti jekk it-transazzjonijiet bejn l-aġent u l-impriża ma jkunux saru
f’kundizzjonijiet at arm’s length.
(7) Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikkontrolla jew
tkun kontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, jew
li tmexxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta’ stabbiliment permanenti sew
xort’oħra), ma għandux fih innifsu jikkostitwixxi xi waħda mill-kumpanniji bħala
stabbiliment permanenti ta’ l-oħra.
KAPITOLU III
Tassazzjoni ta’ Income
ARTIKOLU 6
Income minn Proprjetà  Immobiljari
(1) Income miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn proprjetà
immobiljari (inkluż income minn xogħol fl-agrikoltura jew fil-boskijiet) sitwata fl-
Istat Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Il-frażi "proprjetà  immobiljari" għandu jkollha l-istess tifsir li għandha taħt
il-liġi ta’ l-Istat Kontraenti li fih il-proprjetà  li tkun hija sitwata. Il-frażi għandha
f’kull każ tinkludi proprjetà  aċċessorja għal proprjetà  immobiljari, bhejjem u
tagħmir użati fl-agrikoltura jew fil-boskijiet, drittijiet li għalihom japplikaw id-
disposizzjonijiet tal-liġi ġenerali dwar proprjetà  immobiljari, użufrutt ta’ proprjetà
immobiljari u drittijiet għal ħlasijiet li jvarjaw jew fissi bħala kumpens għall-ħdim
ta’, jew għall-jedd li jinħadmu jew jiġu esplorati, depożiti minerali, għejjun u riżorsi
oħra naturali; bastimenti, dgħajjes u inġenji ta’ l-ajru ma għandhomx jitqiesu bħala
proprjetà  immobiljari.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) għandhom japplikaw għal income li
jinkiseb mill-użu dirett, kiri, jew użu ta’ kull xort’oħra ta’ proprjetà  immobiljari.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (3) għandhom japplikaw ukoll għal
income minn proprjetà  immobiljari ta’ impriża u għal income minn proprjetà
immobiljari li tkun użata għall-qadi ta’ servizzi personali indipendenti.
ARTIKOLU 7
Profitti minn Negozju
(1) Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti għandhom jiġu ntaxxati biss f’dak
l-Istat kemm-il darba l-impriża ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk. Jekk l-impriża
tmexxi negozju kif intqal qabel, il-profitti ta’ l-impriża jistgħu jiġu ntaxxati fl-Istat
l-ieħor iżda biss għal dik il-parti minnhom li huma attribwibbli għal dak l-
istabbiliment permanenti.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (3), meta impriża ta’ Stat
Kontraenti tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qiegħed hemmhekk, għandhom jiġu attribwiti lil dak l-
istabbiliment permanenti f’kull Stat Kontraenti l-profitti li kien ikun mistenni
jagħmel kieku kien impriża distinta u separata li taħdem fl-istess attivitajiet jew
oħrajn bħalhom taħt l-istess kundizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem
indipendentement għal kollox mill-impriża li tagħha hija stabbiliment permanenti
jew mill-impriżi oħra assoċjati li tittratta magħhom.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU ġ L.S.123.32 7
(3) Biex jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, għandhom ikunu
permessi bħala tnaqqis dawk l-ispejjeż li jsiru għall-għanijiet tal-kummerċ ta’ l-
istabbiliment permanenti magħduda l-ispejjeż eżekuttivi u amministrattivi ġenerali li
jsiru, sew fl-Istat li fih l-istabbiliment permanenti jkun jinsab jew band’oħra. Iżda
ebda tnaqqis bħal dak ma għandu jiġi permess dwar ammonti, jekk ikun hemm,
imħallsa (b’mod differenti milli bl-iżbors ta’ spejjeż attwali) mill-istabbiliment
permanenti lill-uffiċċju prinċipali ta’ l-impriża jew xi wieħed mill-uffiċċji l-oħra
tagħha, bħala royalties, drittijiet jew ħlasijiet oħra bħal dawk talli jintużaw patents
jew drittijiet oħra, jew bħala kummissjoni, għal għanijiet speċifiċi imwettqa jew
għat-tmexxija, jew ħlief fil-każ ta’ impriża bankarja, bħala mgħax fuq flejjes mislufa
lill-istabbiliment permanenti. Hekk ukoll, meta jiġu determinati l-profitti ta’
stabbiliment permanenti għal ammonti mitluba (b’mod differenti milli bl-iżbors ta’
spejjeż attwali), mill-istabbiliment permanenti lill-uffiċċju prinċipali ta’ l-impriża
jew lil xi wieħed mill-uffiċċji l-oħra tagħha, bħala royalties, drittijiet jew ħlasijiet
oħra bħal dawk talli jintużaw patents jew drittijiet oħra, jew bħala kummissjoni għal
servizzi speċifiċi imwettqa jew għat-tmexxija, jew, ħlief fil-każ ta’ impriża bankarja
bħala mgħax fuq flejjes mislufa lill-uffiċċju prinċipali ta’ l-impriża jew lil xi wieħed
mill-uffiċċji l-oħra tagħha.
(4) Ebda ħaġa f’dan l-Artikolu ma għandha tolqot l-applikazzjoni ta’ xi liġi ta’
Stat Kontraenti li jkollha x’taqsam ma’ kif jiġi stabbilit kemm persuna għandha
tħallas bħala taxxa, inkluż li jiġi stabbilit kemm għandu jitħallas bl-użu tad-
diskrezzjoni jew bl-għemil ta’ stima mill-awtorità  kompetenti ta’ dak l-Istat f’każi li
fihom, mit-tagħrif li l-awtorità  kompetenti ta’ dak l-Istat ikollha, ma jkunx possibbli
jew prattiku li jiġu aċċertati xi jkunu l-profitti li kellu stabbiliment permanenti,
kemm-il darba dik il-liġi tiġi applikata, daqskemm ikun jippermetti t-tagħrif li
jkollha l-awtorità  kompetenti, b’mod li jkun konsistenti mal-prinċipji ta’ dan l-
Artikolu.
(5) Ma għandhom jiġu attribwiti ebda profitti lil stabbiliment permanenti
minħabba biss ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew merkanzija
għall-impriża.
(6) Għall-finijiet tal-paragrafi ta’ qabel, il-profitti li għandhom jiġu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-istess mod minn sena għal
sena kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u biżżejjed biex isir kuntrarju.
(7) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx jolqtu d-
disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Stat Kontraenti dwar it-tassazzjoni ta’ profitti fuq in-
negozju ta’ assikurazzjoni.
(8) Meta profitti jinkludu oġġetti ta’ income li qed jiġu trattati separatament
f’Artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, allura d-disposizzjonijiet ta’ dawk l-Artikoli ma
jkunux milquta bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
ARTIKOLU 8
Traffiku Internazzjonali
(1) Il-profitti mit-tħaddim ta’ bastimenti, inġenji ta’ l-ajru jew vetturi fuq l-art fi
traffiku internazzjonali għandhom ikunu ntaxxati biss fl-Istat Kontraenti fejn ikun
jinsab il-post ta’ tmexxija effettiva ta’ l-impriża.
(2) Jekk il-post ta’ tmexxija effettiva ta’ impriża tat-tbaħħir tkun abbord
bastiment jew opra tal-baħar, dak l-uffiċċju għandu għalhekk jitqies li jkun jinsab fl-
Istat Kontraenti fejn ikun jinsab il-port prinċipali ta’ dak il-bastiment jew opra tal-
baħar, jew, jekk dak il-port prinċipali ma jkunx jeżisti, fl-Istat Kontraenti fejn ikun
joqgħod min iħaddem il-bastiment jew opra tal-baħar.
8 L.S.123.32 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) għandhom japplikaw ukoll għall-
profitti miksuba mill-parteċipazzjoni f’pool, negozju joint jew aġenzija
internazzjonali ta’ tħaddim.
ARTIKOLU 9
Impriżi Assoċjati
(1) Meta -
(a) impriża ta’ Stat Kontraenti tipparteċipa direttament jew indirettament
fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor, jew
(b) l-istess persuni jipparteċipaw direttament jew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti u ta’
impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor,
u f’kull każ jiġu magħmula jew imposti kundizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji ta’ bejniethom li ma jaqblux ma’ dawk li
kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f’dak il-każ profitti li, kieku ma
kienux dawk il-kundizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-impriżi, iżda
minħabba dawk il-kundizzjonijiet ma ġewx hekk akkumulati, jistgħu jiġu inklużi fil-
profitti ta’ dik l-impriża u ntaxxati skond hekk.
(2) Ebda ħaġa f’dan l-Artikolu ma għandha tolqot l-applikazzjoni ta’ xi liġi ta’
Stat Kontraenti li jkollha x’taqsam ma’ kif jiġi stabbilit kemm għandha titħallas
taxxa bl-użu tad-diskrezzjoni jew bl-għemil ta’ stima mill-awtorità  kompetenti ta’
dak l-Istat f’każi li fihom, mit-tagħrif li l-awtorità  kompetenti ta’ dak l-Istat ikollha,
ma jkunx possibbli jew prattiku li jiġi stabbilit xi jkunu l-profitti li kellha impriża,
kemm-il darba il-liġi tiġi applikata, daqskemm ikun jippermetti t-tagħrif li jkollha l-
awtorità  kompetenti, b’mod li jkun konsistenti mal-prinċipji ta’ dan l-Artikolu.
(3) Meta Stat Kontraenti jinkludi fil-profitti ta’ impriża ta’ dak l-Istat, u
jintaxxa skond hekk, profitti li fuqhom impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor ġiet
intaxxata f’dak l-Istat l-ieħor u l-profitti hekk magħduda jkunu profitti li kienu
jinqalgħu mill-impriża ta’ l-ewwel Stat imsemmi kieku l-kundizzjonijiet magħmula
bejn iż-żewġ impriżi kienu dawk li kienu jsiru bejn żewġ impriżi indipendenti, allura
dak l-Istat l-ieħor għandu jagħmel it-tibdil xieraq fl-ammont tat-taxxa imposta
hemmhekk fuq dawk il-profitti. Biex jiġi stabbilit it-tibdil, għandu jittieħed qies
xieraq tad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-
Istati Kontraenti għandhom jekk iħossu l-bżonn jikkonsultaw lil xulxin.
ARTIKOLU 10
Dividendi
(1) Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Iżda, dawk id-dividendi jistgħu jiġu intaxxati wkoll fl-Istati Kontraenti li
tiegħu l-kumpannija li tkun tħallas id-dividendi tkun residenti, u skond il-liġijiet ta’
dak l-Istat, iżda:
(a) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija residenti f’Ċipru lil
residenti ta’ Malta li jkun is-sid benefiċjarju tad-dividendi, it-taxxa ta’
Ċipru hekk imposta m’għandhiex tkun iżjed minn 15 fil-mija ta’ l-
ammont gross tad-dividendi;
(b) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija residenti ta’ Malta lil
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU ġ L.S.123.32 9
residenti ta’ Ċipru li jkun is-sid benefiċjarju tagħhom it-taxxa ta’ Malta
fuq l-ammont gross tad-dividendi ma għandhiex tkun iżjed minn dik
imposta fuq il-profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
Dan il-paragrafu ma jolqotx it-tassazzjoni ta’ kumpannija għar-rigward tal-
profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
(3) Il-frażi "dividendi" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn
azzjonijiet, azzjonijiet "jouissance" jew drittijiet "jouissance", azzjonijiet f’minjieri,
azzjonijiet tal-fondaturi jew drittijiet oħra, li ma jkunux talbiet għal dejn, li
jipparteċipaw fil-profitti, kif ukoll income minn jeddijiet korporattivi oħra li huwa
meqjus għall-fini tat-taxxa l-istess bħal income minn azzjonijiet skond il-liġijiet ta’
dak l-Istat li fih tkun residenti l-kumpannija li tagħmel it-tqassim.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ma għandhomx japplikaw jekk is-
sid benefiċjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju
fl-Istat Kontraenti l-ieħor, li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-
dividendi, permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li jkun
jaqdi f’dak l-Istat l-ieħor servizz personali indipendenti minn bażi stabbilit sitwat
hemmhekk, u l-holding li dwarhom id-dividendi jkunu mħallsa jkollu x’jaqsam
effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit. F’dak il-każ id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 14, skond il-każ, għandhom
japplikaw.
(5) Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpannija, ħlief meta dividendi bħal dawn jitħallsu
lil residenti ta’ dak l-Istat l-ieħor jew safejn il-holding li dwaru jitħallsu d-dividendi
jkollu x’jaqsam effettivament ma’ stabbiliment permanenti jew ma’ bażi stabbilit
sitwat f’dak l-Istat l-ieħor, jew jissuġġetta l-profitti mhux distribwiti tal-kumpannija
għal taxxa fuq il-profitti mhux distribwiti, anki jekk id-dividendi mħallsa jew il-
profitti mhux distribwiti jikkonsistu f’kollox jew f’parti minnhom minn profitti jew
income li jinqalgħu f’dak l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 11
Imgħax
(1) Imgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u li jitħallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Iżda, dak l-imgħax jista’ jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti fejn jinqala’, u
skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda jekk min jirċevih ikun is-sid benefiċjarju ta l-
imgħax, it-taxxa hekk imposta m’għandhiex tkun iżjed minn 10 fil-mija ta’ l-
ammont gross ta l-imgħax.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) imgħax li jinqala’ fi Stat
Kontraenti u miksub mill-Gvern tal-Istat Kontraenti l-ieħor inklużi sottodiviżjonijiet
politiċi u awtoritajiet lokali tiegħu, il-Bank Ċentrali jew kull korp statutorju ta’ dak
l-Istat Kontraenti l-ieħor dwar self jew kull kreditu magħmul jew garantit mill-Gvern
ta’ dak l-Istat Kontraenti l-ieħor inklużi sottodiviżjonijiet politiċi u awtoritajiet
lokali tiegħu, il-Bank Ċentrali jew kull korp statutorju ta’ dak l-Istat Kontraenti l-
ieħor għandu jkun eżenti mit-taxxa f’dak l-Istat Kontraenti l-ewwel imsemmi.
(4) Il-frażi "imgħax" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn drittijiet
għal dejn ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le, u sew jekk jagħti l-jedd għal
sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b’mod partikolari, income minn
assigurazzjonijiet tal-Gvern u income minn bonds jew debentures, inklużi premiums
u premjijiet annessi ma’ assigurazzjonijiet, bonds jew debentures bħal dawk. Kull
10 L.S.123.32 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU
ħlas ta’ penali dovut għal pagament li jsir tard ma għandux jitqies bħala imgħax
għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu.
(5) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ma għandhomx japplikaw jekk is-
sid benefiċjarju ta’ l-imgħax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih jinqala’ l-imgħax permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jew jagħmel servizzi personali indipendenti f’dak l-
Istat l-ieħor minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt għal dejn li dwaru
jitħallas l-imgħax ikollu effettivament x’jaqsam ma’ dak l-istabbiliment permanenti
jew bażi stabbilit. F’dak il-każ id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu
14, skond il-każ, għandhom japplikaw.
(6) L-imgħax għandu jitqies li jinqala’ fi Stat Kontraenti meta min iħallas ikun
dak l-Istat innifsu, sottodiviżjoni politika, awtorità  lokali jew residenti ta’ dak l-
Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas l-imgħax, sew jekk tkun residenti ta’ Stat
Kontraenti sew jekk le, ikollha fi stat Kontraenti stabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li miegħu jkollu x’jaqsam id-dejn li dwaru jkun tħallas l-imgħax, u dak l-
imgħax ikun piż ta’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit, allura dak l-
imgħax għandu jitqies li nqala’ fl-Istat li fih ikun sitwat l-istabbiliment permanenti
jew il-bażi stabbilit.
(7) Meta, minħabba relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju jew
bejniethom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont ta’ l-imgħax imħallas, meta jitqies
id-dritt għal dejn li dwaru jkun tħallas, ikun iżjed mill-ammont li kien ikun
miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-aħħar
imsemmi. F’każ bħal dak, il-parti żejda tal-ħlasijiet tibqa’ taxxabbli skond il-liġijiet
ta’ kull Stat Kontraenti, meqjusa b’mod xieraq id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-
Ftehim.
ARTIKOLU 12
Royalties
(1) Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u li jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu ntaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Iżda, dawn ir-royalties jistgħu jiġu ntaxxati wkoll fl-Istat Kontraenti li fih
jinqalgħu, u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda jekk min jirċevihom ikun is-sid
benefiċjarju tar-royalties it-taxxa hekk imposta ma għandhiex tkun iżjed minn 10 fil-
mija ta’ l-ammont gross tar-royalties.
(3) Il-frażi "royalties" f’dan l-Artikolu tfisser ħlasijiet jew krediti, sew jekk
perjodiċi sew jekk le, u b’kull mod kif jiġu deskritti jew maħdumin, sal-limitu li
jsiru bħala kumpens:
(a) għall-użu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu, ta’ kull copyright, invenzjoni,
disinn jew mudell, pjan, formula jew proċess sigriet, trade mark jew
kull proprjetà  jew jedd ieħor bħal dawk;
(b) għall-użu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu ta’, kull tagħmir industrijali,
kummerċjali jew xjentifiku;
(ċ) għall-għoti ta’ tagħrif jew informazzjoni ta’ xorta xjentifika, teknika,
industrijali jew kummerċjali;
(d) għall-għoti ta’ kull għajnuna li għandha x’taqsam ma’, u hi sussidjarja
għal, u li tingħata bħala mod li tippermetti l-applikazzjoni jew it-
tgawdija ta’, kull proprjetà  jew jedd bħal dawk imsemmija fis-
subparagrafu (a), kull tagħmir bħal dak imsemmi fis-subparagrafu (b),
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU ġ L.S.123.32 11
jew kull tagħrif jew informazzjoni bħal dawk imsemmija fis-
subparagrafu (ċ);
(e) għall-użu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu ta’:
(i) films ċinematografiċi; jew
(ii) films jew video tapes għall-użu fuq it-televiżjoni; jew
(iii) tapes għall-użu tax-xandir bir-radju; jew
(f) għal tolleranza totali jew parzjali dwar l-użu jew l-għoti ta’ kull
proprjetà  jew jedd imsemmija f’dan il-paragrafu.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ma għandhomx japplikaw jekk is-
sid benefiċjarju tar-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih ir-royalties jinqalgħu permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun qed jaqdi f’dak l-Istat l-ieħor
servizzi personali indipendenti minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt jew il-
proprjetà  li dwarha jitħallsu r-royalties ikollu x’jaqsam effettivament ma’ dak l-
istabbiliment permanenti jew ma’ dak il-bażi stabbilit. F’dak il-każ id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ, għandhom
japplikaw.
(5) Royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fi Stat Kontraenti meta min
iħallashom ikun dak l-Istat innifsu, sottodiviżjoni politika, awtorità  lokali jew
residenti ta’ dak l-Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas ir-royaltles, sew jekk tkun
residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti stabbiliment
permanenti jew bażi stabbilit li dwaru jkun sar l-obbligu li jitħallsu r-royalties, u
dawk ir-royalties ikunu r-responsabbiltà  ta’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit, allura dawk ir-royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fl-Istat li fih ikun
qiegħed l-istabbiliment permanenti jew il-bażi stabbilit.
(6) Meta, minħabba r-relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
jew bejniethom stess u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties, meta jitqies l-użu,
id-dritt jew l-informazzjoni li għalih ikunu mħallsa, ikun iżjed mill-ammont li kien
ikun miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni,
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandħom japplikaw biss għall-ammont l-
aħħar imsemmi. F’dak il-każ, il-parti żejda tal-ħlasijiet għandha tibqa’ taxxabbli
skond il-liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, meta jitqiesu d-disposizzjonijiet l-oħra ta’
dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 13
Trasferiment ta’ Proprjetà
(1) Income jew qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  immobbli, kif imfissra fil-
paragrafu (2) ta’ l-Artikolu 6, jistgħu jiġu ntaxxati fl-Istat Kontraenti fejn tkun
tinsab dik il-proprjetà .
(2) Income jew qligħ mit-trasferiment ta’ ishma jew interessi komparabbli
f’kumpannija, li l-assi tagħha jkunu għal kollox jew prinċipalment jikkonsistu fi
proprjetà  immobbli, jistgħu jiġu ntaxxati fl-Istat Kontraenti fejn ikunu jinsabu l-assi
jew l-assi prinċipali tal-kumpannija.
(3) Income jew qligħ minn trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tkun tifforma
parti mill-proprjetà  tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat
Kontraenti jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor jew ta’ proprjetà  mobbli li tkun
tappartjeni lil bażi stabbilit li jkun għad-disposizzjoni ta’ residenti ta’ Stat
Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor għall-fini ta’ qadi ta’ servizzi personali
indipendenti inkluż dak il-qligħ mit-tneħħija ta’ dak l-istabbiliment permanenti
12 L.S.123.32 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU
(waħdu jew ma’ l-impriża sħiħa) jew ta’ dak il-bażi stabbilit, jista’ jiġi intaxxat fl-
Istat l-ieħor.
(4) Income jew qligħ mit-trasferiment ta’ bastimenti, inġenji ta’ l-ajru u vetturi
fuq l-art fi traffiku internazzjonali jew minn proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni lill-
operazzjoni ta’ dawk il-mezzi ta’ trasport għandhom ikunu taxxabbli biss fl-Istat
Kontraenti fejn ikun jinsab il-post ta’ tmexxija effettiva ta’ l-impriża.
(5) Income jew qligħ minn trasferiment ta’ kull proprjetà , barra minn dik
imsemmija fil-paragrafi (1), (2), (3) u (4) ikun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li
tiegħu min ibiegħ ikun residenti.
ARTIKOLU 14
Servizzi Personali Indipendenti
(1) Qligħ miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti għal servizzi professjonali
jew attivitajiet oħra ta’ karattru indipendenti jkun taxxabbli biss f’dak l-Istat. Iżda,
dak il-qligħ jista’ fiċ-ċirkostanzi li ġejjin jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor:
(a) jekk ikollu bażi fiss regolari għad-disposizzjoni tiegħu fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għall-qadi ta’ l-attivitajiet tiegħu, f’liema każ dik il-
parti biss mill-income tiegħu li hu attribwibbli għal dak il-bażi fiss tista’
tiġi ntaxxata f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor, jew
(b) jekk il-qagħda tiegħu fl-Istat Kontraenti l-ieħor tkun għal żmien jew
żminijiet li fit-total ikunu jġibu jew jaqbżu l-183 ġurnata matul xi
perijodu ta’ tnax-il xahar; jew
(ċ) jekk ir-rimunerazzjoni għas-servizzi tiegħu fl-Istat Kontraenti l-ieħor
tkun miksuba minn residenti ta’ dak l-Istat u tkun aktar minn ħamest
elef dollaru Amerikan (US $5,000) matul is-sena kalendarja, minkejja li
l-qagħda tiegħu f’dak l-Istat tkun għal żmien jew żminijiet li fit-total
ikunu anqas minn 183 ġurnata matul dak il-perijodu ta’ tnax-il xahar.
(2) Il-frażi "servizzi professjonali" tinkludi speċjalment attivitajiet indipendenti
xjentifiċi, letterarji, artistiċi, edukattivi jew ta’ tagħlim kif ukoll attivitajiet
indipendenti ta’ tobba, avukati, inġiniera, periti, dentisti u accountants.
ARTIKOLU 15
Servizzi Personali Dipendenti
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 16, 18, 19 u 20, salarji, pagi u
kumpens ieħor bħal dan li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg
għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jiġix
eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk eżerċitat, dak il-kumpens
li jinkiseb minnu jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor ikun
taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
(a) min jirċevih ikun qiegħed fl-Istat l-ieħor għal żmien jew żminijiet li fit-
total ma jkunux aktar minn 183 ġurnata f’xi perijodu ta’ tnax-il xahar; u
(b) il-kumpens ikun imħallas minn, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx
residenti ta’ l-Istat l-ieħor, u
(ċ) dak il-kumpens ma jkunx piż fuq l-istabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li l-prinċipal ikollu fl-Istat l-ieħor.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU ġ L.S.123.32 13
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, kumpens miksub
dwar impieg eżerċitat abbord bastiment, inġenji ta’ l-ajru jew vettura fuq l-art
imħaddma fi traffiku internazzjonali tista’ tkun taxxabbli fl-Istat Kontraenti fejn
ikun jinsab il-post ta’ tmexxija effettiva ta’ l-impriża.
ARTIKOLU 16
Drittijiet tad-Diretturi
Id-drittijiet u ħlasijiet simili tad-diretturi li jinkisbu minn residenti ta’
wieħed mill-Istati Kontraenti fil-kariga tiegħu bħala membru tal-bord tad-diretturi,
jew ta’ korp ieħor bħal dak kif jista’ jkun mod ieħor magħruf, ta’ kumpannija li tkun
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 17
Artisti u Atleti
(1) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 14 u 15, income
miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn uħud li jagħtu spettaklu, bħal artisti
tat-teatru, tal-films ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni jew mużiċista jew
bħala atleta mill-attivitajiet personali tiegħu eżerċitati fl-Istat Kontraenti l-ieħor,
jistgħu jiġu ntaxxati f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor.
(2) Meta income dwar l-attivitajiet personali eżerċitati minn wieħed li jagħti
spettaklu jew atleta bħala hekk jinqala’ mhux minn dak li jagħti spettaklu jew atleta
nnifsu imma minn persuna oħra, dak l-income jista’, minkejja d-disposizzjonijiet ta’
l-Artikoli 7, 14 u 15, jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti fejn l-attivitajiet ta’ dak li jagħti
spettaklu jew l-atleta jiġu eżerċitati.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ta’ dan l-Artikolu income
imsemmi f’dan l-Artikolu jkun eżenti mit-taxxa fl-Istat Kontraenti fejn titwettaq l-
attività  ta’ min jagħti spettaklu jew ta’ l-atleta kemm-il darba dik l-attività  tkun
mgħejjuna f’parti konsiderevoli tagħha mill-fondi pubbliċi ta’ dak l-Istat jew ta’ l-
Istat l-ieħor jew l-attività  titwettaq bis-saħħa ta’ ftehim jew arranġament kulturali
bejn l-Istati Kontraenti.
ARTIKOLU 18
Pensjonijiet
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) ta’ l-Artikolu 19, kull
pensjoni u rimunerazzjoni oħra simili li titħallas lil residenti ta’ Stat Kontraenti
minħabba f’impieg li kellu qabel għandhom jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragtafu (1), pensjonijiet u ħlasijiet oħra li
jinħarġu bis-saħħa tal-liġijiet tas-sigurtà  soċjali ta’ Stat Kontraenti jew ta’
sottodiviżjoni politika jew ta’ awtorità  lokali tiegħu għandhom jiġu intaxxati biss
f’dak l-Istat.
ARTIKOLU 19
Servizz tal-Gvern
(1) (a) Rimunerazzjoni, barra minn pensjoni, imħallsa minn Stat Kontraenti jew
minn sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu lil xi individwu dwar servizzi
mogħtija lil dak l-Istat jew sotto-diviżjoni jew awtorità  tiegħu tista tiġi intaxxata biss
f’dak l-Istat.
14 L.S.123.32 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU
(b) Iżda, dik ir-rimunerazzjoni tkun tista’ tiġi intaxxata biss fl-Istat Kontraenti
l-ieħor jekk is-servizzi jingħataw f’dak l-Istat u l-individwu jkun residenti f’dak l-
Istat li:
(i) ikun nazzjonali ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat sabiex biss jaqdi dawk is-servizzi.
(2) (a) Kull pensjoni mħallsa minn, jew li toħroġ minn fond maħluq minn Stat
Kontraenti jew sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu lil xi individwu
dwar servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew sotto-diviżjoni jew awtorità  tiegħu tista’
tiġi intaxxata biss f’dak l-Istat.
(b) Iżda, dik il-pensjoni tkun tista’ tiġi intaxxata biss fl-Istat Kontraenti l-ieħor
jekk l-individwu jkun residenti u nazzjonali ta’ dak l-Istat.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15, 16 u 18 għandhom japplikaw għal
rimunerazzjoni u pensjonijiet dwar servizzi mogħtija dwar xi negozju mmexxi minn
Stat Kontraenti jew minn sotto-diviżjoni politika jew minn awtorità  lokali tiegħu.
(4) Meta rimunerazzjoni tkun imħallsa taħt programm ta’ assistenza għall-
iżvilupp ta’ Stat Kontraenti, minn fondi maħruġa għal kollox minn dak l-Istat lil
speċjalista jew voluntier sekondat lill-Istat Kontraenti l-ieħor bil-kunsens ta’ dak l-
Istat l-ieħor, rimunerazzjoni bħal din għandha titqies li ġiet imħallsa mill-Istat l-
ewwel imsemmi u għandha tkun taxxabbli biss f’dak l-Istat.
ARTIKOLU 20
Għalliema
(1) Ir-rimunerazzjoni li professur jew għalliem li hu jew kien residenti minnufih
qabel ma żar Stat Kontraenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor u li jkun qiegħed fl-ewwel
Stat għal żmien li ma jaqbiżx is-sentejn bil-għan li jagħmel studji jew riċerka
avvanzati jew bil-għan li jgħallem f’università , kulleġġ, skola jew xi istituzzjoni
edukattiva oħra jkun irċeva għal dak ix-xogħol ma għandhiex tiġi ntaxxata f’dak l-
Istat, kemm-il darba huwa jkun kiseb dik ir-rimunerazzjoni minn barra dak l-Istat.
(2) Dan l-Artikolu ma japplikax għal income miksub mir-riċerka jekk dik ir-
riċerka ssir bil-għan ewlieni li tkun għall-benefiċċju privat ta’ persuna jew persuni
speċifiċi.
ARTIKOLU 21
Studenti u Trainees
Individwu li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti minnufih qabel ma jagħmel
żjara lill-Istat Kontraenti l-ieħor u li jkun għal xi żmien preżenti fl-Istat l-ieħor biss:
(a) bħala student f’università , kulleġġ jew skola rikonoxxuti jew
f’istituzzjoni edukattiva oħra rikonoxxuta bħal dawk, f’dak l-Istat l-
ieħor; jew
(b) bħala apprendist kummerċjali jew tekniku; jew
(ċ) bħala wieħed li jirċievi għotja, allowance jew rigal bil-għan ewlieni ta’
studju, riċerka jew taħriġ mingħand il-gvern ta’ xi wieħed mill-Istati
jew minn organizzazzjoni xjentifika, edukattiva, reliġjuża jew
filantropika jew bis-saħħa ta’ programm ta’ assistenza teknika li jkun
għamel il-Gvern ta’ Stat,
jkun eżenti mit-taxxa f’dak l-Istat l-ieħor fuq:
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU ġ L.S.123.32 15
(a) kull ma jirċievi minn barra l-pajjiż għall-finijiet tal-manteniment,
edukazzjoni, studju, riċerka jew taħriġ tiegħu;
(b) is-somma ta’ dik l-għotja, allowance jew rigal; u
(ċ) kull rimunerazzjoni li ma tkunx taqbeż is-sitt elef dollaru Amerikan (US
$6,000) dwar servizzi f’dak l-Istat l-ieħor kemm-il darba dawk is-
servizzi jitwettqu f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istudju, riċerka jew
taħriġ tiegħu jew ikunu meħtieġa għall-manteniment tiegħu.
ARTIKOLU 22
Income Ieħor
(1) Oġġetti ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jinqalgħu minn fejn
jinqalgħu, li ma humiex trattati fl-Artikoli ta’ qabel ta’ dan il-Ftehim għandhom
ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
(2) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ma għandhomx japplikaw għal income,
li ma jkunx income minn proprjetà  immobbli kif imfisser fil-paragrafu (2) ta’ l-
Artikolu 6, jekk min jirċievi dak l-income, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti,
jiġġestixxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti li
jkun jinsab f’dak l-Istat, jew iwettaq f’dak l-Istat l-ieħor servizzi personali
indipendenti minn bażi fiss li jkun jinsab f’dak l-Istat, u d-dritt jew il-proprjetà  li
dwarhom jitħallas l-income ikollu x’jaqsam b’mod effettiv ma’ dak l-istabbiliment
jew bażi fiss. F’dak il-każ, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7
jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ.
KAPITOLU IV
Tassazzjoni fuq il-Kapital
ARTIKOLU 23
Kapital
(1) Il-kapital kif rappreżentat minn proprjetà  immobiljari msemmija fl-Artikolu
6, li sidha jkun residenti ta’ Stat Kontraenti u li tkun tinsab fl-Istat Kontraenti l-
ieħor, jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Il-kapital kif rappreżentat minn proprjetà  mobiljari li jagħmel sehem mill-
proprjetà  kummerċjali ta’ stabbiliment permanenti li jkollha impriża ta’ Stat
Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor jew minn proprjetà  immobiljari li tkun
tappartjeni lil bażi fissa disponibbli lil residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor bil-għan li jitwettqu servizzi personali indipendenti, jista’ jiġi
intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(3) Il-kapital kif rappreżentat minn bastimenti u inġenji ta’ l-ajru mħaddma fi
traffiku internazzjonali u minn opri tal-baħar li jitħaddmu fit-trasport intern li jsir
fuq l-ilma, u minn proprjetà  mobbli li tappartjeni għat-tħaddim ta’ dawk il-
bastimenti, inġenji ta’ l-ajru u opri tal-baħar, għandu jiġi intaxxat biss fl-Istat
Kontraenti fejn ikun jinsab il-post ta’ tmexxija effettiva ta’ l-impriża.
(4) L-elementi l-oħra kollha ta’ kapital ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti
għandhom jiġu biss intaxxati f’dak l-Istat.
16 L.S.123.32 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU
KAPITOLU V
Kif Titneħħa t-Taxxa Doppja
ARTIKOLU 24
Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
(1) Fil-każ ta’ Ċipru it-taxxa doppja għandha tiġi evitata kif jidher hawn taħt:
Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Ċipru dwar kemm jitħalla bi kreditu
għat-taxxa ta’ Ċipru dwar taxxa mħallsa f’territorju barra minn Ċipru, it-taxxa ta’
Malta li titħallas skond il-liġijiet ta’ Malta, sew direttament jew permezz ta’ kull
tnaqqis għar-rigward ta’ kull profitt, income jew qligħ minn għejjun ġewwa Malta
għandha titħalla bħala kreditu għal xi taxxa ta’ Ċipru li jkollha titħallas għar-rigward
ta’ dak il-profitt, income jew qligħ. Dak it-tnaqqis ma għandux, madankollu, jeċċedi
dak is-sehem mit-taxxa, kif maħduma qabel ma jingħata t-tnaqqis, li tkun tgħodd
għal dak il-qligħ miksub f’Malta.
(2) Fil-każ ta’ Malta, it-taxxa doppja għandha titneħħa kif jidher hawn taħt:
Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Malta dwar l-għoti ta’ kreditu għat-
taxxa ta’ Malta dwar taxxa ta’ barra minn Malta, meta, skond id-disposizzjonijiet ta’
dan il-Ftehim, ikun hemm magħdud fi stima ta’ Malta income minn għejjun li jkunu
f’Ċipru it-taxxa ta’ Ċipru fuq income bħal dak għandha tingħata bħala kreditu kontra
t-taxxa ta’ Malta li titħallas fuqu.
(3) It-taxxa li titħallas fi Stat Kontraenti imsemmi fil-paragrafi (1) u (2) ta’ dan
l-Artikolu għandha titqies bħala li tinkludi dik it-taxxa li kien ikollha titħallas li ma
kienx għad-disposizzjonijiet legali li għandhom x’jaqsmu mat-tnaqqis jew eżenzjoni
ta’ taxxa jew ta’ kull inċentiv ieħor dwar it-taxxa mogħtija bis-saħħa tal-liġijiet ta’ l-
Istat Kontraenti, kemm-il darba fil-każ ta’ dividendi, imgħax jew royalties kull taxxa
bħal dik li tkun ġiet eżentata jew imnaqqsa għandha titqies li tkun tħallset bi:
(a) 15 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi msemmija fl-Artikolu 10;
(b) 10 fil-mija ta’ l-ammont gross ta’ imgħax imsemmi fl-Artikolu 11; u
(ċ) 10 fil-mija ta’ l-ammont gross tar-royalties imsemmija fl-Artikolu 12.
(4) Meta skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim xi income jinħeles mit-
taxxa f’wieħed mill-Istati Kontraenti u, skond il-liġi li tkun fis-seħħ fl-Istat
Kontraenti l-ieħor, persuna, għar-rigward ta’ dak l-income, tkun suġġetta għat-taxxa
b’riferenza għall-ammont tiegħu li jingħata lil jew li jiġi riċevut f’dak l-Istat
Kontraenti l-ieħor u mhux b’riferenza għall-ammont sħiħ tiegħu għaldaqshekk il-
ħelsien li jiġi permess b’dan il-Ftehim fl-Istat Kontraenti l-ewwel imsemmi għandu
jkun japplika biss għal daqstant mill-income li jingħata lura jew jiġi riċevut fl-Istat
Kontraenti l-ieħor.
KAPITOLU VI
Disposizzjonijiet Speċjali
ARTIKOLU 25
Ebda Diskriminazzjoni
(1) Nazzjonali ta’ Stat Kontraenti ma għandhomx jiġu suġġetti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għal xi tassazzjoni jew xi ħtieġa li għandha x’taqsam magħha, li
ma tkunx jew li tkun ta’ piż aktar mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU ġ L.S.123.32 17
magħha li għalihom nazzjonali ta’ dak l-Istat l-ieħor fl-istess ċirkostanzi huma jew
jistgħu jkunu suġġetti. Din id-disposizzjoni għandha, minkejja d-disposizzjonijiet ta’
l-Artikolu 1, tapplika wkoll għal dawk il-persuni li ma jkunux residenti ta’ xi wieħed
minn, jew taż-żewġ Stati Kontraenti.
(2) It-tassazzjoni fuq stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor ma għandhiex tinġabar f’dak l-Istat l-ieħor b’mod
inqas favorevoli mit-tassazzjoni miġbura fuq impriżi f’dak l-Istat l-ieħor li jmexxu l-
istess attivitajiet.
(3) Ħlief meta d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ta’ l-Artikolu 9, tal-
paragrafu (7) ta’ l-Artikolu 11, jew tal-paragrafu (6) ta’ l-Artikolu 12 ikunu
japplikaw, kull imgħax, royalties u ħlasijiet oħra li jsiru minn impriża ta’ Stat
Kontraenti lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor għandhom bil-għan li jiġi
stabbilit il-qligħ taxxabbli ta’ dik l-impriża, jitnaqqsu taħt l-istess kundizzjonijiet
daqslikieku kienu tħallsu lil residenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi. Bl-istess mod,
kull dejn ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor
għandu, bil-għan li jiġi stabbilit il-kapital taxxabbli ta’ dik l-impriża, jitnaqqas
skond l-istess kundizzjonijiet bħallikieku jkun ġie kuntrattat lil residenti ta’ l-Istat l-
ewwel imsemmi.
(4) Impriżi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom ikun proprjetà  ta’ jew
ikkontrollat minn, għal kollox jew f’parti, direttament jew indirettament, residenti
wieħed jew aktar ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, ma jkunux suġġetti fl-Istat l-ewwel
imsemmi għal xi tassazzjoni jew xi ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu magħha li tkun
oħra jew ta’ aktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu magħha li
impriżi oħra bħalhom ta’ dak l-Istat l-ewwel imsemmi huma jew jistgħu jkunu
suġġetti għalihom.
(5) Xejn li hemm f’dan l-Artikolu ma għandu jitqies li jorbot Stat Kontraenti li
jagħti lil individwi li jkunu residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor xi tnaqqis
personali, ħelsien jew tnaqqis għall-finijiet ta’ taxxa minħabba l-istatus ċivili, ir-
responsabbiltajiet tal-familja jew kull ċirkostanza personali oħra li huwa jagħti lir-
residenti tiegħu stess.
(6) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom, minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2, ikunu japplikaw għal taxxi ta’ kull sura u għamla.
ARTIKOLU 26
Proċedura għal Ftehim Reċiproku
(1) Meta persuna jidhrilha li l-azzjonijiet ta’ l-awtorità  kompetenti ta’ wieħed
mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn iwasslu jew jistgħu jwasslu li tiġi ntaxxata mhux
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, hija tista’, minkejja r-rimedji provduti
bil-liġi domestika ta’ dawk l-Istati, tippreżenta l-każ tagħha lill-awtorità  kompetenti
ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu hija residenti jew, jekk il-każ tagħha jkun jaqa’ taħt il-
paragrafu (1) ta’ l-Artikolu 24, lill-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li
tagħha tkun nazzjonali. Il-każ għandu jiġi preżentat fi żmien tliet snin mill-ewwel
notifika ta’ l-azzjoni li tagħti lok għal tassazzjoni li ma tkunx skond id-
disposizzjonijiet tal-Ftehim.
(2) L-awtorità  kompetenti għandha tara, jekk jidhrilha li l-oġġezzjoni hija
ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal għal soluzzjoni tajba, li tiddeċiedi
l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, bil-
għan li tiġi evitata tassazzjoni li ma tkunx skond dan il-Ftehim. Kull ftehim milħuq
għandu jitwettaq minkejja kull terminu ta’ żmien li jkun hemm fil-liġi domestika ta’
l-Istat Kontraenti.
18 L.S.123.32 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU
(3) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti għandhom jaraw li jirrisolvu
bi ftehim reċiproku xi diffikultajiet jew dubbji li jinqalgħu dwar l-interpretazzjoni
jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Huma jistgħu jikkonsultaw ma’ xulxin dwar it-
tneħħija ta’ taxxa doppja f’dawk il-każijiet fejn m’hemmx provdut dwarhom fil-
Ftehim.
(4) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti jistgħu jikkomunikaw
direttament ma’ xulxin bil-għan li jintlaħaq ftehim dwar kif hemm fil-paragrafi ta’
qabel. Meta jkun jidher rakkomandabbli sabiex jintlaħaq ftehim li għandu jsir
skambju verbali ta’ fehmiet, dak l-iskambju jkun jista’ jsir permezz ta’ Kummissjoni
li tkun komposta minn rappreżentanti ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati
Kontraenti.
ARTIKOLU 27
Tibdil ta’ Informazzjoni
(1) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jibdlu dik l-
informazzjoni li tkun meħtieġa sabiex jitwettqu d-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim
jew tal-liġijiet domestiċi ta’ l-Istati Kontraenti dwar taxxi milquta bil-Ftehim safejn
it-tassazzjoni ma tmurx kontra l-Ftehim. It-tibdil ta’ informazzjoni mhuwiex ristrett
bl-Artikolu 1. Kull informazzjoni li tasal għand Stat Kontraenti għandha titqies
sigrieta bl-istess mod bħal informazzjoni miksuba taħt il-liġijiet domestiċi ta’ dak l-
Istat u għandha titgħarraf biss lil persuni jew awtoritajiet (magħduda qrati u korpi
amministrattivi) imdaħħla fl-istima jew ġbir ta’, l-infurzar jew prosekuzzjoni dwar,
jew il-qtugħ ta’ appelli dwar, it-taxxi milquta bil-Ftehim. Dawn il-persuni jew
awtoritajiet għandhom jużaw l-informazzjoni għal dawk l-għanijiet biss. Jistgħu
jikxfu dik l-informazzjoni fi proċedimenti li jsiru f’qorti pubblika jew f’sentenzi tal-
qorti.
(2) F’ebda każ ma għandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) jitqiesu li
jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
(a) li jieħu miżuri amministrattivi li ma jaqblux mal-liġijiet jew l-użanza
amministrattiva ta’ dak l-Istat Kontraenti jew ta’ l-ieħor;
(b) li jagħti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taħt il-liġijiet jew fil-
kors normali ta’ l-użanza amministrattiva ta’ dak l-Istat Kontraenti jew
ta’ l-ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet tal-kummerċ, tan-negozju,
industrijali, kummerċjali jew professjonali jew proċess tal-kummerċ,
jew li jagħti informazzjoni li l-kxif tagħha jkun kontra l-ordni pubbliku
(ordre public).
ARTIKOLU 28
Aġenti Diplomatiċi u Uffiċjali Konsulari
Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġġi fiskali ta’ aġenti
diplomatiċi jew ta’ uffiċjali konsulari taħt ir-regoli ġenerali tad-dritt internazzjonali
jew taħt id-disposizzjonijiet ta’ kull ftehim speċjali.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU ġ L.S.123.32 19
KAPITOLU VII
Disposizzjonijiet Finali
ARTIKOLU 29
Bidu fis-Seħħ
(1) Il-Gvernijiet ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jagħtu avviż lil xulxin li jkunu
twettqu l-ħtiġiet kostituzzjonali għall-bidu fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
(2) Il-Fteħim għandu jibda jseħħ tletin ġurnata wara d-data ta’ l-aħħar mill-
avviżi msemmija fil-paragrafu (1) u d-disposizzjonijiet tiegħu għandu jkollhom
effett:
(a) f’Ċipru:
dwar taxxi li jinġabru fuq kull income jew kapital li jkun inġemgħa fl-
ewwel jew wara l-ewwel ta’ Jannar;
(b) f’Malta:
dwar taxxi għal sena ta’ stima li tibda fl-ewwel jew wara l-ewwel ta’
Jannar fis-sena kalendarja li tiġi minnufih wara s-sena meta l-Ftehim
jiġi ffirmat.
ARTIKOLU 30
Terminazzjoni
Dan il-Ftehim għandu jibqa’ jseħħ sakemm jiġi terminat minn Stat
Kontraenti. Kull wieħed mill-Istati Kontraenti jista’ jtemm il-Ftehim, permezz ta’
kanali diplomatiċi, billi jagħti avviż tat-terminazzjoni mill-anqas sitt xhur qabel it-
tmiem ta’ xi sena kalendarja li tibda wara li jintemm perijodu ta’ ħames snin minn
meta l-Ftehim ikun beda jseħħ. F’dak il-każ, il-Ftehim ma għandux jibqa’ fis-seħħ:
(a) f’Ċipru:
dwar taxxi għal sena ta’ stima li tkun li tibda fis-sena li tiġi minnufih
wara s-sena meta jingħata l-avviż tat-terminazzjoni;
(b) f’Malta:
dwar taxxi għal sena ta’ stima li tkun li tibda fl-ewwel jew wara l-ewwel
ta’ Jannar fit-tieni sena kalendarja li tiġi wara s-sena meta jkun ingħata
l-avviż tat-terminazzjoni.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan mill-
Gvernijiet rispettivi tagħbom, iffrmaw dan il-Ftehim.
MAGĦMUL in duplikat f’Ruma, illum 22 ta’ Ottubru, 1993, fl-ilsien Ingliż.
GĦALL-GVERN TA’ MALTA 
CARMEL J. AQUILINA
Ambaxxatur ta’ Malta
GĦALL-GVERN TAR-REPUBBLIKA 
TA’ ĊIPRU
PEDROS MICHAELIDES
Kummissarju Għoli ta’ Ċipru għal Malta
