EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA ġ L.S.123.33 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.33
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA
24 ta’ Novembru, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 28 ta’ l-1995.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Repubblika tal-Polonja.
Arranġamenti 
jkollhom seħħ.
2. Qiegħed jiġi hawnhekk dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-Ordni ġew magħmula mal-Gvern
tar-Repubblika tal-Polonja sabiex jingħata ħelsien
minn taxxa doppja dwar it-taxxi li ġejjin stabbiliti bil-
liġijiet tar-Repubblika tal-Polonja:
(i) it-taxxa fuq l-income personali;
(ii) it-taxxa fuq l-income korporattiva;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arranġamenti jkollhom
effett.
2 L.S.123.33 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA
S K E D A
FTEHIM BEJN IL-GVERN TA’ MALTA
U L-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA
GĦALL-ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
U BIEX TIĠI EVITATA EVAŻJONI FISKALI
DWAR TAXXI FUQ L-INCOME
Il-Gvern ta’ Malta u l-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja billi jixtiequ jagħmlu
Ftehim għall-Ħelsien minn Taxxa Doppja u biex tiġi evitata evażjoni fiskali dwar
taxxi fuq l-income, ftehmu kif ġej:
ARTIKOLU 1
Għan Personali
Dan il-Ftehim għandu japplika għall-persuni li huma residenti ta’ wieħed
mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn.
ARTIKOLU 2
Taxxi Koperti
(1) Dan il-Ftehim għandu japplika għat-taxxi fuq l-income imposti f’isem Stat
Kontraenti jew is-sottodiviżjonijiet politiċi jew l-awtoritajiet lokali tiegħu,
irrispettivament mill-mod kif dawn jinġabru.
(2) Għandhom jitqiesu bħala taxxi fuq l-income dawk it-taxxi kollha li jiġu
imposti fuq income totali jew fuq elementi ta’ income, inklużi taxxi fuq kull qligħ li
jsir mit-trasferiment ta’ proprjetà  mobbli jew immobbli u taxxi fuq l-ammont totali
ta’ pagi jew salarji mħallsa minn impriżi.
(3) It-taxxi eżistenti li għalihom japplika dan il-Ftehim huma b’mod partikolari:
(a) f’Malta:
it-taxxa fuq l-income,
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ Malta");
(b) fil-Polonja:
(i) it-taxxa fuq l-income personali (podatek dochodowy od osob
fizycznych);
(ii) it-taxxa fuq l-income korporattiva (podatek dochodowy od osob
prawnych);
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa tal-Polonja").
(4) Il-Ftehim għandu japplika wkoll għal kull taxxa bħalhom jew li
sostanzjalment tixbaħhom li jiġu imposti minn xi wieħed mill-Istati Kontraenti wara
d-data li fiha dan il-Ftehim jiġi ffirmat b’żieda ma’, jew minflok, it-taxxi eżistenti.
L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom javżaw lil xulxin b’kull
tibdil sinjifikanti li jkun sar fil-liġijiet tagħhom rispettivi li jirrigwardaw it-taxxa.
(5) Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Artikolu dan il-Ftehim ma
japplikax għal taxxa mħallsa jew li titħallas f’Malta bir-rata li hemm provdut dwarha
fis-subartikolu (13) ta’ l-artikolu 56 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income dwar l-
income taxxabbli ta’ persuna li tkun taħdem fil-produzzjoni ta’ żejt petroleum li jiġi
prodott f’Malta.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA ġ L.S.123.33 3
ARTIKOLU 3
Tifsiriet Ġenerali
(1) Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra:
(a) il-frażi "Malta" meta użata f’sens ġeografiku tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-
Gżira ta’ Għawdex u l-gżejjer l-oħra ta’ l-Arċipelagu Malti, flimkien ma’ l-ibħra
territorjali tagħhom, u kull area barra mill-baħar territorjali ta’ Malta li, skond il-liġi
internazzjonali, hi hekk imsemmija jew aktar ’il quddiem tista’ tissejjaħ, taħt il-liġi
ta’ Malta dwar il-Blata Kontinentali, bħala area li fiha d-drittijiet ta’ Malta dwar
qiegħ il-baħar u s-sottoswol u r-riżorsi naturali tagħhom jistgħu jiġu eżerċitati;
(b) il-frażi "Polonja" meta użata f’sens ġeografiku tfisser it-territorju tar-
Repubblika tal-Polonja, inkluża kull area ’l hinn mill-ibħra territorjali tagħha, li
fihom skond il-liġijiet tal-Polonja u skond id-dritt internazzjonali, il-Polonja tista’
twettaq id-drittijiet sovrani tagħha dwar qiegħ il-baħar, is-sottoswol u r-riżorsi
naturali tagħhom;
(ċ) il-frażijiet "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-ieħor" ifissru, skond ma
teħtieġ ir-rabta tal-kliem, il-Polonja jew Malta;
(d) il-frażi "persuna" tinkludi individwu, kumpannija u kull korp ieħor ta’
persuni;
(e) il-frażi "kumpannija" tfisser kull għaqda korporata jew kull entità  li titqies
bħala għaqda korporata għall-finijiet ta’ taxxa;
(f) il-frażijiet "impriża ta’ Stat Kontraenti" u "impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor" ifissru rispettivament impriża li titmexxa minn residenti ta’ Stat Kontraenti u
impriża li titmexxa minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(g) il-frażi "nazzjonali" tfisser kull individwu li jkollu n-nazzjonalità  ta’ Stat
Kontraenti u kull persuna ġuridika, soċjetà  u assoċjazzjoni li tikseb dak l-istat tagħha
bis-saħħa tal-liġijiet fis-seħħ fi Stat Kontraenti;
(h) il-frażi "traffiku internazzjonali" tfisser kull trasport b’bastiment, b’inġenji
ta’ l-ajru jew b’vettura fuq l-art imħaddma minn impriża li jkollha l-uffiċċju ta’
tmexxija effettiva tagħha fi Stat Kontraenti, barra minn meta l-bastiment, l-inġenji
ta’ l-ajru jew vettura fuq l-art ikunu mħaddma biss bejn postijiet fl-Istat Kontraenti l-
ieħor;
(i) il-frażi "awtorità  kompetenti" tfisser:
(i) fil-każ ta’ Malta, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu;
(ii) fil-każ tal-Polonja, il-Ministru tal-Finanzi jew ir-rappreżentant
awtorizzat tiegħu.
(2) Rigward l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim minn Stat Kontraenti kull frażi li
ma tkunx imfissra fih għandha kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra, ikollha l-istess tifsir kif mogħti lilha taħt il-liġi ta’ dak l-Istat dwar it-taxxi
li dan il-Ftehim japplika għalihom.
ARTIKOLU 4
Residenti
(1) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "residenti ta’ Stat Kontraenti" tfisser
kull persuna li, taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat, hija suġġetta għat-taxxa hemmhekk
4 L.S.123.33 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA
minħabba d-domiċilju, ir-residenza, post tal-maniġġ jew xi kriterju ieħor ta’ xorta
bħal din. Iżda din il-frażi ma tinkludix persuna li hi suġġetta għat-taxxa f’dak l-Istat
unikament minħabba fi qligħ minn għejjun f’dak l-Istat.
(2) Fejn minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) individwu jkun residenti
taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-Istat tiegħu għandu jiġi determinat kif ġej:
(a) huwa għandu jitqies li jkun residenti biss ta’ l-Istat Kontraenti li fih
ikollu dar permanenti għad-disposizzjoni tiegħu; jekk huwa jkollu dar
permanenti għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati, huwa għandu
jitqies li huwa residenti unikament ta’ l-Istat Kontraenti li miegħu ir-
relazzjonijiet personali u ekonomiċi tiegħu jkunu l-aktar marbuta
(ċentru ta’ interessi vitali);
(b) jekk l-Istat li fih huwa jkollu ċ-ċentru ta’ interessi vitali ma jistax jiġi
determinat, jew jekk huwa ma jkollux għad-disposizzjoni tiegħu dar
permanenti fl-ebda Stat, huwa għandu jitqies li jkun residenti biss ta’ l-
Istat Kontraenti li fih soltu jirrisjedi;
(ċ) jekk huwa s-soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati jew f’ebda wieħed minnhom,
huwa għandu jitqies li jkun residenti biss ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu
jkun nazzjonali;
(d) jekk huwa jkun nazzjonali taż-żewġ Stati jew ta’ l-ebda wieħed
minnhom, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom
jiddeċiedu l-każ bi ftehim bejniethom.
(3) Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, din għandha għaldaqstant titqies
bħala residenti biss ta’ l-Istat fejn ikun jinsab il-post effettiv tal-maniġġ tagħha.
ARTIKOLU 5
Stabbiliment Permanenti
(1) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "stabbiliment permanenti" tfisser
post tan-negozju fiss li minnu jiġi mmexxi għal kollox jew f’parti x-xogħol ta’
impriża.
(2) Il-frażi "stabbiliment permanenti" tinkludi b’mod speċjali:
(a) post ta’ maniġġ;
(b) fergħa;
(ċ) uffiċċju;
(d) fabbrika;
(e) ħanut tax-xogħol;
(f) minjiera, bir taż-żejt jew tal-gass, barriera jew kull post ieħor ta’
estrazzjoni ta’ riżorsi naturali inkluż sit ta’ drilling fuq il-baħar;
(g) art li tkun qegħda tinbena jew proġett ta’ kostruzzjoni jew assemblaġġ
jew attivitajiet superviżorji li għandhom x’jaqsmu ma’ dan, meta dik l-
art, proġett jew attività  ikomplu għal iktar minn sitt xhur.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frażi
"stabbiliment permanenti" għandha titqies li ma tinkludix:
(a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim ta’
oġġetti jew merkanzija li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża;
(b) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA ġ L.S.123.33 5
impriża għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim;
(ċ) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ proċessar minn impriża oħra;
(d) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ xiri ta’ oġġetti jew
merkanzija jew ta’ ġbir ta’ tagħrif għall-impriża;
(e) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss li tagħmel, għall-
impriża, xi attività  oħra ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja;
(f) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju biss għal kull kombinazzjoni ta’
attivitajiet imsemmija fis-subparagrafi (a) sa (e) iżda li l-attività  kollha
tal-post fiss ta’ negozju li toħroġ minn din il-kombinazzjoni tkun ta’
xorta preparatorja jew awżiljarja.
(4) Impriża ta’ Stat Kontraenti titqies li jkollha stabbiliment permanenti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jekk:
(a) l-impriża twettaq attivitajiet superviżorji f’dak l-lstat l-ieħor għal iktar
minn sitt xhur li jkollhom x’jaqsmu ma’ proġett ta’ kostruzzjoni,
stallazzjoni jew assemblaġġ li jkun qed isir f’dak l-Istat l-ieħor; jew
(b) ikun qed jintuża jew jiġi stallat tagħmir konsiderevoli f’dak l-Istat l-
ieħor, minn, għal jew b’kuntratt ma’ l-impriża; jew
(ċ) l-impriża twettaq attività  superviżorja f’dak l-Istat li jkollha x’taqsam
ma’ l-użu tat-tagħmir imsemmi fis-subparagrafu (b).
(5) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2), meta persuna - li ma
tkunx aġent ta’ status indipendenti li għaliha japplika l-paragrafu (6) - taġixxi għan-
nom ta’ impriża u għandha, u soltu twettaq fi Stat Kontraenti awtorità  li tikkonkludi
kuntratti f’isem l-impriża, dik l-impriża għandha titqies li għandha stabbiliment
permanenti f’dak l-Istat dwar kull attività  li dik il-persuna tagħmel għall-impriża,
sakemm l-attivitajiet ta’ dik il-persuna ma jkunux limitati għal dawk imsemmija fil-
paragrafu (3) li, kieku mwettqa minn post fiss ta’ negozju, ma jagħmlux dan il-post
fiss ta’ negozju stabbiliment permanenti taħt id-disposizzjonijiet ta’ dak il-
paragrafu.
(6) Impriża ta’ Stat Kontraenti ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment
permanenti fi Stat Kontraenti ieħor għaliex biss tmexxi negozju f’dak l-Istat ieħor
permezz ta’ sensal, aġent ġenerali b’kummissjoni jew xi aġent ieħor bi status
indipendenti, sakemm dawk il-persuni jaġixxu fil-kors ordinarju tan-negozju
tagħhom. Iżda, meta l-attivitajiet ta’ dak l-aġent ikunu għal kollox jew kważi għal
kollox dedikati għal dik l-impriża, huwa ma għandux jitqies bħala aġent bi status
indipendenti jekk it-transazzjonijiet bejn l-aġent u l-impriża ma jkunux saru
f’kundizzjonijiet at arm’s length.
(7) Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikkontrolla jew
tkun kontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, jew
li tmexxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta’ stabbiliment permanenti sew
xort’oħra), ma għandux fih innifsu jikkostitwixxi xi waħda mill-kumpanniji bħala
stabbiliment permanenti ta’ l-oħra.
ARTIKOLU 6
Income minn Proprjetà  Immobiljari
(1) Income miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn proprjetà
immobiljari (inkluż income minn xogħol fl-agrikoltura jew fil-boskijiet) sitwata fl-
Istat Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
6 L.S.123.33 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA
(2) Il-frażi "proprjetà  immobiljari" għandu jkollha l-istess tifsir li għandha taħt
il-liġi ta’ l-Istat Kontraenti li fih il-proprjetà  li tkun hija sitwata. Il-frażi għandha
f’kull każ tinkludi proprjetà  aċċessorja għal proprjetà  immobiljari, bhejjem u
tagħmir użati fl-agrikoltura jew fil-boskijiet, drittijiet li għalihom japplikaw id-
disposizzjonijiet tal-liġi ġenerali dwar proprjetà  terrena, kull bini, użufrutt ta’
proprjetà  immobiljari u drittijiet għal ħlasijiet li jvarjaw jew fissi bħala kumpens
għall-ħdim ta’, jew għall-jedd li jinħadmu, depożiti minerali, għejjun u riżorsi oħra
naturali; bastimenti, dgħajjes u inġenji ta’ l-ajru ma għandhomx jitqiesu bħala
proprjetà  immobiljari.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) għandhom japplikaw għal income li
jinkiseb mill-użu dirett, kiri, jew użu ta kull xort’oħra ta’ proprjetà  immobiljari.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (3) għandhom japplikaw ukoll għal
income minn proprjetà  immobiljari ta’ impriża u għal income minn proprjetà
immobiljari li tkun użata għall-qadi ta’ servizzi personali indipendenti.
ARTIKOLU 7
Profitti minn Negozju
(1) Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti għandhom jiġu ntaxxati biss f’dak
l-Istat kemm-il darba l-impriża ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk. Jekk l-impriża
tmexxi negozju kif intqal qabel, il-profitti ta’ l-impriża jistgħu jiġu ntaxxati fl-Istat
l-ieħor iżda biss għal dik il-parti minnhom li huma attribwibbli għal dak l-
istabbiliment permanenti.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (3), meta impriża ta’ Stat
Kontraenti tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qiegħed hemmhekk, għandhom jiġu attribwiti lil dak l-
istabbiliment permanenti f’kull Stat Kontraenti l-profitti li kien ikun mistenni
jagħmel kieku kien impriża distinta u separata li taħdem fl-istess attivitajiet jew
oħrajn bħalhom taħt l-istess kundizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem
indipendentement għal kollox mill-impriża li tagħha hija stabbiliment permanenti
jew mill-impriżi oħra assoċjati li tittratta magħhom.
(3) Biex jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, għandhom ikunu
permessi bħala tnaqqis dawk l-ispejjeż ta’ l-impriża, li jkunu spejjeż li jsiru għall-
għanijiet ta’ l-istabbiliment permanenti (magħduda l-ispejjeż eżekuttivi u
amministrattivi ġenerali li jsiru) u li jkunu jitnaqqsu li kieku l-istabbiliment
permanenti kien enti indipendenti li jkun ħallas dawk l-ispejjeż, sew jekk ikunu saru
fl-Istat Kontraenti li fih ikun hemm l-istabbiliment permanenti jew jekk ikunu saru
band’oħra.
(4) Ebda ħaġa f’dan l-Artikolu ma għandha tolqot l-applikazzjoni ta’ xi liġi ta’
Stat Kontraenti li jkollha x’taqsam ma’ kif jiġi stabbilit kemm persuna għandha
tħallas bħala taxxa, inkluż li jiġi stabbilit kemm għandu jitħallas bl-użu tad-
diskrezzjoni jew bl-għemil ta’ stima mill-awtorità  kompetenti ta’ dak l-Istat f’każi li
fihom, mit-tagħrif li l-awtorità  kompetenti ta’ dak l-Istat ikollha, ma jkunx possibbli
jew prattiku li jiġu aċċertati xi jkunu l-profitti li kellu stabbiliment permanenti,
kemm-il darba dik il-liġi tiġi applikata, daqskemm ikun jippermetti t-tagħrif li
jkollha l-awtorità  kompetenti, b’mod li jkun konsistenti mal-prinċipji ta’ dan l-
Artikolu.
(5) Ma għandhom jiġu attribwiti ebda profitti lil stabbiliment permanenti
minħabba biss ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew merkanzija
għall-impriża.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA ġ L.S.123.33 7
(6) Għall-finijiet tal-paragrafi ta’ qabel il-profitti li għandhom jiġu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-istess mod minn sena għal
sena kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u biżżejjed biex isir kuntrarju.
(7) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx jolqtu d-
disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Stat Kontraenti dwar it-tassazzjoni ta’ profitti fuq in-
negozju ta’ assikurazzjoni.
(8) Meta profitti jinkludu oġġetti ta’ income li qed jiġu trattati separatament
f’Artikoli oħra ta dan il-Ftehim, allura d-disposizzjonijiet ta’ dawk l-Artikoli ma
jkunux milquta bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
ARTIKOLU 8
Traffiku Internazzjonali
(1) Il-profitti mit-tħaddim ta’ bastimenti, inġenji ta’ l-ajru jew vetturi fuq l-art fi
traffiku internazzjonali għandhom ikunu ntaxxati biss fl-Istat Kontraenti fejn ikun
jinsab il-post ta’ tmexxija effettiva ta’ l-impriża.
(2) Jekk il-post ta’ tmexxija effettiva ta’ impriża tat-tbaħħir ikun abbord
bastiment jew opra tal-baħar, dak l-uffiċċju għandu għalhekk jitqies li jkun jinsab fl-
Istat Kontraenti fejn ikun jinsab il-port prinċipali ta’ dak il-bastiment jew opra tal-
baħar, jew, jekk dak il-port prinċipali ma jkunx jeżisti, fl-Istat Kontraenti fejn ikun
joqgħod min iħaddem il-bastiment jew opra tal-baħar.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) għandhom japplikaw ukoll għall-
profitti miksuba mill-parteċipazzjoni f’pool, negozju joint jew aġenzija
internazzjonali ta’ tħaddim.
ARTIKOLU 9
Impriżi Assoċjati
(1) Meta -
(a) impriża ta’ Stat Kontraenti tipparteċipa direttament jew indirettament
fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor, jew
(b) l-istess persuni jipparteċipaw direttament jew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti u ta’
impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor,
u f’kull każ jiġu magħmula jew imposti kundizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji ta’ bejniethom li ma jaqblux ma’ dawk li
kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f’dak il-każ profitti li, kieku ma
kienux dawk il-kundizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-impriżi, iżda
minħabba dawk il-kundizzjonijiet ma ġewx hekk akkumulati, jistgħu jiġu inklużi fil-
profitti ta’ dik l-impriża u intaxxati skond hekk.
(2) Ebda ħaġa f’dan l-Artikolu ma għandha tolqot l-applikazzjoni ta’ xi liġi ta’
Stat Kontraenti li jkollha x’taqsam ma’ kif jiġi stabbilit kemm għandha titħallas
taxxa bl-użu tad-diskrezzjoni jew bl-għemil ta’ stima mill-awtorità  kompetenti ta’
dak l-Istat f’każi li fihom, mit-tagħrif li l-awtorità  kompetenti ta’ dak l-Istat ikollha,
ma jkunx possibbli jew prattiku li jiġi stabbilit xi jkunu l-profitti li kellha impriża,
kemm-il darba il-liġi tiġi applikata, daqskemm ikun jippermetti t-tagħrif li jkollha l-
awtorità  kompetenti, b’mod li jkun konsistenti mal-prinċipji ta’ dan l-Artikolu.
(3) Meta Stat Kontraenti jinkludi fil-profitti ta’ impriża ta’ dak l-Istat, u
8 L.S.123.33 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA
jintaxxa skond hekk, profitti li fuqhom impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor ġiet
intaxxata f’dak l-Istat l-ieħor u l-profitti hekk magħduda jkunu profitti li kienu
jinqalgħu mill-impriża ta’ l-ewwel Stat imsemmi kieku l-kundizzjonijiet magħmula
bejn iż-żewġ impriżi kienu dawk li kienu jsiru bejn żewġ impriżi indipendenti, allura
dak l-Istat l-ieħor għandu jagħmel it-tibdil xieraq fl-ammont tat-taxxa imposta
hemmhekk fuq dawk il-profitti. Biex jiġi stabbilit it-tibdil, għandu jittieħed qies
xieraq tad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-
Istati Kontraenti għandhom jekk iħossu l-bżonn jikkonsultaw lil xulxin.
ARTIKOLU 10
Dividendi
(1) Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Iżda, dawk id-dividendi jistgħu jiġu intaxxati wkoll fl-Istati Kontraenti li
tiegħu l-kumpannija li tkun tħallas id-dividendi tkun residenti, u skond il-liġijiet ta’
dak l-Istat, iżda:
(a) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija residenti fil-Polonja lil
residenti ta’ Malta li jkun is-sid benefiċjarju tad-dividendi, it-taxxa tal-
Polonja hekk imposta m għandhiex tkun iżjed minn:
(i) 5 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi jekk is-sid
benefiċjarju jkun kumpannija (minbarra soċjetà ) li direttament
ikollha mill-anqas 20 fil-mija mill-kapital tal-kumpannija li tkun
qed tħallas id-dividendi;
(ii) 15 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi f’kull każ ieħor;
(b) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija residenti ta’ Malta lil
residenti tal-Polonja li jkun is-sid benefiċjarju tagħhom it-taxxa ta’
Malta fuq l-ammont gross tad-dividendi ma għandhiex tkun iżjed minn
dik imposta fuq il-profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
Dan il-paragrafu ma jolqotx it-tassazzjoni ta’ kumpannija għar-rigward tal-
profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
(3) Il-frażi "dividendi" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn
azzjonijiet, jew drittijiet oħra li ma jkunux talbiet għal dejn, li jipparteċipaw fil-
profitti, kif ukoll income minn jeddijiet korporattivi oħra li huwa meqjus għall-fini
tat-taxxa l-istess bħal income minn azzjonijiet skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat li fih
tkun residenti l-kumpannija li tagħmel it-tqassim.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ma għandhomx japplikaw jekk is-
sid benefiċjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti imexxi negozju fl-
Istat Kontraenti l-ieħor, li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-dividendi,
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li jkun jaqdi
f’dak l-Istat l-ieħor servizz personali indipendenti minn bażi stabbilit sitwat
hemmhekk, u l-holding li dwarhom id-dividendi jkunu mħallsa jkollu x’jaqsam
effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit. F’dak il-każ id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 14, skond il-każ, għandhom
japplikaw.
(5) Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpannija, ħlief meta dividendi bħal dawn jitħallsu
lil residenti ta’ dak l-Istat l-ieħor jew safejn il-holding li dwaru jitħallsu d-dividendi
jkollu x’jaqsam effettivament ma’ stabbiliment permanenti jew ma’ bażi stabbilit
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA ġ L.S.123.33 9
sitwat f’dak l-Istat l-ieħor jew jissuġġetta l-profitti mhux distribwiti tal-kumpannija
għal taxxa fuq il-profitti mhux distribwiti, anki jekk id-dividendi mħallsa jew il-
profitti mhux distribwiti jikkonsistu f’kollox jew f’parti minnhom minn profitti jew
income li jinqalgħu f’dak l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 11
Imgħax
(1) Imgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u li jitħallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Iżda, dak l-imgħax jista’ wkoll jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn jinqala’,
u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda jekk min jirċevih ikun is-sid benefiċjarju ta’ l-
imgħax it-taxxa hekk imposta m’għandhiex tkun iżjed minn 10 fil-mija ta’ l-ammont
gross ta’ l-imgħax.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) imgħax li jinqala’ fi Stat
Kontraenti u miksub mill-Gvern tal-Istat Kontraenti l-ieħor inklużi awtoritajiet
lokali tiegħu, il-Bank Ċentrali jew kull istituzzjoni finanzjarja kontrollata minn dak
il-Gvern għandha tkun eżenti mit-taxxa fl-Istat l-ewwel imsemmi.
(4) Il-frażi "imgħax" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn drittijiet
għal dejn ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le, u sew jekk jagħti l-jedd għal
sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b’mod partikolari, income minn
assigurazzjonijiet tal-Gvern u income minn bonds jew debentures, inklużi premiums
u premjijiet annessi ma’ assigurazzjonijiet, bonds jew debentures bħal dawk. Kull
ħlas ta’ penali dovut għal pagament li jsir tard ma għandux jitqies bħala mgħax
għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu.
(5) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ma għandhomx japplikaw jekk is-
sid benefiċjarju ta’ l-imgħax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih jinqala’ l-imgħax permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jew jagħmel servizzi personali indipendenti f’dak l-
Istat l-ieħor minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt għal dejn li dwaru
jitħallas l-imgħax ikollu effettivament x’jaqsam ma’ dak l-istabbiliment permanenti
jew bażi stabbilit. F’dak il-każ id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu
14, skond il-każ, għandhom japplikaw.
(6) L-imgħax għandu jitqies li jinqala’ fi Stat Kontraenti meta min iħallas ikun
dak l-Istat innifsu, sottodiviżjoni politika, awtorità  lokali jew residenti ta’ dak l-
Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas l-imgħax, sew jekk tkun residenti ta’ Stat
Kontraenti sew jekk le, ikollhom fi Stat Kontraenti stabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li miegħu jkollu x’jaqsam id-dejn li dwaru jkun tħallas l-imgħax, u dak l-
imgħax ikun piż ta’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit, allura dak l-
imgħax għandu jitqies li nqala’ fl-Istat li fih ikun sitwat l-istabbiliment permanenti
jew il-bażi stabbilit.
(7) Meta, minħabba relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju jew
bejniethom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont ta’ l-imgħax imħallas, meta jitqies
id-dritt għal dejn li dwaru jkun tħallas, ikun iżjed mill-ammont li kien ikun
miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-aħħar
imsemmi. F’każ bħal dak, il-parti żejda tal-ħlasijiet tibqa’ taxxabbli skond il-liġijiet
ta’ kull Stat Kontraenti, meqjusa b’mod xieraq id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-
Ftehim.
10 L.S.123.33 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA
ARTIKOLU 12
Royalties
(1) Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u li jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu ntaxxati f’’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Iżda, dawn ir-royalties jistgħu jiġu ntaxxati wkoll fl-Istat Kontraenti li fih
jinqalgħu, u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda jekk min jirċevihom ikun is-sid
benefiċjarju tar-royalties it-taxxa hekk imposta ma għandhiex tkun iżjed minn 10 fil-
mija ta’ l-ammont gross tar-royalties.
(3) Il-frażi "royalties" f’dan l-Artikolu tfisser ħlasijiet jew krediti, sew jekk
perjodiċi sew jekk le, u b’kull mod kif jiġu deskritti jew maħdumin, sal-limitu li
jsiru bħala kumpens:
(a) għall-użu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu, ta’ kull copyright, invenzjoni,
disinn jew mudell, pjan, formula jew proċess sigriet, trade mark jew
kull proprjetà  jew jedd ieħor bħal dawk;
(b) għall-użu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu ta’, kull tagħmir industrijali,
kummerċjali jew xjentifiku;
(ċ) għall-għoti ta’ tagħrif jew informazzjoni ta’ xorta xjentifika, teknika,
industrijali jew kummerċjali;
(d) għall-għoti ta’ kull għajnuna li għandha x’taqsam ma’, u hi sussidjarja
għal, u li tingħata bħala mod li tippermetti l-applikazzjoni jew it-
tgawdija ta’, kull proprjetà  jew jedd bħal dawk imsemmija fis-
subparagrafu (a), kull tagħmir bħal dak imsemmi fis-subparagrafu (b),
jew kull tagħrif jew informazzjoni bħal dawk imsemmija fis-
subparagrafu (ċ);
(e) għall-użu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu ta’:
(i) films ċinematografiċi; jew
(ii) films jew video tapes għall-użu fuq it-televiżjoni; jew
(iii) tapes għall-użu tax-xandir bir-radju; jew
(f) għal tolleranza totali jew parzjali dwar l-użu jew l-għoti ta’ kull
proprjetà  jew jedd imsemmija f’dan il-paragrafu.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ma għandhomx japplikaw jekk is-
sid benefiċjarju tar-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih ir-royalties jinqalgħu permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk jew ikun qed jaqdi f’dak l-Istat l-ieħor
servizzi personali indipendenti minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt jew il-
proprjetà  li dwarha jitħallsu r-royalties ikollu x’jaqsam effettivament ma’ dak l-
istabbiliment permanenti jew ma’ dak il-bażi stabbilit. F’dak il-każ id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ, għandhom
japplikaw.
(5) Royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fi Stat Kontraenti meta min
iħallashom ikun dak l-Istat innifsu, sotto-diviżjoni politika, awtorità  lokali jew
residenti ta’ dak l-Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas ir-royalties, sew jekk tkun
residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti stabbiliment
permanenti jew bażi stabbilit li dwaru tkun ittieħdet ir-responsabbiltà  li jitħallsu r-
royalties, u dawk ir-royalties ikunu r-responsabbiltà  ta’ dak l-istabbiliment
permanenti jew bażi stabbilit, allura dawk ir-royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu
fl-Istat li fih ikun qiegħed l-istabbiliment permanenti jew il-bażi stabbilit.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA ġ L.S.123.33 11
(6) Meta, minħabba r-relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
jew bejniethom stess u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties, meta jitqies l-użu,
id-dritt jew l-informazzjoni li għalih ikunu mħallsa, ikun iżjed mill-ammont li kien
ikun miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-
aħħar imsemmi. F’dak il-każ, il-parti żejda tal-ħlasijiet għandha tibqa’ taxxabbli
skond il-liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, meta jitqiesu d-disposizzjonijiet l-oħra ta’
dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 13
Trasferiment ta’ Proprjetà
(1) Income jew qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  immobbli, kif imfissra fil-
paragrafu (2) ta’ l-Artikolu 6, jistgħu jiġu ntaxxati fl-Istat Kontraenti fejn tkun
tinsab dik il-proprjetà .
(2) Income jew qligħ mit-trasferiment ta’ ishma jew interessi komparabbli
f’kumpannija, li l-assi tagħha jkunu għal kollox jew prinċipalment jikkonsistu fi
proprjetà  immobbli, jistgħu jiġu ntaxxati fl-Istat Kontraenti fejn ikunu jinsabu l-assi
jew l-assi prinċipali tal-kumpannija.
(3) Income jew qligħ minn trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tkun tifforma
parti mill-proprjetà  tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat
Kontraenti jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor jew ta’ proprjetà  mobbli li tkun
tappartjeni lil bażi stabbilit li jkun għad-disposizzjoni ta’ residenti ta’ Stat
Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor għall-fini ta’ qadi ta’ servizzi personali
indipendenti inkluż dak il-qligħ mit-tneħħija ta’ dak l-istabbiliment permanenti
(waħdu jew ma’ l-impriża sħiħa) jew ta’ dak il-bażi stabbilit, jista’ jiġi ntaxxat f’dak
l-Istat l-ieħor.
(4) Income jew qligħ mit-trasferiment ta’ bastimenti, inġenji ta’ l-ajru jew
vetturi fuq l-art fi traffiku internazzjonali jew minn proprjetà  mobbli li tkun
tappartjeni lill-operazzjoni ta’ dawk il-mezzi ta’ trasport għandhom ikunu taxxabbli
biss fl-Istat Kontraenti fejn ikun jinsab il-post ta’ tmexxija effettiva ta’ l-impriża.
(5) Income jew qligħ minn trasferiment ta’ kull proprjetà , barra minn dik
imsemmija fil-paragrafi (1), (2), (3) u (4) ikun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li
tiegħu min ibiegħ ikun residenti.
ARTIKOLU 14
Servizzi Personali Indipendenti
(1) Qligħ miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti għal servizzi professjonali
jew attivitajiet oħra ta’ karattru indipendenti jkun taxxabbli biss f’dak l-Istat. Iżda,
dak il-qligħ jista’ fiċ-ċirkostanzi li ġejjin jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor:
(a) jekk ikollu bażi fiss regolari għad-disposizzjoni tiegħu fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għall-qadi ta’ l-attivitajiet tiegħu f’liema każ dik il-
parti biss mill-income tiegħu li hu attribwibbli għal dak il-bażi fiss tista’
tiġi ntaxxata f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor, jew
(b) jekk il-qagħda tiegħu fl-Istat Kontraenti l-ieħor tkun għal żmien jew
żminijiet li fit-total ikunu jġibu jew jaqbżu l-183 ġurnata matul xi sena
kalendarja; jew
(ċ) jekk ir-rimunerazzjoni għas-servizzi tiegħu fl-Istat Kontraenti l-ieħor
tkun miksuba minn residenti ta’ dak l-Istat u tkun aktar mill-ekwivalenti
12 L.S.123.33 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA
ta’ 10,000 ECU matul is-sena kalendarja, minkejja li l-qagħda tiegħu
f’dak l-Istat tkun għal żmien jew żminijiet li fit-total ikunu anqas minn
183 ġurnata matul dik is-sena.
(2) Il-frażi "servizzi professjonali" tinkludi speċjalment attivitajiet indipendenti
xjentifiċi, letterarji, artistiċi, edukattivi jew ta’ tagħlim kif ukoll attivitajiet
indipendenti ta’ tobba, avukati, inġiniera, periti, dentisti u accountants.
ARTIKOLU 15
Servizzi Personali Dipendenti
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 16, 18, 19 u 20, salarji, pagi u
kumpens ieħor bħal dan li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg
għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jiġix
eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk eżerċitat, dak il-kumpens
li jinkiseb minnu jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor ikun
taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
(a) min jirċevih ikun qiegħed fl-Istat l-ieħor għal żmien jew żminijiet li fit-
total ma jkunux aktar minn 183 ġurnata f’dik is-sena kalendarja
partikolari; u
(b) il-kumpens ikun imħallas minn, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx
residenti ta’ l-Istat l-ieħor, u
(ċ) dak il-kumpens ma jkunx piż fuq l-istabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li l-prinċipal ikollu fl-Istat l-ieħor.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, kumpens miksub
dwar impieg eżerċitat abbord bastiment, inġenji ta’ l-ajru jew vettura fuq l-art
imħaddma fi traffiku internazzjonali tista’ tkun taxxabbli fl-Istat Kontraenti fejn
ikun jinsab il-post ta’ tmexxija effettiva ta’ l-impriża.
ARTIKOLU 16
Drittijiet tad-Diretturi
Id-drittijiet u ħlasijiet simili tad-diretturi li jinkisbu minn residenti ta’
wieħed mill-Istati Kontraenti fil-kariga tiegħu bħala membru tal-bord tad-diretturi,
jew ta’ korp ieħor bħal dak kif jista’ jkun mod ieħor magħruf, ta’ kumpannija li tkun
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat Kontraenti l-
ieħor.
ARTIKOLU 17
Artisti u Sportivi
(1) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 14 u 15, income
miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn uħud li jagħtu spettaklu, bħal artisti
tat-teatru, tal-films ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni jew mużiċista jew
bħala sportiv mill-attivitajiet personali tiegħu eżerċitati fl-Istat Kontraenti l-ieħor,
jistgħu jiġu ntaxxati f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor.
(2) Meta income dwar l-attivitajiet personali eżerċitati minn wieħed li jagħti
spettaklu jew sportiv bħala hekk jinqala’ mhux minn dak li jagħti spettaklu jew mill-
isportiv innifsu imma minn persuna oħra, dak l-income jista’, minkejja d-
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA ġ L.S.123.33 13
disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7, 14 u 15, jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti fejn l-
attivitajiet ta’ dak li jagħti spettaklu jew ta’ l-isportiv jiġu eżerċitati.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ta’ dan l-Artikolu,
income imsemmi f’dan l-Artikolu jkun eżenti mit-taxxa fl-Istat Kontraenti fejn
titwettaq l-attività  ta’ min jagħti spettaklu jew ta’ l-isportiv kemm-il darba dik l-
attività  tkun mgħejjuna f’parti konsiderevoli tagħha mill-fondi pubbliċi ta’ dak l-
Istat jew ta’ l-Istat l-ieħor jew l-attività  titwettaq bis-saħħa ta’ ftehim jew
arranġament kulturali bejn l-Istati Kontraenti.
ARTIKOLU 18
Pensjonijiet
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) ta’ l-Artikolu 19, kull
pensjoni u rimunerazzjoni oħra simili li titħallas lil residenti ta’ Stat Kontraenti
minħabba f’impieg li kellu qabel għandhom jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), pensjonijiet u ħlasijiet oħra li
jinħarġu bis-saħħa tal-liġijiet tas-sigurtà  soċjali ta’ Stat Kontraenti għandhom jiġu
intaxxati biss f’dak l-Istat.
ARTIKOLU 19
Servizz tal-Gvern
(1) (a) Rimunerazzjoni, barra minn pensjoni, imħallsa minn Stat Kontraenti jew
minn sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu, lil xi individwu dwar
servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew sotto-diviżjoni jew awtorità  tiegħu tista’ tiġi
intaxxata biss f’dak l-Istat.
(b) Iżda, dik ir-rimunerazzjoni tkun tista’ tiġi intaxxata biss fl-Istat Kontraenti
l-ieħor jekk is-servizzi jingħataw f’dak l-Istat u l-individwu jkun residenti f’dak l-
Istat li:
(i) ikun nazzjonali ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat sabiex unikament jaqdi dawk is-
servizzi.
(2) (a) Kull pensjoni mħallsa minn, jew li toħroġ minn fond maħluq minn Stat
Kontraenti jew sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu, lil xi individwu
dwar servizzi mogħtija lil dak l-Istat, sotto-diviżjoni jew awtorità  tiegħu tista’ tiġi
intaxxata biss f’dak l-Istat.
(b) Iżda, dik il-pensjoni tkun tista’ tiġi intaxxata biss fl-Istat Kontraenti l-ieħor
jekk l-individwu jkun residenti u nazzjonali ta’ dak l-Istat.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15, 16 u 18 għandhom japplikaw għal
rimunerazzjoni u pensjonijiet dwar servizzi mogħtija dwar negozju mmexxi minn
Stat Kontraenti jew minn sotto-diviżjoni politika jew minn awtorità  lokali tiegħu.
ARTIKOLU 20
Professuri u Għalliema
(1) Meta professur jew għalliem li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti jżur l-lstat
Kontraenti l-ieħor għal perjodu ta’ mhux aktar minn sentejn bil-għan li jgħallem jew
li jagħmel studju jew riċerka avvanzati ġewwa università , kulleġġ, skola jew
14 L.S.123.33 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA
istituzzjoni edukattiva oħra f’dak l-Istat l-ieħor, kull rimunerazzjoni li dik il-persuna
tirċievi għal dak it-tagħlim, studju jew riċerka avvanzati jkunu eżenti mit-taxxa
f’dak l-Istat l-ieħor fil-qies li dik ir-rimunerazzjoni hi, jew ma’ l-applikazzjoni ta’
dan l-Artikolu tkun, suġġeta għat-taxxa fl-Istat l-ewwel imsemmi.
(2) Dan l-Artikolu ma japplikax għal dik ir-rimunerazzjoni li professur jew
għalliem jirċievi talli jkun għamel riċerka jekk dik ir-riċerka tkun saret bil-għan
ewlieni li tkun għall-benefiċċju privat ta’ persuna jew persuni speċifiċi.
ARTIKOLU 21
Studenti u Trainees
Individwu li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti minnufih qabel ma jagħmel
żjara lill-Istat Kontraenti l-ieħor u li jkun għal xi żmien preżenti fl-Istat l-ieħor biss:
(a) bħala student f’università , kulleġġ jew skola rikonoxxuti jew
f’istituzzjoni edukattiva oħra rikonoxxuta bħal dawk, f’dak l-Istat l-
ieħor;
(b) bħala apprendist kummerċjali jew tekniku; jew
(ċ) bħala wieħed li jirċievi għotja, allowance jew rigal bil-għan ewlieni ta’
studju, riċerka jew taħriġ mingħand il-gvern ta’ xi wieħed mill-Istati
jew minn organizzazzjoni xjentifika, edukattiva, reliġjuża jew
filantropika jew bis-saħħa ta’ programm ta’ assistenza teknika li jkun
għamel il-Gvern ta’ Stat,
jkun eżenti mit-taxxa f’dak l-Istat l-ieħor fuq:
(i) kull ma jirċievi minn barra l-pajjiż għall-finijiet tal-manteniment,
edukazzjoni, studju, riċerka jew taħriġ tiegħu;
(ii) is-somma ta’ dik l-għotja, allowance jew rigal; u
(iii) kull rimunerazzjoni li ma tkunx taqbeż l-ekwivalenti ta’ 5,000
ECU matul xi sena kalendarja waħda dwar servizzi f’dak l-Istat l-
ieħor kemm-il darba dawk is-servizzi jitwettqu f’dak li għandu
x’jaqsam ma’ l-istudju, riċerka jew taħriġ tiegħu jew ikunu
meħtieġa għall-manteniment tiegħu.
ARTIKOLU 22
Income Ieħor
(1) Oġġetti ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jinqalgħu minn fejn
jinqalgħu, li ma humiex trattati fl-Artikoli ta’ qabel ta’ dan il-Ftehim għandhom
ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
(2) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ma għandhomx japplikaw għal income,
li ma jkunx income minn proprjetà  immobbli kif imfisser fil-paragrafu (2) ta’ l-
Artikolu 6, jekk min jirċievi dak l-income, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti,
jiġġestixxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti li
jkun jinsab f’dak l-Istat, jew iwettaq f’dak l-Istat l-ieħor servizzi personali
indipendenti minn bażi fiss li jkun jinsab f’dak l-Istat, u d-dritt jew il-proprjetà  li
dwarhom jitħallas l-income ikollu x’jaqsam b’mod effettiv ma’ dak l-istabbiliment
jew bażi fiss. F’dak il-każ, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7
jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA ġ L.S.123.33 15
ARTIKOLU 23
Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
(1) Fil-każ tal-Polonja it-taxxa doppja għandha tiġi evitata kif jidher hawn taħt:
(a) Meta residenti tal-Polonja jikseb income li, skond id-disposizzjonijiet
ta’ dan il-Ftehim, dan jista’ jiġi intaxxat f’Malta, il-Polonja għandha,
bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subparagrafu (b), teżenta dak l-
income mit-taxxa iżda tista’, meta tkun qegħda tikkalkula t-taxxa fuq l-
income li jifdal ta’ dak ir-resident, tapplika dik ir-rata ta’ taxxa li kienet
tkun applikabbli li kieku l-income eżentat ma kienx ġie hekk eżentat.
(b) Meta residenti tal-Polonja jikseb income, li skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-Artikoli 10, 11 u 12 jista’ jiġi intaxxat f’Malta, il-Polonja għandha
tippermetti bħala tnaqqis mit-taxxa fuq l-income ta’ dik il-persuna
ammont li jkun daqsinsew it-taxxa fuq l-income li titħallas f’Malta. Dak
it-tnaqqis ma għandux, madankollu, ikun iktar minn dak is-sehem tat-
taxxa, li jkun inħadem qabel ma jingħata t-tnaqqis, li jkun
korrispondenti għal dak l-income li jista’ jiġi ntaxxat f’Malta.
(2) Fil-każ ta’ Malta, it-taxxa doppja għandha titneħħa kif jidher hawn taħt:
Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Malta dwar l-għoti ta’ kreditu
għat-taxxa ta’ Malta dwar taxxa ta’ barra minn Malta, meta, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, ikun hemm magħdud fi stima ta’ Malta income
minn għejjun li jkunu fil-Polonja, it-taxxa tal-Polonja fuq income bħal dak għandha
tingħata bħala kreditu kontra t-taxxa ta’ Malta li titħallas fuqu.
(3) Għall-għanijiet ta’ l-għoti ta’ kreditu, it-taxxa li għandha titħallas fil-
Polonja jew f’Malta skond kif ikun meħtieġ għandha titqies li tinkludi dik it-taxxa li
altrimenti titħallas fi Stat Kontraenti iżda li tkun ġiet imnaqqsa jew ċeduta minn dak
l-Istat bis-saħħa tad-disposizzjonijiet legali tiegħu dwar inċentivi rigward it-taxxa.
(4) Meta l-Ftehim ikun jipprovdi li l-income li jsir minn Stat Kontraenti għandu
jinħeles mit-taxxa f’dak l-Istat, sew jekk kollu kemm hu jew parti minnu, u, skond il-
liġi fis-seħħ fl-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-income ikun suġġett għat-taxxa
b’referenza għall-ammont tiegħu li jintbagħat lura jew jiġi riċevut f’dak l-Istat l-
ieħor u mhux b’referenza għall-ammont sħiħ tiegħu, jiġri li l-ħelsien li jkun permess
fl-ewwel Stat imsemmi għandu jkun japplika biss għal daqstant mill-income
daqskemm jintbagħat lura jew jiġi riċevut fl-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 24
Ebda Diskriminazzjoni
(1) Nazzjonali ta’ Stat Kontraenti ma għandhomx jiġu suġġetti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għal xi tassazzjoni jew xi ħtieġa li għandha x’taqsam magħha, li
ma tkunx jew li tkun ta’ piż aktar mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu
magħha li għalihom nazzjonali ta’ dak l-Istat l-ieħor fl-istess ċirkostanzi huma jew
jistgħu jkunu suġġetti. Din id-disposizzjoni għandha, minkejja d-disposizzjonijiet ta’
l-Artikolu 1, tapplika wkoll għal dawk il-persuni li ma jkunux residenti ta’ xi wieħed
minn, jew taż-żewġ Stati Kontraenti.
(2) It-tassazzjoni fuq stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor ma għandhiex tinġabar f’dak l-Istat l-ieħor b’mod
inqas favorevoli mit-tassazzjoni miġbura fuq impriżi f’dak l-Istat l-ieħor li jmexxu l-
istess attivitajiet.
(3) Ħlief meta d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ta’ l-Artikolu 9, tal-
16 L.S.123.33 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA
paragrafu (7) ta’ l-Artikolu 11, jew tal-paragrafu (6) ta’ l-Artikolu 12 ikunu
japplikaw, kull imgħax, royalties u ħlasijiet oħra li jsiru minn impriża ta’ Stat
Kontraenti lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor għandhom bil-għan li jiġi
stabbilit il-qligħ taxxabbli ta’ dik l-impriża, jitnaqqsu taħt l-istess kundizzjonijiet
daqslikieku kienu tħallsu lil residenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi.
(4) Impriżi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom ikun proprjetà  ta’ jew
ikkontrollat minn, għal kollox jew f’parti, direttament jew indirettament, residenti
wieħed jew aktar ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, ma jkunux suġġetti fl-Istat l-ewwel
imsemmi għal xi tassazzjoni jew xi ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu magħha li tkun
oħra jew ta’ aktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu magħha li
impriżi oħra bħalhom ta’ dak l-Istat l-ewwel imsemmi huma jew jistgħu jkunu
suġġetti għalihom.
(5) Xejn li hemm f’dan l-Artikolu ma għandu jitqies li jorbot Stat Kontraenti li
jagħti lil individwi li jkunu residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor xi tnaqqis
personali, ħelsien jew tnaqqis għall-finijiet ta’ taxxa minħabba l-istatus ċivili, ir-
responsabbiltajiet tal-familja jew kull ċirkostanza personali oħra li huwa jagħti lir-
residenti tiegħu stess.
(6) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu japplikaw għat-taxxi
msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 25
Proċedura għal Ftehim Reċiproku
(1) Meta persuna jidhrilha li l-azzjonijiet ta’ l-awtorità  kompetenti ta’ wieħed
mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn iwasslu jew jistgħu jwasslu li tiġi ntaxxata mhux
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, hija tista’, minkejja r-rimedji provduti
bil-liġi domestika ta’ dawk l-Istati, tippreżenta l-każ tagħha lill-awtorità  kompetenti
ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu hija residenti jew, jekk il-każ tagħha jkun jaqa’ taħt il-
paragrafu (1) ta’ l-Artikolu 24, lill-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li
tagħha tkun nazzjonali. Il-każ għandu jiġi preżentat fi żmien tliet snin mill-ewwel
notifika ta’ l-azzjoni li tagħti lok għal tassazzjoni li ma tkunx skond id-
disposizzjonijiet tal-Ftehim.
(2) L-awtorità  kompetenti għandha tara, jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal
għal soluzzjoni tajba, li tiddeċiedi l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità
kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, bil-għan li tiġi evitata tassazzjoni li ma
tkunx skond dan il-Ftehim. Kull ftehim milħuq għandu jitwettaq minkejja kull
terminu ta’ żmien li jkun hemm fil-liġi domestika ta’ l-Istat Kontraenti.
(3) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti għandhom jaraw li jirrisolvu
bi ftehim reċiproku xi diffikultajiet jew dubbji li jinqalgħu dwar l-interpretazzjoni
jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Huma jistgħu jikkonsultaw ma’ xulxin dwar it-
tneħħija ta’ taxxa doppja f’dawk il-każijiet fejn mhemmx provdut dwarhom fil-
Ftehim.
(4) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti jistgħu jikkomunikaw
direttament ma’ xulxin bil-għan li jintlaħaq ftehim dwar kif hemm fil-paragrafi (1),
(2) u (3) ta’ dan l-Artikolu. Meta jkun jidher rakkomandabbli sabiex jintlaħaq ftehim
li għandu jsir skambju verbali ta’ fehmiet, dak l-iskambju jkun jista’ jsir permezz ta’
Kummissjoni li tkun komposta minn rappreżentanti ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’
l-Istati Kontraenti.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA ġ L.S.123.33 17
ARTIKOLU 26
Tibdil ta’ Informazzjoni
(1) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jibdlu dik l-
informazzjoni li tkun meħtieġa sabiex jitwettqu d-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim
jew tal-liġijiet domestiċi ta’ l-Istati Kontraenti dwar taxxi milquta bil-Ftehim safejn
it-tassazzjoni ma tmurx kontra l-Ftehim. It-tibdil ta’ informazzjoni mhuwiex ristrett
bl-Artikolu 1. Kull informazzjoni li tasal għand Stat Kontraenti għandha titqies
sigrieta bl-istess mod bħal informazzjoni miksuba taħt il-liġijiet domestiċi ta’ dak l-
Istat u għandha titgħarraf biss lil persuni jew awtoritajiet (magħduda qrati u korpi
amministrattivi) imdaħħla fl-istima jew ġbir ta’, l-infurzar jew prosekuzzjoni dwar,
jew il-qtugħ ta’ appelli dwar, it-taxxi milquta bil-Ftehim. Dawn il-persuni jew
awtoritajiet għandhom jużaw l-informazzjoni għal dawk l-għanijiet biss. Jistgħu
jikxfu dik l-informazzjoni fi proċedimenti li jsiru f’qorti pubblika jew f’sentenzi tal-
qorti.
(2) F’ebda każ ma għandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) jitqiesu li
jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
(a) li jieħu miżuri amministrattivi li ma jaqblux mal-liġijiet jew l-użanza
amministrattiva ta’ dak l-Istat Kontraenti jew ta’ l-ieħor;
(b) li jagħti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taħt il-liġijiet jew fil-
kors normali ta’ l-użanza amministrattiva ta’ dak l-Istat Kontraenti jew
ta’ l-ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet tal-kummerċ, tan-negozju,
industrijali, kummerċjali jew professjonali jew proċess tal-kummerċ,
jew li jagħti informazzjoni li l-kxif tagħha jkun kontra l-ordni pubbliku
(ordre public).
ARTIKOLU 27
Aġenti Diplomatiċi u Uffiċjali Konsulari
Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġġi fiskali ta’
uffiċjali diplomatiċi u konsulari taħt ir-regoli ġenerali tad-dritt internazzjonali jew
taħt id-disposizzjonijiet ta’ kull ftehim speċjali.
ARTIKOLU 28
Bidu fis-Seħħ
(1) Kull wieħed mill-Istati Kontraenti għandhom jagħtu avviż lill-ieħor dwar it-
temma tal-proċeduri meħtieġa skond il-liġi sabiex dan il-Ftehim jinġieb fis-seħħ.
(2) Dan il-Ftehim għandu jibda jseħħ tletin ġurnata wara d-data ta’ l-aħħar mill-
avviżi u d-disposizzjonijiet tiegħu għandu jkollhom effett:
(a) f’Malta:
dwar taxxi għal sena ta’ stima li tibda fl-1 jew wara l-1 ta’ Jannar tat-
tieni sena kalendarja li tiġi wara s-sena li fiha jseħħ dan il-Ftehim;
(b) fil-Polonja:
(i) dwar taxxi miżmuma f’ras il-għajn, għal ammonti ta’ income
miksuba fl-1 jew wara l-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja li tiġi
minnufih wara s-sena li fiha jibda jseħħ il-Ftehim; u
(ii) dwar taxxi oħra fuq l-income, għal dawk it-taxxi li jinġabru għal
18 L.S.123.33 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA
xi sena ta’ taxxa li tibda fl-1 jew wara l-1 ta’ Jannar fis-sena
kalendarja li tiġi minnufih wara s-sena meta l-Ftehim jibda jseħħ.
ARTIKOLU 29
Terminazzjoni
Dan il-Ftehim għandu jibqa’ jseħħ sakemm jiġi terminat minn Stat
Kontraenti. Kull wieħed mill-Istati Kontraenti jista’ jtemm il-Ftehim, permezz ta’
kanali diplomatiċi, billi jagħti avviż bil-miktub tat-terminazzjoni mill-anqas sitt xhur
qabel it-tmiem ta’ xi sena kalendarja li tibda wara li jintemm perijodu ta’ ħames snin
minn meta l-Ftehim ikun beda jseħħ. F’dak il-każ, il-Ftehim ma għandux jibqa’ fis-
seħħ:
(a) f’Malta:
dwar taxxi għal sena ta’ stima li tkun li tibda fl-1 jew wara l-1 ta’ Jannar
fit-tieni sena kalendarja li tiġi wara s-sena meta jingħata l-avviż;
(b) fil-Polonja:
(i) dwar taxxi miżmuma f’ras il-għajn, għal ammonti ta’ income
miksuba fl-1 jew wara l-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja li tiġi
minnufih wara s-sena meta jingħata l-avviż; u
(ii) dwar taxxi oħra fuq l-income, għal dawk it-taxxi li jinġabru għal
xi sena ta’ taxxa li tibda fl-1 jew wara l-1 ta’ Jannar fis-sena
kalendarja li tiġi minnufih wara s-sena meta jingħata l-avviż.
B’XIEHDA ta’ dan is-sottoskritti awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan, iffirmaw
dan il-Ftehim.
MAGĦMUL fil-Belt Valletta, illum is-7 ta’ Jannar, 1994, in duplikat fl-Ilsien
Ingliż u dak Pollakk, iż-żewġ testi awtentiċi daqsinsew.
VICTOR CAMILLERI
GĦALL-GVERN TA’ MALTA
PANA BOLESLAVA MICHALKA
GĦALL-GVERN TAR-REPUBBLIKA 
TAL-POLONJA
