EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-INDJA ġ S.L.123.34 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.34
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-REPUBBLIKA TA’ L-INDJA
8 ta’ Frar, 1995
L-AVVIŻ LEGALI 46 ta’ l-1995.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Repubblika ta’ l-Indja.
Arranġamenti 
jkollhom seħħ.
2. Qiegħed jiġi hawnhekk dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-Ordni ġew magħmula mal-Gvern
tar-Repubblika ta’ l-Indja sabiex jingħata ħelsien minn
taxxa doppja dwar it-taxxi li ġejjin stabbiliti bil-liġijiet
tar-Repubblika ta’ l-Indja:
it-taxxa fuq l-income inkluża kull soprataxxa fuqha;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arranġamenti jkollhom
effett.
2 ġ S.L.123.34
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-INDJA
S K E D A
FTEHIM
BEJN MALTA U R-REPUBBLIKA TA’ L-INDJA
GĦALL-ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
U BIEX TIĠI EVITATA EVAŻJONI FISKALI
DWAR TAXXI FUQ L-INCOME
Il-Gvern ta’ Malta u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Indja, billi jixtiequ
jagħmlu Ftehim għall-Ħelsien minn Taxxa Doppja u biex tiġi evitata evażjoni fiskali
dwar taxxi fuq l-income, ftehmu kif ġej:
KAPITOLU I
Ghan tal-Ftehim
ARTIKOLU 1
Għan Personali
Dan il-Ftehim għandu japplika għall-persuni li huma residenti ta’ wieħed
mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn.
ARTIKOLU 2
Taxxi Koperti
(1) It-taxxi eżistenti li għalihom japplika dan il-Ftehim huma:
(a) f’Malta:
it-taxxa fuq l-income,
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ Malta");
(b) fl-Indja:
it-taxxa fuq l-income inkluża kull soprataxxa fuqha;
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ l-Indja").
(2) Il-Ftehim għandu wkoll japplika għal kull taxxa bħalhom jew li
sostanzjalment tixbaħhom li jiġu imposti minn xi wieħed mill-Istati Kontraenti wara
d-data li fiha dan il-Ftehim jiġi ffirmat b’żieda ma’, jew minflok, it-taxxi msemmija
fil-paragrafu (1). L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom javżaw
lil xulxin b’kull tibdil sinjifikanti li jsir fil-liġijiet tagħhom rispettivi li jirrigwardaw
it-taxxa.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Artikolu dan il-Ftehim ma
japplikax għal taxxa mħallsa jew li titħallas f’Malta skond id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (13) ta’ l-artikolu 56 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, dwar l-income
taxxabbli ta’ persuna li tkun taħdem fil-produzzjoni ta’ żejt petroleum li jiġi prodott
f’Malta, jew kull disposizzjoni oħra sostanzjalment simili li tiġi imposta wara d-data
tal-firma ta’ dan il-Ftehim.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-INDJA ġ S.L.123.34 3
KAPITOLU II
Tifsiriet
ARTIKOLU 3
Tifsiriet Ġenerali
(1) Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra:
(a) il-frażi "Indja" tfisser it-territorju ta’ l-Indja u tinkludi l-baħar territorjali u
l-ispazju ta’ l-ajru fuq dak it-territorju, kif ukoll kull żona marittima oħra li l-Indja
jkollha drittijiet sovrani fuqhom, drittijiet u ġurisdizzjonijiet oħra, skond il-liġi ta’ l-
Indja u skond id-dritt internazzjonali/il-Konvenzjoni tan-N.U. fuq il-Liġi tal-Baħar;
(b) il-frażi "Malta" meta użata f’sens ġeografiku tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-
Gżira ta’ Għawdex u l-gżejjer l-ohra ta’ l-Arċipelagu Malti, flimkien ma’ l-ibħra
territorjali tagħhom, u kull area barra mill-baħar territorjali ta’ Malta li, skond il-liġi
internazzjonali, hi hekk imsemmija jew aktar ’il quddiem tista’ tissejjaħ, taħt il-liġi
ta’ Malta dwar il-Blata Kontinentali, bħala area li fiha d-drittijiet ta’ Malta dwar
qiegħ il-baħar u s-sottoswol u r-riżorsi naturali tagħhom jistgħu jiġu eżerċitati;
(ċ) il-frażi "kumpannija" tfisser kull għaqda korporata jew kull enti li titqies
bħala għaqda korporata għall-finijiet ta’ taxxa;
(d) il-frażi "awtorità  kompetenti" tfisser fil-każ ta’ l-Indja, il-Gvern Ċentrali fil-
Ministeru tal-Finanzi (Dipartiment tad-Dħul) jew ir-rappreżentant awtorizzat
tagħhom; u fil-każ ta’ Malta, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu;
(e) il-frażi "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-ieħor" ifissru, skond ma
teħtieġ ir-rabta tal-kliem, l-Indja jew Malta;
(f) il-frażi "impriża ta’ Stat Kontraenti" u "impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor" ifissru rispettivament impriża li titmexxa minn residenti ta’ Stat Kontraenti u
impriża li titmexxa minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(g) il-frażi "sena fiskali" għar-rigward tat-taxxa ta’ l-Indja tfisser "is-sena ta’
qabel" kif imfissra fl-Income Tax Act, 1961 (43 ta’ l-1961) u għar-rigward tat-taxxa
ta’ Malta tfisser is-sena li tiġi minnufih qabel "is-sena ta’ stima" kif imfissra fl-Att
dwar it-Taxxa fuq l-Income;
(h) il-frażi "traffiku internazzjonali" tfisser kull trasport b’bastiment jew
b’inġenji ta’ l-ajru imħaddma minn impriża ta’ Stat Kontraenti, barra minn meta l-
bastiment jew l-inġenji ta’ l-ajru jkunu mħaddma biss bejn postijiet fl-Istat
Kontraenti l-ieħor;
(i) il-frażi "nazzjonali" tfisser individwu li jkollu n-nazzjonalità  ta’ Stat
Kontraenti u persuna ġuridika, soċjetà  jew assoċjazzjoni li tikseb dak l-istat tagħha
bis-saħħa tal-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Kontraenti;
(j) il-frażi "persuna" tinkludi individwu, kumpannija, korp ta’ persuni u kull
enti ieħor li jiġi stmat bħala unità  taxxabbli skond il-liġijiet tat-taxxa li jkunu jseħħu
fl-Istati Kontraenti rispettivi;
(k) il-frażi "taxxa" tifsser it-taxxa ta’ l-Indja jew it-taxxa ta’ Malta skond ma
teħtieġ ir-rabta tal-kliem, iżda ma għandhiex tinkludi ammont li jkollu jitħallas
minħabba f’xi nuqqas jew omissjoni għar-rigward ta’ xi taxxi li dwarhom ikun
japplika dan il-ftehim jew li jkun jirrappreżenta xi penali imposta li jkollha x’taqsam
ma’ dawk it-taxxi.
4 ġ S.L.123.34
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-INDJA
(2) Rigward l-applikazzjoni tal-Ftehim minn Stat Kontraenti, kull frażi li ma
tkunx imfissra fih għandha, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra,
ikollha l-istess tifsir kif mogħti lilha taħt il-liġi ta’ dak l-Istat dwar it-taxxi li dan il-
Ftehim japplika għalihom.
ARTIKOLU 4
Residenti
(1) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "residenti ta’ Stat Kontraenti" tfisser
kull persuna li, taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat, hija suġġetta għat-taxxa hemmhekk
minħabba d-domiċilju, ir-residenza, post tal-maniġġ jew xi kriterju ieħor ta’ xorta
bħal din.
(2) Fejn minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) individwu jkun residenti
taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-Istat tiegħu għandu jiġi determinat kif ġej:
(a) huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti li fih ikollu
dar permanenti għad-disposizzjoni tiegħu; jekk huwa jkollu dar
permanenti għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati, huwa għandu
jitqies li huwa residenti ta’ l-Istat Kontraenti li miegħu ir-relazzjonijiet
personali u ekonomiċi tiegħu jkunu l-aktar marbuta (ċentru ta’ interessi
vitali);
(b) jekk l-Istat li fih huwa jkollu ċ-ċentru ta’ interessi vitali ma jistax jiġi
determinat, jew jekk huwa ma jkollux għad-disposizzjoni tiegħu dar
permanenti fl-ebda Stat, huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat
Kontraenti li fih soltu jirrisjedi;
(ċ) jekk huwa s-soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati jew f’ebda wieħed minnhom,
huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu jkun
nazzjonali;
(d) jekk huwa jkun nazzjonali taż-żewġ Stati jew ta’ l-ebda wieħed
minnhom, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom
jiddeċiedu l-każ bi ftehim bejniethom.
(3) Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, din għandha għaldaqstant titqies
bħala residenti ta’ l-Istat Kontraenti fejn ikun jinsab il-post effettiv tal-maniġġ
tagħha.
ARTIKOLU 5
Stabbiliment Permanenti
(1) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim il-frażi "stabbiliment permanenti" tfisser post
tan-negozju fiss li minnu jiġi mmexxi għal kollox jew f’parti x-xogħol ta’ l-impriża.
(2) Il-frażi "stabbiliment permanenti" tinkludi b’mod speċjali:
(a) post ta’ maniġġ;
(b) fergħa;
(ċ) uffiċċju;
(d) fabbrika;
(e) ħanut tax-xogħol;
(f) minjiera, bir taż-żejt jew tal-gass, barriera jew kull post ieħor ta’
estrazzjoni ta’ riżorsi naturali inkluż sit ta’ drilling fuq il-baħar;
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-INDJA ġ S.L.123.34 5
(g) art li tkun qegħda tinbena jew proġett ta’ kostruzzjoni jew assemblaġġ
jew attivitajiet superviżorji li għandhom x’jaqsmu ma’ dan, meta dik l-
art, proġett jew attivitajiet ikomplu għal perijodu ta’ iktar minn sitt
xhur.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frażi
"stabbiliment permanenti" għandha titqies li ma tinkludix:
(a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim ta’
oġġetti jew merkanzija li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża;
(b) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim;
(ċ) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ proċessar minn impriża oħra;
(d) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ xiri ta’ oġġetti jew
merkanzija jew ta’ ġbir ta’ tagħrif għall-impriża;
(e) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss li tagħmel, għall-
impriża, xi attività  oħra ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja.
(4) Persuna li tkun okkupata fi Stat Kontraenti fl-esplojtazzjoni ta’ qiegħ il-
baħar u tas-sottoswol jew fl-esplojtazzjoni ta’ riżorsi naturali li jkunu jinsabu
hemmhekk kif ukoll f’attivitajiet li jkunu komplementari jew awżiljarji għal dawk l-
attivitajiet, titqies li tkun qed twettaq dawk l-attivitajiet permezz ta’ stabbiliment
permanenti f’dak l-Istat.
(5) Impriża ta’ Stat Kontraenti titqies li jkollha stabbiliment permanenti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jekk:
(a) ikun qed jintuża jew jiġi stallat tagħmir konsiderevoli f’dak l-Istat l-
ieħor, minn, għal jew b’kuntratt ma’ l-impriża;
(b) l-impriża twettaq attività  superviżorja f’dak l-Istat li jkollha x’taqsam
ma’ l-użu tat-tagħmir imsemmi fis-subparagrafu (a).
(6) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2), meta persuna - li ma
tkunx aġent ta’ status indipendenti li għaliha japplika l-paragrafu (7) - taġixxi għan-
nom ta’ impriża u għandha, u soltu twettaq fi Stat Kontraenti awtorità  li tikkonkludi
kuntratti f’isem l-impriża, dik l-impriża għandha titqies li għandha stabbiliment
permanenti f’dak l-Istat dwar kull attività  li dik il-persuna tagħmel għall-impriża,
sakemm l-attivitajiet ta’ dik il-persuna ma jkunux limitati għax-xiri ta’ oġġetti jew
merkanzija għall-impriża.
(7) Impriża ta’ Stat Kontraenti ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment
permanenti fi Stat Kontraenti ieħor għaliex biss tmexxi negozju f’dak l-Istat ieħor
permezz ta’ sensal, aġent ġenerali b’kummissjoni jew xi aġent ieħor bi status
indipendenti, meta dawk il-persuni jaġixxu fil-kors ordinarju tan-negozju tagħhom.
Iżda, meta l-attivitajiet ta’ dak l-aġent ikunu għal kollox jew kważi għal
kollox dedikati għal dik l-impriża, huwa ma għandux jitqies bħala aġent bi status
indipendenti jekk it-transazzjonijiet bejn l-aġent u l-impriża ma jkunux saru
f’kundizzjonijiet at arm’s length.
(8) Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikkontrolla jew
tkun kontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, jew
li tmexxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta’ stabbiliment permanenti sew
xort’oħra), ma għandux fih innifsu jikkostitwixxi xi waħda mill-kumpanniji bħala
stabbiliment permanenti ta’ l-oħra.
6 ġ S.L.123.34
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-INDJA
KAPITOLU III
Tassazzjoni ta’ Income
ARTIKOLU 6
Income minn Proprjetà  Immobiljari
(1) Income miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn proprjetà
immobiljari (inkluż income minn xogħol fl-agrikoltura jew fil-boskijiet) sitwata fl-
Istat Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Il-frażi "proprjetà  immobiljari" għandu jkollha l-istess tifsir li għandha taħt
il-liġi ta’ l-Istat Kontraenti li fih il-proprjetà  li tkun hija sitwata. Il-frażi għandha
f’kull każ tinkludi proprjetà  aċċessorja għal proprjetà  immobiljari, bhejjem u
tagħmir użati fl-agrikoltura jew fil-boskijiet, drittijiet li għalihom japplikaw id-
disposizzjonijiet tal-liġi ġenerali dwar proprjetà  terrena, użufrutt ta’ proprjetà
immobiljari u drittijiet għal ħlasijiet li jvarjaw jew fissi bħala kumpens għall-ħdim
ta’, jew għall-jedd li jinħadmu jew li jiġu esplorati depożiti minerali, għejjun u
riżorsi oħra naturali. Bastimenti, dgħajjes u inġenji ta’ l-ajru ma għandhomx jitqiesu
bħala proprjetà  immobiljari.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) għandhom ukoll japplikaw għal income
li jinkiseb mill-użu dirett, kiri, jew użu ta’ kull xort’oħra ta’ proprjetà  immobiljari.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (3) għandhom japplikaw ukoll għal
income minn proprjetà  immobiljari ta’ impriża u għal income minn proprjetà
immobiljari li tkun użata għall-qadi ta’ servizzi personali indipendenti.
ARTIKOLU 7
Profitti minn Negozju
(1) Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti għandhom jiġu ntaxxati biss f’dak
l-Istat kemm-il darba l-impriża ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk. Jekk l-impriża
tmexxi negozju kif intqal qabel, il-profitti ta’ l-impriża jistgħu jiġu ntaxxati fl-Istat
l-ieħor iżda biss dik il-parti minnhom li tkun direttament jew indirettament
attribwibbli għal dak l-istabbiliment permanenti. Il-kliem "direttament jew
indirettament" ifissru, għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, li meta stabbiliment
permanenti jkollu parti attiva fin-negozjar, firmar jew twettiq ta’ kuntratti
magħmulin mill-impriża, għaldaqshekk, minkejja li dik il-parti l-oħra ta’ l-impriża
tkun ukoll ħadet sehem f’dawk it-transazzjonijiet, għandu jiġi attribwit lill-
istabbiliment permanenti dak il-proporzjon mill-profitti ta’ l-impriża li joħorġu minn
dawk il-kuntratti bħalma l-kontribuzzjoni ta’ l-istabbiliment permanenti għal dawk
it-transazzjonijiet ikollha għal dak ta’ l-impriża kollha kemm hi.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (3), meta impriża ta’ Stat
Kontraenti tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qiegħed hemmhekk, għandhom jiġu attribwiti lil dak l-
istabbiliment permanenti f’kull Stat Kontraenti l-profitti li kien ikun mistenni
jagħmel kieku kien impriża distinta u separata li taħdem fl-istess attivitajiet jew
oħrajn bħalhom taħt l-istess kundizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem
indipendentement għal kollox mill-impriża li tagħha hija stabbiliment permanenti
jew mill-impriżi oħra assoċjati li tittratta magħhom.
(3) Biex jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, għandhom ikunu
permessi bħala tnaqqis dawk l-ispejjeż ta’ l-impriża, li jkun spejjeż li jsiru għall-
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-INDJA ġ S.L.123.34 7
għanijiet ta’ l-istabbiliment permanenti (magħduda l-ispejjeż eżekuttivi u
amministrattivi ġenerali li jsiru) u li jkunu jitnaqqsu li kieku l-istabbiliment
permanenti kien enti indipendenti li jkun ħallas dawk l-ispejjeż, sew jekk ikunu saru
fl-Istat Kontraenti li fih ikun hemm l-istabbiliment permanenti jew jekk ikunu saru
band’oħra skond id-disposizzjonijiet tal-liġijiet tat-tassazzjoni ta’ dak l-Istat u kif
suġġetti għal-limiti mqegħda bl-istess liġijiet.
(4) Ebda ħaġa f’dan l-Artikolu ma għandha tolqot l-applikazzjoni ta’ xi liġi ta’
Stat Kontraenti li jkollha x’taqsam ma’ kif jiġi stabbilit kemm persuna għandha
tħallas bħala taxxa, inkluż li jiġi stabbilit kemm għandu jitħallas bl-użu tad-
diskrezzjoni jew bl-għemil ta’ stima mill-awtorità  kompetenti ta’ dak l-Istat f’każi li
fihom, mit-tagħrif li l-awtorità  kompetenti ta’ dak l-Istat ikollha, ma jkunx possibbli
jew prattiku li jiġu aċċertati xi jkunu l-profitti li kellu stabbiliment permanenti,
kemm-il darba dik il-liġi tiġi applikata, daqskemm ikun jippermetti t-tagħrif li
jkollha l-awtorità  kompetenti, b’mod li jkun konsistenti mal-prinċipji ta’ dan l-
Artikolu.
(5) Ma għandhom jiġu attribwiti ebda profitti lil stabbiliment permanenti
minħabba biss ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew merkanzija
għall-impriża.
(6) Għall-finijiet tal-paragrafi ta’ qabel, il-profitti li għandhom jiġu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-istess mod minn sena għal
sena kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u biżżejjed biex isir kuntrarju.
(7) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx jolqtu d-
disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Stat Kontraenti dwar it-tassazzjoni ta’ profitti fuq in-
negozju ta’ assikurazzjoni.
(8) Meta profitti jinkludu oġġetti ta’ income li qed jiġu trattati separatament
f’Artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, allura d-disposizzjonijiet ta’ dawk l-Artikoli ma
jkunux milquta bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
ARTIKOLU 8
Trasport bil-Baħar u bl-Ajru
(1) Il-profitti li jinkisbu minn impriża ta’ Stat Kontraenti mit-tħaddim minn dik
l-impriża ta’ bastiment jew inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali għandu jkun
biss taxxabbli f’dak l-Istat.
(2) Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, profitti mit-tħaddim ta’ bastimenti jew
inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali tfisser profitti miksubin minn impriża
deskritta fil-paragrafu (1) mill-ġarr bil-baħar jew bl-ajru rispettivament ta’
passiġġieri, posta, bhejjem jew oġġetti li jsir mis-sidien jew mill-kerrejja jew
charterers ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru inklużi:
(a) il-bejgħ ta’ biljetti għal dak il-ġarr f’isem impriżi oħra;
(b) kull attività  oħra li jkollha x’taqsam direttament ma’ dak il-ġarr; u
(ċ) il-kiri ta’ bastimenti jew ta’ inġenji ta’ l-ajru li jirreferi għal kull attività
li jkollha direttament x’taqsam ma’ dak il-ġarr.
(3) Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti deskritti fil-paragrafu (1) mill-użu,
manutenzjoni, jew kiri ta’ containers (inklużi trailers, braken u tagħmir relatat
għall-ġarr tal-containers) li jintużaw f’dak li għandu x’jaqsam mat-tħaddim ta’
bastimenti jew ta’ inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali ikun biss taxxabbli
f’dak l-Istat.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (3) għandhom ikunu japplikaw ukoll
8 ġ S.L.123.34
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-INDJA
għal profitti mill-parteċipazzjoni f’konglomerazzjoni, f’negozju bi sħab, jew
f’aġenzija operattiva internazzjonali.
(5) Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu l-imgħax fuq flejjes li jkollhom x’jaqsmu
mat-tħaddim ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali
għandhom jitqiesu bħala profitti miksubin mit-tħaddim ta’ dawk il-bastimenti jew
inġenji ta’ l-ajru, u d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11 (Imgħax) ma għandhomx
ikunu japplikaw għar-rigward ta’ dak l-imgħax.
ARTIKOLU 9
Impriżi Assoċjati
(1) Meta -
(a) impriża ta’ Stat Kontraenti tipparteċipa direttament jew indirettament
fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor, jew
(b) l-istess persuni jipparteċipaw direttament jew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti u ta’
impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor,
u f’kull każ jiġu magħmula jew imposti kundizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji ta’ bejniethom li ma jaqblux ma’ dawk li
kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f’dak il-każ profitti li, kieku ma
kienux dawk il-kundizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-impriżi, iżda
minħabba dawk il-kundizzjonijiet ma ġewx hekk akkumulati, jistgħu jiġu inklużi fil-
profitti ta’ dik l-impriża u ntaxxati skond hekk.
(2) Ebda ħaġa f’dan l-Artikolu ma għandha tolqot l-applikazzjoni ta’ xi liġi ta’
Stat Kontraenti li jkollha x’taqsam ma’ kif jiġi stabbilit kemm għandha titħallas
taxxa bl-użu tad-diskrezzjoni jew bl-għemil ta’ stima mill-awtorità  kompetenti ta’
dak l-Istat f’każi li fihom, mit-tagħrif li l-awtorità  kompetenti ta’ dak l-Istat ikollha,
ma jkunx possibbli jew prattiku li jiġi stabbilit xi jkunu l-profitti li kellha impriża,
kemm-il darba dik il-liġi tiġi applikata, daqskemm ikun jippermetti t-tagħrif li
jkollha l-awtorità  kompetenti, b’mod li jkun konsistenti mal-prinċipji ta’ dan l-
Artikolu.
(3) Meta Stat Kontraenti jinkludi fil-profitti ta’ impriża ta’ dak l-Istat, u
jintaxxa skond hekk, profitti li fuqhom impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor ġiet
intaxxata f’dak l-Istat l-ieħor u l-profitti hekk magħduda jkunu profitti li kienu
jinqalgħu mill-impriża ta’ l-ewwel Stat imsemmi kieku l-kundizzjonijiet magħmula
bejn iż-żewġ impriżi kienu dawk li kienu jsiru bejn żewġ impriżi indipendenti, allura
dak l-Istat l-ieħor għandu jagħmel it-tibdil xieraq fl-ammont tat-taxxa imposta
hemmhekk fuq dawk il-profitti. Biex jiġi stabbilit it-tibdil, għandu jittieħed qies
xieraq tad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-
Istati Kontraenti għandhom jekk iħossu l-bżonn jikkonsultaw lil xulxin.
ARTIKOLU 10
Dividendi
(1) Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Iżda, dawk id-dividendi jistgħu jiġu intaxxati wkoll fl-Istat Kontraenti li
tiegħu l-kumpannija li tkun thallas id-dividendi tkun residenti, u skond il-liġijiet ta’
dak l-Istat, iżda:
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-INDJA ġ S.L.123.34 9
(a) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija residenti fl-Indja lil
residenti ta’ Malta li jkun is-sid benefiċjarju tad-dividendi, it-taxxa ta’
l-Indja hekk imposta m’għandhiex tkun iżjed minn:
(i) 10 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi jekk is-sid
benefiċjarju jkun kumpannija li jkollha mill-anqas 25 fil-mija
mill-ishma tal-kumpannija li tkun qed tħallas id-dividendi; u
(ii) 15 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi f’kull każ ieħor;
(b) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija residenti ta’ Malta lil
residenti ta’ l-Indja li jkun is-sid benefiċjarju tagħhom it-taxxa ta’ Malta
fuq l-ammont gross tad-dividendi ma għandhiex tkun iżjed minn dik
imposta fuq il-profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
Dan il-paragrafu ma jolqotx it-tassazzjoni ta’ kumpannija għar-rigward tal-
profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
(3) Il-frażi "dividendi" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn
azzjonijiet, ishma "jouissance" jew jeddijiet "jouissance", ishma f’xogħol fil-
minjieri jew ta’ fundaturi, jew drittijiet oħra, li ma jkunux talbiet għal dejn, li
jipparteċipaw fil-profitti, kif ukoll income minn jeddijiet korporattivi oħra li huwa
meqjus għall-fini tat-taxxa l-istess bħal income minn azzjonijiet skond il-liġijiet ta’
dak l-Istat li fih tkun residenti l-kumpannija li tagħmel it-tqassim.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ma għandhomx japplikaw jekk is-
sid benefiċjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju
fl-Istat Kontraenti l-ieħor, li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-
dividendi, permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li jkun
jaqdi f’dak l-Istat l-ieħor servizz personali indipendenti minn bażi stabbilit sitwat
hemmhekk, u l-holding li dwarhom id-dividendi jkunu mħallsa jkollu x’jaqsam
effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit. F’dak il-każ id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 15, skond il-każ, għandhom
japplikaw.
(5) Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpannija, ħlief meta dividendi bħal dawn jitħallsu
lil residenti ta’ dak l-Istat l-ieħor jew safejn il-holding li dwaru jitħallsu d-dividendi
jkollu x’jaqsam effettivament ma’ stabbiliment permanenti jew ma’ bażi stabbilit
sitwat f’dak l-Istat l-ieħor, jew jissuġġetta l-profitti mhux distribwiti tal-kumpannija
għal taxxa fuq il-profitti mhux distribwiti, anki jekk id-dividendi mħallsa jew il-
profitti mhux distribwiti jikkonsistu f’kollox jew f’parti minnhom minn profitti jew
income li jinqalgħu f’dak l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 11
Imgħax
(1) Imgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u li jitħallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Iżda, dak l-imgħax jista’ jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn jinqala’, u
skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda jekk min jirċevih ikun is-sid benefiċjarju ta’ l-
imgħax, it-taxxa hekk imposta m’għandhiex tkun iżjed minn 10 fil-mija ta’ l-
ammont gross ta’ l-imgħax.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2), imgħax li jinqala’ fi Stat
Kontraenti ikun eżenti mit-taxxa f’dak l-Istat jekk dan ikun miksub mill-Gvern ta’ l-
Istat Kontraenti l-ieħor jew minn awtorità  lokali tiegħu jew minn xi aġenzija jew
10 ġ S.L.123.34
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-INDJA
instrumentalità  oħra għal kollox posseduta u kontrollata minn dak il-gvern jew
awtorità  lokali.
(4) Il-frażi "imgħax" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn drittijiet
għal dejn ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le, u sew jekk jagħti l-jedd għal
sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b’mod partikolari, income minn
assigurazzjonijiet tal-Gvern u income minn bonds jew debentures, inklużi premiums
u premjijiet annessi ma’ assigurazzjonijiet, bonds jew debentures bħal dawk.
(5) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ma għandhomx japplikaw jekk is-
sid benefiċjarju ta’ l-imgħax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih jinqala’ l-imgħax permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jew jagħmel servizzi personali indipendenti f’dak l-
Istat l-ieħor minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt għal dejn li dwaru
jitħallas l-imgħax ikollu effettivament x’jaqsam ma’ dak l-istabbiliment permanenti
jew bażi stabbilit. F’dak il-każ id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu
15, skond il-każ, għandhom japplikaw.
(6) L-imgħax għandu jitqies li jinqala’ fi Stat Kontraenti meta min iħallas ikun
dak l-Istat innifsu, sottodiviżjoni politika, awtorità  lokaii jew residenti ta’ dak l-
Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas l-imgħax, sew jekk tkun residenti ta’ Stat
Kontraenti sew jekk le, ikollha fi stat Kontraenti stabbiliment permanenti jew bażi
stabbillt li miegħu jkollu x’jaqsam id-dejn li dwaru jkun tħallas l-imgħax, dak l-
imgħax għandu jitqies li nqala’ fl-Istat li fih ikun sitwat l-istabbillment permanenti
jew il-bażi stabbilit.
(7) Meta, minħabba relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju jew
bejniethom it-tnejn, u xi persuna oħra, l-ammont ta’ l-imgħax meta jitqies id-dritt
għal dejn li dwaru jkun tħallas, ikun iżjed mill-ammont li kien ikun miftiehem bejn
min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-aħħar imsemmi. F’każ
bħal dak, il-parti żejda tal-ħlasijiet tibqa’ taxxabbli skond il-liġijiet ta’ kull Stat
Kontraenti, meqjusa b’mod xieraq id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 12
Royalties u Drittijiet għal Servizzi Inklużi
(1) Royalties u drittijiet għal servizzi inklużi li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u li
jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-
ieħor.
(2) Iżda, dawn ir-royalties u drittijiet għal servizzi inklużi jistgħu jiġu ntaxxati
wkoll fl-Istat Kontraenti li fih jinqalgħu, u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda jekk
min jirċevihom ikun is-sid benefiċjarju tar-royalties jew drittijiet għal servizzi
inklużi t-taxxa hekk imposta ma għandhiex tkun iżjed minn 15 fil-mija ta’ l-ammont
gross tar-royalties jew drittijiet għal servizzi inklużi.
(3) Il-frażi "royalties" f’dan l-Artikolu tfisser ħlasijiet jew krediti, sew jekk
perjodiċi sew jekk le, u b’kull mod kif jiġu deskritti jew maħdumin, sal-limitu li
jsiru bħala kumpens:
(a) għall-użu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu, ta’ kull copyright, invenzjoni,
disinn jew mudell, pjan, formula jew proċess sigriet, trade mark jew
kull proprjetà  jew jedd ieħor bħal dawk;
(b) għall-użu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu ta’, kull tagħmir industrijali,
kummerċjali jew xjentifiku;
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-INDJA ġ S.L.123.34 11
(ċ) għall-għoti ta’ tagħrif jew informazzjoni ta’ xorta xjentifika, teknika,
industrijali jew kummerċjali;
(d) għall-użu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu ta’:
(i) films ċinematografiċi; jew
(ii) films jew video tapes għall-użu fuq it-televiżjoni; jew
(iii) tapes għall-użu tax-xandir bir-radju; jew
(e) għal tolleranza totali jew parzjali dwar l-użu jew l-għoti ta’ kull
proprjetà  jew jedd imsemmija f’dan il-paragrafu.
(4) Il-frażi "drittijiet għal servizzi inklużi" f’dan l-Artikolu tfisser ħlasijiet jew
krediti, sew jekk perjodiċi jew le, u b’kull mod kif deskritti jew kalkolati, sal-limitu
li jsiru b’konsiderazzjoni għal:
(a) il-provvista ta’ kull assistenza li tkun anċillari u sussidjarja għal, u li
tingħata bħala mezz li jipprovdi biex issir l-applikazzjoni jew it-
tgawdija ta’ kull proprjetà  jew jedd bħal dawk li hemm imsemmija fis-
subparagrafu (a) tal-paragrafu (3), jew kull tagħmir bħal dak imsemmi
fis-subparagrafu (b) tal-paragrafu (3), jew kull tagħrif jew
informazzjoni bħal dawk imsemmija fis-subparagrafu (ċ) tal-paragrafu
(3);
(b) l-għoti ta’ kull servizz tekniku jew konsultiv (inkluża l-provvista ta’
persunal tekniku jew ta’ xort’oħra) jekk dawk is-servizzi jagħmlu
disponibbli tagħrif tekniku, (esperjenza, sengħa, know-how) jew proċess
jew ikunu jikkonsistu fl-iżvilupp u fit-trasferiment ta’ pjanta teknika
jew ta’ disinn tekniku.
(5) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ma għandhomx japplikaw jekk is-
sid benefiċjarju tar-royalties jew drittijiet għal servizzi inklużi li jkun residenti ta’
Stat Kontraenti, ikun qed imexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih ir-royalties
jew drittijiet għal servizzi inklużi jinqalgħu permezz ta’ stabbiliment permanenti
sitwat hemmhekk, jew ikun qed jaqdi f’dak l-Istat l-ieħor servizzi personali
indipendenti minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt jew il-proprjetà  li
dwarha jitħallsu r-royalties jew drittijiet għal servizzi inklużi ikollu x’jaqsam
effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew ma’ dak il-bażi stabbilit. F’dak
il-każ id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 15, skond il-każ,
għandhom japplikaw.
(6) Royalties u drittijiet għal servizzi inklużi għandhom jitqiesu li jinqalgħu fi
Stat Kontraenti meta min iħallashom ikun dak l-Istat innifsu, sotto-diviżjoni politika,
awtorità  lokali jew residenti ta’ dak l-Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas ir-
royalties jew id-drittijiet għal servizzi inklużi, sew jekk tkun residenti ta’ Stat
Kontraenti sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti stabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li dwaru tkun ittieħdet ir-responsabbiltà  li jitħallsu r-royalties jew drittijiet
għal servizzi inklużi, u dawk ir-royalties jew drittijiet għal servizzi inklużi ikunu r-
responsabbiltà  ta’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit, allura dawk ir-
royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fl-Istat li fih ikun qiegħed l-istabbiliment
permanenti jew il-bażi stabbilit.
(7) Meta, minħabba r-relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
jew bejniethom stess u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties jew drittijiet għal
servizzi inklużi meta jitqies l-użu, id-dritt jew l-informazzjoni li għalih ikunu
mħallsa, ikun iżjed mill-ammont li kien ikun miftiehem bejn min iħallas u s-sid
benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu
għandhom japplikaw biss għall-ammont l-aħħar imsemmi. F’dak il-każ, il-parti żejda
tal-ħlasijiet għandha tibqa’ taxxabbli skond il-liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, meta
12 ġ S.L.123.34
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-INDJA
jitqiesu d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 13
Drittijiet Tekniċi
(1) Drittijiet tekniċi li jitnisslu fi Stat Kontraenti li jinkisbu minn residenti ta’ l-
Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Madankollu, dawk id-drittijiet tekniċi jistgħu ukoll jiġu intaxxati f’dak l-
Istat Kontraenti fejn huma jitnisslu, u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat; iżda jekk ir-
riċevitur ikun is-sid benefiċjarju tad-drittijiet tekniċi, it-taxxa li hekk ikollha
titħallas ma tkunx ta’ iktar minn 10 fil-mija mill-ammont gross tad-drittijiet tekniċi.
(3) Il-frażi "drittijiet tekniċi" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser kull xorta ta’ ħlas
lil xi persuna, minbarra ħlas li jsir lil impjegat ta’ persuna li tkun qegħda tħallas,
b’konsiderazzjoni għal kull servizz ta’ xorta teknika, manaġerjali jew konsultiva.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ma għandhomx japplikaw jekk is-
sid benefiċjarju tad-drittijiet tekniċi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, jiġġestixxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor fejn id-drittijiet tekniċi jitnisslu permezz ta’
stabbiliment permanenti li jkun hemm jinsab, jew iwettaq f’dak l-Istat l-ieħor
servizzi personali indipendenti, u d-drittijiet tekniċi jkunu effettivament konnessi
ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew ma’ dawk is-servizzi. F’dak il-każ, id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 15, skond il-każ, għandhom
japplikaw.
(5) Id-drittijiet tekniċi għandhom jitqiesu li jitnisslu fi Stat Kontraenti meta min
iħallas ikun dak l-Istat inniffsu, sottodiviżjoni politika, awtorità  lokali jew korp
statutorju tiegħu, jew residenti ta’ dak l-Istat. Iżda meta l-persuna li tkun qed tħallas
id-drittijiet tekniċi, sew jekk tkun residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, ikollha fi
Stat Kontraenti stabbiliment permanenti li b’konnessjoni miegħu tkun saret l-
obbligazzjoni ta’ ħlas tad-drittijiet tekniċi, u dawk id-drittijiet tekniċi jkunu ġew
sopportati minn dak l-istabbiliment permanenti, għaldaqshekk dawk id-drittijiet
tekniċi għandhom jitqiesu li jkunu tnisslu fl-Istat Kontraenti fejn ikun jinsab l-
istabbiliment permanenti.
(6) Meta, minħabba f’relazzjoni speċjali bejn min iħallas u min jirċievi jew
bejnithom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont tad-drittijiet tekniċi mħallsa ikun
iktar, għal liema raġuni tkun, mill-ammont li dwaru jkunu ftehmu min iħallas u s-sid
benefiċjarju fin-nuqqas ta’ relazzjoni bħal dik, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu
għandhom ikunu biss japplikaw għal dak l-ammont l-aħħar imsemmi. F’dak il-każ,
dik il-parti tal-ħlasijiet li tkun żejda għandha tibqa’ taxxabbli skond il-liġi ta’ kull
Stat Kontraenti wara li jittieħed qies sew tad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-
Ftehim.
ARTIKOLU 14
Trasferiment ta’ Proprjetà
(1) Income minn qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  immobbli, kif imfissra fil-
paragrafu (2) ta’ l-Artikolu 6, jistgħu jiġu ntaxxati fl-Istat Kontraenti fejn tkun
tinsab dik il-proprjetà .
(2) Income minn qligħ mit-trasferiment ta’ ishma jew interessi komparabbli
f’kumpannija, li l-assi tagħha jkunu għal kollox jew prinċipalment jikkonsistu fi
proprjetà  immobbli, jistgħu jiġu ntaxxati fl-Istat Kontraenti fejn ikunu jinsabu l-assi
jew l-assi prinċipali tal-kumpannija.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-INDJA ġ S.L.123.34 13
(3) Income minn qligħ minn trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tkun tifforma
parti mill-proprjetà  tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat
Kontraenti jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor jew ta’ proprjetà  mobbli li tkun
tappartjeni lil bażi stabbilit li jkun għad-disposizzjoni ta’ residenti ta’ Stat
Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor għall-fini ta’ qadi ta’ servizzi personali
indipendenti, inkluż dak l-income jew qligħ li jitnissel mit-tneħħija ta’ dak l-
istabbiliment permanenti (waħdu jew ma’ l-impriża sħiħa) jew ta’ dak il-bażi
stabbilit, jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(4) Income minn qligħ mit-trasferiment ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru fi
traffiku internazzjonali jew minn proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni lill-operazzjoni
ta’ dawk il-bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru għandhom ikunu taxxabbli biss fl-Istat
Kontraenti li fih ikun residenti min ibiegħ.
(5) Income minn qligħ mit-trasferiment ta’ ishma li ma jkunux dawk imsemmija
fil-paragrafu (2) f’kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti jista’ jiġi intaxxat
f’dak l-Istat.
(6) Income minn qligħ minn trasferiment ta’ kull proprjetà , barra minn dik
imsemmija fil-paragrafi (1), (2), (3), (4) u (5) ikun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti
li tiegħu min ibiegħ ikun residenti.
ARTIKOLU 15
Servizzi Personali Indipendenti
(1) Qligħ miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti għal servizzi professjonali
jew attivitajiet oħra ta’ karattru indipendenti jkun taxxabbli biss f’dak l-Istat. Iżda,
dak il-qligħ jista’ fiċ-ċirkostanzi li ġejjin jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor:
(a) jekk ikollu bażi fiss regolari għad-disposizzjoni tiegħu fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għall-qadi ta’ l-attivitajiet tiegħu f’liema każ dik il-
parti biss mill-income tiegħu li hu attribwibbli għal dak il-bażi fiss tista’
tiġi ntaxxata f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor, jew
(b) jekk il-qagħda tiegħu fi-Istat Kontraenti l-ieħor tkun għal żmien jew
żminijiet li fit-total ikunu jġibu jew jaqbżu d-90 ġurnata matul xi sena
fiskali.
(2) Il-frażi "servizzi professjonali" tinkludi speċjalment attivitajiet indipendenti
xjentifiċi, letterarji, artistiċi, edukattivi jew ta’ tagħlim kif ukoll attivitajiet
indipendenti ta’ tobba, kirurġi, avukati, inġiniera, periti, dentisti u accountants.
ARTIKOLU 16
Servizzi Personali Dipendenti
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 17, 19, 20 u 21, salarji, pagi u
kumpens ieħor bħal dan li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg
għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jiġix
eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk eżerċitat, dak il-kumpens
li jinkiseb minnu jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor ikun
taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
(a) min jirċevih ikun qiegħed fl-Istat l-ieħor għal żmien jew żminijiet li fit-
total ma jkunux aktar minn 183 ġurnata f’dik is-sena fiskali partikolari,
u
14 ġ S.L.123.34
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-INDJA
(b) il-kumpens ikun imħallas minn, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx
residenti ta’ l-Istat l-ieħor, u
(ċ) dak il-kumpens ma jkunx piż fuq l-istabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li l-prinċipal ikollu fl-Istat l-ieħor.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, kumpens miksub
dwar impieg eżerċitat abbord bastiment jew inġenji ta’ l-ajru imħaddma fi traffiku
internazzjonali minn impriża ta’ Stat Kontraenti tista’ tkun taxxabbli biss f’dak l-
Istat.
ARTIKOLU 17
Drittijiet tad-Diretturi
Id-drittijiet u ħlasijiet simili tad-diretturi li jinkisbu minn residenti ta’
wieħed mill-Istati Kontraenti fil-kariga tiegħu bħala membru tal-bord tad-diretturi,
jew ta’ korp ieħor bħal dak kif jista’ jkun mod ieħor magħruf, ta’ kumpannija li tkun
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat Kontraenti
l-ieħor.
ARTIKOLU 18
Income li jinqala’ minn Artisti u Atleti
(1) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15 u 16, income
miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn uħud li jagħtu spettaklu bħal artisti
tat-teatru, tal-films ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni jew mużiċista jew
bħala atleta mill-attivitajiet personali tiegħu eżerċitati fl-Istat Kontraenti l-ieħor,
jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor.
(2) Meta income dwar l-attivitajiet personali eżerċitati minn wieħed li jagħti
spettaklu jew atleta bħala hekk jinqala’ mhux minn dak li jagħti spettaklu jew minn
atleta nnifsu imma minn persuna oħra, dak l-income jista’, minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7, 15 u 16, jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti fejn l-
attivitajiet ta’ dak li jagħti spettaklu jew ta’ l-atleta jiġu eżerċitati.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), income miksub minn min
jagħti spettaklu jew minn atleta li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti mill-attivitajiet
personali tiegħu bħal dawk li huwa jwettaq fl-Istat Kontraenti l-ieħor, ikunu
taxxabbli biss fl-ewwel Stat Kontraenti, jekk l-attivitajiet fl-Istat Kontraenti l-ieħor
jkunu għal kollox jew sostanzjalment sopportati mill-fondi pubbliċi ta’ l-ewwel Stat
Kontraenti, inklużi s-sotto-diviżjonijiet politiċi jew l-awtoritajiet lokali tiegħu.
(4) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) u ta’ l-Artikoli 7, 15 u 16,
meta income dwar attivitajiet personali imwettqa minn min jagħti spettaklu jew minn
atleta fil-kapaċità  tiegħu bħala tali fi Stat Kontraenti jinġema’ mhux favur ta’ min
jagħti spettaklu jew ta’ l-atleta nnifsu iżda favur xi persuna oħra, dak l-income ikun
taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti l-ieħor, jekk dik il-persuna l-oħra tkun sopportata
għal kollox jew sostanzjalment mill-fondi pubbliċi ta’ dak l-Istat l-ieħor, inklużi s-
sotto-diviżjonijiet politiċi jew awtoritajiet lokali tiegħu.
ARTIKOLU 19
Pensjonijiet
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) ta’ l-Artikolu 20, kull
pensjoni u rimunerazzjoni oħra simili li titħallas lil residenti ta’ Stat Kontraenti
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-INDJA ġ S.L.123.34 15
minħabba f’impieg li kellu qabel għandhom jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1), pensjonijiet u ħlasijiet oħra li
jinħarġu bis-saħħa tal-liġijiet tas-sigurtà  soċjali ta’ Stat Kontraenti għandhom jiġu
intaxxati biss f’dak l-Istat.
ARTIKOLU 20
Servizz tal-Gvern
(1) (a) Rimunerazzjoni, barra minn pensjoni, imħallsa minn Stat Kontraenti jew
minn sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu, lil xi individwu dwar
servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew sotto-diviżjoni jew awtorità  tiegħu tista’ tiġi
intaxxata biss f’dak l-Istat.
(b) Iżda, dik ir-rimunerazzjoni tkun tista’ tiġi intaxxata biss fl-Istat Kontraenti
l-ieħor jekk is-servizzi jingħataw f’dak l-Istat u l-individwu jkun residenti f’dak l-
Istat li:
(i) ikun nazzjonali ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat sabiex unikament jaqdi dawk is-
servizzi.
(2) (a) Kull pensjoni mħallsa minn, jew li toħroġ minn fond maħluq minn Stat
Kontraenti jew sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu lil xi individwu
dwar servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew sotto-diviżjoni jew awtorità  tiegħu tista’
tiġi ntaxxata biss f’dak l-Istat.
(b) Iżda, dik il-pensjoni tkun tista’ tiġi intaxxata biss fl-Istat Kontraenti l-ieħor
jekk l-individwu jkun residenti u nazzjonali ta’ dak l-Istat.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 16, 17 u 19 għandhom japplikaw għal
rimunerazzjoni u pensjonijiet dwar servizzi mogħtija dwar xi negozju mmexxi minn
Stat Kontraenti jew minn sotto-diviżjoni politika jew minn awtorità  lokali tiegħu.
ARTIKOLU 21
Rimunerazzjoni li l-Għalliema jirċievu
(1) Ir-rimunerazzjoni li professur jew għalliem li jkun jew kien minnufih qabel
ma jżur Stat Kontraenti residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor u li jkun joqgħod fl-
ewwel Stat għal żmien li ma jkunx ta’ iktar minn sentejn bil-għan li jagħmel studju
jew riċerka avvanzati jew li jgħallem ġewwa università , kulleġġ, skola jew
istituzzjoni edukattiva oħra jirċievi għal dak ix-xogħol ma għandux jiġi ntaxxat
f’dak l-Istat, kemm-il darba dik ir-rimunerazzjoni tinkiseb minnu minn barra dak l-
Istat.
(2) Dan l-Artikolu ma japplikax għal income minn riċerka jekk dik ir-riċerka
tkun saret bil-għan ewlieni li tkun għall-benefiċċju privat ta’ persuna jew persuni
speċifiċi.
ARTIKOLU 22
Pagamenti li Studenti u Trainees jirċievu
Individwu li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti minnufih qabel ma jagħmel
żjara lill-Istat Kontraenti l-ieħor u li jkun għal xi żmien preżenti fl-Istat l-ieħor biss:
(a) bħala student f’università , kulleġġ jew skola rikonoxxuti jew
16 ġ S.L.123.34
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-INDJA
f’istituzzjoni edukattiva oħra rikonoxxuta bħal dawk, f’dak l-Istat l-
ieħor; jew
(b) bħala apprendist kummerċjali jew tekniku; jew
(ċ) bħala wieħed li jirċievi għotja, allowance jew rigal bil-għan ewlieni ta’
studju, riċerka jew taħriġ mingħand il-gvern ta’ xi wieħed mill-Istati
jew minn organizzazzjoni xjentifika, edukattiva, reliġjuża jew
filantropika jew bis-saħħa ta’ programm ta’ assistenza teknika li jkun
għamel il-Gvern ta’ Stat,
jkun eżenti mit-taxxa f’dak l-Istat l-ieħor fuq:
(a) kull ma jirċievi minn barra l-pajjiż għall-finijiet tal-manteniment,
edukazzjoni, studju, riċerka jew taħriġ tiegħu;
(b) is-somma ta’ dik l-għotja, allowance jew rigal; u
(ċ) kull rimunerazzjoni li ma tkunx taqbeż ammont ekwivalenti għal US$
3,000 matul xi sena fiskali waħda dwar servizzi f’dak l-Istat l-ieħor
kemm-il darba dawk is-servizzi jitwettqu f’dak li għandu x’jaqsam ma’
l-istudju, riċerka jew taħriġ tiegħu jew ikunu mehtieġa għall-
manteniment tiegħu.
ARTIKOLU 23
Income Ieħor
(1) Oġġetti ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jinqalgħu minn fejn
jinqalgħu, li ma humiex trattati fl-Artikoli ta’ qabel ta’ dan il-Ftehim għandhom
ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
(2) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ma għandhomx japplikaw għal income,
li ma jkunx income minn proprjetà  immobbli kif imfisser fil-paragrafu (2) ta’ l-
Artikolu 6, jekk min jirċievi dak l-income, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti,
jiġġestixxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti li
jkun jinsab f’dak l-Istat, jew iwettaq f’dak l-Istat l-ieħor servizzi personali
indipendenti minn bażi fiss li jkun jinsab f’dak l-Istat, u d-dritt jew il-proprjetà  li
dwarhom jitħallas l-income ikollu x’jaqsam b’mod effettiv ma’ dak l-istabbiliment
jew bażi fiss. F’dak il-każ, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7
jew ta’ l-Artikolu 15, skond il-każ.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) partiti ta’ income ta’
residenti ta’ Stat Kontraenti li ma ssemma xejn dwarhom fil-paragrafi ta’ qabel dan
ta’ din il-Konvenzjoni u li jitnisslu fl-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu wkoll
intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
KAPITOLU IV
Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
ARTIKOLU 24
Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
(1) Il-liġijiet li jkunu fis-seħħ f’xi Stat Kontraenti jew l-ieħor għandhom
jibqgħu irieġu t-tassazjoni ta’ income fl-Istati Kontraenti rispettivi minbarra meta
issir disposizzjoni espressa għal kuntrarju f’dan il-Ftehim.
(2) Fil-każ ta’ l-Indja it-taxxa doppja għandha titneħha kif ġej:
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-INDJA ġ S.L.123.34 17
Meta residenti ta’ l-Indja jikseb income li, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan
il-Ftehim, jistgħu jiġu intaxxati f’Malta, l-Indja għandha tippermetti bħala tnaqqis
mit-taxxa fuq l-income ta’ dak ir-residenti ammont li jkun daqsinsew għat-taxxa fuq
l-income li titħallas f’Malta sew direttament jew bi tnaqqis. Dak it-tnaqqis f’kull każ
ma għandux, madankollu, ikun iktar minn dik il-parti tat-taxxa fuq l-income (kif
maħduma qabel ma jingħata t-tnaqqis) li hija attribwibbli, skond il-każ, għall-income
li jista’ jiġi intaxxat f’Malta.
(3) Għall-għanijiet tal-paragrafu (2) il-frażi "taxxa fuq l-income li titħallas
f’Malta" għandha titqies li tinkludi l-ammont ta’ taxxa ta’ Malta li kieku kienet
titħallas, bis-saħħa tal-liġijiet ta’ Malta u skond dan il-Ftehim, fuq kull income
miksub minn għejjun f’Malta li kieku l-income ma jkunx ġie intaxxat b’rata mnaqqsa
jew eżentat mit-taxxa ta’ Malta skond:
(a) l-Ordinanza dwar l-Għajnuna lill-Industrji u l-Att dwar l-Iżvilupp
Industrijali sakemm ikunu fis-seħħ fid-data ta’ l-iffirmar ta’ dan il-
Ftehim u ma jkunux ġew modifikati minn dik id-data, jew jekk ikunu
ġew modifikati dan ikun sar biss f’affarijiet żgħar b’mod li x-xorta
ġenerali tagħhom ma tintlaqatx; jew
(b) kull disposizzjoni oħra fl-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income jew f’kull liġi
oħra li tista’ sussegwentement tiddaħħal f’Malta b’modifika, jew
b’żieda, għal-liġijiet ta’ inċentivi speċjali li hemm jeżistu sakemm l-
awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jkunu jaqblu bejnithom li
dawn ikunu ta’ xorta sostanzjalment simili.
(4) Fil-każ ta’ Malta, it-taxxa doppja għandha titneħħa kif ġej:
Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Malta dwar kreditu permess fit-
taxxa ta’ Malta għar-rigward tat-taxxa barranija, meta, skond id-disposizzjonijiet ta’
dan il-Ftehim, ikun hemm inkluż fi stima ta’ Malta income minn għejjun ġewwa l-
Indja, it-taxxa ta’ l-Indja fuq dak l-income għandha tiġi permessa bħala kreditu fit-
taxxa ta’ Malta relattiva li titħallas fuqhom.
(5) Għall-għanijiet tat-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu (4), il-frażi "it-taxxa ta’ l-
Indja fuq dak l-income" għandha titqies li tinkludi kull ammont li biex ikollu
jitħallas bħala taxxa ta’ l-Indja bis-saħħa tal-liġijiet ta’ l-Indja u skond dan il-Ftehim
għal kull sena li tkun ħlief għal eżenzjoni minn, jew tnaqqis ta’, taxxa mogħtija għal
dik is-sena taħt:
(a) l-Artikoli 10(4), 10(4B), 10(6)(viia), 10(15)(iv), 10A, 10B, 80 1A, 80
HHC, 80 HHD, 80 HHE ta’ l-Income Tax Act, 1961 (43 ta’ l-1961),
sakemm dawn kienu fis-seħħ fid-data ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim u
ma jkunux ġew modifikati minn dik id-data, jew jekk ikunu ġew
modifikati dan ikun sar biss f’affarijiet żgħar b’mod li x-xorta ġenerali
tagħhom ma tintlaqatx; jew
(b) kull disposizzjoni oħra li tista’ ssir b’liġi minn issa ’l quddiem li tkun
tagħti tnaqqis fil-kalkular ta’ l-income taxxabbli jew eżenzjoni jew
tnaqqis mit-taxxa li l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti
jiftehmu li tkun għall-għanijiet ta’ l-iżvilupp ekonomiku ta’ l-Indja,
jekk din ma tkunx ġiet wara modifikata jew tkun ġiet modifikata biss
f’affarijiet żgħar b’mod li ma tintlaqatx ix-xorta ġenerali tagħhom.
(6) Meta l-Ftehim ikun jipprovdi li l-income li jitnissel fi Stat Kontraenti
għandu jinħeles mit-taxxa f’dak l-Istat, sew jekk kollu kemm hu jew f’parti minnu, u
skond il-liġi li tkun fis-seħħ fl-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-income ikun suġġett
għat-taxxa b’referenza għall-ammont tiegħu li jingħata lura lil jew li jiġi riċevut
f’dak l-Istat l-ieħor u mhux b’referenza għall-ammont sħiħ tiegħu, għaldaqshekk il-
18 ġ S.L.123.34
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-INDJA
ħelsien li jiġi permess fl-ewwel Stat ikun japplika biss għal daqstant mill-income
daqskemm jingħata lura jew jiġi riċevut fl-Istat l-ieħor.
(7) Dak l-income li, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, ma jkunx
suġġett għal taxxa fi Stat Kontraenti, jista’ jitqies bil-għan li jsir kalkolu tar-rata ta’
taxxa li jkollha tiġi imposta f’dak l-Istat Kontraenti.
KAPITOLU V
Disposizzjonijiet Speċjali
ARTIKOLU 25
Ebda Diskriminazzjoni
(1) Nazzjonali ta’ Stat Kontraenti ma għandhomx jiġu suġġetti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għal xi tassazzjoni jew xi ħtieġa li għandha x’taqsam magħha li
ma tkunx jew li tkun ta’ piż aktar mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu
magħha li għalihom nazzjonali ta’ dak l-Istat l-ieħor fl-istess ċirkostanzi huma jew
jistgħu jkunu suġġetti. Din id-disposizzjoni għandha, minkejja d-disposizzjonijiet ta’
l-Artikolu 1, tapplika wkoll għal dawk il-persuni li ma jkunux residenti ta’ xi wieħed
minn, jew taż-żewġ Stati Kontraenti.
(2) It-tassazzjoni fuq stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor ma għandhiex tinġabar f’dak l-Istat l-ieħor b’mod
inqas favorevoli mit-tassazzjoni miġbura fuq impriżi f’dak l-Istat l-ieħor li jmexxu l-
istess attivitajiet fl-istess ċirkostanzi jew taħt l-istess kondizzjonijiet. Din id-
disposizzjoni ma għandhiex tinftihem bħala li ċċaħħad Stat Kontraenti milli jintaxxa
l-profitti ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor ikollha
fl-ewwel Stat b’rata ta’ taxxa li tkun ogħla minn dik imposta fuq il-profitti ta’
impriża simili ta’ l-ewwel Stat Kontraenti, u l-anqas bħala li hi waħda konfliġġenti
mad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (3) ta’ l-Artikolu 7 ta’ dan il-Ftehim.
(3) Ħlief meta d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ta’ l-Artikolu 9, tal-
paragrafu (7) ta’ l-Artikolu 11, jew tal-paragrafu (6) ta’ l-Artikolu 12 ikunu
japplikaw, kull imgħax, royalties u drittijiet għal servizzi inklużi u ħlasijiet oħra li
jsiru minn impriża ta’ Stat Kontraenti lil residenti tal-Istat Kontraenti l-ieħor
għandhom bil-għan li jiġi stabbilit il-qligħ taxxabbli ta’ dik l-impriża, jitnaqqsu taħt
l-istess kundizzjonijiet daqslikieku kienu tħallsu lil residenti ta’ l-Istat l-ewwel
imsemmi.
(4) Impriżi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom ikun proprjetà  ta’ jew
ikkontrollat minn, għal kollox jew f’parti, direttament jew indirettament, residenti
wieħed jew aktar ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, ma jkunux suġġetti fl-Istat Kontraenti
l-ewwel imsemmi għal xi tassazzjoni jew xi ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu magħha li
tkun oħra jew ta’ aktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu magħha li
impriżi oħra bħalhom ta’ dak l-Istat l-ewwel imsemmi huma jew jistgħu jkunu
suġġetti għalihom fl-istess ċirkostanzi.
(5) Xejn li hemm f’dan l-Artikolu ma għandu jitqies li jorbot Stat Kontraenti li
jagħti lil individwi li jkunu residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor xi tnaqqis
personali, ħelsien jew tnaqqis għall-finijiet ta’ taxxa minħabba l-istatus ċivili, ir-
responsabbiltajiet tal-familja jew kull ċirkostanza personali oħra li huwa jagħti lir-
residenti tiegħu stess.
(6) F’dan l-Artikolu, il-frażi "tassazzjoni" tfisser dawk it-taxxi li hemm fil-
qofol ta’ dan il-Ftehim.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-INDJA ġ S.L.123.34 19
ARTIKOLU 26
Proċedura għal Ftehim Reċiproku
(1) Meta persuna jidhrilha li l-azzjonijiet ta’ l-awtorità  kompetenti ta’ wieħed
mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn iwasslu jew jistgħu jwasslu li tiġi ntaxxata mhux
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, hija tista’, minkejja r-rimedji provduti
bil-liġi domestika ta’ dawk l-Istati, tippreżenta l-każ tagħha lill-awtorità  kompetenti
ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu hija residenti jew, jekk il-każ tagħha jkun jaqa’ taħt il-
paragrafu (1) ta’ l-Artikolu 25, lill-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li
tagħha tkun nazzjonali. Il-każ għandu jiġi preżentat fi żmien tliet snin mill-ewwel
notifika ta’ l-azzjoni li tagħti lok għal tassazzjoni li ma tkunx skond id-
disposizzjonijiet tal-Ftehim.
(2) L-awtorità  kompetenti għandha tara, jekk l-oġġezzjoni tidhrilha li tkun
waħda ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal għal soluzzjoni tajba, li
tiddeċiedi l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti
l-ieħor, bil-għan li tiġi evitata tassazzjoni mhux skond dan il-Ftehim. Kull ftehim
milħuq għandu jitwettaq minkejja kull terminu ta’ żmien li jkun hemm fil-liġijiet
nazzjonali ta’ l-Istati Kontraenti.
(3) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti għandhom jaraw li jirrisolvu
bi ftehim reċiproku xi diffikultajiet jew dubbji li jinqalgħu dwar l-interpretazzjoni
jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Huma jistgħu jikkonsultaw ma’ xulxin dwar it-
tneħħija ta’ taxxa doppja f’dawk il-każijiet fejn mhemmx provdut dwarhom fil-
Ftehim.
(4) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistgħu jikkomunikaw
direttament ma’ xulxin bil-għan li jintlaħaq ftehim dwar kif hemm fil-paragrafi ta’
qabel. Meta jkun jidher rakkomandabbli sabiex jintlaħaq ftehim li għandu jsir
skambju verbali ta’ fehmiet, dak l-iskambju jkun jista’ jsir permezz ta’ kummissjoni
li tkun komposta minn rappreżentanti ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati
Kontraenti.
ARTIKOLU 27
Tibdil ta’ Informazzjoni
(1) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jibdlu dik l-
informazzjoni li tkun meħtieġa sabiex jitwettqu d-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim
jew tal-liġijiet domestiċi ta’ l-Istati Kontraenti dwar taxxi milquta bil-Ftehim safejn
it-tassazzjoni ma tmurx kontra l-Ftehim b’mod partikolari għat-tħaris mill-frodi jew
l-evażjoni minn dawk it-taxxi. Kull informazzjoni li tasal għand Stat Kontraenti
għandha titqies sigrieta bl-istess mod bħal informazzjoni miksuba taħt il-liġijiet
domestiċi ta’ dak l-Istat. Madankollu, jekk l-informazzjoni tkun oriġinarjament
meqjusa bħala waħda sigrieta fl-Istat trasmittenti, din għandha titgħarraf biss lil
persuni jew awtoritajiet (magħduda qrati u korpi amministrattivi) imdaħħla fl-istima
jew ġbir ta’, l-infurzar jew prosekuzzjoni dwar, jew il-qtugħ ta’ appelli dwar, it-taxxi
li huma fil-qofol tal-Ftehim. Dawn il-persuni jew awtoritajiet għandhom jużaw l-
informazzjoni għal dawk l-għanijiet biss iżda jistgħu jikxfu dik l-informazzjoni fi
proċedimenti li jsiru f’qorti pubblika jew f’sentenzi tal-qorti. L-awtoritajiet
kompetenti għandhom jiżviluppaw, permezz tal-konsultazzjonijiet, kundizzjonijiet,
metodi u kull teknika tajbin li jolqtu dawk il-ħwejjeġ li għar-rigward tagħhom dak l-
iskambju ta’ informazzjoni għandu jsir, inkluż fejn ikun japplika, l-iskambju ta’
informazzjoni għar-rigward ta’ l-evitar tat-taxxa.
(2) F’ebda każ ma għandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) jitqiesu li
jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
20 ġ S.L.123.34
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-INDJA
(a) li jieħu miżuri amministrattivi li ma jaqblux mal-liġijiet jew l-użanza
amministrattiva ta’ dak l-Istat Kontraenti jew ta’ l-ieħor;
(b) li jagħti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taħt il-liġijiet jew fil-
kors normali ta’ l-użanza amministrattiva ta’ dak l-Istat Kontraenti jew
ta’ l-ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet tal-kummerċ, tan-negozju,
industrijali, kummerċjali jew professjonali jew proċess tal-kummerċ,
jew li jagħti informazzjoni li l-kxif tagħha jkun kontra l-ordni pubbliku
(ordre public).
ARTIKOLU 28
Aġenti Diplomatiċi u Uffiċjali Konsulari
Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġġi fiskali ta’ aġenti
diplomatiċi jew ta’ uffiċjali konsulari taħt ir-regoli ġenerali tad-dritt internazzjonali
jew taħt id-disposizzjonijiet ta’ kull ftehim speċjali.
KAPITOLU VI
Disposizzjonijiet Finali
ARTIKOLU 29
Bidu fis-Seħħ
(1) Il-Gvernijiet ta’ l-Istati Kontraenti għandhom javżaw lil xulxin meta jkunu
twettqu l-ħtiġiet legali għall-bidu fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
(2) Il-Ftehim għandu jibda jseħħ tletin jum wara d-data ta’ l-aħħar avviż mogħti
skond ma hemm fil-paragrafu (1) u d-disposizzjonijiet tiegħu għandu jkollhom seħħ:
(a) f’Malta:
għar-rigward ta’ income għal "sena fiskali" li tkun tibda fl-ewwel jew
wara l-ewwel jum ta’ Jannar tas-sena kalendarja li tiġi wara s-sena meta
dan il-Ftehim jibda jseħħ;
(b) fl-Indja:
għar-rigward ta’ income għal "sena fiskali" li tkun tibda fl-ewwel jew
wara l-ewwel jum ta’ April tas-sena kalendarja li tiġi wara s-sena meta
dan il-Ftehim jibda jseħħ.
ARTIKOLU 30
Terminazzjoni
Dan il-Ftehim għandu jibqa’ jseħħ sakemm jiġi terminat minn Stat
Kontraenti. Kull wieħed mill-Istati Kontraenti jista’ jtemm il-Ftehim, permezz ta’
kanali diplomatiċi, billi jagħti avviż tat-terminazzjoni mill-anqas sitt xhur qabel it-
tmiem ta’ xi sena kalendarja li tibda wara li jintemm perijodu ta’ ħames snin minn
meta l-Ftehim ikun beda jseħħ. F’dak il-każ, il-Ftehim ma għandux jibqa’ fis-seħħ:
(a) f’Malta:
għar-rigward ta’ income għal "sena fiskali" li tkun tibda fl-ewwel jew
wara l-ewwel jum ta’ Jannar tas-sena kalendarja li tiġi wara s-sena meta
jkun ingħata l-avviż tat-terminazzjoni;
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-INDJA ġ S.L.123.34 21
(b) fl-Indja:
għar-rigward ta’ income għal "sena fiskali" li tkun tibda fl-ewwel jew
wata l-ewwel jum ta’ April tas-sena kalendarja li tiġi wara s-sena meta
jkun ingħata l-avviż tat-terminazzjoni.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan mill-
Gvernijiet rispettivi tagħħom, iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGĦMUL fil-Belt Valletta, Malta illum it-tmienja u għoxrin ta’ Settembru,
1994, in duplikat fl-ilsna Hindi u dak Ingliż, iż-żewġ testi awtentiċi daqsinsew. Fil-
każ ta’ diverġenza bejn iż-żewġ testi ikun it-test Ingliż dak operattiv.
GĦALL-GVERN TA’ MALTA
John Dalli
Ministru tal-Finanzi
GĦALL-GVERN TAR-REPUBBLIKA 
TA’ L-INDJA
Malavalli Venkatappa Chandrashekara 
Murthy
Ministru ta’ l-Istat għad-Dħul u għall-
Infieq
