EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME 
MAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ ġ L.S.123.35 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.35
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA 
U L-IRLANDA TA’ FUQ
27 ta’ Marzu, 1995
L-AVVIŻ LEGALI 105 ta’ l-1995.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u
l-Irlanda ta’ Fuq.
Arranġamenti 
jkollhom seħħ.
2. Qiegħed jiġi hawnhekk dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-Ordni ġew magħmula mal-Gvern
tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
sabiex jingħata ħelsien minn taxxa doppja dwar it-
taxxi li ġejjin stabbiliti bil-liġijiet tar-Renju Unit tal-
Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq:
(i) it-taxxa fuq l-income;
(ii) it-taxxa korporattiva; u
(iii) it-taxxa fuq il-qligħ kapitali;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arranġamenti jkollhom
effett.
2 L.S.123.35 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME 
MAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ
S K E D A
FTEHIM BEJN MALTA U 
R-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA
U L-IRLANDA TA’ FUQ
GĦALL-ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
U BIEX TIĠI EVITATA EVAŻJONI FISKALI
DWAR TAXXI FUQ L-INCOME U QLIGĦ KAPITALI
Il-Gvern ta’ Malta u l-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’
Fuq, billi jixtiequ jagħmlu Ftehim ġdid għall-ħelsien minn taxxa doppja u biex tiġi
evitata evażjoni fiskali dwar taxxi fuq l-income, u qligħ kapitali, ftehmu kif ġej:
KAPITOLU I
Għan tal-Ftehim
ARTIKOLU 1
Għan Personali
Dan il-Ftehim għandu japplika għall-persuni li huma residenti ta’ wieħed
mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn.
ARTIKOLU 2
Taxxi Koperti
(1) It-taxxi eżistenti li għalihom japplika dan il-Ftehim huma:
(a) fil-każ tar-Renju Unit:
(i) it-taxxa fuq l-income;
(ii) it-taxxa korporattiva; u
(iii) it-taxxa fuq il-qligħ kapitali;
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa tar-Renju Unit ");
(b) fil-każ ta’ Malta:
it-taxxa fuq l-income
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ Malta").
(2) Il-Ftehim għandu japplika wkoll għal kull taxxa bħalhom jew li
sostanzjalment tixbaħhom li jiġu imposti wara d-data ta’ dan il-Ftehim b’żieda ma’,
jew minflok, it-taxxi eżistenti. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti
għandhom javżaw lil xulxin b’kull tibdil sinjifikanti li jkunu saru fil-liġijiet tagħhom
rispettivi li jirrigwardaw it-taxxa.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Artikolu dan il-Ftehim ma
japplikax għal taxxa mħallsa jew li titħallas f’Malta skond id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (13) ta’ l-artikolu 56 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income dwar l-income
taxxabbli ta’ persuna li tkun taħdem fil-produzzjoni ta’ żejt petroleum li jiġi prodott
f’Malta jew kull disposizzjoni oħra sostanzjalment simili li tiġi imposta wara d-data
tal-firma ta’ dan il-Ftehim.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME 
MAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ ġ L.S.123.35 3
KAPITOLU II
Tifsiriet
ARTIKOLU 3
Tifsiriet Ġenerali
(1) Ghall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra:
(a) il-frażi "Renju Unit" tfisser il-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, u kull area
barra mill-baħar territorjali tar-Renju Unit li skond il-liġi internazzjonali hi hekk
imsemmija jew aktar ’il quddiem tista’ tissejjaħ, taħt il-liġijiet tar-Renju Unit dwar
il-Blata Kontinentali, bħala area li fiha d-drittijiet tar-Renju Unit dwar qiegħ il-baħar
u s-sottoswol u r-riżorsi naturali tagħhom jistgħu jiġu eżerċitati;
(b) il-frażi "Malta" meta użata f’sens ġeografiku tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-
Gżira ta’ Għawdex u l-gżejjer l-oħra ta’ l-Arċipelagu Malti, flimkien ma’ l-ibħra
territorjali tagħhom, u kull area barra mill-baħar territorjali ta’ Malta li, skond il-liġi
internazzjonali, hi hekk imsemmija jew aktar ’il quddiem tista’ tissejjaħ, taħt il-liġi
ta’ Malta dwar il-Blata Kontinentali, bħala area li fiha d-drittijiet ta’ Malta dwar
qiegħ il-baħar u s-sottoswol u r-riżorsi naturali tagħhom jistgħu jiġu eżerċitati;
(ċ) il-frażijiet "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-ieħor" ifissru, skond ma
teħtieġ ir-rabta tal-kliem, ir-Renju Unit jew Malta;
(d) il-frażi "persuna" tinkludi individwu u -
(i) għar-rigward tar-Renju Unit, ukoll kumpannija jew kull korp ieħor ta’
persuni iżda ma’ tinkludix soċjetà ;
(ii) għar-rigward ta’ Malta, wkoll kumpannija u kull korp ieħor ta’ persuni;
(e) il-frażi "kumpannija" tfisser kull għaqda korporata jew kull enti li titqies
bħala għaqda korporata għall-finijiet ta’ taxxa;
(f) il-frażijiet "impriża ta’ Stat Kontraenti" u "impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor" ifissru rispettivament impriża li titmexxa minn residenti ta’ Stat Kontraenti u
impriża li titmexxa minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(g) il-frażi "nazzjonali" tfisser:
(i) għar-rigward tar-Renja Unit, kull ċittadin Brittanniku, jew kull sudditu
Brittanniku li ma jkollux iċ-ċittadinanza ta’ xi pajjiż jew territorju ieħor
tal-Commonwealth, kemm-il darba huwa jkollu l-jedd li jabita fir-Renju
Unit; u kull persuna legali, soċjetà , assoċjazzjoni jew enti ieħor li jikseb
l-istatus tiegħu bħala hekk mill-liġi li tkun fis-seħħ fir-Renju Unit;
(ii) għar-rigward ta’ Malta, kull ċittadin Malti u kull persuna legali, soċjetà ,
assoċjazzjoni jew enti ieħor li jikseb l-istatus tiegħu bħala hekk mill-liġi
li tkun fis-seħħ f’Malta;
(h) il-frażi "traffiku internazzjonali" tfisser kull trasport b’bastiment jew
b’inġenji ta’ l-ajru imħaddma minn impriża ta’ Stat Kontraenti, barra minn meta l-
bastiment jew l-inġenji ta’ l-ajru ikunu mħaddma biss bejn postijiet fl-Istat
Kontraenti l-ieħor;
(i) il-frażi "awtorità  kompetenti" tfisser:
(i) fil-każ tar-Renju Unit, il-Kummissarji għat-Taxxi Interni jew ir-
rappreżentant awtorizzat tagħhom;
4 L.S.123.35 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME 
MAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ
(ii) fil-każ ta’ Malta, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu.
(2) Fl-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim minn Stat Kontraenti, kull frażi li ma
tkunx xort’oħra imfissra fih għandha, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra, ikollha l-istess tifsir kif mogħti lilha taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat dwar it-
taxxi li dan il-Ftehim japplika għalihom.
ARTIKOLU 4
Residenti
(1) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "residenti ta’ Stat Kontraenti" tfisser
kull persuna li, taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat, hija suġġetta għat-taxxa hemmhekk
minħabba d-domiċilju, ir-residenza, post tal-maniġġ jew xi kriterju ieħor ta’ xorta
bħal din. Iżda din il-frażi ma tinkludix lil persuna li tkun suġġetta għat-taxxa f’dak l-
Istat għar-rigward biss ta’ income jew ta’ qligħ kapitali minn għejjun ġewwa fih.
(2) Fejn minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu
individwu jkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-Istat tiegħu għandu jiġi
determinat kif ġej:
(a) huwa għandu jitqies li jkun residenti unikament ta’ l-Istat Kontraenti li
fih ikollu dar permanenti għad-disposizzjoni tiegħu; jekk huwa jkollu
dar permanenti għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati, huwa għandu
jitqies li huwa residenti unikament ta’ l-Istat Kontraenti li miegħu ir-
relazzjonijiet personali u ekonomiċi tiegħu jkunu l-aktar marbuta
(ċentru ta’ interessi vitali);
(b) jekk l-Istat Kontraenti li fih huwa jkollu ċ-ċentru ta’ interessi vitali ma
jistax jiġi determinat, jew jekk huwa ma jkollux għad-disposizzjoni
tiegħu dar permanenti fl-ebda Stat Kontraenti, huwa għandu jitqies li
jkun residenti unikament ta’ l-Istat Kontraenti li fih soltu jirrisjedi;
(ċ) jekk huwa s-soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati jew f’ebda wieħed minnhom,
huwa għandu jitqies li jkun residenti unikament ta’ l-Istat Kontraenti li
tiegħu jkun nazzjonali;
(d) jekk huwa jkun nazzjonali taż-żewġ Stati Kontraenti jew ta’ l-ebda
wieħed minnhom, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti
għandhom jiddeċiedu l-każ bi ftehim bejniethom.
(3) Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu
persuna li ma tkunx individwu tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, din għandha
għaldaqstant titqies bħala residenti unikament ta’ l-Istat Kontraenti fejn ikun jinsab
il-post effettiv tal-maniġġ tagħha.
ARTIKOLU 5
Stabbiliment Permanenti
(1) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim il-frażi "stabbiliment permanenti" tfisser post
tan-negozju fiss li minnu jitmexxa għal kollox jew f’parti x-xogħol ta’ impriża.
(2) Il-frażi "stabbiliment permanenti" tinkludi b’mod speċjali:
(a) post ta’ maniġġ;
(b) fergħa;
(ċ) uffiċċju;
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME 
MAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ ġ L.S.123.35 5
(d) fabbrika;
(e) ħanut tax-xogħol;
(f) stallazzjoni jew struttura għall-esplorazzjoni ta’ riżorsi naturali;
(g) minjiera, bir taż-żejt jew tal-gass, barriera jew kull post ieħor ta’
estrazzjoni ta’ riżorsi naturali;
(h) art li tkun qegħda tinbena jew proġett ta’ kostruzzjoni jew assemblaġġ
jew attivitajiet superviżorji li għandhom x’jaqsmu ma’ dan, meta dik l-
art, proġett jew attività  jkomplu għal iktar minn sitt xhur.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frażi
"stabbiliment permanenti’ għandha titqies li ma tinkludix:
(a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim ta’
oġġetti jew merkanzija li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża;
(b) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim;
(ċ) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ proċessar minn impriża oħra;
(d) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ xiri ta’ oġġetti jew
merkanzija jew ta’ ġbir ta’ tagħrif għall-impriża;
(e) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss li tagħmel, għall-
impriża, xi attività  oħra ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja;
(f) il-manutenzjoni ta’ post tan-negozju fiss unikament għal kombinazzjoni
ta’ l-attivitajiet imsemmija fis-subparagrafi (a) sa (e) ta’ dan il-
paragrafu, kemm-il darba l-attività  kollha tal-post tan-negozju fiss li
tirriżulta minn din il-kombinazzjoni tkun waħda ta’ xorta preparatorja
jew awżiljari.
(4) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ta’ dan l-Artikolu meta
persuna - li ma tkunx aġent ta’ status indipendenti li għaliha japplika l-paragrafu (5)
ta’ dan l-Artikolu - taġixxi għan-nom ta’ impriża u għandha, u soltu twettaq fi Stat
Kontraenti awtorità  li tikkonkludi kuntratti f’isem l-impriża, dik l-impriża għandha
titqies li għandha stabbiliment permanenti f’dak l-Istat dwar kull attività  li dik il-
persuna tagħmel għall-impriża, sakemm l-attivitajiet ta’ dik il-persuna ma jkunux
limitati għal dawk imsemmija fil-paragrafu (3) ta’ dan l-Artikolu li, jekk jiġu
eżerċitati minn post tan-negozju fiss, ma jirrendux lil dan il-post tan-negozju fiss
stabbiliment permanenti taħt id-disposizzjonijiet ta’ dak il-paragrafu.
(5) Impriża ta’ Stat Kontraenti ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment
permanenti fi Stat Kontraenti ieħor għaliex biss tmexxi negozju f’dak l-Istat ieħor
permezz ta’ sensal, aġent ġenerali b’kummissjoni jew xi aġent ieħor bi status
indipendenti, meta dawk il-persuni jaġixxu fil-kors ordinarju tan-negozju tagħhom:
Iżda, meta l-attivitajiet ta’ dak l-aġent ikunu qegħdin jitwettqu għal kollox
jew f’parti minnhom għall-impriża (jew għall-impriża u għal impriżi oħra li huma
kontrollati minnha jew li għandhom sehem parteċipattiv fiha jew li huma suġġetti
għall-istess kontroll komuni) u l-kondizzjonijiet magħmulin jew imposti bejniethom
fir-relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji jkunu differenti minn dawk li kieku
kienu jsiru jew li kienu jiġu imposti li kieku dan ma kienx il-każ, dak l-aġent ma
għandux jitqies bħala aġent ta’ status indipendenti għall-għanijiet ta’ dan il-
paragrafu.
(6) Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikkontrolla jew
tkun kontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, jew
6 L.S.123.35 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME 
MAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ
li tmexxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta’ stabbiliment permanenti sew
xort’oħra), ma għandux fih innifsu jikkostitwixxi xi waħda mill-kumpanniji bħala
stabbiliment permanenti ta’ l-oħra.
KAPITOLU III
Tassazzjoni ta’ Income
ARTIKOLU 6
Income minn Proprjetà  Immobiljari
(1) Income miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn proprjetà
immobiljari (inkluż income minn xogħol fl-agrikoltura u fil-boskijiet) sitwata fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Il-frażi "proprjetà  immobiljari" għandu jkollha l-istess tifsir li għandha taħt
il-liġi ta’ l-Istat Kontraenti li fih il-proprjetà  li tkun hija sitwata. Il-frażi għandha
f’kull każ tinkludi proprjetà  aċċessorja għal proprjetà  immobiljari, bhejjem u
tagħmir użati fl-agrikoltura jew fil-boskijiet, drittijiet li għalihom japplikaw id-
disposizzjonijiet tal-liġi ġenerali dwar proprjetà  immobbli jew terrena, użufrutt ta’
proprjetà  immobiljari u drittijiet għal ħlasijiet li jvarjaw jew fissi bħala kumpens
għall-ħdim ta’, jew għall-jedd li jinħadmu jew li jiġu esplorati depożiti minerali,
għejjun u riżorsi oħra naturali; bastimenti, dgħajjes u inġenji ta’ l-ajru ma
għandhomx jitqiesu bħala proprjetà  immobiljari.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu għandhom ukoll
japplikaw għal income li jinkiseb mill-użu dirett, kiri, jew użu ta’ kull xort’oħra ta’
proprjetà  immobiljari.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (3) ta’ dan l-Artikolu għandhom
japplikaw ukoll għal income minn proprjetà  immobiljari ta’ impriża u għal income
minn proprjetà  immobiljari li tkun użata għall-qadi ta’ servizzi personali
indipendenti.
ARTIKOLU 7
Profitti minn Negozju
(1) Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti għandhom jiġu ntaxxati biss f’dak
l-Istat kemm-il darba l-impriża ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk. Jekk l-impriża
tmexxi negozju kif intqal qabel, il-profitti ta’ l-impriża jistgħu jiġu ntaxxati fl-Istat
l-ieħor iżda biss dik il-parti minnhom li tkun attribwibbli għal dak l-istabbiliment
permanenti.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (3) ta’ dan l-Artikolu, meta
impriża ta’ Stat Kontraenti tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’
stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk, għandhom jiġu attribwiti lil dak
l-istabbiliment permanenti f’kull Stat Kontraenti l-profitti li kien ikun mistenni
jagħmel kieku kien impriża distinta u separata li taħdem fl-istess attivitajiet jew
oħrajn bħalhom taħt l-istess kundizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem
indipendentement għal kollox mill-impriża li tagħha hija stabbiliment permanenti
jew mill-impriżi oħra li huma kontrollati mill-impriża l-ewwel imsemmija jew li
jkollhom sehem parteċipattiv fiha jew li jkunu suġġetti għall-istess kontroll komuni.
(3) Biex jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, għandhom ikunu
permessi bħala tnaqqis dawk l-ispejjeż ta’ l-impriża, li jkun spejjeż li jsiru għall-
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME 
MAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ ġ L.S.123.35 7
għanijiet ta’ l-istabbiliment permanenti (magħduda l-ispejjeż eżekuttivi u
amministrattivi ġenerali li jsiru) u li jkunu jitnaqqsu li kieku l-istabbiliment
permanenti kien enti indipendenti li jkun ħallas dawk l-ispejjeż, sew jekk ikunu saru
fl-Istat Kontraenti li fih ikun hemm l-istabbiliment permanenti jew jekk ikunu saru
band’oħra.
(4) Ma għandhom jiġu attribwiti ebda profitti lil stabbiliment permanenti
minħabba biss ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew merkanzija
għall-impriża.
(5) Ghall-finijiet tal-paragrafi ta’ qabel, il-profitti li għandhom jiġu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-istess mod minn sena għal
sena kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u biżżejjed biex isir kuntrarju.
(6) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx jolqtu l-applikazzjoni
tad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Stat Kontraenti dwar it-tassazzjoni ta’ profitti fuq in-
negozju ta’ assikurazzjoni.
(7) Meta profitti jinkludu oġġetti ta’ income jew qligħ kapitali li qed jiġu trattati
separatament f’Artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, allura d-disposizzjonijiet ta’ dawk l-
Artikoli ma jkunux milquta bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
ARTIKOLU 8
Trasport bil-Baħar u bl-Ajru
(1) Il-profitti li jinkisbu minn residenti ta’ Stat Kontraenti mit-tħaddim ta’
bastiment jew inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali għandu jkun biss taxxabbli
f’dak l-Istat.
(2) Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, profitti mit-tħaddim ta’ bastimenti jew
inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali jinkludu:
(a) income mill-bini ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru fuq bażi bareboat;
u
(b) profitti mill-użu, manutenzjoni jew bini ta’ containers (magħdudin
trailers u tagħmir relatat għat-trasport ta’ containers) użati għat-trasport
ta’ oġġetti jew merkanzija;
meta dik il-kirja jew dak l-użu, manutenzjoni jew kirja, skond il-każ, ikunu
inċidentali għat-tħaddim ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru fi traffiku
internazzjonali.
(3) Meta l-profitti li jaqgħu taħt il-paragrafi (1) u (2) ta’ dan l-Artikolu jinkisbu
minn residenti ta’ Stat Kontraenti mill-parteċipazzjoni f’pool, negozju bi sħab jew
aġenzija operattiva internazzjonali, il-profitti attribwibbli lil dak ir-residenti
għandhom ikunu taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li fih ikun residenti.
ARTIKOLU 9
Impriżi Assoċjati
(1) Meta -
(a) impriża ta’ Stat Kontraenti tipparteċipa direttament jew indirettament
fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor; jew
(b) l-istess persuni jipparteċipaw direttament jew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti u ta’
impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
8 L.S.123.35 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME 
MAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ
u f’kull każ jiġu magħmula jew imposti kundizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji ta’ bejniethom li ma jaqblux ma’ dawk li
kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f’dak il-każ profitti li, kieku ma
kienux dawk il-kundizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-impriżi, iżda
minħabba dawk il-kundizzjonijiet ma ġewx hekk akkumulati, jistgħu jiġu inklużi
minn Stat Kontraenti fil-profitti ta’ dik l-impriża u intaxxati skond hekk.
(2) Meta Stat Kontraenti jinkludi fil-profitti ta’ impriża ta’ dak l-Istat, u
jintaxxa skond hekk, profitti li fuqhom impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor ġiet
intaxxata f’dak l-Istat l-ieħor u l-profitti hekk magħduda jkunu profitti li kienu
jinqalgħu mill-impriża ta’ l-ewwel Stat imsemmi kieku l-kundizzjonijiet magħmula
bejn iż-żewġ impriżi kienu dawk li kienu jsiru bejn żewġ impriżi indipendenti, allura
dak l-Istat l-ieħor għandu jagħmel it-tibdil xieraq fl-ammont tat-taxxa imposta
hemmhekk fuq dawk il-profitti. Biex jiġi stabbilit it-tibdil, għandu jittieħed qies
xieraq tad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-
Istati Kontraenti għandhom jekk iħossu l-bżonn jikkonsultaw lil xulxin.
ARTIKOLU 10
Dividendi
(1) Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti tar-Renju Unit lil
residenti ta’ Malta jistgħu jiġu intaxxati f’Malta.
(2) Individwu li jkun residenti f’Malta u li jirċievi dividend minn kumpannija li
tkun residenti fir-Renju Unit, għandu, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Artikolu u kemm-il darba huwa jkun is-sid benefiċjarju ta’ dak id-dividend, ikollu
jedd għal:
(a) kreditu fit-taxxa għar-rigward ta’ dak id-dividend ta’ ammont li jkun
daqs il-kreditu fit-taxxa li kien ikollu jedd għalih individwu residenti
fir-Renju Unit li kieku kien hu li rċieva dak id-dividend (f’dan l-
Artikolu imsejjaħ "il-kreditu fit-taxxa għal residenti") nieqes 15 fil-mija
mill-aggregat ta’ l-ammont jew valur ta’ dak id-dividend u l-ammont
tal-kreditu fit-taxxa għal residenti, u
(b) ħlas ta’ kull ammont li bih il-kreditu fit-taxxa li huwa jkun intitolat
għalih bis-saħħa tas-subparagrafu (a) jkun jeċċedi dak li jkollu jħallas
bħala taxxa fir-Renju Unit.
(3) Id-dividendi li jitħallsu minn kumpannija li tkun residenti ta’ Malta lil
residenti tar-Renju Unit jistgħu jiġu ntaxxati fir-Renju Unit. Dawk id-dividendi
jistgħu jiġu wkoll intaxxati f’Malta u skond il-liġijiet ta’ Malta, iżda jekk min
jirċevihom ikun is-sid benefiċjarju tad-dividendi, it-taxxa li jkollha hekk titħallas ma
għandhiex tkun iktar minn dik li titħallas fuq il-profitti li minnhom jitħallsu d-
dividendi.
(4) Il-frażi "dividendi" kif tintuża f’dan l-Artikolu tfisser income minn ishma,
jew jeddijiet oħra li ma jkunux pretensjonijiet debitriċi, parteċipazzjoni fi profitti,
kif ukoll income minn jeddijiet korporattivi oħra assimilati ma’ l-income minn ishma
bil-liġijiet tat-taxxa ta’ l-Istat li tiegħu l-kumpannija li tkun qegħda tagħmel it-
tqassim tkun residenti u tinkludi wkoll kull element ieħor li, taħt il-liġijiet ta’ l-Istat
Kontraenti li tiegħu il-kumpannija li tkun qed tħallas id-dividend tkun residenti,
jitqies li hu bħal xi dividendi jew tqassim ta’ kumpannija.
(5) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) jew skond il-każ, (3) ta’ dan l-Artikolu
ma għandhomx japplikaw jekk is-sid benefiċjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’
Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor, li tiegħu tkun residenti l-
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME 
MAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ ġ L.S.123.35 9
kumpannija li tħallas id-dividendi, permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun
sitwat hemmhekk, jew li jkun jaqdi f’dak l-Istat l-ieħor servizz personali
indipendenti minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u l-holding li dwarhom id-
dividendi jkunu mħallsa jkollu x’jaqsam effettivament ma’ dak l-istabbiliment
permanenti jew bażi stabbilit. F’dak il-każ id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew l-
Artikolu 14 ta’ dan il-Ftehim, skond il-każ, għandhom japplikaw.
(6) Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpannija, ħlief meta dividendi bħal dawn jitħallsu
lil residenti ta’ dak l-Istat l-ieħor jew safejn il-holding li dwaru jitħallsu d-dividendi
jkollu x’jaqsam effettivament ma’ stabbiliment permanenti jew ma’ bażi stabbilit
sitwat f’dak l-Istat l-ieħor, jew jissuġġetta l-profitti mhux distribwiti tal-kumpannija
għal taxxa fuq il-profitti mhux distribwiti, anki jekk id-dividendi mħallsa jew il-
profitti mhux distribwiti jikkonsistu f’kollox jew f’parti minnhom minn profitti jew
income li jinqalgħu f’dak l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 11
Imgħax
(1) Imgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u li jitħallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Iżda, dak l-imgħax jista’ wkoll jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn jinqala’,
u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda jekk min jirċevih ikun is-sid benefiċjarju ta’ l-
imgħax u bla ħsara għat-taxxa fuq l-imgħax fl-Istat Kontraenti l-ieħor it-taxxa hekk
imposta m’għandhiex tkun iżjed minn 10 fil-mija ta’ l-ammont gross ta’ l-imgħax.
(3) Il-frażi "imgħax" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn drittijiet
għal dejn ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le, u sew jekk jagħti l-jedd għal
sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b’mod partikolari, income minn
assigurazzjonijiet tal-Gvern u income minn bonds jew debentures. Il-frażi "imgħax"
ma għandhiex tinkludi xi element li jitqies bħala tqassim skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx
japplikaw jekk is-sid benefiċjarju ta’ l-imgħax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti,
ikun qed imexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih jinqala’ l-imgħax permezz
ta’ stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew jagħmel servizzi personali
indipendenti f’dak l-Istat l-ieħor minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt għal
dejn li dwaru jitħallas l-imgħax ikollu effettivament x’jaqsam ma’ dak l-
istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit. F’dak il-każ id-disposizzjonijiet ta’ l-
Artikolu 7 jew 14 ta’ dan il-Ftehim, skond il-każ, għandhom japplikaw.
(5) L-imgħax għandu jitqies li jinqala’ fi Stat Kontraenti meta min iħallas ikun
dak l-Istat innifsu, sottodiviżjoni politika, awtorità  lokali jew residenti ta’ dak l-
Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas l-imgħax, sew jekk tkun residenti ta’ Stat
Kontraenti sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti stabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li miegħu jkollu x’jaqsam id-dejn li dwaru jkun tħallas l-imgħax, u dak l-
imgħax jiġi sopportat minn dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit,
għaldaqshekk dak l-imgħax għandu jitqies li nqala’ fl-Istat li fih ikun sitwat l-
istabbiliment permanenti jew il-bażi stabbilit.
(6) Meta, minħabba relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju jew
bejniethom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont ta’ l-imgħax imħallas ikun iżjed,
għal kull raġuni li tkun, mill-ammont li kien ikun miftiehem bejn min iħallas u s-sid
benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu
10 L.S.123.35 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME 
MAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ
għandhom japplikaw biss għall-ammont ta’ imgħax l-aħħar imsemmi. F’każ bħal
dak, il- parti żejda tal-ħlasijiet tibqa’ taxxabbli skond il-liġijiet ta’ kull Stat
Kontraenti, meqjusa b’mod xieraq id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
(7) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw jekk l-għan
prinċipali jew wieħed mill-għanijiet prinċipali ta’ xi persuna li jkollha x’taqsam mal-
ħolqien jew assenjament tal-pretensjoni debitriċi li dwarha jkun qed jitħallas l-
imgħax ikun li tieħu vantaġġ minn dan l-Artikolu permezz ta’ dak il-ħolqien jew
assenjament.
(8) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) ta’ dan l-Artikolu, imgħax li
jinqala’ fi Stat Kontraenti ikun eżenti mit-taxxa f’dak l-Istat jekk dan ikun miksub u
possedut benefikament mill-Gvern ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jew minn awtorità
lokali tiegħu jew minn aġenzija jew instrumentalità  ta’ dak il-Gvern jew awtorità
lokali.
(9) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 ta’ dan il-Ftehim u tal-
paragrafu (2) ta’ dan l-Artikolu, imgħax li jitnissel fi Stat Kontraenti li jitħallas lil u
jkun benefikament possedut minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor ikun eżenti
mit-taxxa fl-Istat Kontraenti l-ewwel imsemmi jekk dan jitħallas għar-rigward ta’
self magħmul, garantit jew assigurat, jew kull pretensjoni debitriċi oħra jew kreditu
ieħor garantit jew assigurat minn istituzzjoni li tkun benefikament posseduta mill-
Gvern ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jew minn xi aġenzija jew instrumentalità  ta’ dak
il-Gvern.
ARTIKOLU 12
Royalties
(1) Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u li jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Iżda, dawn ir-royalties jistgħu jiġu intaxxati wkoll fl-Istat Kontraenti li fih
jinqalgħu, u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda jekk min jirċevihom ikun is-sid
benefiċjarju tar-royalties u suġġett għat-taxxa għar-rigward ta’ royalties fl-Istat li
tiegħu ikun residenti, it-taxxa hekk imposta ma għandhiex tkun iżjed minn 10 fil-
mija ta’ l-ammont gross tar-royalties.
(3) Il-frażi "royalties" f’dan l-Artikolu tfisser ħlasijiet jew krediti, sew jekk
perjodiċi sew jekk le, u b’kull mod kif jiġu deskritti jew maħdumin, sal-limitu li
jsiru bħala kumpens:
(a) għall-użu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu, ta’ kull copyright, invenzjoni,
disinn jew mudell, pjan, formula jew proċess sigriet, trade mark jew
kull proprjetà  jew jedd ieħor bħal dawk;
(b) għall-għoti ta’ tagħrif jew informazzjoni ta’ xorta xjentifika, teknika,
industrijali jew kummerċjali (know-how);
(ċ) għall-provvista ta’ kull għajnuna fl-Istat li tiegħu min iħallas ir-
royalties ikun residenti li tkun anċillari u sussidjarja għal, u li tingħata
bħala mezz li jagħti lok għall-applikazzjoni jew tgawdija ta’ dik il-
proprjetà  jew ta’ dak il-jedd kif hemm imsemmi fis-subparagrafu (a)
jew kull tagħrif jew informazzjoni simili kif imsemmija fis-
subparagrafu (b);
(d) għal tolleranza totali jew parzjali dwar l-użu jew l-għoti ta’ kull
proprjetà  jew jedd imsemmija f’dan il-paragrafu.
(4) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME 
MAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ ġ L.S.123.35 11
japplikaw jekk is-sid benefiċjarju tar-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti,
ikun qed imexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih ir-royalties jinqalgħu
permezz ta’ stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun qed jaqdi f’dak l-
Istat Kontraenti l-ieħor servizzi personali indipendenti minn bażi stabbilit sitwat
hemmhekk, u d-dritt jew il-proprjetà  li dwarha jitħallsu r-royalties ikollu x’jaqsam
effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew ma’ dak il-bażi stabbilit. F’dak
il-każ id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14 ta’ dan il-Ftehim,
skond il-każ, għandhom japplikaw.
(5) Royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fi Stat Kontraenti meta min
iħallashom ikun dak l-Istat innifsu, sotto-diviżjoni politika, awtorità  lokali jew
residenti ta’ dak l-Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas ir-royalties, sew jekk tkun
residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti stabbiliment
permanenti jew bażi stabbilit li dwaru jkun ittieħed l-obbligu li jitħallsu r-royalties u
dawk ir-royalties ikunu r-responsabbiltà  ta’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit, allura dawk ir-royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fl-Istat li fih ikun
qiegħed l-istabbiliment permanenti jew il-bażi stabbilit.
(6) Meta, minħabba r-relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
jew bejniethom stess u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties ikun iżjed, għal kull
raġuni li tkun, mill-ammont li kien ikun miftiehem bejn min iħallas u s-sid
benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu
għandhom japplikaw biss għall-ammont l-aħħar imsemmi. F’dak il-każ, il-parti żejda
tal-ħlasijiet għandha tibqa taxxabbli skond il-liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, meta
jitqiesu d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
(7) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw jekk l-għan
prinċipali jew wieħed mill-għanijiet prinċipali ta’ xi persuna li jkollha x’taqsam mal-
ħolqien jew l-assenjament tal-jeddijiet li għar-rigward tagħhom ir-royalties jitħallsu
jkun li jieħu vantaġġ ta’ dan l-Artikolu permezz ta’ dak il-ħolqien jew assenjament.
ARTIKOLU 13
Trasferiment ta’ Proprjetà
(1) Income jew kull qligħ miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti mit-
trasferiment ta’ proprjetà  immobbli msemmija fl-Artikolu 6 ta’ dan il-Ftehim u li
tkun tinsab fl-Istat Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Income jew kull qligħ miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti mit-
trasferiment ta’ -
(a) ishma, li ma jkunux ishma kwotati fuq Borża approvata, li jiksbu l-valur
tagħhom jew il-parti l-kbira tal-valur tagħhom direttament jew
indirettament minn proprjetà  immobbli li tkun tinsab fl-Istat Kontraenti
l-ieħor, jew
(b) sehem f’soċjetà  jew fi trust li l-assi tagħhom ikunu prinċipalment
jikkonsistu fi proprjetà  immobbli li tkun tinsab fl-Istat Kontraenti l-
ieħor, jew ta’ ishma msemmija fis-subparagrafu (a) hawn qabel
imsemmi,
jista jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(3) Income jew kull qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tagħmel parti
mill-proprjetà  tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor jew ta’ proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni għal
bażi fissa lil residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor bil-għan li
jittwettqu servizzi personali indipendenti, inkluż dak l-income jew qligħ mit-
12 L.S.123.35 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME 
MAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ
trasferiment ta’ dak l-istabbiliment permanenti (waħdu jew flimkien ma’ l-impriża
kollha) jew ta’ dik il-bażi fissa, jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(4) Income jew kull qligħ miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti mit-
trasferiment ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru imħaddma fi traffiku internazzjonali
minn impriża ta’ Stat Kontraenti jew proprjetà  immobbli li tappartjeni għat-tħaddim
ta’ dawk il-bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru, għandu jkun taxxabbli biss f’dak l-Istat
Kontraenti.
(5) Income jew kull qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  li ma tkunx dik
imsemmija fil-paragrafi (1), (2) (3) u (4) ta’ dan l-Artikolu għandu jkun taxxabbli
biss fl-Istat Kontraenti li fih ikun residenti min jittrasferixxi kemm-il darba dak l-
income jew qligħ ikunu suġġetti għat-taxxa f’dak l-Istat Kontraenti.
(6) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (5) ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx
jolqtu id-dritt li għandu l-Istat Kontraenti li jiġbor skond il-liġi tiegħu taxxa fuq l-
income jew qligħ kapitali mit-trasferiment ta’ proprjetà  miksuba minn individwu li
jkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor u li kien residenti ta’ l-ewwel Stat
Kontraenti f’kull żmien matul il-ħames snin li jiġu minnufih qabel it-trasferiment
tal-proprjetà .
ARTIKOLU 14
Servizzi Personali Indipendenti
(1) Qligħ miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti għal servizzi professjonali
jew attivitajiet ta’ karattru indipendenti jkun taxxabbli biss f’dak l-Istat. Iżda, dak il-
qligħ jista’ fiċ-ċirkostanzi li ġejjin jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor:
(a) jekk ikollu bażi fiss regolari għad-disposizzjoni tiegħu fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għall-qadi ta’ l-attivitajiet tiegħu (f’liema każ dik il-
parti biss mill-income tiegħu li hu attribwibbli għal dak il-bażi fiss tista’
tiġi ntaxxata f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor); jew
(b) jekk il-qagħda tiegħu fl-Istat Kontraenti l-ieħor tkun għal żmien jew
żminijiet li fit-total ikunu jġibu jew jaqbżu l-183 ġurnata matul xi sena
kalendarja.
(2) Il-frażi "servizzi professjonali" tinkludi speċjalment attivitajiet indipendenti
xjentifiċi, letterarji, artistiċi, edukattivi jew ta’ tagħlim kif ukoll attivitajiet
indipendenti ta’ tobba, avukati, inġiniera, periti, dentisti u accountants.
ARTIKOLU 15
Servizzi Personali Dipendenti
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 16, 18 u 19 ta’ dan il-Ftehim,
salarji, pagi u kumpens ieħor bħal dan li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti
dwar impieg għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma
jiġix eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk eżerċitat, dak il-
kumpens li jinkiseb minnu jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu, kumpens li
jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg eżerċitat fl-Istat Kontraenti
l-ieħor ikun taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
(a) min jirċevih ikun qiegħed fl-Istat l-ieħor għal żmien jew żminijiet li fit-
total ma jkunux aktar minn 183 ġurnata matul xi perijodu ta’ tnax-il
xahar; u
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME 
MAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ ġ L.S.123.35 13
(b) il-kumpens ikun imħallas minn, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx
residenti ta’ l-Istat l-ieħor; u
(ċ) dak il-kumpens ma jkunx piż fuq l-istabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li l-prinċipal ikollu fl-Istat l-ieħor.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, kumpens miksub
dwar impieg eżerċitat abbord bastiment, jew inġenji ta’ l-ajru imħaddma fi traffiku
internazzjonali tista’ tkun taxxabbli fl-Istat Kontraenti fejn l-impriża li tkun qegħda
tħaddem il-bastiment jew inġenji ta’ l-ajru tkun residenti.
ARTIKOLU 16
Drittijiet tad-Diretturi
Id-drittijiet u ħlasijiet simili tad-diretturi li jinkisbu minn residenti ta’
wieħed mill-Istati Kontraenti fil-kariga tiegħu bħala membru tal-bord tad-diretturi,
jew ta’ korp ieħor bħal dak kif jista’ jkun mod ieħor magħruf, ta’ kumpannija li tkun
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 17
Artisti u Sportivi
(1) B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 14 u 15 ta’ dan il-
Ftehim, income miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn uħud li jagħtu
spettaklu bħal artisti tat-teatru, tal-films ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni
jew mużiċista, jew bħala sportiv mill-attivitajiet personali tiegħu eżerċitati fl-Istat
Kontraenti l-ieħor, jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
(2) Meta income dwar l-attivitajiet personali eżerċitati minn wieħed li jagħti
spettaklu jew sportiv bħala hekk jinqala’ mhux minn dak li jagħti spettaklu jew minn
sportiv innifsu imma minn persuna oħra, dak l-income jista’, minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7, 14 u 15 ta’ dan il-Ftehim, jiġi ntaxxat fl-Istat
Kontraenti fejn l-attivitajiet ta’ dak li jagħti spettaklu jew ta’ l-isportiv jiġu
eżerċitati.
ARTIKOLU 18
Pensjonijiet
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) ta’ l-Artikolu 19 ta’ dan il-
Ftehim, kull pensjoni u rimunerazzjoni oħra simili li titħallas minħabba f’impieg ta’
qabel, jew kull annuity li titħallas, lil individwu li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti
għandha tiġi intaxxata biss f’dak l-Istat.
(2) Il-frażi "annuity" tfisser somma stabbilita li titħallas perijodikament fi
żminijiet stipulati matul il-ħajja jew matul perijodu ta’ żmien speċifiku jew
aċċertabbli b’obbligu li jsiru l-ħlasijiet lura bis-sħiħ u b’mod adegwat bi flus jew
ħwejjeġ li jkunu jiswew daqsinsew.
ARTIKOLU 19
Servizz tal-Gvern
(1) (a) Rimunerazzjoni, barra minn pensjoni, imħallsa minn Stat Kontraenti jew
minn sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu, lil xi individwu dwar
servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew sotto-diviżjoni jew awtorità  tiegħu tista’ tiġi
14 L.S.123.35 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME 
MAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ
ntaxxata biss f’dak l-Istat.
(b) Iżda, dik ir-rimunerazzjoni tkun tista’ tiġi ntaxxata biss fl-Istat Kontraenti l-
ieħor jekk is-servizzi jingħataw f’dak l-Istat u l-individwu jkun residenti f’dak l-Istat
li:
(i) ikun nazzjonali ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat sabiex unikament jaqdi dawk is-
servizzi.
(2) (a) Kull pensjoni mħallsa minn, jew li toħroġ minn fond maħluq minn Stat
Kontraenti jew sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu lil xi individwu
dwar servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew sotto-diviżjoni jew awtorità  tiegħu tista’
tiġi intaxxata biss f’dak l-Istat.
(b) Iżda, dik il-pensjoni tkun tista’ tiġi intaxxata biss fl-Istat Kontraenti l-ieħor
jekk l-individwu jkun residenti u nazzjonali ta’ dak l-Istat.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15, 16 u 18 ta’ dan il-Ftehim għandhom
japplikaw għal rimunerazzjoni u pensjonijiet dwar servizzi mogħtija dwar negozju
mmexxi minn Stat Kontraenti jew minn sotto-diviżjoni politika jew minn awtorità
lokali tiegħu.
ARTIKOLU 20
Studenti u Trainees
Individwu li jkun jew kien residenti ta’ Stat Kontraenti minnufih qabel ma
jagħmel żjara lill-Istat Kontraenti l-ieħor u li jkun preżenti fl-Istat l-ieħor biss:
(a) bħala student f’università , kulleġġ jew skola rikonoxxuti jew
f’istituzzjoni edukattiva oħra rikonoxxuta bħal dawk, f’dak l-Istat l-
ieħor; jew
(b) bħala apprendist kummerċjali jew tekniku; jew
(ċ) bħala wieħed li jirċievi għotja, allowance jew rigal bil-għan ewlieni ta’
studju, riċerka jew taħriġ mingħand il-Gvern ta’ xi wieħed mill-Istati
jew minn organizzazzjoni xjentifika, edukattiva, reliġjuża jew
filantropika jew bis-saħħa ta’ programm ta’ assistenza teknika li jkun
għamel il-Gvern ta’ Stat,
jkun eżenti mit-taxxa f’dak l-Istat l-ieħor fuq:
(i) kull ma jirċievi minn barra l-pajjiż għall-finijiet tal-manteniment,
edukazzjoni, studju, riċerka jew taħriġ tiegħu;
(ii) is-somma ta’ dik l-għotja, allowance jew rigal.
ARTIKOLU 21
Income Ieħor
(1) Oġġetti ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jinqalgħu minn fejn
jinqalgħu, li ma humiex trattati fl-Artikoli ta’ qabel ta’ dan il-Ftehim, li ma jkunx
income li jitħallas minn trust jew mill-eredità  ta’ persuni mejtin fil-kors ta’
amministrazzjoni, u li huma suġġetti għat-taxxa f’dak l-Istat għandhom ikunu
taxxabbli biss f’dak l-Istat.
(2) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx
japplikaw għal income, li ma jkunx income minn proprjetà  immobbli kif imfisser fil-
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME 
MAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ ġ L.S.123.35 15
paragrafu (2) ta’ l-Artikolu 6 ta’ dan il-Ftehim, jekk min jirċievi dak l-income, li
jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, jiġġestixxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun jinsab f’dak l-Istat, jew iwettaq f’dak l-
Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn bażi fiss li jkun jinsab f’dak l-Istat,
u d-dritt jew il-proprjetà  li dwarhom jitħallas l-income ikollu x’jaqsam b’mod
effettiv ma’ dak l-istabbiliment jew bażi fiss. F’dak il-każ għandhom japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14 ta’ dan il-Ftehim, skond il-
każ.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw li kieku l-
għan prinċipali jew wieħed mill-għanijiet prinċipali ta’ persuna li jkollha x’taqsam
mal-ħolqien jew assenjament tal-jeddijiet li dwarhom jitħallas l-income ikun li
jittieħed vantaġġ minn dan l-Artikolu permezz ta’ dak il-ħolqien jew assenjament.
KAPITOLU IV
Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
ARTIKOLU 22
Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi tar-Renju Unit għar-rigward ta’ l-
għoti bi kreditu għat-taxxa tar-Renju Unit ta’ taxxa li titħallas f’territorju barra mir-
Renju Unit (li ma tolqotx il-prinċipju ġenerali hawn imsemmi):
(a) it-taxxa ta’ Malta li titħallas skond il-liġijiet ta’ Malta u skond dan il-
Ftehim, sew jekk direttament jew bit-tnaqqis, fuq profitti, income jew
qligħ taxxabbli minn għejjun ġewwa Malta (eskluż fil-każ ta’ dividend,
it-taxxa li titħallas dwar il-profitti li minnhom jitħallas id-dividend)
għandha tingħata bi kreditu għat-taxxa tar-Renju Unit kif maħduma
b’referenza għall-istess profitti, income, jew qligħ taxxabbli li
b’referenza għalihom tinħadem it-taxxa ta’ Malta;
(b) fil-każ ta’ dividend imħallas minn kumpannija li tkun residenti ta’
Malta lil kumpannija li tkun residenti tar-Renju Unit u li tikkontrolla
direttament jew indirettament mill-inqas 10 fil-mija mill-azzjonijiet
votanti fil-kumpannija li tkun qed tħallas id-dividendi, il-kreditu
għandu jqis (b’żieda ma’ kull taxxa ta’ Malta li għaliha jista’ jingħata
kreditu taħt id-disposizzjonijiet tas-subparagrafu (a) ta’ dan il-
paragrafu) it-taxxa ta’ Malta li titħallas mill-kumpannija għar-rigward
tal-profitti li minnhom jitħallas dak id-dividend.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Malta l-għoti bi kreditu għat-
taxxa ta’ Malta ta’ taxxa li titħallas f’territorju barra minn Malta, fejn, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim kemm inkluż fi stima ta’ Malta profitti, income
jew qligħ taxxabbli minn għejjun fir-Renju Unit, it-taxxa tar-Renju Unit li titħallas
sew jekk direttament jew bi tnaqqis, dwar dawk l-għejjun (eskluż fil-każ ta’
dividend, it-taxxa li titħallas dwar il-profitti li minnhom jitħallas id-dividend)
għandha tingħata bi kreditu għat-taxxa ta’ Malta li titħallas dwar dawk il-profitti,
income jew qligħ taxxabbli.
(3) Għall-għanijiet tal-paragrafi (1) u (2) ta’ dan l-Artikolu, il-profitti, income u
qligħ kapitali li residenti ta’ Stat Kontraenti jkollu u li jistgħu jiġu intaxxati fl-Istat
Kontraenti l-ieħor skond dan il-Ftehim għandhom jitqiesu li jitnisslu f’dak l-Istat
Kontraenti l-ieħor.
(4) Bla ħsara għall-paragrafi (5) u (6) ta’ dan l-Artikolu, għall-għanijiet tal-
16 L.S.123.35 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME 
MAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ
paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu "it-taxxa ta’ Malta li titħallas" għandha titqies li
tinkludi kull ammont li kien jitħallas bħala taxxa ta’ Malta għal sena li tkun ħlief
għal tnaqqis mogħti fil-ħdim ta’ l-income taxxabbli, jew eżenzjoni jew riduzzjoni ta’
taxxa mogħtija għal dik is-sena jew xi parti minnha, taħt xi waħda minn dawn il-
provvedimenti tal-liġi ta’ Malta:
(a) id-disposizzjonijiet ta’:
(i) l-artikolu 3 u, meta jingħata tnaqqis fil-ħdim ta’ l-income
taxxabbli bħala allowance għal investiment, l-artikolu 4 ta’ l-
Ordinanza dwar l-Għajnuna lill-Industriji;
(ii) l-artikoli 7, 8 u 9 (sal-limitu li jipprovdi għal eżenzjoni mit-taxxa
fuq id-dividendi li titħallas mill-qligħ jew mill-profitti, jew parti
minnhom, ta’ kumpannija li jkunu meħlusin mit-taxxa fuq l-
income skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 7), 19, 20, 23 u
36(5) ta’ l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali;
kemm-il darba dawk id-disposizzjonijiet imsemmija kienu fis-seħħ fid-
data ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, u ma jkunux inbidlu minn dik id-
data, jew ikunu inbidlu biss f’dettalji żgħar li ma jkunux jolqtu x-xorta
ġenerali tagħhom u sakemm dejjem l-awtorità  kompetenti ta’ Malta tkun
iċċertifikat li dik l-eżenzjoni minn jew tnaqqis ta’ taxxa ta’ Malta
mogħtija taħt dawn l-artikoli tkun ingħatat sabiex iġġib ’il quddiem
żvilupp industrijali, kummerċjali, xjentifiku, edukattiv jew żvilupp
ieħor f’Malta u li l-qligħ jew profitti tal-kumpannija, jew kull parti
minnhom, ma kienux eżenti mit-taxxa ta’ Malta għal dik is-sena
partikolari, taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 4 jew 5 ta’ l-Att dwar
l-Iżvilupp Industrijali, u l-awtorità  kompetenti tar-Renju Unit tkun
aċċettat li dik l-eżenzjoni jew tnaqqis ikunu ngħataw għal dak l-għan;
jew
(b) kull disposizzjoni oħra li tista’ tiġi sussegwentement leġislata li tkun
tipprovdi għal tnaqqis fil-ħdim ta’ l-income taxxabbli, jew li tkun tagħti
eżenzjoni jew tnaqqis fit-taxxa, li dwarha jkun hemm ftehim bejn l-
awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti bħala li tkun ta’ xorta
sostanzjalment simili għal xi waħda mid-disposizzjonijiet imsemmija
fis-subparagrafu (a)(i) jew (ii) ta’ dan il-paragrafu, kemm-il darba ma
jkunx inbidel wara jew ikun inbidel biss f’dettalji żgħar b’mod li ma
tintlaqatx ix-xorta ġenerali tagħha u suġġetta dejjem għal dik iċ-
ċertifikazzjoni u aċċettazzjoni li jkunu saru skond kif provdut taħt is-
subparagrafu (a) ta’ dan il-paragrafu.
(5) Ħelsien mit-taxxa tar-Renju Unit bis-saħħa tal-paragrafu (4) ta’ dan l-
Artikolu għandu jingħata għal perijodu ta’ għaxar snin biss, li jibdew mad-data meta
dan il-Ftehim ikun beda jseħħ.
(6) Il-perijodu msemmi fil-paragrafu (5) ta’ dan l-Artikolu jista’ jittawwal bi
ftehim bejn l-Istati Kontraenti.
ARTIKOLU 23
Limitazzjoni ta’ Ħelsien
(1) Meta skond xi disposizzjoni ta’ dan il-Ftehim ikun hemm income li jinħeles
mit-taxxa fi Stat Kontraenti u, skond il-liġi fis-seħħ fl-Istat Kontraenti l-ieħor
persuna, għar-rigward ta’ dak l-income, tkun suġġetta għat-taxxa b’referenza għall-
ammont tagħha li jingħadda lil jew li jiġi riċevut f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor u
mhux b’referenza għall-ammont sħiħ tagħha, għaldaqshekk il-ħelsien li għandu
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME 
MAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ ġ L.S.123.35 17
jingħata skond dan il-Ftehim fl-Istat kontraenti l-ewwel imsemmi għandu jkun
japplika biss għal daqstant mill-income daqskemm jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti l-
ieħor.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni ma għandħomx japplikaw għal
dawk il-persuni li jkunu intitolati għal xi benefiċċju tat-taxxa speċjali skond:
(a) liġi ta’ xi wieħed mill-Istati Kontraenti li tkun ġiet identifikata fi
Skambju ta’ Noti bejn l-Istati Kontraenti; jew
(b) kull liġi oħra sostanzjalment simili li tkun ġiet leġislata
sussegwentement.
ARTIKOLU 24
Soċjetajiet
(1) Meta, skond xi disposizzjoni ta’ dan il-Ftehim, soċjetà  tkun intitolata, bħala
residenti f’Malta, għal eżenzjoni mit-taxxa fir-Renju Unit fuq income jew qligħ
kapitali, dik id-disposizzjoni ma għandhiex titqies bħala li tirrestrinġi d-dritt tar-
Renju Unit li jintaxxa lil soċju li jkun residenti tar-Renju Unit fuq is-sehem tiegħu
minn dak l-income jew qligħ kapitali; iżda kull income jew qligħ bħal dawk
għandhom jitqiesu għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 22 ta’ dan il-Ftehim bħala income
jew qligħ minn għejjun f’Malta.
(2) Ebda ħaġa fl-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim ma għandha tintitola soċjetà  li
tkun residenti f’Malta għal kreditu ta’ taxxa għar-rigward ta’ dividendi mħallsa lis-
soċjetà  minn kumpannija li tkun residenti tar-Renju Unit; iżda kull soċju li jkun
residenti ta’ Malta għandu jitqies għall-għanijiet ta’ l-imsemmi Artikolu 10 u ta’ dan
il-paragrafu bħala li jkun tħallas dividend ta’ ammont li jkun jikkorrispondi għas-
sehem tiegħu f’dawk id-dividendi mill-kumpannija li tkun residenti tar-Renju Unit.
KAPITOLU V
Disposizzjonijiet Speċjali
ARTIKOLU 25
Ebda Diskriminazzjoni
(1) Nazzjonali ta’ Stat Kontraenti ma għandhomx jiġu suġġetti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għal xi tassazzjoni jew xi ħtieġa li għandha x’taqsam magħha li
ma tkunx jew li tkun ta’ piż aktar mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu
magħha li għalihom nazzjonali ta’ dak l-Istat l-ieħor fl-istess ċirkostanzi huma jew
jistgħu jkunu suġġetti.
(2) It-tassazzjoni fuq stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor ma għandhiex tinġabar f’dak l-Istat l-ieħor b’mod
inqas favorevoli mit-tassazzjoni miġbura fuq impriżi f’dak l-Istat l-ieħor li jmexxu l-
istess attivitajiet.
(3) Ħlief meta d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ta’ l-Artikolu 9, tal-
paragrafu (6) ta’ l-Artikolu 11 jew tal-paragrafu (6) ta’ l-Artikolu 12 ta’ dan il-
Fteħim ikunu japplikaw, kull imgħax, royalties u ħlasijiet oħra li jsiru minn impriża
ta’ Stat Kontraenti lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor għandhom bil-għan li
jiġi stabbilit il-qligħ taxxabbli ta’ dik l-impriża, jitnaqqsu taħt l-istess
kundizzjonijiet daqslikieku kienu tħallsu lil residenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi.
(4) Impriżi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom ikun proprjetà  ta’ jew
18 L.S.123.35 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME 
MAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ
ikkontrollat minn, għal kollox jew f’parti, direttament jew indirettament, residenti
wieħed jew aktar ta’ l-Istat l-ieħor, ma jkunux suġġetti fl-Istat l-ewwel imsemmi
għal xi tassazzjoni jew xi ħtieġa li għandhom x’jaqsmu magħha li tkun oħra jew ta’
aktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu magħha li impriżi oħra
bħalhom ta’ dak l-Istat l-ewwel imsemmi huma jew jistgħu jkunu suġġetti għalihom.
(5) Xejn li hemm f’dan l-Artikolu ma għandu jitqies li jorbot Stat Kontraenti li
jagħti lil individwi li jkunu residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor xi tnaqqis
personali, ħelsien jew tnaqqis għall-finijiet ta’ taxxa minħabba l-istatus ċivili, ir-
responsabbiltajiet tal-familja jew kull ċirkostanza personali oħra li huwa jagħti lir-
residenti tiegħu stess.
(6) Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw għal dawk it-
taxxi li hemm fil-qofol ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 26
Proċedura għal Ftehim Reċiproku
(1) Meta persuna jidhrilha li l-azzjonijiet ta’ l-awtorità  kompetenti ta’ wieħed
mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn iwasslu jew jistgħu jwasslu li tiġi ntaxxata mhux
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, hija tista’, minkejja r-rimedji provduti
bil-liġi domestika ta’ dawk l-Istati, tippreżenta l-każ tagħha lill-awtorità  kompetenti
ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu hija residenti jew, jekk il-każ tagħha jkun jaqa’ taħt il-
paragrafu (1) ta’ l-Artikolu 25 ta’ dan il-Ftehim lill-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat
Kontraenti li tagħha tkun nazzjonali.
(2) L-awtorità  kompetenti għandha tara, jekk l-oġġezzjoni tidhrilha li tkun
waħda ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal għal soluzzjoni
sodisfaċenti, li tiddeċiedi l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità  kompetenti ta’ l-
Istat Kontraenti l-ieħor, bil-għan li tiġi evitata tassazzjoni mhux skond dan il-
Ftehim.
(3) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti għandhom jaraw li jirrisolvu
bi ftehim reċiproku xi diffikultajiet jew dubbji li jinqalgħu dwar l-interpretazzjoni
jew l-applikazzjoni tal-Ftehim.
(4) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti jistgħu jikkomunikaw
direttament ma’ xulxin bil-għan li jintlaħaq ftehim dwar kif hemm fil-paragrafi ta’
qabel.
ARTIKOLU 27
Tibdil ta’ Informazzjoni
(1) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jibdlu dik l-
informazzjoni li tkun meħtieġa sabiex jitwettqu d-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim
jew tal-liġijiet domestiċi ta’ l-Istati Kontraenti dwar taxxi milquta bil-Ftehim safejn
it-tassazzjoni ma tmurx kontra l-Ftehim. Kull informazzjoni li tasal għand Stat
Kontraenti għandha titqies sigrieta bl-istess mod bħal informazzjoni miksuba taħt il-
liġijiet domestiċi ta’ dak l-Istat u għandha titgħarraf biss lil persuni jew awtoritajiet
(magħduda qrati u korpi amministrattivi) imdaħħla fl-istima jew ġbir ta’, l-infurzar
jew prosekuzzjoni dwar, jew il-qtugħ ta’ appelli dwar, it-taxxi li jaqgħu taħt il-
Ftehim. Dawn il-persuni jew awtoritajiet għandhom jużaw l-informazzjoni għal
dawk l-għanijiet biss. Huma jistgħu jikxfu dik l-informazzjoni fi proċedimenti li
jsiru f’qorti pubblika jew f’sentenzi tal-qorti.
(2) F’ebda każ ma għandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (1) ta’ dan l-
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME 
MAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ ġ L.S.123.35 19
Artikolu jitqiesu li jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
(a) li jieħu miżuri amministrattivi li ma jaqblux mal-liġijiet jew l-użanza
amministrattiva ta’ dak l-Istat Kontraenti jew ta’ l-ieħor;
(b) li jagħti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taħt il-liġijiet jew fil-
kors normali ta’ l-użanza amministrattiva ta’ dak l-Istat Kontraenti jew
ta’ l-ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet tal-kummerċ, tan-negozju,
industrijali, kummerċjali jew professjonali jew proċess tal-kummerċ,
jew li jagħti informazzjoni li l-kxif tagħha jkun kontra l-ordni pubbliku.
ARTIKOLU 28
Aġenti Diplomatiċi u Uffiċjali Konsulari
Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġġi fiskali ta’ aġenti
diplomatiċi jew ta’ uffiċjali konsulari taħt ir-regoli ġenerali tad-dritt internazzjonali
jew taħt id-disposizzjonijiet ta’ kull ftehim speċjali.
ARTIKOLU 29
Bidu fis-Seħħ
(1) Kull wieħed mill-Istati Kontraenti għandu javża lill-ieħor permezz ta’
skambju diplomatiku bit-temma tal-proċeduri meħtieġa bil-liġijiet tiegħu sabiex dan
il-Ftehim jinġieb fis-seħħ. Dan il-Ftehim għandu jibda jseħħ fid-data li tiġi l-aktar
tard minn dawn in-notifiki u wara dan ikollu effett:
(a) fir-Renju Unit:
(i) għar-rigward tat-taxxa fuq l-income u taxxa fuq qligħ kapitali,
għal sena ta’ stima li tkun li tibda fis-6 ta’ April jew wara fis-sena
kalendarja li tiġi minnufih wara dik is-sena li fiha l-Ftehim jibda
jseħħ;
(ii) għar-rigward tat-taxxa korporattiva, għal sena finanzjarja li tkun
li tibda fl-1 ta’ April jew wara fis-sena kalendarja li tiġi minnufih
wara dik is-sena li fiha l-Ftehim jibda jseħħ;
(b) f’Malta:
għar-rigward tat-taxxa fuq l-income, għal sena ta’ stima li tkun li tibda
fl-ewwel jum ta’ Jannar jew wara fis-sena kalendarja li tiġi minnufih
wara dik is-sena li fiha l-Ftehim jibda jseħħ.
(2) L-Arranġament bejn il-Gvern tal-Maestà  Tagħha u l-Gvern ta’ Malta biex
tiġi Evitata t-Taxxa Doppja u biex ma Titħalliex li ssir Evażjoni Fiskali dwar Taxxi
fuq l-Income, kif emendata bil-Ftehim iffirmat fil-Belt Valletta fid-29 ta’ Novembru,
1974 (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "l-Arranġament ta’ l-1961") għandu
jtemm u jieqaf milli jibqa’ jkollu seħħ mid-data minn meta dan il-Ftehim ikollu seħħ
għar-rigward tat-taxxi li dan il-Ftehim japplika għalihom skond id-disposizzjonijiet
tal-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu.
(3) Meta xi disposizzjonijiet ta’ l-Arranġament ta’ l-1961 kienet tagħti ħelsien
ikbar mit-taxxa minn dak dovut taħt dan il-Ftehim, dik id-disposizzjoni msemmija
għandha tkompli sseħħ:
(a) fir-Renju Unit, għal kull sena ta’ stima, sena finanzjarja, jew perijodu
taxxabbli; u
(b) f’Malta, għal kull sena ta’ stima li f’kull każ tkun tibda qabel il-bidu fis-
20 L.S.123.35 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME 
MAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ
seħħ ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 30
Terminazzjoni
Dan il-Ftehim għandu jibqa’ jseħħ sakemm jiġi terminat minn wieħed mill-
Istati Kontraenti. Kull wieħed mill-Istati Kontraenti jista’ jtemm il-Ftehim, permezz
ta’ skambju diplomatiku, billi jagħti avviż tat-terminazzjoni mill-anqas sitt xhur
qabel it-tmiem ta’ xi sena kalendarja. F’dak il-każ, il-Ftehim ma għandux
jibqa’jseħħ:
(a) fir-Renju Unit:
(i) dwar it-taxxa fuq l-income u taxxa fuq qligħ kapitali, għal sena ta’
stima li tibda fis-6 ta’ April jew wara fis-sena kalendarja li tiġi
minnufih wara dik is-sena li fiha jingħata l-avviż;
(ii) dwar it-taxxa korporattiva, għal kull sena finanzjarja li tibda fl-1
ta’ April jew wara fis-sena kalendarja li tiġi minnufih wara dik is-
sena li fiha jingħata l-avviż;
(b) f’Malta:
dwar it-taxxa fuq l-income, għal kull sena ta’ stima li tibda fl-ewwel
jum ta’ Jannar jew wara fis-sena kalendarja li tiġi minnufih wara dik is-
sena li fiha jingħata l-avviż.
B’xiehda ta’ dan is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jaħmlu dan mill-
Gvernijiet rispettivi tagħhom, iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGĦMUL ġewwa Londra illum it-12 ta’ Mejju, 1994 fl-ilsien Ingliż.
Eċċellenza
Għandi l-unur nirreferi għall-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran
Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern ta’ Malta għall-Ħelsien minn Taxxa Doppja u
Biex Tiġi Evitata Evażjoni Fiskali dwar Taxxi fuq l-Income u Qligħ Kapitali li ġie
ffirmat illum u li nipproponi f’isem il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-
Irlanda ta’ Fuq illi:
(a) b’referenza għall-Artikoli 7 u 9, huwa mifhum li ebda ħaġa li tinsab
f’dawk l-artikoli ma għandha tolqot l-applikazzjoni ta’ xi liġi ta’ Stat
Kontraenti li jkollha x’taqsam mad-deċiżjoni li tittieħed dwar jekk
persuna għandhiex tħallas taxxa, inkluża d-deċiżjoni dwar dan billi jsir
użu minn diskrezzjoni jew billi tintgħamel stima mill-awtorità
kompetenti ta’ dak l-Istat f’każijiet li fihom, mit-tagħrif li l-awtorità
kompetenti ta’ dak l-Istat ikollha, ma tkunx ħaġa possibbli jew prattika
li jiġu aċċertati xi jkunu l-profitti li jkollhom jiġu attribwiti lil
stabbilimenti permanenti, kemm-il darba dik il-liġi tiġi applikata,
sakemm it-tagħrif li l-awtorità  kompetenti ikollha jkun jippermetti,
JOSEF BONNICI
Għall-Gvern ta’ Malta
STEPHEN DORELL
Għall-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran 
Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME 
MAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ ġ L.S.123.35 21
b’mod konsistenti mal-prinċipji ta’ dawk iż-żewġ Artikoli;
(b) b’referenza għall-paragrafu (9) ta’ l-Artikolu 17, huwa mifhum li l-
istituzzjoni, aġenzija jew instrumentalità  relevanti għandha fil-każ tar-
Renju Unit tkun l-Export Credits Guarantee Department u għandha fil-
każ ta’ Malta tkun l-Export Credit Guarantee Company Ltd;
(ċ) b’referenza għall-paragrafu (6) ta’ l-Artikolu 22, huwa mifhum li fuq
talba ta’ xi awtorità  kompetenti ż-żewġ Stati Kontraenti għandhom
jibdew diskussjonijiet dwar l-estensjoni tal-perijodu msemmi fil-
paragrafu (5) f’kull żmien sabiex, fil-każ li jintlaħaq ftehim dwar l-
estensjoni ta’ dak il-perijodu, ma għandu jkun hemm ebda nuqqas ta’
kontinwità  fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu;
(d) b’referenza għall-paragrafu (2) ta’ l-Artikolu 23, id-disposizzjonijiet
ta’ dan il-Ftehim ma għandhomx japplikaw għal:
(i) persuni li huma intitolati għal benefiċċju ta’ taxxa speċjali bis-
saħħa ta’ l-Att dwar iċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta
ħlief dawk il-persuni li jagħżlu skond l-artikolu 41 ta’ dak l-Att li
jkunu suġġetti għad-disposizzjonijiet normali ta’ l-Att dwar it-
Taxxa fuq l-Income; jew
(ii) persuni li u sal-limitu li bih bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ l-
Att dwar il-Bastimenti Merkantili mhumiex suġġetti għat-taxxa
fuq il-profitti miksubin mit-tħaddim ta’ bastimenti fi traffiku
internazzjonali; jew
(iii) persuni intitolati għal xi benefiċċju ta’ taxxa speċjali għar-
rigward tad-distribuzzjonijiet li jsiru minn trust bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar it-Trusts meta jitqies li trust kif
stabbilita f’dak l-Att mhijiex vestita b’personalità  ġuridika u
għalhekk ma tistax tibbenefika mill-Ftehim b’kull jedd li
jappartjeni lilha; jew
(iv) persuni intitolati għal xi benefiċċju ta’ taxxa speċjali taħt xi liġi
oħra sostanzjalment simili li tkun ġiet leġislata sussegwentement
u li jkun sar ftehim dwarha mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati
Kontraenti bħala inkluża skond il-provvedimenti tal-paragrafu (2)
ta’ l-Artikolu 23 ta’ dan il-Ftehim.
Jekk dawn il-proposti huma aċċettabbli għall-Gvern ta’ Malta, għandi l-unur
nissuġġerixxi li din in-Nota flimkien mar-risposta ta’ l-Eċċellenza Tiegħek dwarha
għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu qbil bejn iż-żewġ Gvernijiet fuq din il-
ħaġa, u dan għandu jibda jseħħ fl-istess żmien bħalma jibda jseħħ dan il-Ftehim.
Nieħu din l-opportunità  sabiex inwassal lill-Eċċellenza Tiegħek l-assigurazzjoni
ta’ l-ogħla stima tiegħi.
J.S. BUCK
għas-Segretarju Statali
għall-Affarijiet Esterni u tal-Commonwealth.
22 L.S.123.35 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME 
MAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ
Floriana
12 ta’ Mejju, 1994
Eċċellenza
Għandi l-unur nirrikonoxxi li waslitli n-Nota ta’ l-Eċċellenza Tiegħek li ġġib id-
data ta’ llum u li tiddikjara dan li ġej:
"Għandi l-unur nirreferi għall-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran
Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern ta’ Malta għall-Ħelsien minn Taxxa Doppja u
Biex Tiġi Evitata Evażjoni Fiskali dwar Taxxi fuq l-Income u Qligħ Kapitali li ġie
ffirmat illum u li nipproponi f’isem il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-
Irlanda ta' Fuq illi:
(a) b’referenza għall-Artikoli 7 u 9, huwa mifhum li ebda ħaġa li tinsab
f’dawk l-artikoli ma għandha tolqot l-applikazzjoni ta’ xi liġi ta’ Stat
Kontraenti li jkollha x’taqsam mad-deċiżjoni li tittieħed dwar jekk
persuna għandhiex tħallas taxxa, inkluża d-deċiżjoni dwar dan billi jsir
użu minn diskrezzjoni jew billi tintgħamel stima mill-awtorità
kompetenti ta’ dak l-Istat f’każijiet li fihom, mit-tagħrif li l-awtorità
kompetenti ta’ dak l-Istat ikollha, ma tkunx ħaġa possibbli jew prattika
li jiġu aċċertati xi jkunu l-profitti li jkollhom jiġu attribwiti lil
stabbilimenti permanenti, kemm-il darba dik il-liġi tiġi applikata,
sakemm it-tagħrif li l-awtorità  kompetenti ikollha jkun jippermetti,
b’mod konsistenti mal-prinċipji ta’ dawk iż-żewġ Artikoli;
(b) b’referenza għall-paragrafu (9) ta’ l-Artikolu 17, huwa mifhum li l-
istituzzjoni, aġenzija jew instrumentalità  relevanti għandha fil-każ tar-
Renju Unit tkun l-Export Credits Guarantee Department u għandha fil-
każ ta’ Malta tkun l-Export Credit Guarantee Company Ltd;
(ċ) b’referenza għall-paragrafu (6) ta’ l-Artikolu 22, huwa mifhum li fuq
talba ta’ xi awtorità  kompetenti ż-żewġ Stati Kontraenti għandhom
jibdew diskussjonijiet dwar l-estensjoni tal-perijodu msemmi fil-
paragrafu (5) f’kull żmien sabiex, fil-każ li jintlaħaq ftehim dwar l-
estensjoni ta’ dak il-perijodu, ma għandu jkun hemm ebda nuqqas ta’
kontinwità  fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu;
(d) b’referenza għall-paragrafu (2) ta’ l-Artikolu 23, id-disposizzjonijiet
ta’ dan il-Ftehim ma għandhomx japplikaw għal:
(i) persuni li huma intitolati għal benefiċċju ta’ taxxa speċjali bis-
saħħa ta’ l-Att dwar iċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta
ħlief dawk il-persuni li jagħżlu skond l-artikolu 41 ta’ dak l-Att li
jkunu suġġetti għad-disposizzjonijiet normali ta’ l-Att dwar it-
Taxxa fuq l-Income; jew
(ii) persuni li u sal-limitu li bih bis-saħħa tad-disposizzjonijiet ta’ l-
Att dwar il-Bastimenti Merkantili mhumiex suġġetti għat-taxxa
fuq il-profitti miksubin mit-tħaddim ta’ bastimenti fi traffiku
internazzjonali; jew
(iii) persuni intitolati għal xi benefiċċju ta’ taxxa speċjali għar-
rigward tad-distribuzzjonijiet li jsiru minn trust bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar it-Trusts meta jitqies li trust kif
stabbilita f’dak l-Att mhijiex vestita b’personalità  ġuridika u
għalhekk ma tistax tibbenefika mill-Ftehim b’kull jedd li
jappartjeni lilha; jew
(iv) persuni intitolati għal xi benefiċċju ta’ taxxa speċjali taħt xi liġi
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME 
MAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ ġ L.S.123.35 23
oħra sostanzjalment simili li tkun ġiet leġislata sussegwentement
u li jkun sar ftehim dwarha mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati
Kontraenti bħala inkluża skond il-provvedimenti tal-paragrafu (2)
ta’ l-Artikolu 23 ta’ dan il-Ftehim.
Jekk dawn il-proposti huma aċċettabbli għall-Gvern ta’ Malta, għandi l-unur
nissuġġerixxi li din in-Nota flimkien mar-risposta ta’ l-Eċċellenza Tiegħek dwarha
għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu qbil bejn iż-żewġ Gvernijiet fuq din il-
ħaġa, u dan għandu jibda jseħħ fl-istess żmien bħalma jibda jseħħ dan il-Ftehim.".
Dawn il-proposti huma aċċettabbli għall-Gvern ta’ Malta, u għandi l-unur
nikkonferma li n-Nota ta’ l-Eċċellenza Tiegħek u din ir-Risposta għandhom jitqiesu
bħala li jikkostitwixxu qbil bejn iż-żewġ Gvernijiet fuq din il-ħaġa, u dan għandu
jibda jseħħ fl-istess żmien bħalma jibda jseħħ dan il-Fteħim.
Nieħu din l-opportunità  sabiex inwassal lill-Eċċellenza Tiegħek l-assigurazzjoni
ta’ l-ogħla stima tiegħi.
VINCENT GALEA 
Kummissarju tat-Taxxi Interni
Għall-Gvern ta’ Malta
