EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAL-GRAN DUKAT TA’ LUSSEMBURGU ġ L.S.123.37 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.37
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAL-GRAN DUKAT TA’ LUSSEMBURGU
14 ta’ Frar, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 65 ta’ l-1996, kif emendat bl-Avviż Legali 95 ta’ l-
1996.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mal-Gran Dukat ta’ Lussemburgu.
Arranġamenti 
jkollhom seħħ.
2. Qiegħed jiġi hawnhekk dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-Ordni ġew magħmula mal-Gvern
tal-Gran Dukat ta’ Lussemburgu sabiex jingħata
ħelsien minn taxxa doppja dwar it-taxxi li ġejjin
stabbiliti bil-liġijiet tal-Gran Dukat ta’ Lussemburgu:
(i) it-taxxa fuq l-income ta’ individwi;
(ii) it-taxxa korporattiva;
(iii) it-taxxa fuq id-drittijiet ta’ diretturi ta’
kumpanniji;
(iv) it-taxxa fuq il-kapital; u
(v) it-taxxa fuq il-kummerċ komunali;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arranġamenti jkollhom
effett.
2 L.S.123.37 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAL-GRAN DUKAT TA’ LUSSEMBURGU
SKEDA
FTEHIM BEJN MALTA
U L-GRAN DUKAT TA’ LUSSEMBURGU
GĦALL-ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
U BIEX TIĠI EVITATA EVAŻJONI FISKALI
DWAR TAXXI FUQ L-INCOME U FUQ IL-KAPITAL
Il-Gvem ta’ Malta u l-Gvern tal-Gran Dukat ta’ Lussemburgu, billi jixtiequ
jagħmlu Ftehim għall-ħelsien minn taxxa doppja u biex tiġi evitata evażjoni fiskali
dwar taxxi fuq l-income, u fuq il-kapital, ftehmu kif ġej:
ARTIKOLU 1
Għan Personali
Dan il-Ftehim għandu japplika għall-persuni li huma residenti ta’ wieħed
mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn.
ARTIKOLU 2
Taxxi Koperti
1. It-taxxi eżistenti li għalihom japplika dan il-Ftehim huma:
(a) fil-Gran Dukat ta’ Lussemburgu:
(i) it-taxxa fuq l-income ta’ individwi (l’impot sur le revenu des
personnes physiques);
(ii) it-taxxa korporattiva (l’impot sur le revenu des collectivites);
(iii) it-taxxa fuq id-drittijiet ta’ diretturi ta’ kumpanniji (l’impot
special sur les tantiemes);
(iv) it-taxxa fuq il-kapital (l’impot sur la fortune);
(v) it-taxxa fuq il-kummerċ komunali (l’impot commercial
communal);
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ Lussemburgu");
(b) f’Malta:
it-taxxa fuq l-income,
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ Malta").
2. Il-Ftehim għandu japplika wkoll għal kull taxxa bħalhom jew li
sostanzjalment tixbaħhom li jiġu imposti wara d-data tal-Ftehim b’żieda ma’, jew
minflok, it-taxxi eżistenti. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti
għandhom javżaw lil xulxin b’kull tibdil sostanzjali li jkun sar fil-liġijiet tagħhom
rispettivi li jirrigwardaw it-taxxa.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Artikolu dan il-Ftehim ma
japplikax għal taxxa mħallsa jew li titħallas f’Malta skond id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (13) ta’ l-artikolu 56 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income dwar l-income
taxxabbli ta’ persuna li tkun taħdem fil-produzzjoni ta’ żejt petroleum li jiġi prodott
f’Malta jew kull disposizzjoni oħra sostanzjalment simili li tiġi imposta wara d-data
tal-firma ta’ dan il-Ftehim.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAL-GRAN DUKAT TA’ LUSSEMBURGU ġ L.S.123.37 3
ARTIKOLU 3
Tifsiriet Ġenerali
1. Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tehtieġx xort’oħra:
(a) il-frażi "Lussemburgu" meta użata f’sens ġeografiku, tfisser it-territorju tal-
Gran Dukat ta’ Lussemburgu;
(b) il-frażi "Malta" meta użata f’sens ġeografiku tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-
Gżira ta’ Għawdex u l-gżejjer l-oħra ta’ l-Arċipelagu Malti, flimkien ma’ l-ibħra
territorjali tagħhom, u kull area barra mill-baħar territorjali ta’ Malta li, skond il-liġi
internazzjonali, hi hekk imsemmija jew aktar ’il quddiem tista’ tissejjaħ, taħt il-liġi
ta’ Malta dwar il-Blata Kontinentali, bħala area li fiha d-drittijiet ta’ Malta dwar
qiegħ il-baħar u s-sottoswol u r-riżorsi naturali tagħhom jistgħu jiġu eżerċitati;
(ċ) il-frażi "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-ieħor" ifissru, skond ma
teħtieġ ir-rabta tal-kliem, Lussemburgu jew Malta;
(d) il-frażi "persuna" tinkludi individwu, kumpannija u kull korp ieħor ta’
persuni;
(e) il-frażi "kumpannija" tfisser kull għaqda korporata jew kull enti li titqies
bħala għaqda korporata għall-finijiet ta’ taxxa;
(f) il-frażi "impriża ta’ Stat Kontraenti" u "impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor" ifissru rispettivament impriża li titmexxa minn residenti ta’ Stat Kontraenti u
impriża li titmexxa minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(g) il-frażi "nazzjonali" tfisser:
(i) kull individwu li jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Kontraenti;
(ii) kull persuna legali, soċjetà  u assoċjazzjoni li jiksbu l-istatus
tagħhom bħala hekk mil-liġijiet li jkunu fis-seħħ fi Stat
Kontraenti;
(h) il-frażi "traffiku internazzjonali" tfisser kull trasport b’bastiment jew
b’inġenji ta’ l-ajru imħaddma minn impriża ta’ Stat Kontraenti, barra minn meta l-
bastiment jew l-inġenji ta’ l-ajru jkunu mħaddma biss bejn postijiet fl-Istat
Kontraenti l-ieħor;
(i) il-frażi "awtorità  kompetenti" tfisser:
(i) f’Lussemburgu, il-Ministru tal-Finanzi jew ir-rappreżentant awtorizzat
tiegħu, u
(ii) f’Malta, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-rappreżentant
awtorizzat tiegħu.
2. Ghar-rigward ta’ l-applikazzjoni tal-Ftehim minn Stat Kontraenti, kull frażi,
li ma tkunx imfissra fih għandha, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra, ikollha l-istess tifsir kif mogħti lilha taħt il-liġi ta’ dak l-Istat dwar it-taxxi
li dan il-Ftehim japplika għalihom.
ARTIKOLU 4
Residenti
1. Ghall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "residenti ta’ Stat Kontraenti" tfisser
kull persuna li, taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat, hija suġġetta għat-taxxa hemmhekk
minħabba d-domiċilju, ir-residenza, post tal-maniġġ jew xi kriterju ieħor ta’ xorta
4 L.S.123.37 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAL-GRAN DUKAT TA’ LUSSEMBURGU
bħal din. Iżda din il-frażi ma tinkludix lil persuna li tkun suġġetta għat-taxxa f’dak l-
Istat għar-rigward biss ta’ income minn għejjun f’dak l-Istat jew ta’ kapital ġewwa
fih.
2. Fejn minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 individwu jkun residenti
taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-Istat tiegħu għandu jiġi determinat kif ġej:
(a) huwa għandu jitqies li jkun residenti unikament ta’ l-Istat li fih ikollu
dar permanenti għad-disposizzjoni tiegħu; jekk huwa jkollu dar
permanenti għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati, huwa għandu
jitqies li huwa residenti ta’ l-Istat li miegħu ir-relazzjonijiet personali u
ekonomiċi tiegħu jkunu l-aktar marbuta (ċentru ta’ interess vitali);
(b) jekk l-Istat li fih huwa jkollu ċ-ċentru ta’ interess vitali ma jistax jiġi
determinat, jew jekk huwa ma jkollux għad-disposizzjoni tiegħu dar
permanenti fl-ebda Stat, huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat
Kontraenti li fih soltu jirrisjedi;
(ċ) jekk huwa s-soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati jew f’ebda wieħed minnhom,
huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li tiegħu jkun nazzjonali;
(d) jekk huwa jkun nazzjonali taż-żewġ Stati jew ta’ l-ebda wieħed
minnhom, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom
jiddeċiedu l-każ bi ftehim bejniethom.
3. Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, din għandha għaldaqstant titqies
bħala residenti ta’ l-Istat fejn ikun jinsab il-post effettiv tal-maniġġ tagħha.
ARTIKOLU 5
Stabbiliment Permanenti
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim il-frażi "stabbiliment permanenti" tfisser post
tan-negozju fiss li minnu jitmexxa għal kollox jew f’parti x-xogħol ta’ impriża.
2. Il-frażi "stabbiliment permanenti" tinkludi b’mod speċjali:
(a) post ta’ maniġġ;
(b) fergħa;
(ċ) uffiċċju;
(d) fabbrika;
(e) ħanut tax-xogħol;
(f) minjiera, bir taż-żejt jew tal-gass, barriera jew kull post ieħor ta’
estrazzjoni ta’ riżorsi naturali inkluż offshore drilling site; u
(g) art li tkun qegħda tinbena jew proġett ta’ kostruzzjoni, assemblaġġ jew
stallazzjoni jew attivitajiet superviżorji li għandhom x’jaqsmu ma’ dan,
meta dik l-art, proġett jew attività  ikomplu għal iktar minn sitt xhur.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frażi
"stabbiliment permanenti" għandha titqies li ma tinkludix:
(a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim ta’
oġġetti jew merkanzija li jkun proprjetà  ta’ l-impriża;
(b) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim;
(ċ) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAL-GRAN DUKAT TA’ LUSSEMBURGU ġ L.S.123.37 5
impriża għall-iskop biss ta’ proċessar minn impriża oħra;
(d) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ xiri ta’ oġġetti jew
merkanzija jew ta’ ġbir ta’ tagħrif għall-impriża;
(e) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss li tagħmel, għall-
impriża, xi attività  oħra ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja;
(f) il-manutenzjoni ta’ post tan-negozju fiss unikament għal kombinazzjoni
ta’ l-attivitajiet imsemmija fis-subparagrafu (a) sa (e), kemm-il darba l-
attività  kollha tal-post tan-negozju fiss li tirriżulta minn din il-
kombinazzjoni tkun waħda ta’ xorta preparatorja jew awżiljari.
4. Persuna li tkun okkupata f’Stat Kontraenti fl-esplorazzjoni ta’ qiegħ il-baħar
u tas-sottoswol jew fl-esplojtazzjoni ta’ riżorsi naturali li jkunu jinsabu hemmhekk
kif ukoll f’attivitajiet li jkunu komplementari jew awżiljarji għal dawk l-attivitajiet,
titqies li tkun qed twettaq dawk l-attivitajiet permezz ta’ stabbiliment permanenti
f’dak l-Istat.
5. Impriża ta’ Stat Kontraenti titqies li jkollha stabbiliment permanenti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jekk:
(a) ikun qed jintuża mill-impriża tagħmir suffiċjenti daqskemm ikun
meħtieġ sabiex din tiġġestixxi l-attivitajiet tagħha f’dak l-Istat l-ieħor;
(b) l-impriża twettaq attività  superviżorja f’dak l-Istat li jkollha x’taqsam
ma’ l-użu tat-tagħmir imsemmi fis-subparagrafu (a).
6. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 4 meta persuna - li ma tkunx
aġent ta’ status indipendenti li għaliha japplika l-paragrafu 7 - taġixxi għan-nom ta’
impriża u għandha, u soltu twettaq fi Stat Kontraenti awtorità  li tikkonkludi kuntratti
f’isem l-impriża, dik l-impriża għandha titqies li għandha stabbiliment permanenti
f’dak l-Istat dwar kull attività  li dik il-persuna tagħmel għall-impriża, sakemm l-
attivitajiet ta’ dik il-persuna ma jkunux limitati għal dawk imsemmija fil-paragrafu 3
li, jekk jiġu eżerċitati minn post tan-negozju fiss, ma jirrendux lil dan il-post tan-
negozju fiss stabbiliment permanenti taħt id-disposizzjonijiet ta’ dak il-paragrafu.
7. Impriża ta’ Stat Kontraenti ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment
permanenti fi Stat Kontraenti ieħor għaliex biss tmexxi negozju f’dak l-Istat ieħor
permezz ta’ sensal, aġent ġenerali b’kummissjoni jew xi aġent ieħor bi status
indipendenti, meta dawk il-persuni jaġixxu fil-kors ordinarju tan-negozju tagħhom.
Iżda, meta l-attivitajiet ta’ dak l-aġent ikunu qegħdin jitwettqu għal kollox jew kważi
għal kollox għall-impriża (jew għall-impriża u għall-impriżi oħra li huma kontrollati
minnha jew li għandhom sehem parteċipattiv fiha jew li huma suġġetti għall-istess
kontroll komuni) u l-kondizzjonijiet magħmulin jew imposti bejniethom fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji jkunu differenti minn dawk li kieku kienu
jsiru jew li kienu jiġu imposti li kieku dan ma kienx il-każ, dak l-aġent ma għandux
jitqies bħala aġent ta’ status indipendenti għall-għanijiet ta’ dan il-paragrafu.
8. Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikkontrolla jew
tkun kontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, jew
li tmexxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta’ stabbiliment permanenti sew
xort’oħra), ma għandux fih innifsu jikkostitwixxi xi waħda mill-kumpanniji bħala
stabbiliment permanenti ta’ l-oħra.
ARTIKOLU 6
Income minn Proprjetà  Immobiljari
1. Income miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn proprjetà
immobiljari (inkluż income minn xogħol fl-agrikoltura jew fil-boskijiet) sitwata fl-
6 L.S.123.37 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAL-GRAN DUKAT TA’ LUSSEMBURGU
Istat Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Il-frażi "proprjetà  immobiljari" għandu jkollha l-istess tifsir li għandha taħt
il-liġi ta’ l-Istat Kontraenti li fih il-proprjetà  li tkun hija sitwata. Il-frażi għandha
f’kull każ tinkludi proprjetà  aċċessorja għal proprjetà  immobiljari, bhejjem u
tagħmir użati fl-agrikoltura jew fil-boskijiet, drittijiet li għalihom japplikaw id-
disposizzjonijiet tal-liġi ġenerali dwar proprjetà  terrena, użufrutt ta’ proprjetà
immobiljari u drittijiet għal ħlasijiet li jvarjaw jew fissi bħala kumpens għall-ħdim
ta’, jew għall-jedd li jinħadmu jew li jiġu esplorati depożiti minerali, għejjun u
riżorsi oħra naturali; bastimenti, dgħajjes u inġenji ta’ l-ajru ma għandhomx jitqiesu
bħala proprjetà  immobiljari.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal income li
jinkiseb mill-użu dirett, kiri, jew użu ta’ kull xort’oħra ta’ proprjetà  immobiljari.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw ukoll għal
income minn proprjetà  immobiljari ta’ impriża u għal income minn proprjetà
immobiljari li tkun użata għall-qadi ta’ servizzi personali indipendenti.
ARTIKOLU 7
Profitti minn Negozju
1  Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti għandhom jiġu ntaxxati biss f’dak
l-Istat kemm-il darba l-impriża ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk. Jekk l-impriża
tmexxi negozju kif intqal qabel, il-profitti ta’ l-impriża jistgħu jiġu intaxxati fl-Istat
l-ieħor iżda biss dik il-parti minnhom li tkun attribwibbli għal dak l-istabbiliment
permanenti.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3, meta impriża ta’ Stat
Kontraenti tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qiegħed hemmhekk, għandhom jiġu attribwiti lil dak l-
istabbiliment permanenti f’kull Stat Kontraenti l-profitti li kien ikun mistenni
jagħmel kieku kien impriża distinta u separata li taħdem fl-istess attivitajiet jew
oħrajn bħalhom taħt l-istess kundizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem
indipendentement għal kollox mill-impriża li tagħha hija stabbiliment permanenti
jew mill-impriżi oħra assoċjati li tinnegozja magħhom.
3. Biex jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, għandhom ikunu
permessi bħala tnaqqis dawk l-ispejjeż ta’ l-impriża, li jkun spejjeż li jsiru għall-
għanijiet ta’ l-istabbiliment permanenti (magħduda l-ispejjeż eżekuttivi u
amministrattivi ġenerali li jsiru) u li jkunu jitnaqqsu li kieku l-istabbiliment
permanenti kien enti indipendenti li jkun ħallas dawk l-ispejjeż, sew jekk ikunu saru
fl-Istat Kontraenti li fih ikun hemm l-istabbiliment permanenti jew jekk ikunu saru
band’oħra.
4. Ebda ħaġa f’dan l-Artikolu ma għandha tolqot l-applikazzjoni ta’ xi liġi ta’
Stat Kontraenti li jkollha x’taqsam ma’ kif jiġi stabbilit kemm persuna għandha
tħallas bħala taxxa, inkluż li jiġi stabbilit kemm għandu jitħallas bl-użu tad-
diskrezzjoni jew bl-għemil ta’ stima mill-awtorità  kompetenti ta’ dak l-Istat f’każi li
fihom, mit-tagħrif li l-awtorità  kompetenti ta’ dak l-Istat ikollha, ma jkunx possibbli
jew prattiku li jiġu aċċertati xi jkunu l-profitti li kellu stabbiliment permanenti,
kemm-il darba dik il-liġi tiġi applikata u r-riżultat ikun skond il-prinċipji li jinsabu
f’dan l-Artikolu.
5. Ma għandhom jiġu attribwiti ebda profitti lil stabbiliment permanenti
minħabba biss ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew merkanzija
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAL-GRAN DUKAT TA’ LUSSEMBURGU ġ L.S.123.37 7
għall-impriża.
6. Ghall-finijiet tal-paragrafi ta’ qabel, il-profitti li għandhom jiġu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-istess mod minn sena għal
sena kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u biżżejjed biex isir kuntrarju.
7. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx jolqtu l-applikazzjoni
tad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Stat Kontraenti dwar it-tassazzjoni ta’ profitti fuq in-
negozju ta’ assikurazzjoni.
8. Meta profitti jinkludu oġġetti ta’ income li qed jiġu trattati separatament
f’Artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, allura d-disposizzjonijiet ta’ dawk l-Artikoli ma
jkunux milquta bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
ARTIKOLU 8
Traffiku Internazzjonali
1. Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti mit-tħaddim ta’ bastiment jew
inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-
Istat.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 japplikaw ukoll għal profitti li jinkisbu
mill-parteċipazzjoni f’pool, negozju bi sħab jew aġenzija operattiva internazzjonali.
ARTIKOLU 9
Impriżi Assoċjati
1. Meta -
(a) impriża ta’ Stat Kontraenti tipparteċipa direttament jew indirettament
fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor, jew
(b) l-istess persuni jipparteċipaw direttament jew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti u ta’
impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor,
u f’kull każ jiġu magħmula jew imposti kundizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji ta’ bejniethom li ma jaqblux ma’ dawk li
kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f’dak il-każ profitti li, kieku ma
kienux dawk il-kundizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-impriżi, iżda
minħabba dawk il-kundizzjonijiet ma ġewx hekk akkumulati, jistgħu jiġu inklużi fil-
profitti ta’ dik l-impriża u intaxxati skond hekk.
2. Ebda ħaġa f’dan l-Artikolu ma għandha tolqot l-applikazzjoni ta’ xi liġi ta’
Stat Kontraenti li jkollha x’taqsam ma’ kif jiġi stabbilit kemm għandha titħallas
taxxa minn impriża inkluż kif jiġi stabbilit kemm għandha tkun dik it-taxxa bl-użu
tad-diskrezzjoni jew bl-għemil ta’ stima mill-awtorità  kompetenti ta’ dak l-Istat
f’każi li fihom, mit-tagħrif li l-awtorità  kompetenti ta’ dak l-Istat ikollha, ma jkunx
possibbli jew prattiku li jiġi stabbilit xi jkunu l-profitti li kellha impriża, kemm-il
darba dik il-liġi tiġi applikata, u r-riżultat ikun konsistenti mal-prinċipji ta’ dan l-
Artikolu.
3. Meta Stat Kontraenti jinkludi fil-profitti ta’ impriża ta’ dak l-Istat, u
jintaxxa skond hekk, profitti li fuqhom impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor ġiet
intaxxata f’dak l-Istat l-ieħor u l-profitti hekk magħduda jkunu profitti li kienu
jinqalgħu mill-impriża ta’ l-ewwel Stat imsemmi kieku l-kundizzjonijiet magħmula
bejn iż-żewġ impriżi kienu dawk li kienu jsiru bejn żewġ impriżi indipendenti, allura
8 L.S.123.37 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAL-GRAN DUKAT TA’ LUSSEMBURGU
dak l-Istat l-ieħor għandu jagħmel it-tibdil xieraq fl-ammont tat-taxxa imposta
hemmhekk fuq dawk il-profitti. Biex jiġi stabbilit it-tibdil, għandu jittieħed qies
xieraq tad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-
Istati Kontraenti għandhom jekk iħossu l-bżonn jikkonsultaw lil xulxin.
ARTIKOLU 10
Dividendi
1. Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Iżda, dawk id-dividendi jistgħu jiġu intaxxati wkoll fl-Istat Kontraenti li
tiegħu l-kumpannija li tkun tħallas id-dividendi tkun residenti, u skond il-liġijiet ta’
dak l-Istat, iżda:
(a) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija li tkun residenti ta’
Lussemburgu lil residenti ta’ Malta li jkun is-sid benefiċjarju tad-
dividendi, it-taxxa ta’ Lussemburgu hekk imposta m’għandhiex tkun
iżjed minn:
(i) 5 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi jekk is-sid
benefiċjarju jkun kumpannija (li ma tkunx soċjetà ) li jkollha
direttament mill-anqas 25 fil-mija mill-kapital tal-kumpannija li
tkun qed tħallas id-dividendi;
(ii) 15 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi f’kull każ ieħor;
(b) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija residenti ta’ Malta lil
residenti ta’ Lussemburgu li jkun is-sid benefiċjarju tagħhom it-taxxa
ta’ Malta fuq l-ammont gross tad-dividendi ma għandhiex tkun iżjed
minn dik imposta fuq il-profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
Dan il-paragrafu ma jolqotx it-tassazzjoni ta’ kumpannija għar-rigward tal-
profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
3. Il-frażi "dividendi" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn
azzjonijiet, ishma "jouissance" jew jeddijiet "jouissance", ishma f’xogħol fil-
minjieri jew ta’ fundaturi, jew drittijiet oħra, li ma jkunux talbiet għal dejn, li
jipparteċipaw fil-profitti, kif ukoll income minn jeddijiet korporattivi oħra li huwa
meqjus għall-fini tat-taxxa l-istess bħal income minn azzjonijiet skond il-liġijiet ta’
l-Istat li fih tkun residenti l-kumpannija li tagħmel it-tqassim.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-
Istat Kontraenti l-ieħor, li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-dividendi,
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li jkun jaqdi
f’dak l-Istat l-ieħor servizz personali indipendenti minn bażi stabbilit sitwat
hemmhekk, u l-holding li dwarhom id-dividendi jkunu mħallsa jkollu x’jaqsam
effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit. F’dak il-każ id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 14, skond il-każ, għandhom
japplikaw.
5. Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpannija, ħlief meta dividendi bħal dawn jitħallsu
lil residenti ta’ dak l-Istat l-ieħor jew safejn il-holding li dwaru jitħallsu d-dividendi
jkollu x’jaqsam effettivament ma’ stabbiliment permanenti jew ma’ bażi stabbilit
sitwat f’dak l-Istat l-ieħor, jew jissuġġetta l-profitti mhux distribwiti tal-kumpannija
għal taxxa fuq il-profitti mhux distribwiti tal-kumpannija, anki jekk id-dividendi
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAL-GRAN DUKAT TA’ LUSSEMBURGU ġ L.S.123.37 9
mħallsa jew il-profitti mhux distribwiti jikkonsistu f’kollox jew f’parti minnhom
minn profitti jew income li jinqalgħu f’dak l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 11
Imgħax
1. Imgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u li jitħallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Il-frażi "imgħax" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn drittijiet
għal dejn ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le, u sew jekk jagħti l-jedd għal
sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b’mod partikolari, income minn
assigurazzjonijiet tal-Gvern u income minn bonds jew debentures inkluż kull
premium u rigal relatat ma’ dawk l-assigurazzjonijiet, bonds jew debentures. Dawk
il-penali li jiġu mposti minħabba fi ħlas tardiv ma għandhomx jitqiesu bħala imgħax
għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju ta’ l-imgħax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih jinqala’ l-imgħax permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jew jagħmel servizzi personali indipendenti f’dak l-
Istat l-ieħor minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt għal dejn li dwaru
jitħallas l-imgħax ikollu effettivament x’jaqsam ma’ dak l-istabbiliment permanenti
jew bażi stabbilit. F’dak il-każ id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew 14, skond il-
każ, għandhom japplikaw.
4. Meta, minħabba relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju jew
bejniethom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont ta’ l-imgħax, meta titqies xi tkun il-
pretensjoni dovuta li jkun qed jitħallas għaliha, jkun iżjed mill-ammont li kien ikun
miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-aħħar
imsemmi. F’każ bħal dak il-parti żejda tal-ħlasijiet tibqa’ taxxabbli skond il-liġijiet
ta’ kull Stat Kontraenti, meqjusa b’mod xieraq id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-
Ftehim.
ARTIKOLU 12
Royalties
1. Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u li jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Iżda, dawn ir-royalties jistgħu jiġu intaxxati wkoll fl-Istat Kontraenti li fih
jinqalgħu, u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda jekk min jirċevihom ikun is-sid
benefiċjarju tar-royalties, it-taxxa hekk imposta ma għandhiex tkun iżjed minn 10
fil-mija ta’ l-ammont gross tar-royalties.
3. Il-frażi "royalties" f’dan l-Artikolu tfisser ħlasijiet jew krediti, sew jekk
perjodiċi sew jekk le, u b’kull mod kif jiġu deskritti jew maħdumin, sal-limitu li
jsiru bħala kumpens:
(a) għall-użu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu, ta’ kull copyright, invenzjoni,
disinn jew mudell, pjan, formula jew proċess sigriet, trade mark jew
kull proprjetà  jew jedd ieħor bħal dawk;
(b) għall-għoti ta’ tagħrif jew informazzjoni ta’ xorta xjentifika, teknika,
industrijali jew kummerċjali;
(ċ) għall-provvista ta’ kull għajnuna li tkun anċillari u sussidjarja għal, u li
10 L.S.123.37 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAL-GRAN DUKAT TA’ LUSSEMBURGU
tingħata bħala mezz li jagħti lok għall-applikazzjoni jew tgawdija ta’,
dik il-proprjetà  jew ta’ dak il-jedd kif hemm imsemmi fis-subparagrafu
(a) jew kull tagħrif jew informazzjoni simili kif imsemmija fis-
subparagrafu (b);
(d) għall-użu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu ta’:
(i) films ċinematografiċi;
(ii) films jew video tapes għall-użu fuq it-televiżjoni; jew
(iii) tapes għall-użu tax-xandir bir-radju;
(e) għal tolleranza totali jew parzjali dwar l-użu jew l-għoti ta’ kull
proprjetà  jew jedd imsemmija f’dan il-paragrafu.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi (1) u (2) ma għandhomx japplikaw jekk is-
sid benefiċjarju tar-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih ir-royalties jinqalgħu permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun qed jaqdi f’dak l-Istat
Kontraenti l-ieħor servizzi personali indipendenti minn bażi stabbilit sitwat
hemmhekk, u d-dritt jew il-proprjetà  li dwarha jitħallsu r-royalties ikollu x’jaqsam
effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew ma’ dak il-bażi stabbilit. F’dak
il-każ id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ,
għandhom japplikaw.
5. Royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fi Stat Kontraenti meta min
iħallashom ikun dak l-Istat innifsu, sotto-diviżjoni politika, awtorità  lokali jew
residenti ta’ dak l-Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas ir-royalties, sew jekk tkun
residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti stabbiliment
permanenti jew bażi stabbilit li dwaru jkun ittieħed l-obbligu li jitħallsu r-royalties u
dawk ir-royalties ikunu r-responsabbiltà  ta’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit, allura dawk ir-royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fl-Istat li fih ikun
qiegħed l-istabbiliment permanenti jew il-bażi stabbilit.
6. Meta, minħabba r-relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
jew bejniethom stess u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties, wara li jitqies xi jkun
l-użu, l-jedd jew l-informazzjoni li jitħallsu għalihom, ikun iżjed mill-ammont li
kien ikun miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-
relazzjoni, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-
ammont l-aħħar imsemmi. F’dak il-każ, il-parti żejda tal-ħlasijiet għandha tibqa’
taxxabbli skond il-liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, meta jitqiesu d-disposizzjonijiet l-
oħra ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 13
Trasferiment ta’ Proprjetà
1. Income jew kull qligħ miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti mit-
trasferiment ta’ proprjetà  immobbli msemmija fl-Artikolu 6 u li tkun tinsab fl-Istat
Kontraenti l-ieħor kif ukoll kull qligħ li jinkiseb mit-trasferiment ta’ ishma jew kull
parteċipazzjoni f’kumpannija li l-attiv tagħha jkun prinċipalment jikkonsisti fi
proprjetà  immobbli li tkun tinsab fl-Istat Kontraenti l-ieħor, jista’ jiġi intaxxat f’dak
l-Istat l-ieħor.
2. Income jew kull qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tagħmel parti
mill-proprjetà  tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor jew ta’ proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni għal
bażi fissa lil residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor bil-għan li
jittwettqu servizzi personali indipendenti, inkluż dak l-income jew qligħ mit-
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAL-GRAN DUKAT TA’ LUSSEMBURGU ġ L.S.123.37 11
trasferiment ta’ dak l-istabbiliment permanenti (waħdu jew flimkien ma’ l-impriża
kollha) jew ta’ dik il-bażi fissa, jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
3. Income jew kull qligħ miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti mit-
trasferiment ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru mħaddma fi traffiku internazzjonali
jew proprjetà  immobbli li tappartjeni għat-tħaddim ta’ dawk il-bastimenti jew
inġenji ta’ l-ajru, għandu jkun taxxabbli biss f’dak l-Istat.
4. Income jew kull qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  li ma tkunx dik
imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun taxxabbli biss fl-Istat
Kontraenti li fih ikun residenti min jittrasferixxi.
ARTIKOLU 14
Servizzi Personali Indipendenti
1. Qligħ miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti għal servizzi professjonali
jew attivitajiet ta’ karattru indipendenti jkun taxxabbli biss f’dak l-Istat. Iżda, dak il-
qligħ jista’ fiċ-ċirkostanzi li ġejjin jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor:
(a) jekk ikollu bażi fiss regolari għad-disposizzjoni tiegħu fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għall-qadi ta’ l-attivitajiet tiegħu (f’liema każ dik il-
parti biss mill-income tiegħu li hu attribwibbli għal dak il-bażi fiss tista’
tiġi ntaxxata f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor); jew
(b) jekk il-qagħda tiegħu fl-Istat Kontraenti l-ieħor tkun għal żmien jew
żminijiet li fit-total ikunu jġibu jew jaqbżu d-90 ġurnata matul xi
perijodu ta’ tnax-il xahar li jibda jew jintemm fis-sena kalendarja
relattiva.
2. Il-frażi "servizzi professjonali" tinkludi speċjalment attivitajiet indipendenti
xjentifiċi, letterarji, artistiċi, edukattivi jew ta’ tagħlim kif ukoll attivitajiet
indipendenti ta’ tobba, avukati, inġiniera, periti, dentisti u accountants.
ARTIKOLU 15
Servizzi Personali Dipendenti
1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 16, 18 u 19, salarji, pagi u
kumpens ieħor bħal dan li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg
għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jiġix
eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk eżerċitat, dak il-kumpens
li jinkiseb minnu jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor ikun
taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
(a) min jirċevih ikun qiegħed fl-Istat l-ieħor għal żmien jew żminijiet li fit-
total ma jkunux aktar minn 183 ġurnata matul xi perijodu ta’ tnax-il
xahar li jibda jew jintemm fis-sena kalendarja relattiva, u
(b) il-kumpens ikun imħallas minn, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx
residenti ta’ l-Istat l-ieħor, u
(ċ) dak il-kumpens ma jkunx piż fuq l-istabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li l-prinċipal ikollu fl-Istat l-ieħor.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, kumpens miksub
dwar impieg eżerċitat abbord bastiment, jew inġenji ta’ l-ajru imħaddma fi traffiku
internazzjonali minn impriża ta’ Stat Kontraenti jista’ jkun taxxabbli biss f’dak l-
12 L.S.123.37 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAL-GRAN DUKAT TA’ LUSSEMBURGU
Istat.
ARTIKOLU 16
Drittijiet tad-Diretturi
Id-drittijiet u ħlasijiet simili tad-diretturi li jinkisbu minn residenti ta’
wieħed mill-Istati Kontraenti fil-kariga tiegħu bħala membru tal-bord tad-diretturi
ta’ kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, jistgħu jiġu intaxxati
f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor.
ARTIKOLU 17
Artisti u Sportivi
1. B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 14 u 15, income
miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn uħud li jagħtu spettaklu bħal artisti
tat-teatru, tal-films ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni jew mużiċista jew
bħala sportiv mill-attivitajiet personali tiegħu eżerċitati fl-Istat Kontraenti l-ieħor,
jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor.
2. Meta income dwar l-attivitajiet personali eżerċitati minn wieħed li jagħti
spettaklu jew sportiv bħala hekk jinqala’ mhux minn dak li jagħti spettaklu jew minn
sportiv nnifsu imma minn persuna oħra, dak l-income jista’, minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7, 14 u 15, jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti fejn l-
attivitajiet ta’ dak li jagħti spettaklu jew ta’ l-isportiv jiġu eżerċitati.
ARTIKOLU 18
Pensjonijiet
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 19, kull
pensjoni u rimunerazzjoni oħra simili li titħallas lil residenti ta’ Stat Kontraenti
minħabba f’impieg li kellu qabel għandhom jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, pensjonijiet u ħlasijiet oħra li
jinħarġu bis-saħħa tal-liġijiet tas-sigurtà  soċjali ta’ Stat Kontraenti għandhom jiġu
intaxxati biss f’dak l-Istat.
ARTIKOLU 19
Servizz tal-Gvern
1. (a) Rimunerazzjoni, barra minn pensjoni, imħallsa minn Stat Kontraenti jew
minn sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu, lil xi individwu dwar
servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew sotto-diviżjoni jew awtorità  tiegħu tista’ tiġi
intaxxata biss f’dak l-Istat.
(b) Iżda, dik ir-rimunerazzjoni tkun tista’ tiġi intaxxata biss fl-Istat Kontraenti
l-ieħor jekk is-servizzi jingħataw f’dak l-Istat u l-individwu jkun residenti f’dak l-
Istat li:
(i) ikun nazzjonali ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat sabiex unikament jaqdi dawk is-
servizzi.
2. (a) Kull pensjoni mħallsa minn, jew li toħroġ minn fond maħluq minn Stat
Kontraenti jew sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu lil xi individwu
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAL-GRAN DUKAT TA’ LUSSEMBURGU ġ L.S.123.37 13
dwar servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew sotto-diviżjoni jew awtorità  tiegħu tista’
tiġi ntaxxata biss f’dak l-Istat.
(b) Iżda, dik il-pensjoni tkun tista’ tiġi intaxxata biss fl-Istat Kontraenti l-ieħor
jekk l-individwu jkun residenti u nazzjonali ta’ dak l-Istat.
3. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15, 16 u 18 għandhom japplikaw għal
rimunerazzjoni u pensjonijiet dwar servizzi mogħtija dwar negozju mmexxi minn
Stat Kontraenti jew minn sotto-diviżjoni politika jew minn awtorità  lokali tiegħu.
ARTIKOLU 20
Studenti u Apprendisti
Individwu li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti minnufih qabel ma jagħmel
żjara lill-Istat Kontraenti l-ieħor u li jkun għal xi żmien preżenti fl-Istat l-ieħor
unikament:
(a) bħala student f’università , kulleġġ jew skola rikonoxxuti jew
f’istituzzjoni edukattiva oħra rikonoxxuta bħal dawk, f’dak l-Istat l-
ieħor; jew
(b) bħala apprendist kummerċjali jew tekniku; jew
(ċ) bħala wieħed li jirċievi għotja, allowance jew rigal bil-għan ewlieni ta’
studju, riċerka jew taħriġ mingħand il-Gvern ta’ xi wieħed mill-Istati
jew minn organizzazzjoni xjentifika, edukattiva, reliġjuża jew
filantropika jew bis-saħħa ta’ programm ta’ assistenza teknika li jkun
għamel il-Gvern ta’ Stat,
jkun eżenti mit-taxxa f’dak l-Istat l-ieħor fuq:
(a) kull ma jirċievi minn barra l-pajjiż għall-finijiet tal-manteniment,
edukazzjoni, studju, riċerka jew taħriġ tiegħu;
(b) is-somma ta’ dik l-għotja, allowance jew rigal; u
(ċ) kull rimunerazzjoni għal servizzi personali mogħtija f’dak l-Istat ieħor,
sakemm dik ir-rimunerazzjoni tkun tikkostitwixxi kull qligħ li jkun
meħtieġ għall-manteniment tiegħu.
ARTIKOLU 21
Income Ieħor
1. Oġġetti ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jinqalgħu minn fejn
jinqalgħu, li ma humiex trattati fl-Artikoli ta’ qabel ta’ dan il-Ftehim, għandhom
ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal income, li
ma jkunx income minn proprjetà  immobbli kif imfisser fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu
6, jekk min jirċievi dak l-income, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, jiġġestixxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun jinsab
f’dak l-Istat, jew iwettaq f’dak l-Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn
bażi fiss li jkun jinsab f’dak l-Istat, u d-dritt jew il-proprjetà  li dwarhom jitħallas l-
income ikollu x’jaqsam b’mod effettiv ma’ dak l-istabbiliment jew bażi fiss. F’dak
il-każ għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14,
skond il-każ.
14 L.S.123.37 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAL-GRAN DUKAT TA’ LUSSEMBURGU
ARTIKOLU 22
Kapital
1. Kapital li jkun jikkonsisti fi proprjetà  immobbli kif imsemmi fl-artikolu 6, u
li s-sid tiegħu jkun residenti ta’ Stat Kontraenti u li jkun jinsab fl-Istat Kontraenti l-
ieħor, jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Kapital li jkun jikkonsisti fi proprjetà  mobbli li tkun tagħmel sehem mill-
proprjetà  kummerċjali ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor jew fi proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni għal bażi
fissa li tkun disponibbli lil residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor bil-
għan li jingħataw servizzi personali indipendenti, jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-
ieħor.
3. Kapital li jkun jikkonsisti f’bastimenti u inġenji ta’ l-ajru mħaddma fi
traffiku internazzjonali minn impriża ta’ Stat Kontraenti u fi proprjetà  mobbli li tkun
tappartjeni għat-tħaddim ta’ dawk il-bastimenti u inġenji ta’ l-ajru, għandu jiġi
ntaxxat biss f’dak l-Istat.
4. Kull element ieħor ta’ kapital ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti jkun taxxabbli
biss f’dak l-Istat.
ARTIKOLU 23
Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
1. F’Lussemburgu t-taxxa doppja għandha titneħha kif ġej:
(a) Meta residenti ta’ Lussemburgu jikseb income jew jippossjedi kapital li,
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, ikun jista’ jiġi ntaxxat
f’Malta, Lussemburgu għandu, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-
paragrafi (b) sa (f), jeżenta lil dak l-income jew kapital mit-taxxa iżda
jista’, sabiex jikkalkola l-ammont ta’ taxxa fuq l-income jew kapital li
jifdal tar-residenti, japplika l-istess rati ta’ taxxa bħallikieku l-income
jew il-kapital ma jkunux ġew eżentati.
(b) Meta residenti ta’ Lussemburgu jikseb royalties li, skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12, jistgħu jiġu ntaxxati f’Malta,
Lussemburgu għandu jippermetti li jsir tnaqqis mit-taxxa fuq l-income
ta’ dak ir-resident ta’ ammont li jkun daqs it-taxxa mħallsa f’Malta. Dak
it-tnaqqis ma għandux, madankollu, jkun jeċċedi dak is-sehem mit-
taxxa, hekk kif din tinħadem qabel ma jingħata dak it-tnaqqis, li jkun
attriwibbli għal dawk ir-royalties li jkunu nkisbu minn Malta.
(ċ) Meta impriża ta’ Lussemburgu tikseb income li, skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7, tista’ tiġi ntaxxata f’Malta,
Lussemburgu għandu jippermetti li jsir tnaqqis mit-taxxa fuq l-income
ta’ dak ir-resident ta’ ammont li jkun daqs it-taxxa li titħallas f’Malta,
iżda biss jekk l-impriża tkun tgawdi ġewwa Malta trattament fiskali
speċjali bis-saħħa tal-liġijiet jew tal-prattika amministrattiva ta’ Malta.
Dan it-tnaqqis ma għandux, madankollu, jkun jeċċedi dak is-sehem mit-
taxxa, kif jinħadem qabel ma jingħata t-tnaqqis, li jkun attribwibbli għal
dak l-income li jinkiseb minn Malta. Il-Gvernijiet ta’ l-Istati Kontraenti
għandhom perjodikament jaqblu liema jkun dak it-trattament fiskali
speċjali li jkun intiż taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subparagrafu.
(d) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subparagrafu (b), meta residenti ta’
Lussemburgu jikseb imgħax jew royalties li jitnisslu f’Malta,
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAL-GRAN DUKAT TA’ LUSSEMBURGU ġ L.S.123.37 15
Lussemburgu għandu jippermetti tnaqqis mit-taxxa fuq l-income ta’ dak
ir-resident ta’ ammont li jkun daqs it-taxxa li kienet kieku titħallas li ma
kienx għall-eżenzjoni jew tnaqqis tat-taxxa ta’ Malta skond miżuri ta’
inċentiva speċjali għall-promozzjoni ta’ żvilupp ta’ industrija,
infrastruttura u turiżmu f’Malta, iżda fil-każ ta’ imgħax jew ta’ royalties
dik it-taxxa għandha titqies li tkun tħallset:
(i) bl-10 fil-mija ta’ l-ammont sħiħ ta’ imgħax imsemmi fl-Artikolu
11; u
(ii) bl-10 fil-mija ta’ l-ammont sħiħ ta’ royalties imsemmija fl-
Artikolu 12.
Id-disposizzjonijiet ta’ dan is-subparagrafu japplikaw għal żmien seba’
snin li jibda għaddej fl-1 ta’ Jannar fis-sena kalendarja li fih jibda jseħħ
il-Ftehim. Dan iż-żmien jista’ jiġġedded bi ftehim li jsir bejn iż-żewġ
awtoritajiet kompetenti.
(e) Meta kumpannija ta’ Lussemburgu tikseb dividendi minn sorsi ta’
Malta, Lussemburgu għandu jeżenta lil dawk id-dividendi mit-taxxa,
kemm-il darba li l-kumpannija ta’ Lussemburgu jkollha direttament
mill-inqas 25 fil-mija tal-kapital tal-kumpannija li tkun qed tħallas id-
dividendi sa mill-bidu tas-sena ta’ kontijiet u jekk din l-kumpannija
tkun suġġetta f’Malta għal taxxa fuq l-income li tkun tikkorrispondi
għat-taxxa korporattiva ta’ Lussemburgu. L-ishma msemmija qabel fil-
kumpannija ta’ Malta huma eżenti, b’dawk l-istess kundizzjonijiet, mit-
taxxa fuq il-kapital ta’ Lussemburgu. L-eżenzjoni taħt dan is-
subparagrafu għandha tkun tapplika wkoll minkejja li l-kumpannija ta’
Malta tkun eżenti mit-taxxa jew tkun intaxxata b’rata mnaqqsa f’Malta
skond il-liġijiet ta’ Malta li jipprovdu inċentivi għall-promozzjoni ta’
żvilupp ta’ l-industrija, infrastruttura u turiżmu f’Malta.
(f) Meta residenti ta’ Lussemburgu jikseb dividendi minn għejjun ta’ Malta
li ma jaqgħux taħt is-subparagrafu (e), dawk id-dividendi jkunu suġġetti
għat-taxxa ta’ Lussemburgu fuq l-ammont wara li titnaqqas it-taxxa ta’
Malta li titħallas fuq dawk id-dividendi, iżda għandu jingħata kreditu
fit-taxxa ta’ Lussemburgu ta’ ammont ta’ 15 fil-mija fuq dawk id-
dividendi wara t-tnaqqis tat-taxxa ta’ Malta (jekk ikun hemm) li
titħallas fuqhom. Dan il-kreditu m’għandux, madankollu, jeċċedi dak is-
sehem tat-taxxa, kif maħduma qabel ma jingħata l-kreditu, li tkun
attribwibbli għal dawk id-dividendi li jinkisbu minn Malta.
2. F’Malta, it-taxxa doppja għandha titneħħa kif ġej:
(a) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Malta dwar li jiġi permess
kreditu fit-taxxa ta’ Malta dwar taxxa barranija, meta, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, ikun hemm inkluż fi stima ta’ Malta
income minn għejjun ġewwa Lussemburgu fuq dak l-income għandu
jingħata bħala kreditu fit-taxxa ta’ Malta relattiva li titħallas fuqha.
(b) Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Lussemburgu tħallas dividendi lil
kumpannija residenti ta’ Malta li tkun tikkontrolla direttament jew
indirettament mill-inqas 10 fil-mija tal-kontroll effettiv fil-kumpannija
l-ewwel imsemmija, il-kreditu għandu jqis ukoll (b’żieda għal kull
taxxa ta’ Lussemburgu li dwarha jista’ jingħata kreditu taħt is-
subparagrafu (a) ta’ dan il-paragrafu) it-taxxa ta’ Lussemburgu li
titħallas minn dik il-kumpannija l-ewwel imsemmija dwar il-profitti li
minnhom jitħallas dak id-dividend.
3. Meta l-Ftehim ikun jipprovdi li l-income li jitnissel fi Stat Kontraenti
16 L.S.123.37 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAL-GRAN DUKAT TA’ LUSSEMBURGU
għandu jinħeles mit-taxxa f’dak l-Istat, sew jekk kollu kemm hu jew f’parti minnu, u
skond il-liġi li tkun fis-seħħ fl-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-income ikun suġġett
għat-taxxa b’referenza għall-ammont tiegħu li jingħata lura lil jew li jiġi riċevut
f’dak l-Istat l-ieħor u mhux b’referenza għall-ammont sħiħ tiegħu, għaldaqshekk il-
ħelsien li jiġi permess fl-ewwel Stat ikun japplika biss għal daqstant mill-income
daqskemm jingħata lura jew jiġi riċevut fl-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 24
Ebda Diskriminazzjoni
1. Ċittadini ta’ Stat Kontraenti ma għandhomx jiġu suġġetti fl-Istat Kontraenti
l-ieħor għal xi tassazzjoni jew xi ħtieġa li għandha x’taqsam magħha li ma tkunx jew
li tkun ta’ piż aktar mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu magħha li
għalihom nazzjonali ta’ dak l-Istat l-ieħor fl-istess ċirkostanzi huma jew jistgħu
jkunu suġġetti. Din id-disposizzjoni għandha wkoll tapplika, minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1, għal persuni li ma jkunux residenti ta’ xi Stat
Kontraenti wieħed jew tat-tnejn li huma.
2. It-tassazzjoni fuq stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor ma għandhiex tinġabar f’dak l-Istat l-ieħor b’mod
inqas favorevoli mit-tassazzjoni miġbura fuq impriżi f’dak l-Istat l-ieħor li jmexxu l-
istess attivitajiet.
3. Ħlief meta d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 9, tal-paragrafu
4 ta’ l-Artikolu 11 jew tal-paragrafu 6 ta’ l-Artikolu 12 ikunu japplikaw, kull
imgħax, royalties u ħlasijiet oħra li jsiru minn impriża ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor għandhom bil-għan li jiġi stabbilit il-qligħ
taxxabbli ta’ dik l-impriża, jitnaqqsu taħt l-istess kundizzjonijiet daqslikieku kienu
tħallsu lil residenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi.
Bl-istess mod, kull debitu ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti lil residenti ta’ l-
Istat Kontraenti l-ieħor għandu jitnaqqas, għall-iskop li jiġi stabbilit il-kapital
taxxabbli ta’ dil- l-impriża, taħt dawk l-istess kundizzjonijiet bħallikieku dan kien
sar ma’ residenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi.
4. Impriżi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom ikun proprjetà  ta’, jew
ikkontrollat minn, għal kollox jew f’parti, direttament jew indirettament, residenti
wieħed jew aktar ta’ l-Istat l-ieħor, ma jkunux suġġetti fl-Istat l-ewwel imsemmi
għal xi tassazzjoni jew xi ħtieġa li għandhom x’jaqsmu magħha li tkun oħra jew ta’
aktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu magħha li impriżi oħra
bħalhom ta’ dak l-Istat l-ewwel imsemmi huma jew jistgħu jkunu suġġetti għalihom.
5. Xejn li hemm f’dan l-Artikolu ma għandu jitqies li jorbot Stat Kontraenti li
jagħti lil individwi li jkunu residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor xi tnaqqis
personali, ħelsien jew tnaqqis għall-finijiet ta’ taxxa minħabba l-istatus ċivili, ir-
responsabbiltajiet tal-familja jew kull ċirkostanza personali oħra li huwa jagħti lir-
residenti tiegħu stess.
6. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw, minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2, għal taxxi ta’ kull għamla u deskrizzjoni.
ARTIKOLU 25
Proċedura għal Ftehim Reċiproku
1. Meta persuna jidhrilha li l-azzjonijiet ta’ l-awtorità  kompetenti ta’ wieħed
mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn iwasslu jew jistgħu jwasslu li tiġi ntaxxata mhux
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAL-GRAN DUKAT TA’ LUSSEMBURGU ġ L.S.123.37 17
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, hija tista’, minkejja r-rimedji provduti
bil-liġi domestika ta’ dawk l-Istati, tippreżenta l-każ tagħha lill-awtorità  kompetenti
ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu hija residenti jew, jekk il-każ tagħha jkun jaqa’ taħt il-
paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 24, lill-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li tagħha
tkun ċittadin. Il-każ għandu jiġi preżentat fi żmien tliet snin mill-ewwel notifika ta’
l-azzjoni li tirriżulta f’tassazzjoni li ma tkunx skond id-disposizzjonijiet tal-Ftehim.
2. L-awtorità  kompetenti għandha tara, jekk l-oġġezzjoni tidhrilha li tkun
waħda ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal għal soluzzjoni
sodisfaċenti, li tiddeċiedi l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità  kompetenti ta’ l-
Istat Kontraenti l-ieħor, bil-għan li tiġi evitata tassazzjoni mhux skond dan il-
Ftehim. Kull ftehim milħuq għandu jitwettaq minkejja kull żmien ta’ skadenza
stipulat fil-liġi domestika ta’ l-Istati Kontraenti.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti għandhom jaraw li jirrisolvu
bi ftehim reċiproku xi diffikultajiet jew dubbji li jinqalgħu dwar l-interpretazzjoni
jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Dawn jistgħu wkoll jikkonsultaw flimkien dwar it-
tneħħija tat-taxxa doppja f’dawk il-każi li ma jiġix provdut dwarhom fil-Ftehim.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti jistgħu jikkomunikaw
direttament ma’ xulxin bil-għan li jintlaħaq ftehim dwar kif hemm fil-paragrafi ta’
qabel. Meta sabiex jintlaħaq ftehim jidher li jkun rakkomandabbli li jsir skambju
orali ta’ fehmiet, dak l-iskambju jista’ jseħħ tramite Kummissjoni li tkun tikkonsisti
f’rappreżentanti ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti.
ARTIKOLU 26
Tibdil ta’ Informazzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jibdlu dik l-
informazzjoni li tkun meħtieġa sabiex jitwettqu d-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim
jew tal-liġijiet domestiċi ta’ l-Istati Kontraenti dwar taxxi milquta bil-Ftehim safejn
it-tassazzjoni ma tmurx kontra l-Ftehim. It-tibdil ta’ informazzjoni mhuwiex ristrett
bl-Artikolu 1. Kull informazzjoni li tasal għand Stat Kontraenti għandha titqies
sigrieta bl-istess mod bħal informazzjoni miksuba taħt il-liġijiet domestiċi ta’ dak l-
Istat u għandha titgħarraf biss lil persuni jew awtoritajiet (magħduda qrati u korpi
amministrattivi) imdaħħla fl-istima jew ġbir ta’, l-infurzar jew prosekuzzjoni dwar,
jew il-qtugħ ta’ appelli dwar, it-taxxi li jaqgħu taħt il-Ftehim. Dawn il-persuni jew
awtoritajiet għandhom jużaw l-informazzjoni għal dawk l-għanijiet biss. Huma
jistgħu jikxfu dik l-informazzjoni fi proċedimenti li jsiru f’qorti pubblika jew
f’sentenzi tal-qorti.
2. F’ebda każ ma għandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-
Artikolu jitqiesu li jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
(a) li jieħu miżuri amministrattivi li ma jaqblux mal-liġijiet jew l-użanza
amministrattiva ta’ dak l-Istat Kontraenti jew ta’ l-ieħor;
(b) li jagħti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taħt il-liġijiet jew fil-
kors normali ta’ l-użanza amministrattiva ta’ dak l-Istat Kontraenti jew
ta’ l-ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet tal-kummerċ, tan-negozju,
industrijali, kummerċjali jew professjonali jew proċess tal-kummerċ,
jew li jagħti informazzjoni li l-kxif tagħha jkun kontra l-ordni pubbliku
(ordre public).
18 L.S.123.37 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAL-GRAN DUKAT TA’ LUSSEMBURGU
ARTIKOLU 27
Aġenti Diplomatiċi u Uffiċjali Konsulari
Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġġi fiskali ta’ aġenti
diplomatiċi jew ta’ uffiċjali konsulari taħt ir-regoli ġenerali tad-dritt internazzjonali
jew taħt id-disposizzjonijiet ta’ kull ftehim speċjali.
ARTIKOLU 28
Esklużjoni ta’ xi Kumpanniji
1. Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim m’għandhomx japplikaw għal
kumpanniji li jkunu jgawdu trattament fiskali speċjali bis-saħħa tal-liġijiet jew tal-
prattika amministrattiva ta’ xi wieħed mill-Istati Kontraenti. Anqas ma għandhom
ikunu japplikaw għal income li residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jikseb minn
dawn il-kumpanniji, jew għal ishma jew jeddijiet oħra f’dawk il-kumpanniji li
jkollhom bħala sid lil dik il-persuna.
2. Il-Gvernijiet ta’ l-Istati Kontraenti għandhom perjodikament jaqblu liema
trattament fiskali speċjali jkun intiż taħt id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-
Artikolu.
ARTIKOLU 29
Bidu fis-Seħħ
1. Il-Gvernijiet ta’ l-Istati Kontraenti għandhom javżaw lil xulxin meta jkunu
twettqu l-ħtiġiet kostituzzjonali għall-bidu fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
2. Il-Ftehim għandu jibda jseħħ tletin jum wara d-data ta’ l-aħħar avviż mogħti
skond ma hemm fil-paragrafu 1 u d-disposizzjonijiet tiegħu għandu jkollhom seħħ:
(a) f’Lussemburgu:
(i) għar-rigward ta’ taxxa miżmuma f’ras il-għajn, dwar income
miksub fl-1 ta’ Jannar jew wara dik id-data fis-sena kalendarja li
fiha jibda jseħħ il-Ftehim;
(ii) għar-rigward ta’ taxxi fuq l-income u taxxi fuq kapital oħra, dwar
taxxi li jitħallsu għal kull sena taxxabbli li tibda fl-1 ta’ Jannar
jew wara dik id-data fis-sena kalendarja li fiha jibda jseħħ il-
Ftehim;
(b) f’Malta:
għar-rigward ta’ taxxi li jinġabru għal kull sena ta’ stima li tibda fl-1 ta’
Jannar jew wara dik id-data fis-sena kalendarja li tiġi minnufih wara s-
sena li fiha jibda jseħħ il-Ftehim.
ARTIKOLU 30
Terminazzjoni
Dan il-Ftehim għandu jibqa’ jseħħ sakemm jiġi terminat minn Stat
Kontraenti. Kull wieħed mill-Istati Kontraenti jista’ jtemm il-Ftehim, permezz ta’
kanali diplomatiċi, billi jagħti avviż tat-terminazzjoni mill-anqas sitt xhur qabel it-
tmiem ta’ xi sena kalendarja li tiġi wara perijodu ta’ ħames snin minn meta l-Ftehim
jibda jseħħ. F’dak il-każ, il-Ftehim ma għandux jibqa’ fis-seħħ:
1. f’Lussemburgu:
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAL-GRAN DUKAT TA’ LUSSEMBURGU ġ L.S.123.37 19
(a) għar-rigward ta’ taxxi miżmuma f’ras il-għajn, dwar income miksub fl-1
ta’ Jannar jew wara dik id-data fis-sena kalendarja li tiġi minnufih wara
s-sena li fiha jingħata l-avviż;
(b) għar-rigward ta’ taxxi fuq l-income u taxxi fuq il-kapital oħra, dwar
taxxi li jitħallsu għal kull sena taxxabbli li tibda fl-1 ta’ Jannar jew wara
dik id-data fis-sena kalendarja li tiġi minnufih wara s-sena li fiha
jingħata l-avviż;
2. f’Malta:
għar-rigward ta’ taxxi li jinġabru għas-sena ta’ stima li tibda fl-1 ta’
Jannar jew wara dik id-data fit-tieni sena kalendarja li tiġi minnufih
wara s-sena li fiha jingħata l-avviż.
B’xiehda ta’ dan is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan, iffirmaw
dan il-Ftehim.
Magħmul in duplikat ġewwa Lussemburgu illum id-29 ta’ April, 1994 fl-ilsien
Franċiż u Ingliż, u ż-żewġ testi huma awtentiċi indaqs.
NOTI MIFTEHMA
Ir-rappreżentanti tal-Gvern ta’ Malta u tal-Gvern tal-Gran Dukat ta’
Lussemburgu b’dan qegħdin jirreġistraw din il-fehma li ġejja li ntlaħqet bejn iż-
żewġ Gvernijiet matul in-negozjati sabiex jiġi konkluż il-Ftehim bejn Malta u l-Gran
Dukat ta’ Lussemburgu għall-Ħelsien minn Taxxa Doppja u biex tiġi Evitata
Evażjoni Fiskali dwar Taxxi fuq l-Income u fuq il-Kapital, iffirmat ġewwa
Lussemburgu illum (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim"):
1. B’riferenza għas-subparagrafu (ċ) tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 23 tal-
Ftehim l-espressjoni "jekk l-impriża tkun tgawdi ġewwa Malta trattament fiskali
speċjali bis-saħħa tal-liġijiet jew tal-prattika amministrattiva ta’ Malta" tfisser
impriża ta’ Lussemburgu b’fergħa ġewwa Malta skond id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (3) ta’ l-artikolu 22 ta’ l-Att dwar iċ-Ċentru ta’ Servizzi Finanzjarji ta’
Malta.
2. B’riferenza għall-Artikolu 28 tal-Ftehim, l-espressjoni "kumpanniji li jkunu
jgawdu trattament fiskali speċjali bis-saħħa tal-liġijiet jew tal-prattika
amministrattiva ta’ xi wieħed mill-Istati Kontraenti" tfisser:
(a) fil-każ ta’ Lussemburgu holding companies fis-sens ta’ l-Att (loi) ta’ l-
31 ta’ Lulju, 1929 u tad-Digriet (arrete gran-ducal) tas-17 ta’ Diċembru,
1938;
(b) fil-każ ta’ Malta kumpanniji li huma suġġetti għal reġim ta’ taxxa
speċjali taħt l-Att dwar iċ-Ċentru ta’ Servizzi Finanzjarji ta’ Malta ħlief
Għall-Gvern ta’ Malta
Guido de Marco
Viċi Prim Ministru,
Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin
Għall-Gvern tal-Gran Dukat ta’ 
Lussemburgu
Jacques F. Poos
Viċi Prim Ministru,
Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, 
Kummerċ Barrani u Ko-operazzjoni
20 L.S.123.37 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAL-GRAN DUKAT TA’ LUSSEMBURGU
għal kumpanniji li jagħżlu skond l-artikolu 41 ta’ l-imsemmi Att li
jkunu suġġetti għad-disposizzjonijiet normali ta’ l-Att dwar it-Taxxa
fuq l-Income.
Lussemburgu, 29 ta’ April, 1994
Għall-Gvern ta’ Malta
Guido de Marco
Viċi Prim Ministru,
Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin
Għall-Gvern tal-Gran Dukat ta’ 
Lussemburgu
Jacques F. Poos
Viċi Prim Ministru,
Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, 
Kummerċ Barrani u Ko-operazzjoni
