EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-ISVEZJA ġ L.S.123.38 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.38
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-RENJU TA’ L-ISVEZJA
3 ta’ Frar, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 104 ta’ l-1996.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Renju ta’ l-Isvezja.
Arranġamenti 
jkollhom seħħ.
2. Qiegħed jiġi hawnhekk dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-Ordni ġew magħmula mal-Gvern ta’
l-Isvezja sabiex jingħata ħelsien minn taxxa doppja
dwar it-taxxi li ġejjin stabbiliti bil-liġijiet ta’ l-Isvezja:
(i) it-taxxa fuq l-income nazzjonali, inkluża t-taxxa
fuq impjegati marittimi u t-taxxa miżmuma fuq
dividendi;
(ii) it-taxxa fuq l-income għal persuni mhux
residenti;
(iii) it-taxxa fuq l-income għal artisti u atleti non-
residenti; u
(iv) it-taxxa fuq l-income muniċipali;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arranġamenti jkollhom
effett.
2 L.S.123.38 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-ISVEZJA
SKEDA
FTEHIM BEJN MALTA U L-ISVEZJA
GĦALL-ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
U BIEX TIĠI EVITATA EVAŻJONI FISKALI
DWAR TAXXI FUQ L-INCOME
Il-Gvern ta’ Malta u l-Gvern ta’ l-Isvezja, billi jixtiequ jagħmlu Ftehim
għall-ħelsien minn taxxa doppja u biex tiġi evitata evażjoni fiskali dwar taxxi fuq l-
income, ftehmu kif ġej:
ARTIKOLU 1
Għan Personali
Dan il-Ftehim għandu japplika għall-persuni li huma residenti ta’ wieħed
mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn.
ARTIKOLU 2
Taxxi Koperti
1. It-taxxi eżistenti li għalihom japplika dan il-Ftehim huma:
(a) f’Malta:
it-taxxa fuq l-income,
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ Malta");
(b) fl-Isvezja:
(i) it-taxxa fuq l-income nazzjonali (den statliga inkomstskatten),
inkluża t-taxxa fuq impjegati marittimi (sjomansskatten) u t-taxxa
miżmuma fuq dividendi (kupongskatten);
(ii) it-taxxa fuq l-income għal persuni mhux residenti (den sarskilda
inkomstskatten for utomlands bosatta);
(iii) it-taxxa fuq l-income għal artisti u atleti mhux residenti (den
sarskilda inkomstskatten for utomlands bosatta artister m.fl.); u
(iv) it-taxxa fuq l-income muniċipali (den kommunala inkomstskatten)
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ l-Isvezja").
2. Il-Ftehim għandu japplika wkoll għal kull taxxa bħalhom jew li
sostanzjalment tixbaħhom li jiġu imposti wara d-data tal-Ftehim b’żieda ma’, jew
minflok, it-taxxi msemmija fil-paragrafu 1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati
Kontraenti għandhom javżaw lil xulxin b’kull tibdil sostanzjali li jkun sar fil-liġijiet
tagħhom rispettivi li jirrigwardaw it-taxxa.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Artikolu, il-Ftehim ma
japplikax għal taxxa mħallsa jew li titħallas f’Malta skond id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (13) ta’ l-artikolu 56 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, dwar l-income
taxxabbli ta’ persuna li tkun taħdem fil-produzzjoni ta’ żejt petroleum li jiġi prodott
f’Malta, jew kull disposizzjoni oħra sostanzjalment simili li tiġi imposta wara d-data
tal-firma tal-Ftehim.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-ISVEZJA ġ L.S.123.38 3
ARTIKOLU 3
Tifsiriet Ġenerali
1. Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra:
(a) il-frażi "Malta" tfisser ir-Repubblika ta’ Malta u, meta użata f’sens
ġeografiku, tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-Gżira ta’ Għawdex u l-gżejjer l-oħra ta’ l-
arċipelagu Malti, flimkien ma’ l-ibħra territorjali tagħhom, u kull area barra mill-
ibħra territorjali ta’ Malta li hi hekk imsemmija jew aktar ’il quddiem tista’ tissejjaħ,
skond il-liġi internazzjonali taħt il-liġi ta’ Malta dwar il-blata kontinentali, bħala
area li fiha d-drittijiet ta’ Malta dwar qiegħ il-baħar u s-sottoswol u r-riżorsi naturali
tagħhom jistgħu jiġu eżerċitati;
(b) il-frażi "Svezja" tfisser ir-Renju ta’ l-Isvezja u, meta użata f’sens
ġeografiku, tinkludi t-territorju nazzjonali, il-baħar territorjali ta’ l-Isvezja kif ukoll
area marittima oħra li fuqha skond id-dritt internazzjonali l-Isvezja teżerċita drittijiet
sovrani jew ġurisdizzjoni;
(ċ) il-frażijiet "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-ieħor" ifissru, skond ma
teħtieġ ir-rabta tal-kliem, Malta jew l-Isvezja;
(d) il-frażi "persuna" tinkludi individwu, kumpannija u kull korp ieħor ta’
persuni;
(e) il-frażi "kumpannija" tfisser kull għaqda korporata jew kull enti li titqies
bħala għaqda korporata għall-finijiet ta’ taxxa;
(f) il-frażi "impriża ta’ Stat Kontraenti" u "impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor" ifissru rispettivament impriża li titmexxa minn residenti ta’ Stat Kontraenti u
impriża li titmexxa minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(g) il-frażi "traffiku internazzjonali" tfisser kull trasport b’bastiment jew
b’inġenji ta’ l-ajru mħaddma minn impriża ta’ Stat Kontraenti, barra minn meta l-
bastiment jew l-inġenji ta’ l-ajru jkunu mħaddma biss bejn postijiet fl-Istat
Kontraenti l-ieħor;
(h) il-frażi "nazzjonali" tfisser:
(i) individwu li jkun ċittadin ta’ Stat Kontraenti;
(ii) persuna legali, soċjetà  jew assoċjazzjoni li jikseb l-istatus tiegħu hekk
mill-liġijiet li jkunu fis-seħħ fi Stat Kontraenti;
(i) il-frażi "awtorità  kompetenti" tfisser:
(i) f’Malta, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-rappreżentant
awtorizzat tiegħu;
(ii) fl-Isvezja, il-Ministru tal-Finanzi, ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu
jew dik l-awtorità  li tinħatar bħala awtorità  kompetenti għall-għanijiet
ta’ din il-Konvenzjoni.
2. Għar-rigward ta’ l-applikazzjoni tal-Ftehim minn Stat Kontraenti, kull frażi
li ma tkunx imfissra fih għandha, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra, ikollha l-istess tifsir kif mogħti lilha taħt il-liġi ta’ dak l-Istat dwar it-taxxi
li l-Ftehim japplika għalihom.
4 L.S.123.38 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-ISVEZJA
ARTIKOLU 4
Residenti
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "residenti ta’ Stat Kontraenti" tfisser
kull persuna li, taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat, hija suġġetta għat-taxxa hemmhekk
minħabba d-domiċilju, ir-residenza, post tal-maniġġ jew xi kriterju ieħor ta’ xorta
bħal din. Iżda din il-frażi ma tinkludix lil persuna li tkun suġġetta għat-taxxa f’dak l-
Istat għar-rigward biss ta’ income minn għejjun f’dak l-Istat.
2. Fejn minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 individwu jkun residenti
taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-Istat tiegħu għandu jiġi determinat kif ġej:
(a) huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li fih ikollu dar
permanenti għad-disposizzjoni tiegħu; jekk huwa jkollu dar permanenti
għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati, huwa għandu jitqies li huwa
residenti ta’ l-Istat li miegħu ir-relazzjonijiet personali u ekonomiċi
tiegħu jkunu l-aktar marbuta (ċentru ta’ interess vitali);
(b) jekk l-Istat li fih huwa jkollu ċ-ċentru ta’ interess vitali ma jistax jiġi
determinat, jew jekk huwa ma jkollux għad-disposizzjoni tiegħu dar
permanenti fl-ebda Stat Kontraenti, huwa għandu jitqies li jkun
residenti ta’ l-Istat li fih soltu jirrisjedi;
(ċ) jekk huwa s-soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati jew f’ebda wieħed minnhom,
huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li tiegħu jkun nazzjonali;
(d) jekk huwa jkun nazzjonali taż-żewġ Stati jew ta’ l-ebda wieħed
minnhom, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom
jiddeċiedu l-każ bi ftehim bejniethom.
3. Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, din għandha għaldaqstant titqies
bħala residenti ta’ l-Istat fejn ikun jinsab il-post effettiv tal-maniġġ tagħha.
ARTIKOLU 5
Stabbiliment Permanenti
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim il-frażi "stabbiliment permanenti" tfisser post
tan-negozju fiss li minnu jitmexxa għal kollox jew f’parti x-xogħol ta’ impriża.
2. Il-frażi "stabbiliment permanenti" tinkludi b’mod speċjali:
(a) post ta’ maniġġ;
(b) fergħa;
(ċ) uffiċċju;
(d) fabbrika;
(e) ħanut tax-xogħol; u
(f) minjiera, bir taż-żejt jew tal-gass, barriera jew kull post ieħor ta’
estrazzjoni ta’ riżorsi naturali inkluża offshore drilling site.
3. Art li tkun qegħda tinbena jew proġett ta’ kostruzzjoni, assemblaġġ jew
stallazzjoni jew attivitajiet superviżorji li għandhom x’jaqsmu ma’ dan
jikkostitwixxi stabbiliment permanenti biss meta dik l-art, proġett jew attivitajiet
ikomplu għal perijodu ta’ iktar minn sitt xhur.
4. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, l-għoti ta’ servizzi,
inklużi servizzi ta’ konsulenza, minn impriża permezz ta’ impjegati jew persunal
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-ISVEZJA ġ L.S.123.38 5
ieħor imqabbad mill-impriża għal dak l-għan għandu jitqies li jikkostitwixxi
stabbiliment permanenti meta l-attivitajiet ta’ dik ix-xorta ikomplu (għall-istess
proġett jew wieħed konness) ġewwa Stat Kontraenti għal perijodu jew perijodi li
flimkien iġibu iktar minn sitt xhur f’xi perijodu ta’ tnax-il xahar.
5. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frażi
"stabbiliment permanenti" għandha titqies li ma tinkludix:
(a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim ta’
oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-impriża;
(b) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim;
(ċ) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ proċessar minn impriża oħra;
(d) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ xiri ta’ oġġetti jew
merkanzija jew ta’ ġbir ta’ tagħrif għall-impriża;
(e) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss li tagħmel, għall-
impriża, xi attività  oħra ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja;
(f) il-manutenzjoni ta’ post tan-negozju fiss unikament għal kombinazzjoni
ta’ l-attivitajiet imsemmija fis-subparagrafu (a) sa (e), kemm-il darba l-
attività  kollha tal-post tan-negozju fiss li tirriżulta minn din il-
kombinazzjoni tkun waħda ta’ xorta preparatorja jew awżiljari.
6. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, meta persuna - li ma tkunx
aġent ta’ status indipendenti li għaliha japplika l-paragrafu 7 - taġixxi għan-nom ta’
impriża u għandha, u soltu twettaq fi Stat Kontraenti awtorità  li tikkonkludi kuntratti
f’isem l-impriża, dik l-impriża għandha titqies li għandha stabbiliment permanenti
f’dak l-Istat dwar kull attività  li dik il-persuna tagħmel għall-impriża, sakemm l-
attivitajiet ta’ dik il-persuna ma jkunux limitati għal dawk imsemmija fil-paragrafu 5
li, jekk jiġu eżerċitati minn post tan-negozju fiss, ma jirrendux lil dan il-post tan-
negozju fiss stabbiliment permanenti taħt id-disposizzjonijiet ta’ dak il-paragrafu.
7. Impriża ta’ Stat Kontraenti ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment
permanenti fi Stat Kontraenti ieħor għaliex biss tmexxi negozju f’dak l-Istat ieħor
permezz ta’ sensal, aġent ġenerali b’kummissjoni jew xi aġent ieħor bi status
indipendenti, sakemm dawk il-persuni jaġixxu fil-kors ordinarju tan-negozju
tagħhom. Iżda, meta l-attivitajiet ta’ dak l-aġent ikunu qegħdin jitwettqu għal kollox
jew f’parti minnhom għal dik l-impriża, huwa ma għandux jitqies bħala aġent ta’
status indipendenti għall-għanijiet ta’ dan il-paragrafu.
8. Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikkontrolla jew
tkun kontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, jew
li tmexxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta’ stabbiliment permanenti sew
xort’oħra), ma għandux fih innifsu jikkostitwixxi xi waħda mill-kumpanniji bħala
stabbiliment permanenti ta’ l-oħra.
ARTIKOLU 6
Income minn Proprjetà  Immobiljari
1. Income miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn proprjetà
immobiljari (inkluż income minn xogħol fl-agrikoltura jew fil-boskijiet) sitwata fl-
Istat Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Il-frażi "proprjetà  immobiljari" għandu jkollha l-istess tifsir li għandha taħt
il-liġi ta’ l-Istat Kontraenti li fih il-proprjetà  li tkun hija sitwata. Il-frażi għandha
6 L.S.123.38 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-ISVEZJA
f’kull każ tinkludi proprjetà  aċċessorja għal proprjetà  immobiljari, bhejjem u
tagħmir użati fl-agrikoltura jew fil-boskijiet, drittijiet li għalihom japplikaw id-
disposizzjonijiet tal-liġi ġenerali dwar proprjetà  terrena, użufrutt ta’ proprjetà
immobiljari u drittijiet għal ħlasijiet li jvarjaw jew fissi bħala kumpens għall-ħdim
ta’, jew għall-jedd li jinħadmu jew li jiġu esplorati depożiti minerali, għejjun u
riżorsi oħra naturali; bastimenti, dgħajjes u inġenji ta’ l-ajru ma għandhomx jitqiesu
bħala proprjetà  immobiljari.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal income li
jinkiseb mill-użu dirett, kiri, jew użu ta’ kull xort’oħra ta’ proprjetà  immobiljari.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw ukoll għal
income minn proprjetà  immobiljari ta’ impriża u għal income minn proprjetà
immobiljari li tkun użata għall-qadi ta’ servizzi personali indipendenti.
ARTIKOLU 7
Profitti minn Negozju
1  Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti għandhom jiġu ntaxxati biss f’dak
l-Istat kemm-il darba l-impriża ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk. Jekk l-impriża
tmexxi negozju kif imsemmi qabel, il-profitti ta’ l-impriża jistgħu jiġu intaxxati fl-
Istat l-ieħor iżda biss dik il-parti minnhom li tkun attribwibbli għal dak l-
istabbiliment permanenti.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3, meta impriża ta’ Stat
Kontraenti tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qiegħed hemmhekk, għandhom jiġu attribwiti lil dak l-
istabbiliment permanenti f’kull Stat Kontraenti l-profitti li kien ikun mistenni
jagħmel kieku kien impriża distinta u separata li taħdem fl-istess attivitajiet jew
oħrajn bħalhom taħt l-istess kundizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem
indipendentement għal kollox mill-impriża li tagħha hija stabbiliment permanenti
jew mill-impriżi oħra assoċjati li tinnegozja magħhom.
3. Biex jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, għandhom ikunu
permessi bħala tnaqqis dawk l-ispejjeż li jsiru għall-għanijiet tan-negozju ta’ l-
istabbiliment permanenti, magħduda l-ispejjeż eżekuttivi u amministrattivi ġenerali
li jsiru, sew fl-Istat li fih ikun hemm l-istabbiliment permanenti jew jekk ikunu saru
band’oħra.
4. Sakemm tkun konswetudni fi Stat Kontraenti li jistabbilixxi l-profitti li
għandhom jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti fuq il-bażi tat-tqassim tal-
profitti kollha ta’ l-impriża lill-ishma diversi tagħha, ebda ħaġa li hemm fil-
paragrafu 2 m’għandha tipprekludi lill-Istat Kontraenti milli jistabbilixxi l-profitti li
għandhom jiġu ntaxxati wara dak it-tqassim kif tkun il-konswetudni; iżda l-metodu
tat-tqassim għandu jsir b’dak il-mod li r-riżultat ikun konsistenti mal-prinċipji ta’
dan l-Artikolu.
5. Ma għandhom jiġu attribwiti ebda profitti lil stabbiliment permanenti
minħabba biss ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew merkanzija
għall-impriża.
6. Ghall-finijiet tal-paragrafi ta’ qabel, il-profitti li għandhom jiġu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-istess mod minn sena għal
sena kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u biżżejjed biex isir kuntrarju.
7. Meta profitti jinkludu oġġetti ta’ income li qed jiġu trattati separatament
f’Artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, allura d-disposizzjonijiet ta’ dawk l-Artikoli ma
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-ISVEZJA ġ L.S.123.38 7
jkunux milquta bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
8. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx jolqtu d-
disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Stat Kontraenti dwar it-tassazzjoni ta’ profitti fuq in-
negozju ta’ assikurazzjoni.
ARTIKOLU 8
Traffiku bil-Baħar u bl-Ajru
1. Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti mit-tħaddim ta’ bastiment jew
inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-
Istat.
2. Għar-rigward ta’ profitti miksuba mill-consortium tat-trasport bl-ajru
Scandinavian Airlines System (SAS), id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom
ikunu japplikaw biss għal dik il-parti mill-profitti li tikkorispondi għall-
parteċipazzjoni li għandhom fil-consortium AB Aerotransport (ABA), li hi s-soċju
Svediża ta’ Scandinavian Airlines System (SAS).
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom ikunu japplikaw ukoll għal
profitti li jinkisbu mill-parteċipazzjoni f’pool, negozju bi sħab jew aġenzija
operattiva internazzjonali.
ARTIKOLU 9
Impriżi Assoċjati
1. Meta -
(a) impriża ta’ Stat Kontraenti tipparteċipa direttament jew indirettament
fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor, jew
(b) l-istess persuni jipparteċipaw direttament jew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti u ta’
impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor,
u f’kull każ jiġu magħmula jew imposti kundizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji ta’ bejniethom li ma jaqblux ma’ dawk li
kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f’dak il-każ profitti li, kieku ma
kienux dawk il-kundizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-impriżi, iżda
minħabba dawk il-kundizzjonijiet ma ġewx hekk akkumulati, jistgħu jiġu inklużi fil-
profitti ta’ dik l-impriża u intaxxati skond hekk.
2. Meta Stat Kontraenti jinkludi fil-profitti ta’ impriża ta’ dak l-Istat - u
jintaxxa skond hekk - profitti li fuqhom impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor ġiet
intaxxata f’dak l-Istat l-ieħor u l-profitti hekk magħduda jkunu profitti li kienu
jinqalgħu mill-impriża ta’ l-ewwel Stat imsemmi kieku l-kundizzjonijiet magħmula
bejn iż-żewġ impriżi kienu dawk li kienu jsiru bejn żewġ impriżi indipendenti, allura
dak l-Istat l-ieħor għandu jagħmel it-tibdil xieraq fl-ammont tat-taxxa imposta
hemmhekk fuq dawk il-profitti. Biex jiġi stabbilit it-tibdil, għandu jittieħed qies
xieraq tad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-
Istati Kontraenti għandhom jekk iħossu l-bżonn jikkonsultaw lil xulxin.
ARTIKOLU 10
Dividendi
1. Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
8 L.S.123.38 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-ISVEZJA
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Iżda, dawk id-dividendi jistgħu jiġu intaxxati wkoll fl-Istat Kontraenti li
tiegħu l-kumpannija li tkun tħallas id-dividendi tkun residenti, u skond il-liġijiet ta’
dak l-Istat, iżda:
(a) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija li tkun residenti fl-Isvezja
lil residenti ta’ Malta li jkun is-sid benefiċjarju tad-dividendi, it-taxxa
ta’ l-Isvezja hekk imposta m’għandhiex tkun iżjed minn 15 fil-mija ta’
l-ammont gross tad-dividendi. Iżda jekk is-sid benefiċjarju tkun
kumpannija li jkollha mill-inqas 10 fil-mija tal-kontroll fil-voti tal-
kumpannija li tkun qed tħallas id-dividendi, dawk id-dividendi jkunu
eżenti mit-taxxa fl-Isvezja.
(b) (i) Meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija residenti ta’ Malta lil
residenti ta’ l-Isvezja li jkun is-sid benefiċjarju tad-dividendi, t-
taxxa ta’ Malta fuq l-ammont gross tad-dividendi ma għandhiex
tkun iżjed minn dik li għandha titħallas fuq il-profitti li minnhom
jitħallsu d-dividendi.
(ii) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subparagrafu (i) ta’ dan il-
paragrafu, it-taxxa ta’ Malta ma għandhiex tkun iżjed minn 15 fil-
mija tad-dividendi jekk dawk l-individwi jitħallsu minn qligħ jew
profitti li jkunu nqalgħu f’xi sena li dwarha l-kumpannija tkun
qiegħda tirċievi xi benefiċċju ta’ taxxa taħt id-disposizzjonijiet li
jirregolaw l-għajnuna lill-industriji f’Malta, u d-detentur ta’ l-
ishma jissottometti prospetti u kontijiet lill-awtoritajiet tat-taxxa
ta’ Malta dwar l-income tiegħu li dwaru jkollu jħallas it-taxxa ta’
Malta għas-sena ta’ stima relattiva.
Id-disposizzjonijiet tas-subparagrafu (b)(ii) ta’ dan il-paragrafu
għandhom japplikaw għall-ewwel għaxar snin li matulhom ikun iseħħ
il-Ftehim. Dan il-perijodu jista’ jiġġedded permezz ta’ ftehim reċiproku
li jsir bejn l-awtoritajiet kompetenti.
Dan il-paragrafu ma jolqotx it-tassazzjoni ta’ kumpannija għar-rigward tal-
profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
3. Il-frażi "dividendi" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn ishma jew
jeddijiet oħra li ma jkunux pretensjonijiet debitriċi, parteċipazzjoni fi profitti, kif
ukoll income minn jeddijiet korporattivi oħra li jingħata l-istess trattament fit-taxxa
bħalma jingħata lil income minn ishma bil-liġijiet ta’ l-Istat li tiegħu l-kumpannija li
tkun qiegħda tagħmel it-tqassim tkun residenti.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-
Istat Kontraenti l-ieħor, li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-dividendi,
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li jkun jaqdi
f’dak l-Istat l-ieħor servizz personali indipendenti minn bażi stabbilit sitwat
hemmhekk, u l-holding li dwarhom id-dividendi jkunu mħallsa jkollu x’jaqsam
effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit. F’dak il-każ id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 14, skond il-każ, għandhom
japplikaw.
5. Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpannija, ħlief meta dividendi bħal dawn jitħallsu
lil residenti ta’ dak l-Istat l-ieħor jew safejn il-holding li dwaru jitħallsu d-dividendi
jkollu x’jaqsam effettivament ma’ stabbiliment permanenti jew ma’ bażi stabbilit
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-ISVEZJA ġ L.S.123.38 9
sitwat f’dak l-Istat l-ieħor, jew jissuġġetta l-profitti mhux distribwiti tal-kumpannija
għal taxxa fuq il-profitti mhux distribwiti tal-kumpannija, anki jekk id-dividendi
mħallsa jew il-profitti mhux distribwiti jikkonsistu f’kollox jew f’parti minnhom
minn profitti jew income li jinqalgħu f’dak l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 11
Imgħax
1. Imgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u li jitħallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor jekk dak ir-residenti jkun is-
sid benefiċjarju ta’ dak l-imgħax.
2. Il-frażi "imgħax" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn drittijiet
għal dejn ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le, u sew jekk jagħti l-jedd għal
sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b’mod partikolari, income minn
securities tal-Gvern u income minn bonds jew debentures, inklużi premiums u
premjijiet marbutin ma’ dawk s-securities, bonds jew debentures. Il-penalitajiet għal
ħlas tardiv ma għandhomx jitqiesu bħala imgħax għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju ta’ l-imgħax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih jinqala’ l-imgħax permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jew jagħmel servizzi personali indipendenti f’dak l-
Istat l-ieħor minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt għal dejn li dwaru
jitħallas l-imgħax ikollu effettivament x’jaqsam ma’ dak l-istabbiliment permanenti
jew bażi stabbilit. F’dak il-każ id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew 14, skond il-
każ, għandhom japplikaw.
4. Meta, minħabba relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju jew
bejniethom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont ta’ l-imgħax, meta titqies xi tkun it-
talba debitriċi li dwarha jitħallas, jkun iżjed mill-ammont li kien ikun miftiehem bejn
min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-aħħar imsemmi. F’każ
bħal dak il-parti żejda tal-ħlasijiet tibqa’ taxxabbli skond il-liġijiet ta’ kull Stat
Kontraenti, meqjusa b’mod xieraq id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 12
Royalties
1. Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u li jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor jekk dak ir-resident ikun
is-sid benefiċjarju ta’ dawk ir-royalties.
2. Il-frażi "royalties" f’dan l-Artikolu tfisser ħlasijiet ta’ kull xorta li jsiru
bħala kumpens għall-użu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu, ta’ kull copyright, ta’ xogħol
letterarju, artistiku kew xjentifiku inklużi films ċinematografiċi u films jew tapes
għal xandir bir-radju jew bit-televiżjoni, kull invenzjoni, trade mark, disinn jew
mudell, pjan, formula jew proċess sigriet, jew għal informazzjoni dwar esperjenza
industrijali, kummerċjali jew xjentifika.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tar-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih ir-royalties jinqalgħu permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun qed jaqdi f’dak l-Istat
Kontraenti l-ieħor servizzi personali indipendenti minn bażi stabbilit sitwat
hemmhekk, u d-dritt jew il-proprjetà  li dwarha jitħallsu r-royalties ikollu x’jaqsam
10 L.S.123.38 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-ISVEZJA
effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew ma’ dak il-bażi stabbilit. F’dak
il-każ id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ,
għandhom japplikaw.
4. Meta, minħabba r-relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
jew bejniethom stess u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties, wara li jitqies xi jkun
l-użu, l-jedd jew l-informazzjoni li jitħallsu għalihom, ikun iżjed mill-ammont li
kien ikun miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-
relazzjoni, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-
ammont l-aħħar imsemmi. F’dak il-każ, il-parti żejda tal-ħlasijiet għandha tibqa’
taxxabbli skond il-liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, meta jitqiesu d-disposizzjonijiet l-
oħra ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 13
Trasferiment ta’ Proprjetà
1. Income jew kull qligħ miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti mit-
trasferiment ta’ proprjetà  immobbli msemmija fl-Artikolu 6 u li tkun tinsab fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Income jew kull qligħ mit-trasferiment ta’ ishma jew interessi komparabbli
f’kumpannija li l-assi tagħhom ikunu prinċipalment jikkonsistu fi proprjetà
immobbli jistgħu jiġu ntaxxati fl-Istat Kontraenti li fih l-assi jew l-assi prinċipali tal-
kumpannija jkunu jinsabu.
3. Income jew kull qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tagħmel parti
mill-proprjetà  tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor jew ta’ proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni għal
bażi fissa lil residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor bil-għan li
jittwettqu servizzi personali indipendenti, inkluż dak l-income jew qligħ mit-
trasferiment ta’ dak l-istabbiliment permanenti (waħdu jew flimkien ma’ l-impriża
kollha) jew ta’ dik il-bażi fissa, jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
4. Income jew kull qligħ miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti mit-
trasferiment ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru mħaddma fi traffiku internazzjonali
jew proprjetà  immobbli li tappartjeni għat-tħaddim ta’ dawk il-bastimenti jew
inġenji ta’ l-ajru, għandu jkun taxxabbli biss f’dak l-Istat.
Għar-rigward ta’ income miksub mill-consortium tat-trasport bl-ajru
Scandinavian Airlines System (SAS), id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom
ikunu japplikaw biss għal dik il-parti mill-profitti li tikkorispondi għall-
parteċipazzjoni li għandhom fil-consortium AB Aerotransport (ABA), li hi s-soċju
Svediża ta’ Scandinavian Airlines System (SAS).
5. Income jew kull qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  li ma tkunx dik
imsemmija fil-paragrafi 1, 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun taxxabbli biss fl-
Istat Kontraenti li fih ikun residenti min jittrasferixxi.
ARTIKOLU 14
Servizzi Personali Indipendenti
1. Qligħ miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti għal servizzi professjonali
jew attivitajiet ta’ karattru indipendenti jkun taxxabbli biss f’dak l-Istat. Iżda, dak il-
qligħ jista’ fiċ-ċirkostanzi li ġejjin jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor:
(a) jekk ikollu bażi fiss regolari għad-disposizzjoni tiegħu fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għall-qadi ta’ l-attivitajiet tiegħu; f’liema każ dik il-
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-ISVEZJA ġ L.S.123.38 11
parti biss mill-income tiegħu li hu attribwibbli għal dak il-bażi fiss tista’
tiġi ntaxxata f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor; jew
(b) jekk il-qagħda tiegħu fl-Istat Kontraenti l-ieħor tkun għal żmien jew
żminijiet li fit-total ikunu jġibu jew jaqbżu l-183 ġurnata matul xi
perijodu ta’ tnax-il xahar li jibda jew itemm fis-sena fiskali involuta:
f’dak il-każ, daqstant biss mill-income daqskemm ikun miksub mill-
attività  eżerċitata fl-Istat Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-
Istat l-ieħor; jew
(ċ) jekk il-kumpens għall-attivitajiet tiegħu fl-Istat Kontraenti l-ieħor
titħallas minn residenti ta’ dak l-Istat Kontraenti jew jiġi sopportat minn
stabbiliment permanenti jew bażi fissa sitwati f’dak l-Istat Kontraenti u
jeċċedi fis-sena fiskali l-ekwivalenti ta’ 25,000 dollaru Amerikan.
2. Il-frażi "servizzi professjonali" tinkludi speċjalment attivitajiet indipendenti
xjentifiċi, letterarji, artistiċi, edukattivi jew ta’ tagħlim kif ukoll attivitajiet
indipendenti ta’ tobba, avukati, inġiniera, periti, dentisti u accountants.
ARTIKOLU 15
Servizzi Personali Dipendenti
1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 16, 18 u 19, salarji, pagi u
kumpens ieħor bħal dan li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg
għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jiġix
eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk eżerċitat, dak il-kumpens
li jinkiseb minnu jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor ikun
taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
(a) min jirċevih ikun qiegħed fl-Istat l-ieħor għal żmien jew żminijiet li fit-
total ma jkunux aktar minn 183 ġurnata matul xi perijodu ta’ tnax-il
xahar li jibda jew itemm fis-sena fiskali involuta; u
(b) il-kumpens ikun imħallas minn, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx
residenti ta’ l-Istat l-ieħor, u
(ċ) dak il-kumpens ma jkunx piż fuq l-istabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li l-prinċipal ikollu fl-Istat l-ieħor.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, kumpens miksub
dwar impieg eżerċitat abbord bastiment, jew inġenji ta’ l-ajru imħaddma fi traffiku
internazzjonali minn impriża ta’ Stat Kontraenti jista’ tkun taxxabbli biss f’dak l-
Istat. Meta residenti ta’ l-Isvezja jikseb kumpens dwar impieg eżerċitat abbord xi
inġenji ta’ l-ajru mħaddem fi traffiku internazzjonali mill-consortium tat-trasport ta’
l-ajru Scandinavian Airlines System (SAS), dak il-kumpens għandu jkun taxxabbli
fl-Isvezja biss.
ARTIKOLU 16
Drittijiet tad-Diretturi
Id-drittijiet u ħlasijiet simili tad-diretturi li jinkisbu minn residenti ta’
wieħed mill-Istati Kontraenti fil-kariga tiegħu bħala membru tal-bord tad-diretturi
ta’ kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, jistgħu jiġu intaxxati
f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor.
12 L.S.123.38 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-ISVEZJA
ARTIKOLU 17
Artisti u Sportivi
1. B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 14 u 15, income
miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn uħud li jagħtu spettaklu bħal artisti
tat-teatru, tal-films ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni jew mużiċista jew
bħala sportiv mill-attivitajiet personali tiegħu eżerċitati fl-Istat Kontraenti l-ieħor,
jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor.
2. Meta income dwar l-attivitajiet personali eżerċitati minn wieħed li jagħti
spettaklu jew sportiv bħala hekk jinqala’ mhux minn dak li jagħti spettaklu jew minn
sportiv nnifsu imma minn persuna oħra, dak l-income jista’, minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7, 14 u 15, jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti fejn l-
attivitajiet ta’ dak li jagħti spettaklu jew ta’ l-isportiv jiġu eżerċitati.
ARTIKOLU 18
Pensjonijiet u Ħlasijiet tas-Sigurtà  Soċjali
(1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 19, kull
pensjoni u rimunerazzjoni oħra simili li titħallas lil residenti ta’ Stat Kontraenti
minħabba f’impieg ta’ qabel għandha tiġi ntaxxata biss f’dak l-Istat.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, kull pensjoni mħallsa u
ħlasijiet oħra li jsiru taħt il-leġislazzjoni tas-sigurtà  soċjali ta’ Stat Kontraenti
għandhom jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat.
ARTIKOLU 19
Servizz tal-Gvern
1. (a) Rimunerazzjoni, barra minn pensjoni, imħallsa minn Stat Kontraenti jew
minn sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu, lil xi individwu dwar
servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew sotto-diviżjoni jew awtorità  tiegħu tista’ tiġi
intaxxata biss f’dak l-Istat.
(b) Iżda, dik ir-rimunerazzjoni tkun tista’ tiġi intaxxata biss fl-Istat Kontraenti
l-ieħor jekk is-servizzi jingħataw f’dak l-Istat u l-individwu jkun residenti f’dak l-
Istat li:
(i) ikun nazzjonali ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat sabiex unikament jaqdi dawk is-
servizzi.
2. (a) Kull pensjoni mħallsa minn, jew li toħroġ minn fond maħluq minn Stat
Kontraenti jew sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu lil xi individwu
dwar servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew sotto-diviżjoni jew awtorità  tiegħu tista’
tiġi ntaxxata biss f’dak l-Istat.
(b) Iżda, dik il-pensjoni tkun tista’ tiġi intaxxata biss fl-Istat Kontraenti l-ieħor
jekk l-individwu jkun residenti u nazzjonali ta’ dak l-Istat.
3. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15, 16 u 18 għandhom japplikaw għal
rimunerazzjoni u pensjonijiet dwar servizzi mogħtija dwar negozju mmexxi minn
Stat Kontraenti jew minn sotto-diviżjoni politika jew minn awtorità  lokali tiegħu.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-ISVEZJA ġ L.S.123.38 13
ARTIKOLU 20
Studenti u Apprendisti Kummerċjali
Kull ħlas li student jew apprendist kummerċjali li jkun jew kien minnufih
qabel ma jżur Stat Kontraenti residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor u li jkun qiegħed
f’dak l-ewwel Stat imsemmi unikament bil-għan ta’ l-edukazzjoni jew tat-taħriġ
tiegħu, jirċievi bil-għan tal-manteniment, edukazzjoni jew taħriġ tiegħu m’għandux
jiġi ntaxxat f’dak l-Istat, sakemm kull ħlas bħal dak jitnissel minn għejjun barra dak
l-Istat.
ARTLKPLU 21
Income ieħor
1. Oġġetti ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jinqalgħu minn fejn
jinqalgħu, li ma humiex trattati fl-Artikoli ta’ qabel ta’ dan il-Ftehim għandhom
ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal income, li
ma jkunx income minn proprjetà  immobbli kif imfisser fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu
6, jekk min jirċievi dak l-income, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, jiġġestixxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun jinsab
f’dak l-Istat, jew iwettaq f’dak l-Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn
bażi fiss li jkun jinsab f’dak l-Istat, u d-dritt jew il-proprjetà  li dwarhom jitħallas l-
income ikollu x’jaqsam b’mod effettiv ma’ dak l-istabbiliment jew bażi fiss. F’dak
il-każ, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu
14, skond il-każ.
ARTIKOLU 22
Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
1. Fil-każ ta’ Malta, it-taxxa doppja għandha tiġi evitata kif ġej:
Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Malta l-għoti bi kreditu għat-
taxxa ta’ Malta dwar taxxa li titħallas barra minn Malta, fejn, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim hemm inkluż fi stima ta’ Malta income minn
għejjun fl-Isvezja, it-taxxa ta’ l-Isvezja li titħallas dwar dak l-income għandha
tingħata bi kreditu għat-taxxa ta’ Malta relattiva li titħallas dwarhom.
2. Fil-każ ta’ l-Isvezja, it-taxxa doppja għandha tiġi evitata kif ġej:
(a) Meta residenti ta’ l-Isvezja jikseb income li taħt il-liġijiet ta’ Malta u
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-ftehim jista’ jiġi intaxxat f’Malta, l-
Isvezja għandha tippermetti - bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġijiet
ta’ l-Isvezja dwar kreditu għal taxxa barranija (skond kif tista’ tiġi
emendata minn żmien għal żmien mingħajr ma jinbidel il-prinċipju
ġenerali tagħhom) - bħala tnaqqis mit-taxxa fuq dak l-income, ammont
li jkun ekwivalenti għat-taxxa ta’ Malta li titħallas dwar dak l-income.
(b) Meta residenti ta’ l-Isvezja jikseb income li, skond id-disposizzjonijiet
ta’ dan il-ftehim, ikun taxxabbli biss f’Malta, l-Isvezja tista’, meta
tistabbilixxi r-rata gradwata ta’ taxxa ta’ l-Isvezja, tqis xi jkun l-income
li jkun taxxabbli biss f’Malta.
(ċ) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subparagrafu (a) ta’ dan il-paragrafu,
id-dividendi li jitħallsu minn kumpannija residenti ta’ Malta lil
kumpannija li tkun residenti ta’ l-Isvezja ikunu eżenti mit-taxxa ta’ l-
Isvezja skond id-disposizzjonijiet tal-liġi Svediża li tirregola l-
14 L.S.123.38 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-ISVEZJA
eżenzjoni mit-taxxa fuq dividendi mħallsa lil kumpanniji Svediżi minn
sussidjarji tagħhom barra l-pajjiż.
(d) Għall-għanijiet tas-subparagrafu (a) ta’ dan il-paragrafu il-frażi "taxxa
ta’ Malta li titħallas" għandha titqies li tinkludi taxxa ta’ Malta li kienet
kieku titħallas li ma kienx għal xi eżenzjoni preskritta biż-żmien jew
għal xi tnaqqis ta’ taxxa mogħti taħt disposizzjonijiet ta’ inċentivi li
hemm fil-liġi ta’ Malta u li huma kontemplati biex iġibu ’l quddiem l-
iżvilupp ekonomiku daqstant li dik l-eżenzjoni jew tnaqqis jingħataw
fuq profitti li jsiru minn attivitajiet industrijali jew ta’ manifattura jew
mill-agrikoltura, sajd jew turiżmu (inklużi restaurants u lukandi)
sakemm dawk l-attivitajiet ikunu twettqu ġewwa Malta. Għall-għanijiet
tas-subparagrafu (ċ) ta’ dan il-paragrafu taxxa ta’ 15 fil-mija kalkolata
fuq bażi tat-taxxa ta’ l-Isvezja għandha titqies li tkun tħallset għal dawk
l-attivitajiet taht dawk il-kondizzjonijiet imsemmija fis-sentenza ta’
qabel.
L-Awtoritajiet kompetenti jistgħu jiftehmu li jestendu l-applikazzjoni
ta’ din id-disposizzjoni wkoll għal attivitajiet oħra.
(e) Id-disposizzjonijiet tas-subparagrafu (d) ta’ dan il-paragrafu għandhom
ikunu japplikaw għall-ewwel għaxar snin li matulhom ikun iseħħ dan il-
ftehim. Dan il-perijodu jista’ jiġi prorogat permezz ta’ ftehim reċiproku
bejn l-awtoritajiet kompetenti.
3. Meta l-Ftehim jipprovdi li income (inkluż qligħ kapitali) li jitnissel fi Stat
Kontraenti għandu jinħeles mit-taxxa f’dak l-Istat, sew kollu kemm hu sew f’sehem
minnu, u, skond il-liġi li tkun fis-seħħ fl-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-income ikun
suġġett b’referenza għall-ammont tiegħu li jingħadda jew li jiġi riċevut f’dak l-Istat
l-ieħor u mhux b’referenza għall-ammont sħiħ tiegħu, għaldaqshekk il-ħelsien li
għandu jingħata fl-Istat l-ewwel imsemmi għandu jkun japplika biss għal dak il-
porzjon ta’ l-income daqskemm jingħadda jew jiġi riċevut fl-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 23
Ebda Diskriminazzjoni
1. Nazzjonali ta’ Stat Kontraenti ma għandhomx jiġu suġġetti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għal xi tassazzjoni jew xi ħtieġa li għandha x’taqsam magħha, li
ma tkunx jew li tkun ta’ piż aktar mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu
magħha li għalihom nazzjonali ta’ dak l-Istat l-ieħor fl-istess ċirkostanzi huma jew
jistgħu jkunu suġġetti. Din id-disposizzjoni għandha, minkejja d-disposizzjonijiet ta’
l-Artikolu 1, tkun tapplika wkoll għal persuni li ma jkunux residenti ta’ xi wieħed
jew taż-żewġ Stati Kontraenti.
2. It-tassazzjoni fuq stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor ma għandhiex tinġabar f’dak l-Istat l-ieħor b’mod
inqas favorevoli mit-tassazzjoni miġbura fuq impriżi f’dak l-Istat l-ieħor li jmexxu l-
istess attivitajiet. Din id-disposizzjoni ma għandhiex tiftiehem bħala li tobbliga Stat
Kontraenti li jikkonċedi lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor xi skont, għajnuna
u tnaqqis għal għanijiet ta’ taxxa minħabba fl-istatus ċivili jew responsabbiltajiet
tal-familja li soltu jikkonċedi lil-residenti tiegħu.
3. Ħlief meta d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 9, tal-paragrafu
4 ta’ l-Artikolu 11 jew tal-paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 12 ikunu japplikaw, kull
imgħax, royalties u ħlasijiet oħra li jsiru minn impriża ta’ Stat Kontraenti lil
residenti tal-Istat Kontraenti l-ieħor għandhom bil-għan li jiġi stabbilit il-qligħ
taxxabbli ta’ dik l-impriża, jitnaqqsu taħt l-istess kundizzjonijiet daqslikieku kienu
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-ISVEZJA ġ L.S.123.38 15
tħallsu lil residenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi.
4. Impriżi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom ikun proprjetà  ta’ jew
ikkontrollat minn, għal kollox jew f’parti, direttament jew indirettament, residenti
wieħed jew aktar ta’ l-Istat l-ieħor, ma jkunux suġġetti fl-Istat l-ewwel imsemmi
għal xi tassazzjoni jew xi ħtieġa li għandhom x’jaqsmu magħha li tkun oħra jew ta’
aktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu magħha li impriżi oħra
bħalhom ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi huma jew jistgħu jkunu suġġetti għalihom.
5. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw għal dawk it-
taxxi li hemm fil-qofol ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 24
Proċedura għal Ftehim Reċiproku
1  Meta persuna jidhrilha li l-azzjonijiet ta’ l-awtorità  kompetenti ta’ wieħed
mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn iwasslu jew jistgħu jwasslu li tiġi intaxxata mhux
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, hija tista’, minkejja r-rimedji provduti
bil-liġi domestika ta’ dawk l-Istati, tippreżenta l-każ tagħha lill-awtorità  kompetenti
ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu hija residenti jew, jekk il-każ tagħha jkun jaqa’ taħt il-
paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 23, lill-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li tagħha
tkun nazzjonali. Il-każ għandu jiġi preżentat fi żmien tlett snin minn l-ewwel
notifika ta’ l-azzjoni riżultanti f’tassazzjoni li ma tkunx skond id-disposizzjonijiet
tal-Konvenzjoni.
2. L-awtorità  kompetenti għandha tara, jekk l-oġġezzjoni tidhrilha li tkun
waħda ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal għal soluzzjoni
sodisfaċenti, li tiddeċiedi l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità  kompetenti ta’ l-
Istat Kontraenti l-ieħor, bil-għan li tiġi evitata tassazzjoni mhux skond dan il-
Ftehim. Kull ftehim milħuq għandu jitwettaq minkejja kull preskrizzjoni ta’ żmien
fil-liġi domestika ta’ l-Istati Kontraenti.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jaraw li jirrisolvu
bi ftehim reċiproku xi diffikultajiet jew dubbji li jinqalgħu dwar l-interpretazzjoni
jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Huma jistgħu ukoll jikkonsultaw flimkien għall-
eliminazzjoni ta’ taxxa doppja f’każijiet li dwarhom m’hemm xejn provdut fil-
Ftehim.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti jistgħu jikkomunikaw
direttament ma’ xulxin bil-għan li jintlaħaq ftehim dwar kif hemm fil-paragrafi ta’
qabel.
ARTIKOLU 25
Tibdil ta’ Informazzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jibdlu dik l-
informazzjoni li tkun meħtieġa sabiex jitwettqu d-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim
jew tal-liġijiet domestiċi ta’ l-Istati Kontraenti dwar taxxi milquta bil-Ftehim safejn
it-tassazzjoni ma tmurx kontra l-Ftehim. Il-bdil ta’ informazzjoni mhuwiex ristrett
bl-Artikolu 1. Kull informazzjoni li tasal għand Stat Kontraenti għandha titqies
sigrieta bl-istess mod bħal informazzjoni miksuba taħt il-liġijiet domestiċi ta’ dak l-
Istat u għandha titgħarraf biss lil persuni jew awtoritajiet (magħduda qrati u korpi
amministrattivi) imdaħħla fl-istima jew ġbir ta’, l-infurzar jew prosekuzzjoni dwar,
jew il-qtugħ ta’ appelli dwar, it-taxxi li jaqgħu taħt il-Ftehim. Dawn il-persuni jew
awtoritajiet għandhom jużaw l-informazzjoni għal dawk l-għanijiet biss. Huma
jistgħu jikxfu dik l-informazzjoni fi proċedimenti li jsiru f’qorti pubblika jew
16 L.S.123.38 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-ISVEZJA
f’sentenzi tal-qorti.
2. F’ebda każ ma għandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 jitqiesu li
jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
(a) li jieħu miżuri amministrattivi li ma jaqblux mal-liġijiet jew l-użanza
amministrattiva ta’ dak l-Istat Kontraenti jew ta’ l-ieħor;
(b) li jagħti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taħt il-liġijiet jew fil-
kors normali ta’ l-użanza amministrattiva ta’ dak l-Istat Kontraenti jew
ta’ l-ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet tal-kummerċ, tan-negozju,
industrijali, kummerċjali jew professjonali jew proċess tal-kummerċ,
jew li jagħti informazzjoni li l-kxif tagħha jkun kontra l-ordni pubbliku
(ordre public).
ARTIKOLU 26
Limitazzjoni ta’ Ħelsien
Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma għandhomx japplikaw għal dawk
il-persuni li jkunu intitolati għal xi benefiċċju tat-taxxa speċjali skond:
(a) liġi ta’ xi wieħed mill-Istati Kontraenti li tkun ġiet identifikata fi
Skambju ta’ Noti bejn l-Istati Kontraenti; jew
(b) kull liġi oħra sostanzjalment simili li tkun ġiet leġislata
sussegwentement.
ARTIKOLU 27
Aġenti Diplomatiċi u Uffiċjali Konsulari
Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġġi fiskali ta’ aġenti
diplomatiċi jew ta’ uffiċjali konsulari taħt ir-regoli ġenerali tad-dritt internazzjonali
jew taħt id-disposizzjonijiet ta’ kull ftehim speċjali.
ARTIKOLU 28
Bidu fis-Seħħ
1. L-Istati Kontraenti għandhom javżaw lil xulxin li jkunu twettqu i-ħtiġiet
kostituzzjonali sabiex dan il-Ftehim jibda jseħħ.
2. Dan il-Ftehim għandu jibda jseħħ tletin jum wara d-data ta’ l-aħħar wieħed
mill-avviżi msemmija fil-paragrafu 1 u d-disposizzjonijiet tiegħu hekk ikollhom
effett:
(a) fl-Isvezja, fuq income miksub fi jew wara l-ewwel jum ta’ Jannar li jiġi
minnufih wara d-data meta l-Ftehim jibda jseħħ;
(b) f’Malta, fuq income miksub matul xi sena kalendarja jew perijodu ta’
kontijiet, skond il-każ, li jibda fi jew wara l-ewwel ta’ Jannar li jiġi
minnufih wara d-data li fiha l-Ftehim jibda jseħħ.
3. Mal-bidu fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, il-Ftehim u l-Protokol anness bejn
Malta u l-Isvezja għall-evitar ta’ taxxa doppja dwar taxxi fuq l-income, iffirmat fi
Stockholm fit-30 ta’ Mejju, 1975, kif modifikat bi Protokol iffirmat fil-Belt Valletta
fil-25 ta’ Ġunju, 1986, għandu jtemm. Id-disposizzjonijiet tal-Ftehim ta’ l-1975, kif
modifikati, għandhom itemmu milli jkollhom effett mid-data meta d-
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-ISVEZJA ġ L.S.123.38 17
disposizzjonijiet korrispondenti ta’ dan il-Ftehim għall-ewwel darba jkollhom effett
skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (2) ta’ dan l-Artikolu. Għar-rigward tad-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 5 u 14 tal-Ftehim ta’ l-1975, meta tkun ġiet offruta
għajnuna ikbar mit-taxxa bl-applikazzjoni ta’ dawk id-disposizzjonijiet, kull
disposizzjoni bħal dik kif imsemmija qabel għandu jibqa’ jkollha effett:
(a) fl-Isvezja, fuq income miksub fi jew qabel l-aħħar jum tat-tieni sena
kalendarja li tiġi minnufih wara dik li fiha jkun ġie fis-seħħ dan il-
Ftehim; u
(b) f’Malta, fuq income miksub fi jew qabel l-aħħar jum tat-tieni sena
kalendarja jew perjodu ta’ kontijiet, skond il-każ, li jiġi minnufih wara
s-sena kalendarja li fiha jkun ġie fis-seħħ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 29
Terminazzjoni
Dan il-Ftehim għandu jibqa’ jseħħ sakemm jiġi terminat minn Stat
Kontraenti. Kull wieħed mill-Istati Kontraenti jista’ jtemm il-Ftehim, permezz ta’
skambju diplomatiku, billi jagħti avviż tat-terminazzjoni mill-anqas sitt xhur qabel
it-tmiem ta’ xi sena kalendarja li tkun tibda wara li jintemm perijodu ta’ ħames snin
mid-data meta l-Ftehim ikun beda jseħħ. F’dak il-każ, il-Ftehim ma għandux jibqa’
jseħħ:
(a) fl-Isvezja, fuq income miksub fi jew wara l-ewwel ta’ Jannar tas-sena
kalendarja li tiġi minnufih wara d-data li fiha jingħata l-avviż; u
(b) f’Malta, fuq income miksub matul xi sena kalendarja jew perijodu ta’
kontijiet, skond il-każ, li jibdew fl-ewwel jum ta’ Jannar jew wara li jiġi
minnufih wara d-data li fiha jingħata l-avviż.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan
iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGĦMUL ġewwa Washington D.C. illum id-9 ta’ Ottubru, 1995, in duplikat fl-
ilsien Ingliż.
PROTOKOL
Meta kien qed jiġi ffirmat il-Ftehim bejn l-Isvezja u Malta għall-ħelsien mit-
taxxa doppja u biex tiġi evitata evażjoni fiskali dwar taxxi fuq l-income, is-
sottoskritti qablu li dan li ġej għandu jkun parti sħiħa mill-Ftehim:
Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 5 ta’ l-Artikolu 13, kull qligħ mit-
trasferiment ta’ ishma jew ta’ jeddijiet korporattivi oħra miksubin minn individwu li
kien residenti ta’ Stat Kontraenti u li sar residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, jista’
jiġi intaxxat fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk it-trasferiment ta’ l-ishma jew jeddijiet
korporattivi oħra isir f’xi żmien matul il-ħames snin li jiġu minnufih wara d-data
meta l-individwu jkun temm milli jkun residenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi.
JOHN DALLI
Għall-Gvern ta’ Malta
GORAN PERSSON
Għall-Gvern ta’ l-Isvezja
18 L.S.123.38 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TA’ L-ISVEZJA
B’xiehda ta’ dan is-sottoskritti awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan iffirmaw
dan il-Protokol.
Magħmul ġewwa Washington D.C. illum 9 ta’ Ottubru 1995, in duplikat fl-ilsien
Ingliż.
GORAN PERSSON
Għall-Gvern ta’ l-Isvezja
JOHN DALLI
Għall-Gvern ta’ Malta
