XOGĦOL PART-TIME ġ L.S.123.39 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.39
REGOLI DWAR XOGĦOL PART-TIME
1 ta’ Jannar, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 157 ta’ l-1996, kif emendat bl-Avviż Legali 321 ta’ l-
2001.
Titolu.
time.
Applikabbilità  ta’ 
l-artikolu 90A ta’ l-
Att dwar it-Taxxa 
fuq l-Income.
Emendat:
A.L. 321 ta’ l-
2001.
2. Id-disposizzjonijiet li jinsabu fl-artikolu 90A ta’ l-Att dwar
it-Taxxa fuq l-Income, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "l-
Att", għandhom ikunu japplikaw għal individwu li jkun qed jikseb
income minn xogħol part-time u li jkun residenti f’Malta matul is-
sena li tiġi minnufih qabel is-sena ta’ stima u iktar minn hekk -
Kap. 343.
(a) ikun kiseb income ieħor minn impieg full-time hekk
registrat mal-Korporazzjoni ta’ Xogħol u Taħriġ
imwaqqfa skond l-Att dwar is-Servizzi ta’ Impieg u
Taħriġ; jew
(b) kien qed jirċievi pensjoni; jew
(ċ) kien qed jingħata tagħlim full-time f’università ,
kulleġġ jew stabbiliment edukattiv ieħor, jew kien qed
jagħmel apprendistat bil-għan li jikkwalifika f’xi
sengħa jew professjoni.
Għan.
Sostitwit:
A.L. 321 ta’ l-
2001.
3. (1) Għall-fini ta’ dawn ir-regoli iżda b1a ħsara għad-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ din ir-regola, income minn xogħol part-
time għandu jiftiehem bħala li jikkonsisti biss f’dak l-income ta’
individwu li fuqu titħallas it-taxxa taħt l-artikolu 4(1)(a) jew (b) ta’
l-Att.
Kap. 372.
(2) Meta l-income minn xogħol part-time miksub mill-
individwu minn xi attività  part-time ikun b’kollox jeċċedi tliet elef
lira, għandha titħallas taxxa fuq dak l-eċċess taħt l-Att mingħajr ma
jitqiesu d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 90A ta’ l-Att u għandu jiġi
dikjarat minn dik il-persuna fi prospett magħmul skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 10 ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni
tat-Taxxa, flimkien ma’ kull income ieħor tiegħu.
Kap. 372.
(3) Għall-finijiet ta’ dawn ir-regoli, income li jitqies li
jikkostitwixxi benefiċċju pprovdut minħabba f’xi impieg jew
kariga skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4(1)(b) ta’ l-Att jew
ta’ regolamenti magħmulin taħtu u l-valur ta’ kull tali benefiċċju
m’għandux jitqies li jikkostitwixxu income meta jinħadem l-
ammont ta’ income miksub minn attivitajiet part-time għall-finijiet
tas-subregola (2) u għandu jiġi ddikjarat fi prospett li jintbagħat
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 10 ta’ l-Att dwar l-
Amministrazzjoni tat-Taxxa, flimkien ma’ kull income ieħor.
Negozju part-time 
eċċ.
Emendat:
A.L. 321 ta’ l-
2001.
4. Meta jkollha titħallas taxxa dwar income minn xogħol
part-time skond l-artikolu 4(1)(a) ta’ l-Att, id-disposizzjonijiet ta’
l-artikolu 90A ta’ l-Att għandhom ikunu japplikaw biss meta l-
individwu -
2 L.S.123.39 ħ XOGĦOL PART-TIME
(a) ikun reġistrat għal skopijiet ta’ VAT meta l-attività
ekonomika li jkun jagħmel tkun attività  li dwarha jkun
meħtieg li jkun hekk reġistrat;
(b) ma jkunx iħaddem impjegati f’dik l-attività  part-time
li huwa jwettaq; u
Kap. 372.
(ċ) jkun iżomm kotba tal-kontijiet xierqa kif hemm provdut
fl-artikolu 19 ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-
Taxxa.
Impieg part-time.
Emendat:
A.L. 321 ta’ l-
2001.
5. (1) Meta jkollha titħallas taxxa dwar income minn xogħol
part-time skond l-artikolu 4(1)(b) ta’ l-Att, id-disposizzjonijiet ta’
l-artikolu 90A ta’ l-Att ikunu biss japplikaw jekk l-individwu -
(a) ikun irreġistra x-xogħol part-time mal-Korporazzjoni
ta’ Xogħol u Taħriġ; u
(b) ikun jaħdem f’xogħol li għalih jirċievi ħlas, ma’ xi
kumpannija, organizzazzjoni jew impriża li ma tkunx
dik li l-individwu jkun impjegat magħha fuq bażi full-
time.
(2) Ix-xogħol jiġi biss ikkunsidrat bħala xogħol part-time
kemm-il darba l-individwu ma jkunx jaħdem dak ix-xogħol għal
iktar minn tletin siegħa f’ġimgħa wahda:
Kap. 452.
Iżda meta skond xi Ordni li Jirregola l-Pagi magħmul
skond l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, persuna li
tkun taħdem għal tletin siegħa titqies li tkun qegħda full-time, l-
individwu għandu biss jitqies bħala li jkun qed jaħdem xogħol part-
time jekk huwa hekk jitqies li jkun qiegħed jagħmel skond dak l-
Ordni li jirregola l-Pagi relevanti:
B’dan illi dak l-income minn xogħol part-time ma jkunx
jikkonsisti fi -
(i) rimunerazzjoni li titħallas mill-Gvern lil
detenturi ta’ kariga, inklużi membri ta’ bordijiet
jew tribunali, u Membri tal-Parlament u ta’
Kunsilli Lokali, u rimunerazzjoni li titħallas lil
pensjonanti li jiġu impjegati mal-Gvern jew li
jagħtu servizzi f’kull kariga li tkun lill-Gvern,
korpi parastatali, korporazzjonijiet jew
organizzazzjonijiet jew kumpanniji oħra tal-
Gvern li l-Gvern ikollu fihom parteċipazzjoni ta’
kontroll;
(ii) drittijiet u ħlasijiet oħra li jsiru lil membri tal-
Bord ta’ Diretturi ta’ kumpanniji jew lil membri
ta’ kull bord ta’ korporazzjonijiet pubbliċi
imwaqqfa bil-liġi.
Tifsira għall-
għanijiet tar-regola 
5.
Sostitwit:
A.L. 321 ta’ l-
2001.
6. Għall-għanijiet tar-regola 5(1)(b) -
(a) kumpanniji li jkunu miġbura fi ħdan l-istess grupp kif
imfisser fl-Att għandhom jitqiesu li jkunu l-istess
prinċipal; u
(b) il-Gvern, il-kunsilli lokali, l-Università  ta’ Malta,
korpi parastatali, korporazzjonijiet u
organizzazzjonijiet oħra jew kumpaniji li fihom il-
XOGĦOL PART-TIME ġ L.S.123.39 3
Gvern, kunsill lokali jew l-Università  ta’ Malta
jkollhom parteċipazzjoni ta’ kontroll għandhom
jitqiesu li jkunu l-istess prinċipal:
Iżda għal dak li huwa income miksub fl-1 ta’ Jannar, 2000
jew wara dik id-data, kumpannija ma għandhiex titqies li tkun l-
istess prinċipal bħall-Gvern u l-korpi u l-entijiet l-oħra msemmija
f’dan il-paragrafu minħabba fil-fatt li l-Gvern ikollu
parteċipazzjoni ta’ kontroll f dik il-kumpannija.
