EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RUMANIJA ġ L.S.123.42 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.42
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-RUMANIJA
16 ta’ Awissu, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 65 ta’ l-1997.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Rumanija.
Arranġamenti 
jkollhom seħħ.
2. Qiegħed jiġi hawnhekk dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċiakati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-Ordni ġew magħmula mal-Gvern
tar-Rumanija sabiex jingħata ħelsien minn taxxa
doppja dwar it-taxxi li ġejjin stabbiliti bil-liġijiet tar-
Rumanija:
(i) it-taxxa fuq l-income miksub minn individwi;
(ii) it-taxxa fuq il-profitt;
(iii) it-taxxa fuq is-salarji u kull rimunerazzjoni oħra
bħalhom;
(iv) it-taxxa fuq id-dividendi;
(v) it-taxxa fuq l-income miksub mill-biedja;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arranġamenti jkollhom
effett.
2 L.S.123.42 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RUMANIJA
SKEDA
FTEHIM BEJN IL-GVERN TA’ MALTA
U L-GVERN TAR-RUMANIJA
GĦALL-ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
U BIEX TIĠI EVITATA EVAŻJONI FISKALI
DWAR TAXXI FUQ L-INCOME
Il-Gvern ta’ Malta u l-Gvern tar-Rumanija, billi jixtiequ jagħmlu Ftehim
għall-ħelsien minn taxxa doppja u biex tiġi evitata evażjoni fiskali dwar taxxi fuq l-
income, u jġibu ’l quddiem u jsaħħu r-relazzjonijiet ekonomiċi bejn iż-żewġ pajjiżi
fuq il-bażi ta’ sovranità  nazzjonali u rispett għall-indipendenza, jeddijiet indaqs
sħaħ, vantaġġ reċiproku u nuqqas ta’ indħil fl-affarijiet interni, ftehmu kif ġej:
ARTIKOLU 1
Għan Personali
Dan il-Ftehim għandu japplika għall-persuni li huma residenti ta’ wieħed
mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn.
ARTIKOLU 2
Taxxi Koperti
1. Dan il-Ftehim għandu japplika għat-taxxi fuq l-income imposti minn kull
Stat Kontraenti jew l-oqsma territorjali-amministrattivi tagħha, irrispettivament
mill-mod kif dawn jinġabru.
2. Għandhom jitqiesu bħala taxxi fuq l-income dawk it-taxxi kollha li jiġu
imposti fuq income totali, jew fuq elementi ta’ income, inklużi taxxi fuq kull qligħ li
jsir mit-trasferiment ta’ proprjetà  mobbli jew immobbli.
3. It-taxxi eżistenti li għalihom japplika dan il-Ftehim huma:
(a) fil-każ tar-Rumanija:
(i) it-taxxa fuq l-income miksub minn individwi;
(ii) it-taxxa fuq il-profitt;
(iii) it-taxxa fuq is-salarji u kull rimunerazzjoni oħra bħalhom;
(iv) it-taxxa fuq id-dividendi; u
(v) it-taxxa fuq l-income miksub mill-biedja;
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa tar-Rumanija");
(b) fil-każ ta’ Malta:
it-taxxa fuq l-income;
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ Malta").
4. Dan il-Ftehim għandu japplika wkoll għal kull taxxa bħalhom jew li
sostanzjalment tixbaħhom li jiġu imposti wara d-data tal-firma ta’ dan il-Ftehim
b’żieda ma’, jew minflok, it-taxxi eżistenti. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati
Kontraenti għandhom javżaw lil xulxin b’kull tibdil sostanzjali li jkun sar fil-liġijiet
tagħhom rispettivi li jirrigwardaw it-taxxa.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RUMANIJA ġ L.S.123.42 3
ARTIKOLU 3
Tifsiriet Ġenerali
1. Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra:
(a) il-frażi "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-ieħor" ifissru, skond ma
teħtieġ ir-rabta tal-kliem, ir-Rumanija jew Malta;
(b) il-frażi "Rumanija" tfisser ir-Rumanija u meta użata f’sens ġeografiku,
tfisser it-territorju tar-Rumanija inkluż il-baħar territorjali tagħha kif ukoll iż-żona
ekonomika esklużiva li fuqha r-Rumanija għandha sovranità , drittijiet ta’ sovranità  u
ġurisdizzjoni skond il-liġi interna tagħha u skond id-dritt internazzjonali, għar-
rigward ta’ l-esplorazzjoni u esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali, bioloġiċi u minerarji
li jeżistu fl-ilma baħar, f’qiegħ il-baħar u fis-sottoswol ta’ dawn l-ibħra;
(ċ) il-frażi "Malta" tfisser ir-Repubblika ta’ Malta u meta użata f’sens
ġeografiku il-frażi "Malta" tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-Gżira ta’ Għawdex u l-
gżejjer l-oħra ta’ l-Arċipelagu Malti, flimkien ma’ l-ibħra territorjali tagħhom, u kull
area barra mill-baħar territorjali ta’ Malta li, skond il-liġi internazzjonali, hi hekk
imsemmija jew aktar ’il quddiem tista’ tissejjaħ, taħt il-liġi ta’ Malta dwar il-Blata
Kontinentali, bħala area li fiha d-drittijiet ta’ Malta dwar qiegħ il-baħar u s-
sottoswol u r-riżorsi naturali tagħhom jistgħu jiġu eżerċitati;
(d) il-frażi "persuna" tinkludi individwu, kumpannija u kull korp ieħor ta’
persuni;
(e) il-frażi "kumpannija" tfisser kull għaqda korporata jew kull enti li titqies
bħala għaqda korporata għall-finijiet ta’ taxxa;
(f) il-frażi "impriża ta’ Stat Kontraenti" u/jew "impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor" ifissru, rispettivament, impriża li titmexxa minn residenti ta’ Stat Kontraenti
u/jew impriża li titmexxa minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(g) il-frażi "ċittadin" tfisser:
(i) għar-rigward tar-Rumanija, kull individwu li jkollu ċ-ċittadinanza tar-
Rumanija u kull persuna ġuridika jew entijiet oħra mwaqqfa bis-saħħa
tal-liġijiet tagħha;
(ii) għar-rigward ta’ Malta, kull ċittadin ta’ Malta u kull persuna ġuridika,
soċjetà  jew assoċjazzjoni li jiksbu l-istatus tagħhom bħala hekk skond
il-liġijiet li jkunu fis-seħħ f’Malta;
(h) il-frażi "traffiku internazzjonali" tfisser kull trasport b’bastiment, opra tal-
baħar, b’inġenji ta’ l-ajru, ferrovija jew b’vettura fuq l-art imħaddma minn impriża li
jkollha l-uffiċċju ta’ tmexxija effettiva tagħha fi Stat Kontraenti, barra minn meta l-
bastiment, opra tal-baħar, l-inġenji ta’ l-ajru, ferrovija jew vettura fuq l-art ikunu
mħaddma biss bejn postijiet fl-Istat Kontraenti l-ieħor;
(i) il-frażi "awtorità  kompetenti" tfisser:
(i) fil-każ tar-Rumanija, il-Ministru tal-Finanzi jew ir-rappreżentant
awtorizzat tiegħu;
(ii) fil-każ ta’ Malta, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu.
2. Fl-applikazzjoni tal-Ftehim minn Stat Kontraenti, kull frażi li ma tkunx
hekk imfissra fih għandha, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra,
ikollha l-istess tifsir kif mogħti lilha taħt il-liġi ta’ dak l-Istat dwar it-taxxi li dan il-
Ftehim japplika għalihom.
4 L.S.123.42 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RUMANIJA
ARTIKOLU 4
Residenti
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "residenti ta’ Stat Kontraenti" tfisser
kull persuna li, taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat, hija suġġetta għat-taxxa hemmhekk
minħabba d-domiċilju, ir-residenza, post tal-maniġġ jew xi kriterju ieħor ta’ xorta
bħal din.
2. Fejn minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 individwu jkun residenti
taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-Istat tiegħu għandu jiġi determinat kif ġej:
(a) huwa għandu jitqies li jkun residenti unikament ta’ l-Istat Kontraenti li
fih ikollu dar permanenti għad-disposizzjoni tiegħu; jekk huwa jkollu
dar permanenti għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati Kontraenti,
huwa għandu jitqies li huwa residenti unikament ta’ l-Istat Kontraenti li
miegħu ir-relazzjonijiet personali u ekonomiċi tiegħu jkunu l-aktar
marbuta (ċentru ta’ interess vitali);
(b) jekk l-Istat Kontraenti li fih huwa jkollu ċ-ċentru ta’ interess vitali ma
jistax jiġi determinat, jew jekk huwa ma jkollux għad-disposizzjoni
tiegħu dar permanenti fl-ebda Stat Kontraenti, huwa għandu jitqies li
jkun residenti unikament ta’ l-Istat Kontraenti li fih soltu jirrisjedi;
(ċ) jekk huwa s-soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati Kontraenti jew f’ebda wieħed
mill-Istati Kontraenti, huwa għandu jitqies li jkun residenti unikament
ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu jkun ċittadin;
(d) jekk huwa jkun ċittadin taż-żewġ Stati Kontraenti jew ta’ l-ebda wieħed
mill-Istati Kontraenti, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti
għandhom jiddeċiedu l-każ bi ftehim bejniethom.
3. Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, din għandha għaldaqstant titqies
bħala residenti unikament ta’ l-Istat Kontraenti fejn ikun jinsab il-post effettiv tal-
maniġġ tagħha.
ARTIKOLU 5
Stabbiliment Permanenti
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim il-frażi "stabbiliment permanenti" tfisser post
tan-negozju fiss li minnu jitmexxa għal kollox jew f’parti x-xogħol ta’ impriża.
2. Il-frażi "stabbiliment permanenti" tinkludi b’mod speċjali:
(a) post ta’ maniġġ;
(b) fergħa;
(ċ) uffiċċju;
(d) fabbrika;
(e) ħanut tax-xogħol;
(f) minjiera, bir taż-żejt jew tal-gass, barriera jew kull post ieħor ta’
estrazzjoni ta’ riżorsi naturali;
(g) art li tkun qegħda tinbena jew proġett ta’ kostruzzjoni jew ta’
assemblaġġ jew attivitajiet superviżorji li għandhom x’jaqsmu ma’ dan
meta dawn ikomplu għal iktar minn tnax il-xahar;
(h) l-għoti ta’ servizzi, inklużi servizzi ta’ konsult, minn impriża ta’ Stat
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RUMANIJA ġ L.S.123.42 5
Kontraenti permezz ta’ l-impjegati tagħha jew ta’ persunal ieħor, meta
attivitajiet ta’ dik ix-xorta jkomplu fl-Istat Kontraenti l-ieħor għal
perijodu jew perijodi li b’kollox jammontaw għal iktar minn 183 jum
f’perijodu wieħed ta’ tnax il-xahar.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frażi
"stabbiliment permanenti" għandha titqies li ma tinkludix:
(a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim ta’
oġġetti jew merkanzija li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża;
(b) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim;
(ċ) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ proċessar minn impriża oħra;
(d) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ xiri ta’ oġġetti jew
merkanzija, jew ta’ ġbir ta’ tagħrif, għall-impriża;
(e) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ reklamar, għat-
twassil ta’ informazzjoni, għal riċerka xjentifika jew għal kull attività
bħalhom ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja għall-impriża;
(f) it-tiżmim ta’ oġġetti jew ta’ merkanzija maħruġa għall-wiri mill-impriża
f’xi fiera jew esibizzjoni u li jinbiegħu wara l-għeluq ta’ dik il-fiera jew
esibizzjoni.
4. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 meta persuna - li ma tkunx
aġent ta’ status indipendenti li għaliha japplika l-paragrafu 5 - taġixxi għan-nom ta’
impriża u għandha, u soltu twettaq fi Stat Kontraenti awtorità  li tikkonkludi kuntratti
f’isem l-impriża, dik l-impriża għandha titqies li għandha stabbiliment permanenti
f’dak l-Istat dwar kull attività  li dik il-persuna tagħmel għall-impriża, sakemm l-
attivitajiet ta’ dik il-persuna ma jkunux limitati għal dawk imsemmija fil-paragrafu 3
li, jekk jiġu eżerċitati minn post tan-negozju fiss, ma jirrendux lil dan il-post tan-
negozju fiss stabbiliment permanenti taħt id-disposizzjonijiet ta’ dak il-paragrafu.
5. Impriża ta’ Stat Kontraenti ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment
permanenti fi Stat Kontraenti ieħor għaliex biss tmexxi negozju f’dak l-Istat ieħor
permezz ta’ sensal, aġent ġenerali b’kummissjoni jew xi aġent ieħor bi status
indipendenti, meta dawk il-persuni jaġixxu fil-kors ordinarju tan-negozju tagħhom.
Iżda, meta l-attivitajiet ta’ dak l-aġent ikunu qegħdin jitwettqu għal kollox jew kważi
għal kollox għall-impriża, huwa ma għandux jitqies bħala aġent ta’ status
indipendenti fis-sens ta’ dan il-paragrafu, jekk jintwera li t-transazzjonijiet bejn l-
aġent u l-impriża ma sarux skond kondizzjonijiet fuq bażi ta’ viċinanza.
6. Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikkontrolla jew
tkun kontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, jew
li tmexxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta’ stabbiliment permanenti sew
xort’oħra), ma għandux fih innifsu jikkostitwixxi xi waħda mill-kumpanniji bħala
stabbiliment permanenti ta’ l-oħra.
ARTIKOLU 6
Income minn Proprjetà  Immobiljari
1. Income miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn proprjetà
immobiljari (inkluż income minn xogħol fl-agrikoltura u fil-boskijiet) sitwata fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Il-frażi "proprjetà  immobiljari" għandu jkollha l-istess tifsir li għandha taħt
6 L.S.123.42 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RUMANIJA
il-liġi ta’ l-Istat Kontraenti li fih il-proprjetà  li tkun hija sitwata. Il-frażi għandha
f’kull każ tinkludi proprjetà  aċċessorja għal proprjetà  immobiljari, bhejjem u
tagħmir użati fl-agrikoltura u fil-boskijiet, drittijiet li għalihom japplikaw id-
disposizzjonijiet tal-liġi ġenerali dwar proprjetà  terrena, użufrutt ta’ proprjetà
immobiljari u drittijiet għal ħlasijiet li jvarjaw jew fissi bħala kumpens għall-ħdim
ta’, jew għall-jedd li jinħadmu jew li jiġu esplorati, depożiti minerali, għejjun u
riżorsi oħra naturali; bastimenti, opri tal-baħar, inġenji ta’ l-ajru, ferroviji u vetturi
fuq l-art ma għandhomx jitqiesu bħala proprjetà  immobiljari.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal income li
jinkiseb mill-użu dirett, kiri, jew użu ta’ kull xort’oħra ta’ proprjetà  immobiljari.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw ukoll għal
income minn proprjetà  immobiljari ta’ impriża u għal income minn proprjetà
immobiljari li tkun użata għall-qadi ta’ servizzi personali indipendenti.
ARTIKOLU 7
Profitti minn Negozju
1. Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti għandhom jiġu intaxxati biss f’dak
l-Istat kemm-il darba l-impriża ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk. Jekk l-impriża
tmexxi negozju kif intqal qabel, il-profitti ta’ l-impriża jistgħu jiġu intaxxati fl-Istat
l-ieħor iżda biss dik il-parti minnhom li tkun attribwibbli għal dak l-istabbiliment
permanenti.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3, meta impriża ta’ Stat
Kontraenti tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qiegħed hemmhekk, għandhom jiġu attribwiti lil dak l-
istabbiliment permanenti f’kull Stat Kontraenti l-profitti li kien ikun mistenni
jagħmel kieku kien impriża distinta u separata li taħdem fl-istess attivitajiet jew
oħrajn bħalhom taħt l-istess kundizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem
indipendentement għal kollox mill-impriża li tagħha hija stabbiliment permanenti.
3. Biex jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, għandhom ikunu
permessi bħala tnaqqis dawk l-ispejjeż ta’ l-impriża, li jkunu spejjeż li jsiru għall-
għanijiet ta’ l-istabbiliment permanenti (magħduda l-ispejjeż eżekuttivi u
amministrattivi ġenerali li jsiru) u li jkunu jitnaqqsu li kieku l-istabbiliment
permanenti kien enti indipendenti li jkun ħallas dawk l-ispejjeż, sew jekk ikunu saru
fl-Istat Kontraenti li fih ikun hemm l-istabbiliment permanenti sew jekk ikunu saru
band’oħra.
4. Il-profitti attribwibbli lil stabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti
fuq il-bażi ta’ kotba ta’ kontijiet separati li jinżammu mill-istabbiliment permanenti.
Jekk dawn il-kotba ma jkunux jikkostitwixxu bażi adegwata għall-għanijiet li jiġu
stabbiliti l-profitti ta’ l-istabbiliment permanenti, dawk il-profitti għaldaqshekk
jistgħu jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta’ tqassim tal-profitti kollha ta’ l-impriża lill-ishma
diversi tagħha. Il-mod ta’ tqassim li jiġi adottat għandu, madankollu, ikun wieħed
tali li r-riżultat ikun skond il-prinċipji li jinsabu f’dan l-Artikolu. Jekk ikun meħtieġ,
l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jippruvaw jaqblu dwar il-
mod ta’ tqassim tal-profitti ta’ l-impriża.
5. Ma għandhom jiġu attribwiti ebda profitti lil stabbiliment permanenti
minħabba biss ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew merkanzija
għall-impriża.
6. Għall-finijiet tal-paragrafi ta’ qabel, il-profitti li għandhom jiġu attribwiti
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RUMANIJA ġ L.S.123.42 7
lill-istabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-istess mod minn sena għal
sena kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u biżżejjed biex isir kuntrarju.
7. Meta profitti jinkludu oġġetti ta’ income li qed jiġu trattati separatament
f’Artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, allura d-disposizzjonijiet ta’ dawk l-Artikoli ma
jkunux milquta bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
ARTIKOLU 8
Traffiku Internazzjonali
1. Il-profitti mit-tħaddim ta’ bastimenti, opri tal-baħar, inġenji ta’ l-ajru,
ferroviji jew vetturi fuq l-art fi traffiku internazzjonali għandhom ikunu ntaxxati biss
fl-Istat Kontraenti fejn ikun jinsab il-post ta’ tmexxija effettiva ta’ l-impriża.
2. Jekk il-post ta’ tmexxija effettiva ta’ impriża tat-tbaħħir ikun abbord
bastiment jew opra tal-baħar, dak l-uffiċċju għandu għalhekk jitqies li jkun jinsab fl-
Istat Konttaenti fejn ikun jinsab il-port prinċipali ta’ dak il-bastiment jew opra tal-
baħar, jew, jekk dak il-port prinċipali ma jkunx jeżisti, fl-Istat Kontraenti fejn ikun
joqgħod min iħaddem il-bastiment jew opra tal-baħar.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 japplikaw ukoll għal profitti mill-
parteċipazzjoni f’pool, negozju bi sħab jew aġenzija operattiva internazzjonali.
4. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u ta’ l-
Artikolu 7, il-profitti li jinkisbu minn impriża ta’ Stat Kontraenti mit-tħaddim ta’
bastimenti, opri tal-baħar, inġenji ta’ l-ajru, ferroviji jew vetturi fuq l-art użati
prinċipalment għat-trasport b’mod esklużiv bejn postijiet li jkunu jinsabu fi Stat
Kontraenti huma taxxabbli f’dak l-Istat.
ARTIKOLU 9
Impriżi Assoċjati
1. Meta -
(a) impriża ta’ Stat Kontraenti tipparteċipa direttament jew indirettament
fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor, jew
(b) l-istess persuni jipparteċipaw direttament jew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti u ta’
impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor,
u f’kull każ jiġu magħmula jew imposti kundizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji ta’ bejniethom li ma jaqblux ma’ dawk li
kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f’dak il-każ profitti li, kieku ma
kienux dawk il-kundizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-impriżi, iżda
minħabba dawk il-kundizzjonijiet ma ġewx hekk akkumulati, jistgħu jiġu inklużi fil-
profitti ta’ dik l-impriża u intaxxati skond hekk.
2. Meta Stat Kontraenti jinkludi fil-profitti ta’ impriża ta’ dak l-Istat, u
jintaxxa skond hekk, profitti li fuqhom impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor ġiet
intaxxata f’dak l-Istat l-ieħor u l-profitti hekk magħduda jkunu profitti li kienu
jinqalgħu mill-impriża ta’ l-ewwel Stat imsemmi kieku l-kundizzjonijiet magħmula
bejn iż-żewġ impriżi kienu dawk li kienu jsiru bejn żewġ impriżi indipendenti, allura
dak l-Istat l-ieħor għandu jagħmel it-tibdil xieraq fl-ammont tat-taxxa imposta
hemmhekk fuq dawk il-profitti. Biex jiġi stabbilit it-tibdil, għandu jittieħed qies
xieraq tad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-
Istati Kontraenti għandhom jekk iħossu l-bżonn jikkonsultaw lil xulxin.
8 L.S.123.42 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RUMANIJA
ARTIKOLU 10
Dividendi
1. Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Iżda, dawk id-dividendi jistgħu jiġu intaxxati wkoll fl-Istati Kontraenti li
tiegħu l-kumpannija li tkun tħallas id-dividendi tkun residenti, u skond il-liġijiet ta’
dak l-Istat, iżda:
(a) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija residenti tar-Rumanija lil
residenti ta’ Malta li jkun is-sid benefiċjarju tad-dividendi, it-taxxa tar-
Rumanija hekk imposta m’għandhiex tkun iżjed minn 5 fil-mija ta’ l-
ammont gross tad-dividendi;
(b) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija residenti ta’ Malta lil
residenti tar-Rumanija li jkun is-sid benefiċjarju tagħhom, it-taxxa ta’
Malta hekk imposta m’għandhiex tkun iżjed minn dik imposta fuq il-
kumpannija li tkun qed tħallas id-dividendi għar-rigward tal-profitti
hekk imqassma u f’kull każ m’għandhomx ikunu iżjed minn 30 fil-mija
ta’ l-ammont gross tad-dividendi.
L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom bi ftehim
reċiproku jaqblu dwar kif għandhom ikunu japplikaw dawn il-limitazzjonijiet.
Dan il-paragrafu ma jolqotx it-tassazzjoni ta’ kumpannija għar-rigward tal-
profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
3. Il-frażi "dividendi" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn
azzjonijiet, ishma "jouissance" jew jeddijiet "jouissance", ishma f’xogħol fil-
minjieri jew ta’ fundaturi, jew drittijiet oħra, li ma jkunux talbiet għal dejn, li
jipparteċipaw fil-profitti, kif ukoll income minn jeddijiet korporattivi oħra li huwa
meqjus għall-fini tat-taxxa l-istess bħal income minn azzjonijiet skond il-liġijiet ta’
l-Istat li fih tkun residenti l-kumpannija li tagħmel it-tqassim.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-
Istat Kontraenti l-ieħor, li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-dividendi,
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li jkun jaqdi
f’dak l-Istat l-ieħor servizz personali indipendenti minn bażi stabbilit sitwat
hemmhekk, u l-holding li dwarhom id-dividendi jkunu mħallsa jkollu x’jaqsam
effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit. F’dak il-każ id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 15, skond il-każ, għandhom
japplikaw.
5. Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpannija ħlief meta dividendi bħal dawn jitħallsu lil
residenti ta’ dak l-Istat l-ieħor jew safejn il-holding li dwaru jitħallsu d-dividendi
jkollu x’jaqsam effettivament ma’ stabbiliment permanenti jew ma’ bażi stabbilit
sitwat f’dak l-Istat l-ieħor, jew jissuġġetta l-profitti mhux distribwiti tal-kumpannija
għal taxxa fuq il-profitti mhux distribwiti tal-kumpannija, anki jekk id-dividendi
mħallsa jew il-profitti mhux distribwiti jikkonsistu f’kollox jew f’parti minnhom
minn profitti jew income li jinqalgħu f’dak l-Istat l-ieħor.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RUMANIJA ġ L.S.123.42 9
ARTIKOLU 11
Imgħax
1. Imgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u li jitħallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Iżda, dak l-imgħax jista’ wkoll jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn jinqala, u
skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda jekk minn jirċevih ikun is-sid benefiċjarju ta’ l-
imgħax it-taxxa hekk imposta m’għandhiex tkun iżjed minn 5 fil-mija ta’ l-ammont
gross ta’ imgħax.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 imgħax li jinqala’ fi Stat
Kontraenti għandu jkun eżenti mit-taxxa f’dak l-Istat jekk dan jinkiseb u jkun
possedut minn sid benefiċjarju li jkun il-Gvern ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, jew
minn qasam territorjali-amministrattiv tiegħu jew minn aġenzija jew minn qasam
jew istituzzjoni ta’ bank ta’ dak il-Gvern, jew qasam territorjali-amministrattiv jew
jekk il-pretensjonijiet debitriċi ta’ residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor ikunu
garantiti, assigurati, jew finanzjati direttament jew indirettament minn istituzzjoni
finanzjarja li tkun għal kollox posseduta mill-Gvem ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor.
4. Il-frażi "imgħax" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn drittijiet
għal dejn ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le, u sew jekk jagħti l-jedd għal
sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b’mod partikolari, income minn
assigurazzjonijiet tal-Gvern u income minn bonds jew debentures, inkluż kull
premium u rigal relatat ma’ dawk l-assigurazzjonijiet, bonds jew debentures. Dawk
il-penali li jiġu imposti minħabba fi ħlas tardiv ma għandhomx jitqiesu bħala imgħax
għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu.
5. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju ta’ l-imgħax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih jinqala’ l-imgħax permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jew jagħmel servizzi personali indipendenti f’dak l-
Istat l-ieħor minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt għal dejn li dwaru
jitħallas l-imgħax ikollu effettivament x’jaqsam ma’ dak l-istabbiliment permanenti
jew bażi stabbilit. F’dak il-każ id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew 15, skond il-
każ, għandhom japplikaw.
6. L-imgħax għandu jitqies li jinqala’ fi Stat Kontraenti meta min iħallas ikun
dak l-Istat innifsu, qasam territorjali-amministrattiv jew residenti ta’ dak l-Istat.
Meta, iżda, il-persuna li tħallas l-imgħax, sew jekk tkun residenti ta’ Stat Kontraenti
sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti stabbiliment permanenti jew bażi stabbilit li
miegħu jkollu x’jaqsam id-dejn li dwaru jkun tħallas l-imgħax, u dak l-imgħax ikun
piż ta’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit, allura dak l-imgħax għandu
jitqies li nqala’ fl-Istat li fih ikun sitwat l-istabbiliment permanenti jew il-bażi
stabbilit.
7. Meta, minħabba relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju jew
bejniethom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont ta’ l-imgħax imħallas, meta titqies
xi tkun il-pretensjoni dovuta li jkun qed jitħallas għaliha, ikun iżjed mill-ammont li
kien ikun miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-
relazzjoni, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-
ammont l-aħħar imsemmi. F’każ bħal dak, il-parti żejda tal-ħlasijiet tibqa’ taxxabbli
skond il-liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, meqjusa b’mod xieraq id-disposizzjonijiet l-
oħra ta’ dan il-Ftehim.
10 L.S.123.42 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RUMANIJA
ARTIKOLU 12
Senserija
1. Kull senserija li titnissel fi Stat Kontraenti u li tiġi mħallsa lil residenti ta’ l-
Istat Kontraenti l-ieħor tista’ tiġi intaxxata f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Madankollu, dik is-senserija tista’ tiġi wkoll intaxxata f’dak l-Istat
Kontraenti fejn tkun tnisslet u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda jekk minn
jirċeviha jkun is-sid benefiċjarju tas-senserija, it-taxxa li hekk tintalab m’għandhiex
tkun iżjed minn 10 fil-mija mill-amont gross tas-senserija.
3. Il-frażi "senserija" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser ħlas li jsir lil broker, lil
aġent ġenerali li jieħu senserija jew lil kull persuna oħra assimilata ma’ broker jew
ma’ aġent skond il-liġi tat-taxxa ta’ l-Istat Kontraenti fejn titnissel dik is-senserija.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx ikunu japplikaw jekk
is-sid benefiċjarju tas-senserija, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikollu, fl-Istat
Kontraenti l-ieħor fejn titnissel is-senserija, stabbiliment permanenti jew bażi fissa li
magħha l-attività  li tagħti lok għas-senserija tkun effettivament konnessa. F’dak il-
każ, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 15,
skond il-każ.
5. Is-senserija titqies li titnissel fi Stat Kontraenti meta min iħallas ikun dak l-
Istat innifsu, qasam territorjali-amministrattiv jew residenti ta’ dak l-Istat. Iżda meta
min ikun qed iħallas is-senserija, sew jekk ikun residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk
le, ikollu ġewwa Stat Kontraenti stabbiliment permanenti li għar-rigward tiegħu
jkunu saru dawk l-attivitajiet li dwarhom ikun sar il-ħlas, u dik is-senserija tkun ir-
responsabbiltà  ta’ dak l-istabbiliment permanenti, allura dik is-senserija titqies li
tkun tnisslet f’dak l-Istat Kontraenti fejn ikun jinsab l-istabbiliment permanenti.
6. Meta minħabba f’relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju jew
bejniethom it-tnejn u xi persuna oħra li tkun, l-ammont tas-senserija, li jkollha
x’taqsam ma’ l-attivitajiet li dwarhom titħallas, tkun iktar mill-ammont li kien kieku
jiġi miftiehem minn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni,
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ikunu japplikaw biss għal dak l-ammont l-
aħħar imsemmi. F’dak il-każ, il-parti żejda tal-ħlasijiet għandha tibqa’ taxxabbli
skond il-liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, wara li jitqiesu sew id-disposizzjonijiet l-
oħra ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 13
Royalties
1. Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u li jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Iżda, dawn ir-royalties jistgħu jiġu intaxxati wkoll fl-Istat Kontraenti li fih
jinqalgħu, u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda jekk min jirċevihom ikun is-sid
benefiċjarju tar-royalties, it-taxxa hekk imposta ma għandhiex tkun iżjed minn 5 fil-
mija ta’ l-ammont gross tar-royalties.
3. Il-frażi "royalties" f’dan l-Artikolu tfisser ħlasijiet jew krediti, sew jekk
perjodiċi sew jekk le, u b’kull mod kif jiġu deskritti jew maħdumin, sal-limitu li
jsiru bħala kumpens:
(a) għall-użu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu, ta’ kull copyright, invenzjoni,
disinn jew mudell, pjan, formula jew proċess sigriet, trade mark jew
kull proprjetà  jew jedd ieħor bħal dawk;
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RUMANIJA ġ L.S.123.42 11
(b) għall-għoti ta’ tagħrif jew informazzjoni ta’ xorta xjentifika, teknika,
industrijali jew kummerċjali;
(ċ) għall-provvista ta’ kull għajnuna li tkun anċillari u sussidjarja għal, u li
tingħata bħala mezz li jagħti lok għall-applikazzjoni jew tgawdija ta’,
dik il-proprjetà  jew ta’ dak il-jedd kif hemm imsemmi fis-subparagrafu
(a), jew kull tagħrif jew informazzjoni simili kif imsemmija fis-
subparagrafu (b);
(d) għall-użu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu ta’:
(i) films ċinematografiċi;
(ii) films jew video tapes għall-użu fuq it-televiżjoni; jew
(iii) tapes għall-użu tax-xandir bir-radju; jew
(e) għal tolleranza totali jew parzjali dwar l-użu jew l-għoti ta’ kull
proprjetà  jew jedd imsemmija f’dan il-paragrafu.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tar-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih ir-royalties jinqalgħu permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun qed jaqdi f’dak l-Istat l-ieħor
servizzi personali indipendenti minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt jew il-
proprjetà  li dwarha jitħallsu r-royalties ikollu x’jaqsam effettivament ma’ dak l-
istabbiliment permanenti jew ma’ dak il-bażi stabbilit. F’dak il-każ id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 15, skond il-każ, għandhom
japplikaw.
5. Royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fi Stat Kontraenti meta min
iħallashom ikun dak l-Istat innifsu, qasam territorjali-amministrattiv jew residenti
ta’ dak l-Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas ir-royalties, sew jekk tkun residenti
ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti stabbiliment permanenti
jew bażi stabbilit li dwaru jkun ittieħed l-obbligu li jitħallsu r-royalties u dawk ir-
royalties ikunu r-responsabbiltà  ta’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit,
allura dawk ir-royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fl-Istat li fih ikun qiegħed l-
istabbiliment permanenti jew il-bażi stabbilit.
6. Meta, minħabba r-relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
jew bejniethom stess u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties, wara li jitqies xi jkun
l-użu, l-jedd jew l-informazzjoni li jitħallsu għalihom, ikun iżjed mill-ammont li
kien ikun miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-
relazzjoni, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-
ammont l-aħħar imsemmi. F’dak il-każ, il-parti żejda tal-ħlasijiet għandha tibqa’
taxxabbli skond il-liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, meta jitqiesu d-disposizzjonijiet l-
oħra ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 14
Income minn Trasferiment ta’ Proprjetà
1. Income jew qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  immobbli, kif imfissra fil-
paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 6, jistgħu jiġu intaxxati fl-Istat Kontraenti fejn tkun tinsab
dik il-proprjetà .
2. Income jew kull qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tagħmel parti
mill-proprjetà  tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor jew ta’ proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni għal
bażi fissa lil residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor bil-għan li
jitwettqu servizzi personali indipendenti, inkluż dak l-income jew qligħ mit-
12 L.S.123.42 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RUMANIJA
trasferiment ta’ dak l-istabbiliment permanenti (waħdu jew flimkien ma’ l-impriża
kollha) jew ta’ dik il-bażi fissa, jista’ jiġi intaxxat fl-Istat l-ieħor.
3. Income jew kull qligħ mit-trasferiment ta’ bastimenti, opri tal-baħar, inġenji
ta’ l-ajru, ferroviji jew vetturi fuq l-art imħaddma fi traffiku intemazzjonali jew
proprjetà  immobbli li tappartjeni għat-tħaddim ta’ dawk il-mezzi ta’ trasportazzjoni,
għandu jkun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti fejn ikun jinsab il-post ta’ maniġġ
effettiv ta’ l-impriża.
4. Income jew qligħ mit-trasferiment ta’ ishma f’kumpannija, li l-assi tagħha
jkunu għal kollox jew prinċipalment jikkonsistu fi proprjetà  immobbli, jistgħu jiġu
intaxxati fl-Istat Kontraenti fejn ikunu jinsabu l-assi jew l-assi prinċipali tal-
kumpannija.
5. Income jew kull qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  li ma tkunx dik
imsemmija fil-paragrafi 1, 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun taxxabbli biss fl-
Istat Kontraenti li fih ikun resident min jittrasferixxi.
ARTIKOLU 15
Servizzi Personali Indipendenti
1. Qligħ miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti għal servizzi professjonali
jew attivitajiet ta’ xorta indipendenti jkun taxxabbli biss f’dak l-Istat. Iżda, dak il-
qligħ jista’ fiċ-ċirkostanzi li ġejjin jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor:
(a) jekk ikollu bażi fiss regolari għad-disposizzjoni tiegħu fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għall-qadi ta’ l-attivitajiet tiegħu (f’liema każ dik il-
parti biss mill-income tiegħu li hu attribwibbli għal dak il-bażi fiss tista’
tiġi intaxxata f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor); jew
(b) jekk il-qagħda tiegħu fl-Istat Kontraenti l-ieħor tkun għal żmien jew
żminijiet li fit-total ikunu jġibu jew jaqbżu l-183 ġurnata matul xi
perijodu ta’ tnax-il xahar li jibda jew jintemm fis-sena fiskali relattiva.
2. Il-frażi "servizzi professjonali" tinkludi speċjalment attivitajiet indipendenti
xjentifiċi, letterarji, artistiċi, edukattivi jew ta’ tagħlim kif ukoll attivitajiet
indipendenti ta’ tobba, avukati, inġiniera, periti, dentisti u accountants.
ARTIKOLU 16
Servizzi Personali Dipendenti
1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 17, 19, 20, 21 u 22, salarji u
kumpens ieħor bħal dan li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg
għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jiġix
eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk eżerċitat, dak il-kumpens
li jinkiseb minnu jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor ikun
taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
(a) min jirċevih ikun qiegħed fl-Istat l-ieħor għal żmien jew żminijiet li fit-
total ma jkunux aktar minn 183 ġurnata matul xi perijodu ta’ tnax-il
xahar li jibda jew jintemm fis-sena fiskali relattiva, u
(b) il-kumpens ikun imħallas minn, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx
residenti ta’ l-Istat l-ieħor, u
(ċ) dak il-kumpens ma jkunx piż fuq l-istabbiliment permanenti jew bażi
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RUMANIJA ġ L.S.123.42 13
stabbilit li l-prinċipal ikollu fl-Istat l-ieħor.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, kumpens miksub
minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg eżerċitat abbord bastiment, opra tal-
baħar, inġenji ta’ l-ajru, ferrovija jew vettura fuq l-art imħaddma fi traffiku
internazzjonali jista’ jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn ikun jinsab il-post ta’
maniġġ effettiv ta’ l-impriża.
ARTIKOLU 17
Drittijiet tad-Diretturi
Id-drittijiet u ħlasijiet simili tad-diretturi li jinkisbu minn residenti ta’
wieħed mill-Istati Kontraenti fil-kariga tiegħu bħala membru tal-bord tad-diretturi
ta’ kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati
f’dak I-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 18
Spettaklu u Sport
1. B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15 u 16, income
miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn uħud li jagħtu spettaklu, bħal artisti
tat-teatru, tal-films ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni, jew mużiċista, jew
bħala sportiv, mill-attivitajiet personali tiegħu eżerċitati fl-Istat Kontraenti l-ieħor,
jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Meta income dwar l-attivitajiet personali eżerċitati minn wieħed li jagħti
spettaklu jew sportiv bħala hekk jinqala’ mhux minn dak li jagħti spettaklu jew minn
sportiv innifsu imma minn persuna oħra, dak l-income jista’, minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7, 15 u 16, jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn l-
attivitajiet ta’ dak li jagħti spettaklu jew ta’ l-isportiv jiġu eżerċitati.
3. Income li jinkiseb mill-attivitajiet imwettqa fil-kuntest ta’ skambji stabbiliti
bis-saħħa ta’ kull għamla ta’ ftehim kulturali jew sportiv li jsir bejn iż-żewġ Stati
Kontraenti ikun eżenti mit-taxxa.
ARTIKOLU 19
Pensjonijiet
1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 20, kull
pensjoni u rimunerazzjoni oħra simili li titħallas lil residenti ta’ Stat Kontraenti
minħabba f’impieg li kellu qabel għandhom jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat fejn ikun
residenti.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-pensjonijiet imħallsa u
ħlasijiet oħra li jinħarġu bis-saħħa tal-liġijiet tas-sigurtà  soċjali ta’ Stat Kontraenti
għandhom jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat.
ARTIKOLU 20
Servizz tal-Gvern
1. (a) Rimunerazzjoni, barra minn pensjoni, imħallsa minn Stat Kontraenti jew
minn qasam territorjali-amministrattiv tiegħu lil xi individwu dwar servizzi mogħtija
lil dak l-Istat jew qasam tiegħu tista’ tiġi intaxxata biss f’dak l-Istat.
(b) Iżda, dik ir-rimunerazzjoni tkun tista’ tiġi intaxxata biss fl-Istat Kontraenti
14 L.S.123.42 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RUMANIJA
l-ieħor jekk is-servizzi jingħataw f’dak l-Istat u l-individwu jkun residenti f’dak l-
Istat li:
(i) ikun ċittadin ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat sabiex unikament jaqdi dawk is-
servizzi.
2. (a) Kull pensjoni mħallsa minn, jew li toħroġ minn fond maħluq minn Stat
Kontraenti jew qasam territorjali-amministrattiv tiegħu lil xi individwu dwar
servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew qasam tiegħu tista’ tiġi intaxxata biss f’dak l-
Istat.
(b) Iżda, dik il-pensjoni tkun tista’ tiġi intaxxata biss fl-Istat Kontraenti l-ieħor
jekk l-individwu jkun residenti u ċittadin ta’ dak l-Istat.
3. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 16, 17 u 19 għandhom japplikaw għal
rimunerazzjoni u pensjonijiet dwar servizzi mogħtija dwar negozju mmexxi minn
Stat Kontraenti jew minn qasam territorjali-amministrattiv tiegħu.
ARTIKOLU 21
Professuri, Għalliema u Riċerkaturi
1. Professur, għalliem jew riċerkatur li jagħmel viżta temporanja lil xi Stat
Kontraenti għal żmien ta’ mhux iżjed minn sentejn bil-għan li jgħallem jew jagħmel
riċerka ġewwa xi università , kulleġġ, skola jew istituzzjoni edukattiva oħra, u li
jkun, jew minnufih qabel dik il-viżta kien, residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor,
għandu jkun eżenti mit-taxxa fl-Istat Kontraenti l-ewwel imsemmi għar-rigward ta’
rimunerazzjoni mogħtija għal dak it-tagħlim jew riċerka.
2. Dan l-Artikolu ma japplikax għal income miksub minn riċerka jekk dik ir-
riċerka ssir bil-għan ewlieni għall-benefiċċju privat ta’ persuna jew persuni
speċifiċi.
ARTIKOLU 22
Studenti u Apprendisti
Kull ħlas li student jew apprendist li jkun jew kien minnufih qabel ma jżur
Stat Kontraenti residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor u li jkun qiegħed f’dak l-ewwel
Stat Kontraenti msemmi unikament bil-għan ta’ l-edukazzjoni jew tat-taħriġ tiegħu,
jirċievi bil-għan tal-manteniment, edukazzjoni jew taħriġ tiegħu m’għandux jiġi
intaxxat f’dak l-Istat, sakemm kull ħlas bħal dak jitnissel minn għejjun barra dak l-
Istat.
ARTIKOLU 23
Income ieħor
1. Oġġetti ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti li ma jissemmewx
espressament fl-Artikoli ta’ qabel ta’ dan il-Ftehim li dwarhom huwa jkun suġġett
għat-taxxa f’dak l-Istat għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal income, li
ma jkunx income minn proprjetà  immobbli kif imfisser fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu
6, jekk min jirċievi dak l-income, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, jiġġestixxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun jinsab
f’dak I-Istat, jew iwettaq f’dak l-Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RUMANIJA ġ L.S.123.42 15
bażi fiss li jkun jinsab f’dak l-Istat, u d-dritt jew il-proprjetà  li dwarhom jithallas l-
income ikollu x’jaqsam b’mod effettiv ma’ dak l-istabbiliment jew bażi fiss. F’dak
il-każ, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu
15, skond il-każ.
ARTIKOLU 24
Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
It-Taxxa doppja għandha tiġi evitata kif jidher hawn taħt:
1. Fil-każ tar-Rumanija, meta residenti tar-Rumanija jikseb income jew oġġetti
ta’ income imsemmija fl-Artikoli 10, 11, 12 u 13 jew profitti, jew kull qligħ jew
income mit-trasferiment ta’ proprjetà  li skond il-liġi ta’ Malta u skond dan il-Ftehim
jistgħu jiġu intaxxati f’Malta, ir-Rumanija għandha tippermetti bħala kreditu għat-
taxxa tagħha fuq l-income, oġġetti ta’ income, profitti, kull qligħ jew fuq income
mit-trasferiment ta’ proprjetà  ammont li jkun daqs it-taxxa mħallsa f’Malta.
L-ammont ta’ kreditu, madankollu, m’għandux ikun iżjed mill-ammont ta’
taxxa tar-Rumanija fuq dak l-income, oġġetti ta’ income, profitti jew kull qligħ, jew
fuq income mit-trasferiment ta’ proprjetà  kalkolat skond il-liġijiet u regolamenti fuq
it-taxxa tar-Rumanija.
2. Fil-każ ta’ Malta, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Malta dwar li
jiġi permess kreditu fit-taxxa ta’ Malta dwar taxxa barranija, meta, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, ikun hemm inkluż fi stima ta’ Malta income minn
għejjun ġewwa r-Rumanija, it-taxxa tar-Rumanija fuq dak l-income għandu jingħata
bħala kreditu fit-taxxa ta’ Malta relattiva li titħallas fuqha.
3. Għall-għanijiet ta’ għoti ta’ kreditu, it-taxxa li għandha titħallas fir-
Rumanija jew f’Malta, skond kif ikun meħtieġ, għandha titqies li tinkludi dik it-
taxxa li altrimenti titħallas fi Stat Kontraenti iżda li tkun ġiet imnaqqsa jew ċeduta
minn dak l-Istat bis-saħħa tad-disposizzjonijiet legali tiegħu dwar inċentivi rigward
it-taxxa.
ARTIKOLU 25
Ebda Diskriminazzjoni
1. Ċittadini ta’ Stat Kontraenti, sew jekk residenti ta’ l-Istat Kontraenti
msemmi sew jekk mhumiex, ma għandhomx jiġu suġġetti fl-Istat Kontraenti l-ieħor
għal xi tassazzjoni jew xi htieġa li għandha x’taqsam magħha li ma tkunx jew li tkun
ta’ piż aktar mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu magħha li għalihom
ċittadini ta’ dak l-Istat l-ieħor fl-istess ċirkostanzi huma jew jistgħu jkunu suġġetti.
2. It-tassazzjoni fuq stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor ma għandhiex tinġabar f’dak l-Istat l-ieħor b’mod
inqas favorevoli mit-tassazzjoni miġbura fuq impriżi f’dak l-Istat l-ieħor li jmexxu l-
istess attivitajiet.
3. Ħlief meta d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 9, tal-paragrafu
7 ta’ l-Artikolu 11, tal-paragrafu 6 ta’ l-Artikolu 12 jew tal-paragrafu 6 ta’ l-Artikolu
13 ikunu japplikaw, kull imgħax, senserija, royalties u ħlasijiet oħra li jsiru minn
impriża ta’ Stat Kontraenti lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor għandhom bil-
għan li jiġi stabbilit il-qligħ taxxabbli ta’ dik l-impriża, jitnaqqsu taħt l-istess
kundizzjonijiet daqslikieku kienu tħallsu lil residenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi.
4. Impriżi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom ikun proprjetà  ta’ jew
ikkontrollat minn, għal kollox jew f’parti, direttament jew indirettament, residenti
16 L.S.123.42 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RUMANIJA
wieħed jew aktar ta’ l-Istat l-ieħor, ma jkunux suġġetti fl-Istat l-ewwel imsemmi
għal xi tassazzjoni jew xi ħtieġa li għandhom x’jaqsmu magħha li tkun oħra jew ta’
aktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu magħha li impriżi oħra
bħalhom ta’ dak l-Istat l-ewwel imsemmi huma jew jistgħu jkunu suġġetti għalihom.
5. Xejn li hemm f’dan l-Artikolu ma għandu jitqies li jorbot Stat Kontraenti li
jagħti lil individwi li jkunu residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor xi tnaqqis
personali, ħelsien jew tnaqqis għall-finijiet ta’ taxxa minħabba l-istatus ċivili, ir-
responsabbiltajiet tal-familja jew kull ċirkostanza personali oħra li huwa jagħti lir-
residenti tiegħu stess.
ARTIKOLU 26
Proċedura għal Ftehim Reċiproku
l. Meta persuna jidhrilha li l-azzjonijiet ta’ l-awtorità  kompetenti ta’ wieħed
mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn iwasslu jew jistgħu jwasslu li tiġi intaxxata mhux
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, hija tista’, minkejja r-rimedji provduti
bil-liġi domestika ta’ dawk l-Istati, tippreżenta l-każ tagħha lill-awtorità  kompetenti
ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu hija residenti jew, jekk il-każ tagħha jkun jaqa’ taħt il-
paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 25, lill-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li tagħha
tkun ċittadin. Il-każ għandu jiġi preżentat fi żmien tlett snin mill-ewwel notifika ta’
l-azzjoni li tirriżulta f’tassazzjoni li ma tkunx skond id-disposizzjonijiet tal-Ftehim.
2. L-awtorità  kompetenti għandha tara, jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal
għal soluzzjoni sodisfaċenti, li tiddeċiedi l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità
kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, bil-għan li tiġi evitata tassazzjoni mhux
skond dan il-Ftehim. Kull ftehim milħuq għandu jitwettaq minkejja kull żmien ta’
skadenza stipulat fil-liġi domestika ta’ l-Istati Kontraenti.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti għandhom jaraw li jirrisolvu
bi ftehim reċiproku xi diffikultajiet jew dubbji li jinqalgħu dwar l-interpretazzjoni
jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Dawn jistgħu ukoll jikkonsultaw flimkien dwar it-
tneħħija tat-taxxa doppja f’dawk il-każi li ma jiġix provdut dwarhom fil-Ftehim.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti jistgħu jikkomunikaw
direttament ma’ xulxin bil-għan li jintlaħaq ftehim dwar kif hemm fil-paragrafi ta’
qabel. Meta sabiex jintlaħaq ftehim jidher li jkun rakkomandabbli li jsir skambju
orali ta’ fehmiet, dak l-iskambju jista’ jseħħ tramite Kummissjoni li tkun tikkonsisti
f’rappreżentanti ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti.
ARTIKOLU 27
Tibdil ta’ Informazzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jibdlu dik l-
informazzjoni li tkun meħtieġa sabiex jitwettqu d-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim
jew tal-liġijiet domestiċi ta’ l-Istati Kontraenti dwar taxxi milquta bil-Ftehim safejn
it-tassazzjoni ma tmurx kontra l-Ftehim. It-tibdil ta’ informazzjoni mhuwiex ristrett
bl-Artikolu 1. Kull informazzjoni li tasal għand Stat Kontraenti għandha titqies
sigrieta bl-istess mod bħal informazzjoni miksuba taħt il-liġijiet domestiċi ta’ dak l-
Istat u għandha titgħarraf biss lil awtoritajiet (magħduda qrati u korpi
amministrattivi) imdaħħla fl-istima jew ġbir ta’, l-infurzar jew prosekuzzjoni dwar,
jew il-qtugħ ta’ appelli jew sabiex tiġi evitata l-evażjoni fiskali dwar, it-taxxi li
jaqgħu taħt il-Ftehim. Dawk l-awtoritajiet għandhom jużaw l-informazzjoni għal
dawk l-għanijiet biss. Huma jistgħu jikxfu dik l-informazzjoni fi proċedimenti li
jsiru f’qorti pubblika jew f’sentenzi tal-qorti.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RUMANIJA ġ L.S.123.42 17
2. F’ebda każ ma għandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-
Artikolu jitqiesu li jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
(a) li jieħu miżuri amministrattivi li ma jaqblux mal-liġijiet jew l-użanza
amministrattiva ta’ dak l-Istat Kontraenti jew ta’ l-ieħor;
(b) li jagħti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taħt il-liġijiet jew fil-
kors normali ta’ l-użanza amministrattiva ta’ dak l-Istat Kontraenti jew
ta’ l-ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet tal-kummerċ, tan-negozju,
industrijali, kummerċjali jew professjonali jew proċess tal-kummerċ,
jew li jagħti informazzjoni li l-kxif tagħha jkun kontra l-ordni pubbliku
(ordre public).
ARTIKOLU 28
Membri ta’ Missjonijiet Diplomatiċi u Uffiċċji Konsulari
Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġġi fiskali ta’ membri
ta’ missjonijiet diplomatiċi jew ta’ uffiċċji konsulari taħt ir-regoli ġenerali tad-dritt
internazzjonali jew taħt id-disposizzjonijiet ta’ kull ftehim speċjali.
ARTIKOLU 29
Bidu fis-Seħħ
1. L-Istati Kontraenti għandhom javżaw lil xulxin meta jkunu twettqu l-ħtiġiet
kostituzzjonali għall-bidu fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
2. Dan il-Ftehim għandu jibda jseħħ tletin jum wara d-data ta’ l-aħħar avviż
mogħti skond ma hemm fil-paragrafu 1 u d-disposizzjonijiet tiegħu għandu jkollhom
seħħ għar-rigward ta’ taxxi fuq l-income miksub matul sena kalendarja li tkun jew
perijodu ta’ kontijiet li jkun, skond il-każ, li jibdew fl-ewwel jum ta’ Jannar jew
wara, minnufih wara d-data meta l-Ftehim jibda jseħħ.
ARTIKOLU 30
Terminazzjoni
Dan il-Ftehim għandu jibqa’ jseħħ sakemm jiġi terminat minn Stat
Kontraenti. Kull wieħed mill-Istati Kontraenti jista’ jtemm il-Ftehim, permezz ta’
kanali diplomatiċi, billi jagħti avviż tat-terminazzjoni mill-anqas sitt xhur qabel it-
tmiem ta’ xi sena kalendarja li tibda għaddejja wara l-iskadenza ta’ perijodu ta’
ħames snin minn meta l-Ftehim jibda jseħħ. F’dak il-każ, il-Ftehim ma għandux
jibqa’ fis-seħħ għar-rigward ta’ taxxi fuq l-income miksub matul sena kalendarja li
tkun jew perijodu ta’ kontijiet li jkun, skond il-każ, li jibdew fl-ewwel jum ta’ Jannar
jew wara, minnufih wara d-data meta jkun ingħata l-avviż.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan mill-
Gvernijiet tagħhom, iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGĦMUL ġewwa Bucharest fit-30 ta’ Novembru, 1995 f’żewġ kopji oriġinali
fl-ilsien Rumen u fl-ilsien Ingliż, u ż-żewġ testi huma awtentiċi indaqs. F’każ ta’
nuqqas ta’ qbil fit-tifsira tal-provvedimenti ta’ dan il-Ftehim, għandu jipprevali t-
test Ingliż.
18 L.S.123.42 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RUMANIJA
PROTOKOL
Fil-waqt ta’ l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Gvern tar-Rumanija u l-Gvern ta’
Malta għall-ħelsien minn taxxa doppja u biex tiġi evitata evażjoni fiskali dwar taxxi
fuq l-income, iż-żewġ partijiet qablu dwar dawn il-provvedimenti li ġejjin, li
għandhom jagħmlu parti integrali mill-Ftehim:
B’riferenza għall-Artikolu 2, l-artikolu 76 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-
lncome ta’ Malta jipprovdi li ebda ftehim dwar it-taxxa doppja li Malta tidħol fih
m’għandu jkun japplika għal taxxa mħallsa jew li titħallas f’Malta skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (13) ta’ l-artikolu 56 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-
Income għar-rigward ta’ l-income taxxabbli ta’ xi persuna li tkun imqabbda fil-
produzzjoni tal-pitrolju prodott f’Malta jew skond kull provvediment fis-sustanza
simili li jiġi impost wara d-data ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim.
B’riferenza għall-Artikolu 7, kull Stat Kontraenti għandu jintaxxa l-profitti
mill-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni skond id-disposizzjonijiet tal-liġi tiegħu nnifsu.
B’riferenza għall-Artikolu 10, skond il-liġi ta’ Malta li tkun fis-seħħ, it-
taxxa fuq l-income mħallsa jew li titħallas minn kumpannija, bħalma hu riferibbli
għal dak is-sehem tal-profitti tagħha li jinqasmu fl-għamla ta’ dividendi, hija
assimilata mat-taxxa fuq l-income personali ta’ l-azzjonist li jkun qiegħed jirċievi
dak id-dividend. Meta d-dividend ikun jinsab għand l-azzjonist, dan għandha tintalab
dwaru t-taxxa sħiħa u l-ammont relevanti ta’ taxxa, hekk assimilat, għandu jiġi
kumpensat skond il-passiv ta’ taxxa li jkollu l-azzjonist fuq l-income tiegħu mill-
għejjun kollha taxxabbli.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan mill-
Gvernijiet tagħhom, iffirmaw dan il-Protokol.
MAGĦMUL in duplikat ġewwa Bucharest fit-30 ta’ Novembru, 1995 fl-ilsien
Rumen u fl-ilsien Ingliż, u ż-żewġ testi huma awtentiċi indaqs. F’każ ta’ nuqqas ta’
qbil fit-tifsira tal-provvedimenti ta’ dan il-Protokol, għandu jipprevali t-test Ingliż.
JOHN DALLI
Għall-Gvern ta’ Malta
FLORIN GEORGESCU
Għall-Gvern tar-Rumanija
JOHN DALLI
Għall-Gvern ta’ Malta
FLORIN GEORGESCU
Għall-Gvern tar-Rumanija
