EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA ĊEKA ġ L.S.123.43 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.43
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-REPUBBLIKA ĊEKA
6 ta’ Ġunju, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 228 ta’ l-1997.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Repubblika Ċeka.
Arranġamenti 
jkollhom seħħ.
2. Qiegħed jiġi hawnhekk dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-Ordni ġew magħmula mal-Gvern
tar-Repubblika Ċeka sabiex jingħata ħelsien minn
taxxa doppja dwar it-taxxi li ġejjin stabbiliti bil-liġijiet
tar-Repubblika Ċeka:
(i) it-taxxa fuq l-income ta’ individwi;
(ii) it-taxxa fuq l-income ta’ persuni ġuridiċi;
(iii) it-taxxa fuq il-proprjetà  immobbli;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arranġamenti jkollhom
effett.
2 L.S.123.43 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA ĊEKA
SKEDA
FTEHIM 
BEJN MALTA
U R-REPUBBLIKA ĊEKA
GĦALL-ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
U BIEX TIĠI EVITATA EVAŻJONI FISKALI
DWAR TAXXI FUQ L-INCOME U FUQ IL-KAPITAL
Malta u r-Repubblika Ċeka, billi jixtiequ jagħmlu Ftehim għall-ħelsien minn
taxxa doppja u biex tiġi evitata evażjoni fiskali dwar taxxi fuq l-income u fuq il-
kapital, ftehmu kif ġej:
ARTIKOLU 1
Għan Personali
Dan il-Ftehim għandu japplika għal persuni li huma residenti ta’ wieħed
mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn.
ARTIKOLU 2
Taxxi Koperti
l. Dan il-Ftehim għandu japplika għat-taxxi fuq l-income u fuq il-kapital
imposti f’isem Stat Kontraenti jew l-oqsma politiċi jew awtoritajiet lokali tiegħu,
irrispettivament mill-mod kif dawn jinġabru.
2. Għandhom jitqiesu bħala taxxi fuq l-income u fuq il-kapital dawk it-taxxi
kollha li jiġu imposti fuq income totali, fuq il-kapital totali, jew fuq elementi ta’
income jew ta’ kapital inklużi taxxi fuq kull qligħ li jsir mit-trasferiment ta’
proprjetà  mobbli jew immobbli, taxxi fuq l-ammonti totali ta’ pagi jew salarji
mħallsa minn impriżi, kif ukoll taxxi fuq apprezzament kapitali.
3. It-taxxi eżistenti li għalihom japplika l-Ftehim huma:
(a) fir-Repubblika Ċeka:
(i) it-taxxa fuq l-income ta’ individwi;
(ii) it-taxxa fuq l-income ta’ persuni ġuridiċi;
(iii) it-taxxa fuq il-proprjetà  immobbli;
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa Ċeka");
(b) f’Malta:
it-taxxa fuq l-income;
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ Malta").
4. Il-Ftehim għandu japplika wkoll għal kull taxxa bħalhom jew li
sostanzjalment tixbaħhom li tiġi imposta wara d-data tal-firma ta’ dan il-Ftehim
b’żieda ma’, jew minflok, it-taxxi eżistenti. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati
Kontraenti għandhom javżaw lil xulxin b’kull tibdil sostanzjali li jkun sar fil-liġijiet
tagħhom rispettivi li jirrigwardaw it-taxxa.
5. Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Artikolu, dan il-Ftehim ma
japplikax għal taxxa mħallsa jew li titħallas f’Malta skond id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (13) ta’ l-artikolu 56 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income dwar l-income
taxxabbli ta’ persuna li tkun taħdem fil-produzzjoni ta’ żejt/petroleum li jiġi prodott
f’Malta jew ta’ kull provvediment ieħor li jkun sostanzjalment simili u li jiġi impost
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA ĊEKA ġ L.S.123.43 3
wara d-data tal-firma ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 3
Tifsiriet Ġenerali
1. Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra:
(a) il-frażi "Repubblika Ċeka" meta użata f’sens ġeografiku, tfisser it-territorju
li fuqu r-Repubblika Ċeka taħt il-liġijiet Ċeki u skond id-dritt internazzjonali, tista’
teżerċita d-drittijiet ta’ sovranità  tagħha;
(b) il-frażi "Malta" tfisser ir-Repubblika ta’ Malta u, meta użata f’sens
ġeografiku, tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-Gżira ta’ Għawdex u l-gżejjer l-oħra ta’ l-
Arċipelagu Malti, flimkien ma’ l-ibħra territorjall tagħhom, u kull area barra mill-
baħar territorjali ta’ Malta li hi hekk imsemmija jew aktar ’il quddiem tista’
tissejjaħ, skond il-liġi internazzjonali u taħt il-liġi ta’ Malta dwar il-blata
kontinentali, bħala area li fiha d-drittijiet ta’ Malta dwar qiegħ il-baħar u s-sottoswol
u r-riżorsi naturali tagħhom jistgħu jiġu eżerċitati;
(ċ) il-frażi "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-ieħor" ifissru, skond ma
teħtieġ ir-rabta tal-kliem, ir-Repubblika Ċeka jew Malta;
(d) il-frażi "persuna" tinkludi individwu, kumpannija u kull korp ieħor ta’
persuni;
(e) il-frażi "kumpannija" tfisser kull għaqda korporata jew kull enti li titqies
bħala għaqda korporata għall-finijiet ta’ taxxa;
(f) il-frażi "impriża ta’ Stat Kontraenti" u "impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor", ifissru rispettivament impriża li titmexxa minn residenti ta’ Stat Kontraenti u
impriża li titmexxa minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(g) il-frażi "ċittadin" tfisser:
(i) individwu li jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Kontraenti;
(ii) persuna ġuridika, soċjetà  jew assoċjazzjoni li jiksbu l-istatus tagħhom
bħala hekk mil-liġiiiet li jkunu fis-seħħ fi Stat Kontraenti;
(h) il-frażi "traffiku internazzjonali" tfisser kull trasport b’bastiment, b’inġenji
ta’ l-ajru jew b’vettura fuq l-art imħaddma minn impriża ta’ Stat Kontraenti, barra
minn meta l-bastiment, l-inġenji ta’ l-ajru jew vettura fuq l-art ikunu mħaddma biss
bejn postijiet fl-Istat Kontraenti l-ieħor;
(i) il-frażi "awtorità  kompetenti" tfisser:
(i) fil-każ tar-Repubblika Ċeka, il-Ministru tal-Finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu;
(ii) fil-każ ta’ Malta, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu.
2. Dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim minn Stat Kontraenti, kull frażi li ma tkunx
imfissra fih għandha, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra, ikollha
l-istess tifsir kif mogħti lilha taħt il-liġi ta’ dak l-Istat dwar it-taxxi li dan il-Ftehim
japplika għalihom.
4 L.S.123.43 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA ĊEKA
ARTIKOLU 4
Residenti
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "residenti ta’ Stat Kontraenti" tfisser
kull persuna li, taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat, hija suġġetta għat-taxxa hemmhekk
minħabba d-domiċilju, ir-residenza, post tal-maniġġ jew xi kriterju ieħor ta’ xorta
bħal din. Iżda din il-frażi ma tinkludix lil xi persuna li tkun suġġetta għat-taxxa f’dak
l-Istat għar-rigward biss ta’ income minn għejjun f’dak l-lstat jew ta’ kapital li jkun
jinsab f’dak l-Istat.
2. Fejn minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu l individwu jkun residenti
taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-istat tiegħu għandu jiġi determinat kif ġej:
(a) huwa għandu jitqies li jkun residenti unikament ta’ l-Istat li fih ikollu
dar permanenti għad-disposizzjoni tiegħu; jekk huwa jkollu dar
permanenti għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati, huwa għandu
jitqies li huwa residenti unikament ta’ l-Istat li miegħu ir-relazzjonijiet
personali u ekonomiċi tiegħu jkunu l-aktar marbuta (ċentru ta’ interess
vitali);
(b) jekk l-Istat li fih huwa jkollu ċ-ċentru ta’ interess vitali ma jistax jiġi
determinat, jew jekk huwa ma jkollux għad-disposizzjoni tiegħu dar
permanenti fl-ebda Stat, huwa għandu jitqies li jkun residenti unikament
ta’ l-Istat fejn soltu jirrisjedi;
(ċ) jekk huwa soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati jew f’ebda wieħed minnhom,
huwa għandu jitqies li jkun residenti unikament ta’ l-Istat li tiegħu jkun
ċittadin;
(d) jekk huwa jkun ċittadin taż-żewġ Stati jew ta’ l-ebda wieħed minnhom,
l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati għandhom jiddeċiedu l-każ bi
ftehim bejniethom.
3. Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 persuna li mu tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, din għandha għaldaqstant titqies
bħala residenti unikament ta’ l-Istat fejn ikun jinsab il-post tal-maniġġ effettiv
tagħha.
ARTIKOLU 5
Stabbiliment Permanenti
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "stabbiliment permanenti" tfisser
post tan-negozju fiss li minnu jitmexxa għal kollox jew f’parti x-xogħol ta’ impriża.
2. Il-frażi "stabbiliment permanenti" għandha tinkludi b’mod speċjali:
(a) post ta’ maniġġ;
(b) fergħa;
(ċ) uffiċċju;
(d) fabbrika;
(e) ħanut tax-xogħol; u
(f) minjiera, bir taż-żejt jew tal-gass, barriera jew kull post ieħor ta’
estrazzjoni ta’ riżorsi naturali inkluż sit ta’ offshore drilling.
3. Il-frażi "stabbiliment permanenti" bl-istess mod tkopri wkoll:
(a) art ii tkun qegħda tinbena, proġett ta’ kostruzzjoni, assemblaġġ jew
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA ĊEKA ġ L.S.123.43 5
stallazzjoni jew attivitajiet superviżorji li għandhom x’jaqsmu ma’ dan,
iżda biss meta dawk l-art, proġett jew attivitajiet ikomplu għal żmien
iktar minn disa’ xhur;
(b) l-għoti ta’ servizzi, inklużi servizzi ta’ konsult u maniġerjali, minn
impriża permezz ta’ impjegati jew ta’ persunal ieħor imħaddma mill-
impriża għal dan l-għan, iżda biss meta attivitajiet ta’ dik ix-xorta
jkomplu ġewwa Stat Kontraenti għal perijodu jew perijodi li b’kollox
jammontaw għal iktar minn sitt xhur f’perijodu wieħed ta’ tnax il-xahar.
4. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frażi
"stabbiliment permanenti" għandha titqies li ma tinkludix:
(a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim ta’
oġġetti jew merkanzija li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża;
(b) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim;
(ċ) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ proċessar minn impriża oħra;
(d) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ xiri ta’ oġġetti jew
merkanzija, jew ta’ ġbir ta’ tagħrif, għall-impriża;
(e) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ reklamar, għat-
twassil ta’ informazzjoni, għal riċerka xjentifika jew għal kull attività
bħalhom ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja, għall-impriża; u
(f) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju biss għal xi kombinazzjoni ta’
attivitajiet imsemmija fis-subparagrafi (a) sa (e), sakemm l-attività
sħiħa tal-post fiss ta’ negozju li tirriżulta minn din il-kombinazzjoni
tkun ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja.
5. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, meta persuna - li ma tkunx
aġent ta’ status indipendenti li għaliha japplika l-paragrafu 6 - taġixxi għan-nom ta’
impriża u għandha, u soltu twettaq, fi Stat Kontraenti awtorità  li tikkonkludi
kuntratti f’isem l-impriża, dik l-impriża għandha titqies li għandha stabbiliment
permanenti f’dak l-Istat dwar kull attività  li dik il-persuna tagħmel għall-impriża,
sakemm l-attivitajiet ta’ dik il-persuna ma jkunux limitati għal dawk imsemmija fil-
paragrafu 4 li, jekk jiġu eżerċitati minn post tan-negozju fiss, ma jirrendux lil dan il-
post tan-negozju fiss stabbiliment permanenti taħt id-disposizzjonijiet ta’ dak il-
paragrafu.
6. Impriża ta’ Stat Kontraenti ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment
permanenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor għaliex biss tmexxi negozju f’dak l-Istat ieħor
permezz ta’ sensal, aġent ġenerali b’kummissjoni jew xi aġent ieħor bi status
indipendenti, sakemm dawk il-persuni jaġixxu fil-kors ordinarju tan-negozju
tagħhom. lżda, sakemm l-attivitajiet ta’ dak l-aġent ikunu qegħdin jitwettqu għal
kollox jew kważi għal kollox għal dik l-impriża, huwa ma għandux jitqies bħala
aġent ta’ status indipendenti fis-sens ta’ dan il-paragrafu.
7. Il-fatt li kumpannija ll tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikkontrolla, jew
tkun kontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, jew
li tmexxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta’ stabbiliment permanenti sew
xort’oħra), ma għandux fih innifsu jikkostitwixxi xi waħda mill-kumpanniji bħala
stabbiliment permanenti ta’ l-oħra.
6 L.S.123.43 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA ĊEKA
ARTIKOLU 6
Income minn Proprjetà  Immobiljari
1. Income miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn proprjetà
immobiljari (inkluż income minn xogħol fl-agrikoltura jew fil-boskijiet) stiwata fl-
Istat Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Il-frażi "proprjetà  immobiljari" għandu jkollha l-istess tifsir li għandha taħt
il-liġi ta’ l-Istat Kontraenti li fih il-proprjetà  li tkun hija sitwata. Il-frażi għandha
f’kull każ tinkludi proprjetà  aċċessorja għal proprjetà  immobiljari, bhejjem u
tagħmir użati fl-agrikoltura u fil-boskijiet, drittijiet li għalihom japplikaw id-
disposizzjonijiet tal-liġi ġenerali dwar proprjetà  terrena, użufrutt ta’ proprjetà
immobiljari u drittijiet għal ħlasijiet li jvarjaw jew fissi bħala kumpens għall-ħdim
ta’, jew, għall-jedd li jinħadmu, jew li jiġu esplorati, depożiti minerali, għejjun u
riżorsi oħra naturali; bastimenti u inġenji ta’ l-ajru ma għandhomx jitqiesu bhala
proprjetà  immobiljari.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal income li
jinkiseb mill-użu dirett, kiri, jew użu ta’ kull xorta ta’ proprjetà  immobiljari.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw ukoll għal
income minn proprjetà  immobiljari ta’ impriża u għal income minn proprjetà
immobiljari li tkun użata għall-qadi ta’ servizzi personali indipendenti.
ARTIKOLU 7
Profitti minn Negozju
l. Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti għandhom ikunu taxxabbli f’dak I-
Istat biss kemm-il darba l-impriża ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk. Jekk l-impriża
tmexxi negozju kif intqal qabel, il-profitti ta’ l-impriża jistgħu jiġu ntaxxati fl-Istat
l-ieħor iżda biss dik il-parti minnhom li tkun attribwibbli għal dak l-istabbiliment
permanenti.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3, meta impriża ta’ Stat
Kontraenti tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qiegħed hemmhekk, għandhom jiġu attribwiti lil dak l-
istabbiliment permanenti f’kull Stat Kontraenti l-profitti li kien ikun mistenni
jagħmel kieku kien impriża distinta u separata li taħdem fl-istess attivitajiet jew
oħrajn bħalhom taħt l-istess kundizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem
indipendentement għal kollox mill-impriża li tagħha hija stabbiliment permanenti
jew minn impriżi assoċjati oħra li tkun tittratta magħhom.
3. Biex jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti għandhom ikunu
permessi bħala tnaqqis dawk l-ispejjeż li jsiru għall-għanijiet ta’ l-istabbiliment
perrnanenti, magħduda l-ispejjeż eżekuttivi u amministrattivi ġenerali li jsiru, u li
jkunu jitnaqqsu li kieku l-istabbiliment permanenti kien enti indipendenti li jkun
ħallas dawk l-ispejjeż, sew jekk ikunu saru fl-Istat Kontraenti li fih ikun hemn l-
istabbiliment permanenti sew jekk ikunu saru band’oħra.
4. Fil-qies li jkun hekk konswetudinarju li Stat Kontraenti li jistabbilixxi l-
profitti attribwibbli lil stabbiliment permanenti fuq il-bażi tat-tqassim tal-profitti
kollha ta’ l-impriża lill-ishma diversi tagħha, ebda ħaġa fil-paragrafu 2 ma għandha
tipprekludi lil dak l-Istat Kontraenti milli jistabbilixxi x’ikunu l-profitti li għandhom
jiġu intaxxati b’dak it-tqassim kif jista’ jkun konswetudinarju; il-mod ta’ tqassim li
jiġi adottat għandu, madankollu, ikun wieħed tali li r-riżultat ikun skond il-prinċipji
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA ĊEKA ġ L.S.123.43 7
li jinsabu f’dan l-Artikolu.
5. Ma għandhom jiġu attribwiti ebda profitti lil stabbiliment permanenti
minħahba x-xiri biss minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew merkanzija
għall-impriża.
6. Għall-finijiet tal-paragrafi ta’ qabel, il-protitti li għandhom jiġu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-istess mod minn sena għal
sena kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u biżżejjed biex isir kuntrarju.
7. Meta profitti jinkludu oġġetti ta’ income li qed jiġu trattati separatament
f’Artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, allura d-disposizzjonijiet ta’ dawk l-Artikoli ma
jkunux milquta bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
8. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx jolqtu d-
disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Stat Kontraenti dwar it-tassazzjoni ta’ profitti mill-
kummerċ ta’ l-assigurazzjoni.
ARTIKOLU 8
Traffiku Internazzjonali
1. Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti mit-tħaddim ta’ bastimenti, inġenji
ta’ l-ajru jew vetturi fuq l-art fi traffiku internazzjonali għandhom ikunu taxxabbli
biss f’dak l-Istat.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 japplikaw ukoll għal profitti ġejjin mill-
parteċipazzjoni f’pool, negozju bi sħab jew aġenzija operattiva internazzjonali.
ARTIKOLU 9
Impriżi Assoċjati
1. Meta -
(a) impriża ta’ Stat Kor;tracnti tipparteċipa direttament jew indirettament
fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor, jew
(b) l-istess persuni jipparteċipaw direttament jew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti u ta’
impriża ta’ l-lstat Kontraenti l-ieħor,
u f’kull każ jiġu magħmula jew imposti kundizzjonijict bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji ta’ bejniethom li ma jaqblux ma’ dawk li
kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f’dak il-każ profitti li, kieku ma
kinux dawk il-kundizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-impriżi, iżda,
minħabba dawk il-kundizzjonijiet, ma ġewx hekk akkumulati, jistgħu jiġu inklużi
fil-profitti ta’ dik l-impriża u intaxxati skond hekk.
2. Meta Stat Kontraenti jinkludi fil-profitti ta’ impriża ta’ dak l-Istat - u
jintaxxa skond hekk - profitti li fuqhom impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor ġiet
intaxxata f’dak l-lstat l-ieħor u l-profitti hekk magħduda jkunu profitti li kienu
jinqalgħu mill-impriża ta’ l-ewwel Stat imsemmi kieku l-kundizzjonijiet magħmula
bejn iż-żewġ impriżi kienu dawk li kienu jsiru bejn żewġ impriżi indipendenti, allura
dak l-Istat l-ieħor għandu jagħmel it-tibdil xieraq fl-ammont tat-taxxa imposta
hemmhekk fuq dawk il-profitti. Biex jiġi stabbilit it-tibdil, għandu jittieħed qies
xieraq tad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-
Istati Kontraenti għandhom jekk iħossu l-bżonn jikkonsultaw lil xulxin.
3. Stat Kontraenti m’għandux jibdel il-profitti ta’ impriża fiċ-ċirkostanzi
8 L.S.123.43 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA ĊEKA
msemmija fil-paragrafu 2 wara li jkunu skadew it-termini statutorji provduti fil-
liġijiet nazzjonali tiegħu.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 m’għandhomx ikunu japplikaw fil-każ
ta’ frodi, nuqqas volontarju jew negliġenza.
ARTIKOLU 10
Dividendi
1. Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Iżda, dawk id-dividendi jistgħu jiġu intaxxati wkoll fl-Istati Kontraenti li
tiegħu l-kumpannija li tkun tħallas id-dividendi tkun residenti, u skond il-liġijiet ta’
dak l-Istat, iżda:
(a) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija residenti tar-Repubblika
Ċeka lil residenti ta’ Malta li jkun is-sid benefiċjarju tad-dividendi, it-
taxxa Ċeka hekk imposta m’għandhiex tkun iżjed minn ħamsa fil-mija
ta’ l-ammont gross tad-dividendi;
(b) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija residenti ta’ Malta lil
residenti tar-Repubblika Ċeka li jkun is-sid benefiċjarju tagħhom, it-
taxxa ta’ Malta fuq l-ammont gross tad-dividendi m’għandhiex tkun
iżjed minn dik fuq il-profitti li minnhom jiħallsu d-dividendi.
Dan il-paragrafu ma jolqotx it-tassazzjoni tal-kumpannija għar-rigward tal-
profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
3. Il-frażi "dividendi" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn
azzjonijiet, jew drittijiet oħra, li ma jkunux talbiet għal dejn, li jipparteċipaw fil-
profitti, kif ukoll income minn jeddijiet korporattivi oħra li huwa meqjus għall-fini
tat-taxxa l-istess bħal income minn azzjonijiet skond il-liġijiet ta’ l-Istat li fih tkun
residenti l-kumpannija li tagħmel it-tqassim.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-
Istat Kontraenti l-ieħor, li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-dividendi,
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li jkun jaqdi
f’dak l-Istat l-ieħor servizz personali indipendenti minn bażi stabbilit sitwat
hemmhekk, u l-holding li dwarhom id-dividendi jkunu mħallsa jkollu x’jaqsam
effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit. F’dak il-każ id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 14, skond il-każ, għandhom
japplikaw.
5. Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpannija ħlief meta dividendi bħal dawn jitħallsu lil
residenti ta’ dak l-Istat l-ieħor jew safejn il-holding li dwaru jitħallsu d-dividendi
jkollu x’jaqsam effettivament ma’ stabbiliment permanenti jew ma’ bażi stabbilit
sitwat f’dak l-Istat l-ieħor, jew jissuġġetta l-profitti mhux distribwiti tal-kumpannija
għal taxxa fuq il-profitti mhux distribwiti tal-kumpannija, anki jekk id-dividendi
mħallsa jew il-profitti mhux distribwiti jikkonsistu f’kollox jew f’parti minnhom
minn profitti jew income li jinqalgħu f’dak l-Istat l-ieħor.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA ĊEKA ġ L.S.123.43 9
ARTIKOLU 11
Imgħax
1. Imgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u li jitħallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandu jkun taxxabbli f’dak l-Istat l-ieħor biss, jekk dak ir-
residenti jkun is-sid benefiċjarju ta’ dak l-imgħax.
2. Il-frażi "imgħax" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn drittijiet
għal dejn ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le, u sew jekk jagħti l-jedd għal
sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b’mod partikolari, income minn
assigurazzjonijiet tal-Gvern u income minn bonds jew debentures, inkluż kull
premium u rigal relatat ma’ dawk l-assigurazzjonijiet, bonds jew debentures. Dawk
il-penali li jiġu imposti minħabba fi ħlas tardiv ma għandhomx jitqiesu bħala imgħax
għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju ta’ l-imgħax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih jinqala’ l-imgħax permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jew jagħmel servizzi personali indipendenti f’dak l-
Istat l-ieħor minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt għal dejn li dwaru
jitħallas l-imgħax ikollu effettivament x’jaqsam ma’ dak l-istabbiliment permanenti
jew bażi stabbilit. F’dak il-każ id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew 14, skond il-
każ, għandhom japplikaw.
4. Meta, minħabba relazzjoni speċjali bejn min iħallas u min jirċievi li jkun s-
sid benefiċjarju jew bejniethom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont ta’ l-imgħax,
meta titqies xi tkun il-pretensjoni dovuta li jkun qed jitħallas għaliha, ikun iżjed
mill-ammont li kien ikun miftiehem bejn min iħallas u min jirċievi fin-nuqqas ta’ dik
ir-relazzjoni, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-
ammont l-aħħar imsemmi. F’każ bħal dak, il-parti żejda tal-ħlasijiet tibqa’ taxxabbli
skond il-liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, meqjusa b’mod xieraq id-disposizzjonijiet l-
oħra ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 12
Royalties
1. Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u li jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
2. B’dan illi, dawn ir-royalties jistgħu jiġu intaxxati wkoll fl-Istat Kontraenti li
fih jinqalgħu, u skond il-liġijiet ta’ l-Istat, iżda jekk is-sid benefiċjarju tar-royalties
ikun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, it-taxxa hekk imposta ma għandhiex tkun
iżjed minn ħamsa fil-mija ta’ l-ammont gross tar-royalties.
3. Il-frażi "royalties" għall-iskop ta’ dan l-Artikolu tfisser ħlasijiet ta’ kull
xorta riċevuti bħala kumpens għall-użu, jew għall-jedd ta’ l-użu, ta’ xi dritt ta’ awtur
ta’ xogħol letterarju, artistiku jew xjentifiku inklużi films ċinematografiċi, u films
jew tapes għax-xandir bit-televiżjoni jew bir-radju, ta’ xi invenzjoni, trade mark,
disinn jew mudell, pjan, formula jew proċess sigriet, jew xi tagħmir industrijali,
kummerċjali jew xjentifiku, jew għal tagħrif dwar esperjenza industrijali,
kummerċjali jew xjentifika.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tar-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih ir-royalties jinqalgħu permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun qed jaqdi f’dak l-Istat l-ieħor
servizzi personali indipendenti minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt jew il-
10 L.S.123.43 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA ĊEKA
proprjetà  li dwarha jitħallsu r-royalties ikollu x’jaqsam effettivament ma’ dak l-
istabbiliment permanenti jew ma’ dak il-bażi stabbilit. F’dak il-każ id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ, għandhom
japplikaw.
5. Royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fi Stat Kontraenti meta min
iħallashom ikun dak l-Istat innifsu, qasam politiku, awtorità  lokali jew residenti ta’
dak l-Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas ir-royalties, sew jekk tkun residenti ta’
Stat Kontraenti sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti stabbiliment permanenti jew
bażi stabbilit li dwaru jkun ittieħed l-obbligu li jitħallsu r-royalties u dawk ir-
royalties ikunu r-responsabbiltà  ta’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit,
allura dawk ir-royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fl-Istat Kontraenti li fih ikun
qiegħed l-istabbiliment permanenti jew il-bażi stabbilit.
6. Meta, minħabba r-relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
jew bejniethom stess u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties, wara li jitqies xi jkun
l-użu, l-jedd jew l-informazzjoni li jitħallsu għalihom, ikun iżjed mill-ammont li
kien ikun miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-
relazzjoni, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-
ammont l-aħħar imsemmi. F’dak il-każ, il-parti żejda tal-ħlasijiet għandha tibqa’
taxxabbli skond il-liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, meta jitqiesu d-disposizzjonijiet l-
oħra ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 13
Trasferiment ta’ Proprjetà
1. Income jew qligħ miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti mit-trasferiment
ta’ proprjetà  immobbli msemmija fl-Artikolu 6, u li tkun tinsab fl-Istat Kontraenti l-
ieħor, jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Income jew kull qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tagħmei parti
mill-proprjetà  tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor jew ta’ proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni għal
bażi fissa lil residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor bil-għan li
jitwettqu servizzi personali indipendenti, inkluż dak l-income jew qligħ mit-
trasferiment ta’ dak l-istabbiliment permanenti (waħdu jew flimkien ma’ l-impriża
kollha) jew ta’ dik il-bażi fissa, jista’ jiġi intaxxat fl-Istat l-ieħor.
3. Income jew qligħ mit-trasferiment ta’ ishma jew interessi simili
f’kumpannija, li l-assi tagħha jkunu prinċipalment jikkonsistu direttament jew
indirettament fi proprjetà  immobbli ti tkun tinsab fi Stat Kontraenti, jista’ jiġi
ntaxxat f’dak l-Istat.
4. Income jew kull qligħ mit-trasferiment ta’ bastimenti, inġenji ta’ l-ajru jew
vetturi fuq l-art imħaddma fi traffiku internazzjonali minn impriża ta’ Stat
Kontraenti, jew mit-trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tappartjeni għat-tħaddim ta’
dawk il-bastimenti, inġenji ta’ l-ajru jew vetturi fuq l-art għandhom jkun taxxabbli
biss f’dak l-Istat.
5. Income jew kull qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  li ma tkunx dik
imsemmija fil-paragrafi 1, 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun taxxabbli biss fl-
Istat Kontraenti li fih ikun resident min jittrasferixxi.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA ĊEKA ġ L.S.123.43 11
ARTIKOLU 14
Servizzi Personali Indipendenti
1. Qligħ miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti għal servizzi professjonali
jew attivitajiet oħra ta’ xorta indipendenti jkun taxxabbli biss f’dak l-Istat. Iżda, dak
il-qligħ jista’ fiċ-ċirkostanzi li ġejjin jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor:
(a) jekk ikollu bażi fiss regolari għad-disposizzjoni tiegħu fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għall-qadi ta’ l-attivitajiet tiegħu; f’dak il-każ, dik il-
parti biss mill-income tiegħu li hu attribwibbli għal dak il-bażi fiss tista’
tiġi ntaxxata f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor; jew
(b) jekk il-qagħda tiegħu fl-Istat Kontraenti l-ieħor tkun għal żmien jew
żminijiet li fit-total ikunu jġibu jew jaqbżu l-120 ġurnata matul xi
perijodu ta’ tnax-il xahar li jibda jew jintemm fis-sena fiskali relattiva;
f’dak il-każ, dik il-parti biss mill-income tiegħu li jinkiseb mill-attività
eżerċitata fl-Istat Kontraenti l-ieħor tista’ tiġi intaxxata f’dak l-Istat l-
ieħor.
2. Fil-kalkolazzjoni taż-żminijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) id-
disposizzjonijiet tal-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 15 għandhom ikunu japplikaw.
3. Il-frażi "servizzi professjonali" tinkludi speċjalment attivitajiet indipendenti
xjentifiċi, letterarji, artistiċi, edukattivi jew ta’ tagħlim kif ukoll attivitajiet
indipendenti ta’ tobba, kirurġi, avukati, inġiniera, periti, dentisti u accountants.
ARTIKOLU 15
Servizzi Personali Dipendenti
1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 16, 18 u 19, salarji, pagi u
kumpens ieħor bħal dan li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg
għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jiġix
eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk eżerċitat, dak il-kumpens
li jinkiseb minnu jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Minkejja d-disposizzjoniliet tal-paragrafu 1, kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor ikun
taxxabbli biss fl-lstat l-ewwel imsemmi jekk jitwettqu dawn il-kundizzjonijiet kollha
li ġejjin:
(a) min jirċevih ikun qiegħed fl-Istat l-ieħor għal żmien jew żminijiet li fit-
total ma jkunux aktar minn 183 ġurnata matul xi perijodu ta’ tnax-il
xahar li jibda jew jintemm fis-sena fiskali relattiva, u
(b) il-kumpens ikun imħallas minn, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx
residenti ta’ l-Istat l-ieħor, u
(ċ) dak il-kumpens ma jkunx piż fuq l-istabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li l-prinċipal ikollu fl-Istat l-ieħor.
3. Fil-kalkolazzjoni taż-żminijiet imsemmija fil-paragrafu 2(a), dawn il-ġranet
li ġejjin għandhom jiġu inklużi:
(a) dawk il-ġranet kollha ta’ preżenza fiżika inklużi l-ġranet tal-wasla u tat-
tluq, u
(b) ġranet li jitqattgħu barra mill-Istat ta’ attività  bħalma huma s-Sibtijiet u
l-Ħdud, vaganzi nazzjonali, vaganzi, vjaġġi bi skop ta’ negozju
konnessi li warajhom l-attività  tkun tkompliet fuq it-territorju ta’ dak l-
Istat.
12 L.S.123.43 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA ĊEKA
4. Il-frażi "prinċipal" imsemmija fil-paragrafu 2(b) tfisser il-persuna li jkollha
jedd fuq il-ħidma magħmula u li jkollha r-responsabbiltà  u r-riskju marbutin mat-
twettiq tal-ħidma.
5. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, kumpens miksub
dwar impieg eżerċitat abbord bastiment, inġenji ta’ l-ajru, jew vettura fuq l-art
imħaddma fi traffiku internazzjonali minn impriża ta’ Stat Kontraenti jista’ jiġi
intaxxat f’dak l-lstat.
ARTIKOLU 16
Drittijiet tad-Diretturi
Id-drittijiet u ħlasijiet simili tad-diretturi li jinkisbu minn residenti ta’ Stat
Kontraenti fil-kariga tiegħu bħala membru tal-bord tad-diretturi jew ta’ xi organu
simili ieħor ta’ kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu
intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 17
Artisti u Atleti
1. B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 14 u 15, income
miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn uħud li jagħtu spettaklu, bħal artisti
tat-teatru, tal-films ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni, jew mużiċista, jew
bħala atleta, mill-attivitajiet personali tiegħu bħala tali eżerċitati fl-lstat Kontraenti
l-ieħor, jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Meta income dwar l-attivitajiet personali eżerċitati minn wieħed li jagħti
spettaklu jew atleta bħala hekk jinqala’ mhux minn dak li jagħti spettaklu jew minn
atleta nnifsu imma minn persuna oħra, dak l-income jista’, minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7, 14 u 15, jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn l-
attivitajiet ta’ dak li jagħti spettaklu jew ta’ l-atleta jiġu eżerċitati.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, income li jinkiseb mill-
attivitajiet, kif imfissra fil-paragrafu 1, imwettqa fil-kuntest ta’ skambji kulturali
bejn il-Gvernijiet taż-żewġ Stati, ikun eżenti mit-taxxa fl-lstat Kontraenti li fih
jitwettqu dawn l-attivitajiet.
ARTIKOLU 18
Pensjonijiet
1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 19, kull
pensjoni u rimunerazzjoni oħra simili li titħallas lil residenti ta’ Stat Kontraenti
minħabba f’impieg li kellu qabel għandhom jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-pensjonijiet imħallsa u
ħlasijiet oħra li jinħarġu bis-saħħa tal-liġijiet tas-sigurtà  soċjali ta’ Stat Kontraenti
għandhom jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat.
ARTIKOLU 19
Servizz tal-Gvern
1. (a) Salarji, pagi u rimunerazzjoni simili oħra, barra minn pensjoni, imħallsa
minn Stat Kontraenti jew minn qasam politiku jew awtorità  lokali tiegħu lil xi
individwu dwar servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew qasam jew awtorità  lokali jistgħu
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA ĊEKA ġ L.S.123.43 13
jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat.
(b) B’dan illi, dawk is-salarji, pagi u rimunerazzjoni simili oħra jkunu jistgħu
jiġu intaxxati biss fl-Istat Kontraenti l-ieħor jekk is-servizzi jingħataw f’dak l-Istat u
l-individwu jkun residenti f’dak l-Istat li:
(i) ikun ċittadin ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat sabiex unikament jaqdi dawk is-
servizzi.
2. (a) Kull pensjoni mħallsa minn, jew li toħroġ minn fond maħluq minn Stat
Kontraenti jew qasam politiku jew awtorità  lokali tiegħu lil xi individwu dwar
servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew qasam jew awtorità  tista’ tiġi intaxxata biss f’dak
l-Istat.
(b) Iżda, dik il-pensjoni tkun tista’ tiġi intaxxata biss fl-Istat Kontraenti l-ieħor
jekk l-individwu jkun residenti u ċittadin ta’ dak l-Istat.
3. ld-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15, 16 u 18 għandhom japplikaw għal
salarji, pagi u rimunerazzjoni simili oħra, u għal pensjonijiet dwar servizzi mogħtija
dwar negozju mmexxi minn Stat Kontraenti jew minn qasam politiku jew awtorità
lokali tiegħu.
4. Meta jitħallsu xi salarji, pagi, u rimunerazzjoni simili oħra bis-saħħa ta’
programm ta’ għajnuna għall-iżvilupp ta’ Stat Kontraenti, minn fondi
esklussivament provduti minn dak l-Istat lil xi speċjalista jew voluntier li jkun
sekondat għal ma’ l-Istat Kontraenti l-ieħor bil-kunsens ta’ dak l-Istat, dik ir-
rimunerazzjoni għandha tkun taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi.
ARTIKOLU 21
Studenti u Apprendisti fil-Kummerċ
Student jew apprendist fil-kummerċ li jkun preżenti fi Stat Kontraenti biss
bil-għan ta’ l-edukazzjoni jew tat-taħriġ tiegħu u li jkun, jew minnufih qabel ma kien
hekk preżenti li kien, residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor għandu jkun eżenti mit-
taxxa fl-Istat l-ewwel imsemmi dwar ħlasijiet li huwa jirċievi minn barra minn dak l-
Istat l-ewwel imsemmi għall-għanijiet tal-manteniment, edukazzjoni jew taħriġ
tiegħu.
ARTIKOLU 21
Income ieħor
l. Sorsi ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jitnisslu fejn jitnisslu, li ma
jiġux trattati fl-Artikoli ta’ qabel ta’ dan il-Ftehim għandhom ikunu taxxabbli biss
f’dak l-Istat.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal income, li
ma jkunx income minn proprjetà  immobbli kif imfisser fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu
6, jekk min jirċievi dak l-income, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, jiġġestixxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun jinsab
f’dak I-Istat, jew iwettaq f’dak l-Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn
bażi fiss li jkun jinsab f’dak l-Istat, u d-dritt jew il-proprjetà  li dwarhom jitħallas l-
income ikollu x’jaqsam b’mod effettiv ma’ dak l-istabbiliment jew bażi fiss. F’dak
il-każ, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu
14, skond il-każ.
14 L.S.123.43 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA ĊEKA
ARTIKOLU 22
Kapital
1. Dak il-kapital li jkun jikkonsisti fil-proprjetà  immobbli msemmija fl-
Artikolu 6, li tkun proprjetà  ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti u li tkun tinsab fl-Istat
Kontraenti l-ieħor, jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Dak il-kapital li jkun jikkonsisti fi proprjetà  mobbli u li tkun tagħmel sehem
mill-proprjetà  kummerċjali ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor jew fi proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni għal bażi
fissa disponibbli lil residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor bil-għan li
jintgħamlu servizzi personali indipendenti, jista’ jiġi ntaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
3. Dak il-kapital li jkun jikkonsisti f’bastimenti, inġenji ta’ l-ajru u vetturi fuq
l-art, imħaddma minn impriża ta’ Stat Kontraenti fi traffiku internazzjonali u fi
proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni għat-tħaddim ta’ dawn il-bastimenti, inġenji ta’
l-ajru u vetturi fuq l-art, għandu jkun intaxxat biss f’dak l-Istat li fih tkun tinsab l-
impriża.
4. Dawk l-elementi oħra kollha ta’ kapital ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti
għandhom ikunu intaxxati biss f’dak l-Istat.
ARTIKOLU 27
Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
1. Fil-każ ta’ Malta, it-taxxa doppja għandha tiġi mneħħija kif ġej:
Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Malta dwar li jiġi permess
kreditu fit-taxxa ta’ Malta dwar taxxa barranija, meta, skond id-disposizzjonijiet ta’
dan il-Ftehim, ikun hemm inkluż fi stima ta’ Malta income minn għejjun ġewwa r-
Repubblika Ċeka, it-taxxa Ċeka fuq dak l-income għandha tingħata bħala kreditu fit-
taxxa ta’ Malta relattiva li titħallas fuqha.
2. Fil-każ tar-Repubblika Ċeka, it-taxxa doppja għandha tiġi mneħħija kif ġej:
Ir-Repubblika Ċeka, meta tkun qegħda timponi t-taxxi fuq ir-residenti
tagħha, tista’ tinkludi fil-bażi ta’ taxxa li fuqha jiġu imposti dawk it-taxxi is-sorsi ta’
income jew kapital li skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim jistgħu ukoll jiġu
ntaxxati f’Malta, iżda għandha tippermetti bħala kreditu għall-ammont ta’ taxxa
kalkolata fuq dik il-bażi ammont li jkun daqsinsew it-taxxa mħallsa f’Malta. Dak il-
kreditu m’għandux, madankollu, jeċċedi lil dik il-parti tat-taxxa Ċeka, bħalma tiġi
kalkolata qabel ma jingħata il-kreditu. li tkun xierqa skond l-income jew kapital li,
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, jista’ jiġi intaxxat f’Malta.
3. Meta l-Ftehim ikun jipprovdi li income li joriġina fi Stat Kontraenti għandu
jinħeles mit-taxxa f’dak l-Istat, sew għal kollox sew f’parti minnu, u, skond il-liġi li
tkun fis-seħħ fl-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-income ikun suġġett għat-taxxa
b’referenza għall-ammont minnu li jkun mibgħut jew li jiġi riċevut f’dak l-Istat l-
ieħor u mhux b’referenza għall-ammont sħiħ tiegħu, għaldaqshekk il-ħelsien li jkun
permess fl-Istat l-ewwel imsemmi għandu jkun japplika biss għal daqstant mill-
income daqskemm jintbagħat lura jew jiġi riċevut fl-Istat l-ieħor.
4. Għall-għanijiet ta’ għoti ta’ kreditu, it-taxxa li għandha titħallas fir-
Repubblika Ċeka jew f’Malta, skond kif ikun meħtieġ, għandha titqies li tinkludi dik
it-taxxa li altrimenti titħallas fi Stat Kontraenti iżda li tkun ġiet imnaqqsa jew ċeduta
minn dak l-Istat bis-saħħa tad-disposizzjonijiet legali tiegħu dwar inċentivi rigward
it-taxxa.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA ĊEKA ġ L.S.123.43 15
ARTIKOLU 24
Ebda Diskriminazzjoni
1. Ċittadini ta’ Stat Kontraenti ma għandhomx jiġu suġġetti fl-Istat Kontraenti
l-ieħor għal xi tassazzjoni jew xi ħtieġa li għandha x’taqsam magħha, li ma tkunx
jew li tkun ta’ piż aktar mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu magħha li
għalihom ċittadini ta’ dak l-Istat l-ieħor fl-istess ċirkostanzi, b’mod partikolari dwar
ir-residenza, huma jew jistgħu jkunu suġġetti. Din id-disposizzjoni għandha,
minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu l, tkun ukoll tapplika għal persuni li ma
jkunux residenti ta’ xi wieħed minn, jew taż-żewġ, Stati Kontraenti.
2. It-tassazzjoni fuq stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-lstat Kontraenti l-ieħor ma għandhiex tinġabar f’dak l-Istat l-ieħor b’mod
inqas favorevoli mit-tassazzjoni miġbura fuq impriżi f’dak l-Istat l-ieħor li jmexxu l-
istess attivitajiet. Din id-disposizzjoni m’għandhiex tiftiehem bħala li tobbliga lil
Stat Kontraenti li jikkonċedi lir-residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor xi allowance,
ħelsien jew tnaqqis personali għall-għanijiet tat-tassazzjoni minħabba fl-istat ċivili
jew fir-responsabbiltajiet tal-familja li jikkonċedi lir-residenti tiegħu nnifsu.
3. Hlief meta d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 9, tal-paragrafu
4 ta’ l-Artikolu 11, jew tal-paragrafu 6 ta’ l-Artikolu 12 ikunu japplikaw, kull
imgħax, royalties u ħlasijiet oħra li jsiru minn impriża ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor għandhom, bil-għan li jiġi stabbilit il-qligħ
taxxabbli ta’ dik l-impriża, jitnaqqsu taħt l-istess kundizzjonijiet daqslikieku kienu
tħallsu lil residenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi. Bl-istess mod, l-ammonti dovuti
minn impriża ta’ Stat Kontraenti lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor għandhom,
bil-għan li jiġi stabbilit il-kapital taxxabbli ta’ dik l-impriża, jitnaqqsu taħt l-istess
kundizzjonijiet bħallikieku dawn kienu ġew kuntrattati lil residenti ta’ l-Istat l-
ewwel imsemmi.
4. lmpriżi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom ikun proprjetà  ta’ jew
ikkontrollat minn, għal kollox jew f’parti, direttament jcw indirettarnent, residenti
wieħed jew aktar ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, ma jkunux suġġetti fl-Istat l-ewwel
imsemmi għal xi tassazzjoni jew xi ħtieġa li għandha x’taqsam magħha li tkun oħra
jew ta’ aktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu magħha li impriżi
oħra bħalhom ta’ dak l-Istat l-ewwel imsemmi huma jew jistgħu jkunu suġġetti
għalihom.
5. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom, minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2, ikunu japplikaw għal taxxi ta’ kull xorta u għamla
li jaqgħu taħt dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 25
Proċedura għal Ftehim Reċiproku
1. Meta persuna jidhrilha li l-azzjonijiet ta’ l-awtorità  kompetenti ta’ wieħed
mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn iwasslu jew jistgħu jwasslu li tiġi ntaxxata mhux
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, hija tista’, minkejja r-rimedji provduti
bil-liġi domestika ta’ dawk l-Istati, tippreżenta l-każ tagħha lill-awtorità  kompetenti
ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu hija residenti jew, jekk il-każ tagħha jkun jaqa’ taħt il-
paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 24, lill-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li tagħha
tkun ċittadin. Il-każ għandu jiġi preżentat fi żmien tlett snin mill-ewwel notifika ta’
l-azzjoni li tirriżulta f’tassazzjoni li ma tkunx skond id-disposizzjonijiet tal-Ftehim.
2. L-awtorità  kompetenti għandha tara, jekk din ikun jidhrilha li l-oġġezzjoni
tkun ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal għal soluzzjoni sodisfaċenti,
16 L.S.123.43 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA ĊEKA
li tiddeċiedi l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor, bil-għan li tiġi evitata tassazzjoni mhux skond dan il-Ftehim.
Kull ftehim milħuq għandu jitwettaq minkejja kull żmien ta’ skadenza stipulat fil-
liġi domestika ta’ l-Istati Kontraenti.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jaraw li jirrisolvu
bi ftehim reċiproku xi diffikultajiet jew dubbji li jinqalgħu dwar l-interpretazzjoni
jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Dawn jistgħu ukoll jikkonsultaw flimkien dwar it-
tneħħija tat-taxxa doppja f’dawk il-każi li ma jiġix provdut dwarhom fil-Ftehim.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistgħu jikkomunikaw
direttament ma’ xulxin bil-għan li jintlaħaq ftehim dwar kif hemm fil-paragrafi ta’
qabel. Meta sabiex jintlaħaq ftehim jidher li jkun rakkomandabbli li jsir skambju
orali ta’ fehmiet, dak l-iskambju jista’ jseħħ tramite Kummissjoni li tkun tikkonsisti
f’rappreżentanti ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti.
ARTIKOLU 26
Tibdil ta’ Informazzjoni
l. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jibdlu dik l-
informazzjoni li tkun meħtieġa sabiex jiwettqu d-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim
jew tal-liġijiet domestiċi ta’ l-lstati Kontraenti dwar taxxi milquta bil-Ftehim safejn
it-tassazzjoni ma tmurx kontra l-Ftehim. It-tibdil ta’ informazzjoni mhuwiex ristrett
bl-Artikolu 1. Kull informazzjoni li tasal għand Stat Kontraenti għandha titqies
sigrieta bl-istess mod bħal informazzjoni miksuba taħt il-liġijiet domestiċi ta’ dak l-
Istat u għandha titgħarraf biss lil persuni jew awtoritajiet (magħduda qrati u korpi
amministrattivi) imdaħħla fl-istima jew ġbir ta’, l-infurzar jew prosekuzzjoni dwar,
jew il-qtugħ ta’ appelli dwar, it-taxxi li jaqgħu taħt il-Ftehim. Dawk il-persuni jew
awtorita jiet għandhom jużaw l-informazzjoni għal dawk l-għanijiet biss. Huma
jistgħu jikxfu dik l-informazzjoni fi proċedimenti li jsiru f’qorti pubblika jew
f’sentenzi tal-qorti.
2. F’ebda każ ma għandhom id-disposizzijonijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-
Artikolu jitqiesu li jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
(a) li jieħu miżuri amministrattivi li ma jaqblux mal-liġijiet jew l-użanza
amministrattiva ta’ dak l-Istat Kontraenti, jew ta’ l-ieħor;
(b) li jagħti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taħt il-liġijiet jew fil-
kors normali ta’ l-użanza amministrattiva ta’ dak l-Istat Kontraenti jew
ta’ l-ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet tal-kummerċ, tan-negozju,
industrijali, kummerċjali jew professjonali jew proċes tal-kummerċ, jew
li jagħti informazzjoni li l-kxif tagħha jkun kontra l-ordni pubbliku
(ordre public).
ARTIKOLU 27
Membri ta’ Missjonijiet Diplomatiċi u Uffiċċji Konsulari
Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġġi fiskali ta’ membri
ta’ missjonijiet diplomatiċi jew ta’ uffiċċji konsulari taħt ir-regoli ġenerali tad-dritt
internazzjonali jew taħt id-disposizzjonijiet ta’ kull ftehim speċjali.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA ĊEKA ġ L.S.123.43 17
ARTIKOLU 28
Bidu fis-seħħ
1. L-Istati Kontraenti għandhom javżaw lil xulxin meta jkunu twettqu l-ħtiġiet
kostituzzjonali għall-bidu fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
2. Il-Ftehim għandu jibda jseħħ fid-data ta’ l-aħħar avviż mogħti skond ma
hemm fil-paragrafu 1 u d-disposizzjonijiet tiegħu għandu jkollhom seħħ:
(a) fir-Repubblika Ċeka:
(i) dwar taxxi li jinżammu f’ras il-għajn, għal dawk l-ammonti
miksubin fi jew wara l-1 ta’ Jannar fis-sena kalendarja li tiġi
minnufih wara dik li fiha jibda jseħħ il-Ftehim;
(ii) dwar taxxi oħra fuq l-income u taxxi fuq il-kapital, għal taxxi li
jinġabru dwar xi sena taxxabbli li tibda fi jew wara l-1 ta’ Jannar
fis-sena kalendarja li tiġi minnufih wara dik li fiha jibda jseħħ il-
Ftehim;
(b) f’Malta:
dwar taxxi fuq l-income miksub matul xi sena kalendarja jew żmien ta’
kontijiet, skond il-każ, li jibdew fi jew wara l-ewwel jum ta’ Jannar li
jiġi minnufih wara d-data li fiha jibda jseħħ il-Ftehim.
ARTIKOLU 29
Terminazzjoni
Dan il-Ftehim għandu jibqa’ jseħħ sakemm jiġi terminat minn Stat
Kontraenti. Kull wieħed mill-Istati Kontraenti jista’ jtemm il-Ftehim, permezz ta’
kanali diplomatiċi, billi jagħti avviż tat-terminazzjoni mill-anqas sitt xhur qabel it-
tmiem ta’ xi sena kalendarja li tibda għaddejja wara l-iskadenza ta’ perijodu ta’
ħames snin minn meta l-Ftehim jibda jseħħ. F’dak il-każ, il-Ftehim ma għandux
jibqa’ fis-seħħ:
(a) fir-Repubblika Ċeka:
(i) dwar taxxi li jinżammu f’ras il-għajn, għal dawk l-ammonti
miksubin fi jew wara l-1 ta’ Jannar fis-sena kalendarja li tiġi
minnufih wara dik li fiha jingħata l-avviż;
(ii) dwar taxxi oħra fuq l-income, u taxxi fuq il-kapital, għal taxxi li
jinġabru dwar xi sena taxxabbli li tibda fi jew wara l-1 ta’ Jannar
fis-sena kalendarja li tiġi minnufih wara dik li fiha jingħata l-
avviż;
(b) f’Malta:
dwar taxxi fuq l-income miksub matul xi sena kalendarja jew żmien ta’
kontijiet, skond il-każ, li jibdew fi jew wara l-ewwel jum ta’ Jannar li
jiġi minnufih wara d-data li fiha jingħata l-avviż.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan,
iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGĦMUL in duplikat ġewwa Crans Montana illum 21 ta’ Ġunju, 1996 fl-ilsien
Ingliż.
18 L.S.123.43 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA ĊEKA
JOHN DALLI
Għal Malta
IVAN KOCARNIK
Għar-Repubblika Ċeka
