 ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA FUQ BASTIMENTI U 
INĠENJI TA’ L-AJRU MA’ L-ISTATI UNITI TA’ L-AMERIKA ġ L.S.123.44 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.44
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ BASTIMENTI U INĠENJI TA’ 
L-AJRU MA’ L-ISTATI UNITI TA’ L-AMERIKA
11 ta’ Marzu, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 230 ta’ l-1997.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq Bastimenti u Inġenji ta’ l-Ajru ma’ l-Istati
Uniti ta’ l-Amerika.
Taxxi koperti u 
bidu fis-seħħ.
2. Huwa b’dan dikjarat li -
(a) il-Ftehim speċifikat fl-iskambju ta’ Notes Verbales
murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-Ordni sar ma’ l-
Istati Uniti ta’ l-Amerika sabiex jingħata ħelsien minn
taxxa doppja għar-rigward tat-tassazzjoni ta’ l-income
miksub mit-tħaddim internazzjonali ta’ bastimenti u
inġenji ta’ l-ajru; u
(b) il-Ftehim beda jseħħ fil-11 ta’ Marzu, 1997 u hu
effettiv dwar income miksub fl-1 ta’ Jannar, 1997 jew
wara dik id-data.
2 L.S.123.44 ħ
 ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA FUQ BASTIMENTI U 
INĠENJI TA’ L-AJRU MA’ L-ISTATI UNITI TA’ L-AMERIKA
SKEDA
(1085)
L-Ambaxxata ta’ Malta tippreżenta l-kumplimenti tagħha
lid-Dipartiment ta’ I-Istat ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u għandha
l-unur tipproponi li ż-żewġ gvernijiet jidħlu fi ftehim li jeżenta mit-
taxxa fuq l-income, fuq bażi reċiproka, income li jinkiseb minn
residenti tal-pajjiż l-ieħor mit-tħaddim internazzjonali ta’
bastimenti u inġenji ta’ l-ajru. Dawn il-patti ta’ ftehim li qegħdin
jiġu proposti ġew abbozzati fuq il-mudell ta’ diversi għamliet ta’
ftehim li l-Istati Uniti għandhom ma’ gvernijiet oħra:
Il-Gvern ta’ Malta jaqbel li jeżenta mit-taxxa income gross
li jinkiseb mit-tħaddim internazzjonali ta’ bastimenti jew ta’
inġenji ta’ l-ajru minn individwi li jkunu residenti ta’ l-Istati Uniti
(li ma jkunux ċittadini ta’ Malta) u korporazzjonijiet li jkunu
inkorporati fl-Istati Uniti.
Fil-każ ta’ korporazzjoni ta’ l-Istati Uniti, l-eżenzjoni
għandha tkun biss tapplika jekk il-korporazzjoni tkun konformi ma’
xi waħda minn dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(1) stock tal-korporazzjoni jkun primarjament u
regolarment mqiegħed fil-kummerċ f’suq tat-titoli
stabbilit fl-Istati Uniti, f’pajjiż ieħor li jagħti eżenzjoni
reċiproka lil korporazzjonijiet Maltin jew f’Malta, jew
(2) li iktar minn ħamsin (50) fil-mija tal-valur ta’ stock
tal-korporazzjoni jkun direttament jew indirettament
jappartjeni lil individwi li jkunu residenti ta’ l-Istati
Uniti jew ta’ xi pajjiż barrani ieħor li jagħti eżenzjoni
ekwivalenti lil korporazzjonijiet Maltin jew lil xi
korporazzjoni li tkun organizzata f’pajjiż li jagħti
eżenzjoni ekwivalenti lil korporazzjonijiet Maltin u li
jkollhom stock li jkun primarjament u regolarment
mqiegħed fil-kummerċ f’suq tat-titoli stabbilit f’dak il-
pajjiż, f’pajjiż ieħor li jagħti eżenzjoni ekwivalenti lil
korporazzjonijiet Maltin, jew f’Malta.
Il-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, skond l-artikoli
872(b) u 883(A) ta’ l-Internal Revenue Code, jaqbel li jeżenta mit-
taxxa income gross li jinkiseb mit-tħaddim internazzjonali ta’
bastimenti u inġenji ta’ l-ajru minn individwi li jkunu residenti ta’
Malta (li ma jkunux ċittadini ta’ l-Istati Uniti) u korporazzjonijiet li
jkunu inkorporati f’Malta.
Fil-każ ta’ korporazzjoni Maltija, l-eżenzjoni għandha tkun
biss tapplika jekk il-korporazzjoni tkun konformi ma’ xi waħda
minn dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(1) stock tal-korporazzjoni jkun primarjament u
regolarment mqiegħed fil-kummerċ f’suq tat-titoli
stabbilit f’Malta, f’pajjiż ieħor li jagħti eżenzjoni
reċiproka lil korporazzjonijiet ta’ l-Istati Uniti jew fl-
Istati Uniti, jew
(2) li iktar minn ħamsin (50) fil-mija tal-valur ta’ stock
tal-korporazzjoni jkun direttamcnt jew indirettament
 ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA FUQ BASTIMENTI U 
INĠENJI TA’ L-AJRU MA’ L-ISTATI UNITI TA’ L-AMERIKA ġ L.S.123.44 3
jappartjeni lil individwi li jkunu residenti ta’ Malta
jew ta’ xi pajjiż barrani ieħor li jagħti eżenzjoni
ekwivalenti lil korporazzjonijiet ta’ l-Istati Uniti jew
lil xi korporazzjoni li tkun organizzata f’pajjiż li jagħti
eżenzjoni ekwivalenti lil korporazzjonijiet ta’ l-Istati
Uniti u li jkollhom stock li jkun primarjament u
regolarment mqiegħed fil-kummerċ f’suq tat-titoli
stabbilit f’dak il-pajjiż, f’pajjiż ieħor li jagħti
eżenzjoni ekwivalenti lil korporazzjoni ta’ l-Istati
Uniti, jew fl-Istati Uniti.
Għall-għanijiet ta’ eżenzjoni mit-taxxa ta’ l-Istati Uniti, il-
Gvern ta’ Malta jiġi trattat bħala individwu residenti f’Malta, u s-
subparagrafu (2) għandu jitqies bħala li hu fis-seħħ jekk il-
korporazzjoni tkun "korporazzjoni barranija kontrollata" skond ma
hemm fl-Internal Revenue Code, b’dan illi l-azzjonisti ta’ l-Istati
Uniti ta’ dawk il-korporazzjonijiet għandhom jiġu trattati
bħallikieku kienu residenti ta’ Malta.
F’dan il-ftehim:
(a) il-frażijiet "stat kontraenti" u "l-istat kontraenti l-
ieħor" ifissru Malta jew l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, li
l-gvernijiet tagħhom daħlu f’dan il-ftehim;
(b) income gross tinkludi kull income miksub mit-tħaddim
internazzjonali ta’ bastimenti u inġenji ta’ l-ajru,
inklużi:
(l) income mill-kirja fuq bażi sħiħa (ta’ żmien jew
ta’ vjaġġ) ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru li
jintużaw għat-trasport internazzjonali;
(2) income mill-kirja fuq bażi bareboat ta’
bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru li jintużaw fit-
trasport internazzjonali;
(3) income mill-kirja ta’ containers u tagħmir relatat
li jintużaw għat-trasport internazzjonali li jkun
inċidentali għal income mit-tħaddim
internazzjonali ta’ bastimenti u inġenji ta’ l-ajru;
u
(4) kull qligħ mill-bejgħ jew trasferiment ieħor ta’
bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru li jintużaw fit-
trasport internazzjonali li jinkiseb minn persuna
li tkun primarjament involuta fit-tħaddim
internazzjonali ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-
ajru.
Fl-applikazzjoni ta’ dan il-ftehim minn stat kontraenti, kull
frażi li ma tkunx ġiet imfissra f’dan il-ftehim għandu jkollha,
kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra, dak it-tifsir
li jkollha skond il-liġijiet ta’ dak l-istat f’dak li għandu x’jaqsam
mat-taxxi li l-ftehim ikun japplika għalihom.
Il-Gvern ta’ Malta jipproponi illi, jekk dak li hemm
imsemmi qabel huwa aċċettabbli għall-Gvern ta’ l-Istati Uniti, din
in-nota u n-nota tad-Dipartiment b’risposta għaliha għandhom
jikkostitwixxu ftehim. Il-ftehim jibda jseħħ fid-data li ġġib in-nota
tad-Dipartiment b’risposta u jkollu seħħ dwar income miksub fi jew
4 L.S.123.44 ħ
 ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA FUQ BASTIMENTI U 
INĠENJI TA’ L-AJRU MA’ L-ISTATI UNITI TA’ L-AMERIKA
wara l-1 ta’ Jannar, 1997.
Dan il-ftehim għandu jibqa’ jseħħ sa meta l-Gvern ta’ stat
kontraenti jew l-ieħor jagħti avviż bil-miktub tat-terminazzjoni tal-
ftehim lill-istat kontraenti l-ieħor permezz tal-kanal diplomatiku.
L-Ambaxxata ta’ Malta tieħu din l-opportunità  biex
iġġedded lid-Dipartiment ta’ l-Istat ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika
kull assigurazzjoni ta’ l-ogħla stima tagħha.
26 ta’ Diċembru, 1996
Ambaxxata ta’ Malta
Washington, D.C.
 ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA FUQ BASTIMENTI U 
INĠENJI TA’ L-AJRU MA’ L-ISTATI UNITI TA’ L-AMERIKA ġ L.S.123.44 5
Id-Dipartiment ta’ l-Istat jirreferi lill-Ambaxxata ta’ Malta
għan-nota 1065 ta’ l-Ambaxxata tas-26 ta’ Diċembru, 1996, li
tirrigwarda l-eżenzjoni reċiproka mit-taxxa fuq l-income ta’ income
li jinkiseb mit-tħaddim internazzjonali ta’ bastimenti u inġenji ta’ l-
ajru.
Id-Dipartiment ta’ l-Istat jikkonferma li l-proposti li
jinsabu fin-nota ta’ l-Ambaxxata huma aċċettabbli għall-Gvern ta’
l-Istati Uniti ta’ l-Amerika. Għaldaqstant, din in-nota u n-nota ta’ l-
Ambaxxata tas-26 ta’ Diċembru, 1996, jikkostitwixxu ftehim li
jibda jseħħ fid-data li ġġib din in-nota b’risposta u dan ikollu seħħ
dwar income miksub fi jew wara l-1 ta’ Jannar, 1997. Dan il-ftehim
ikompli jseħħ sa meta l-Gvern ta’ xi wieħed mill-istati kontraenti
jagħti avviż bil-miktub tat-terminazzjoni tal-ftehim lill-istat
kontraenti l-ieħor permezz tal-kanal diplomatiku.
Dipartiment ta’ l-Istat,
Washington,
11 ta’ Marzu, 1997.
