EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AFRIKA TA’ ISFEL ġ L.S.123.45 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.45
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MA’ L-AFRIKA TA’ ISFEL
12 ta’ Novembru, 1997
L-AVVIŻ LEGALI 89 ta’ l-1998.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income ma’ l-Afrika ta’ Isfel.
Arranġamenti 
jkollhom seħħ.
2. Qiegħed jiġi hawnhekk dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-Ordni ġew magħmula mal-Gvern ta’
l-Afrika ta’ Isfel sabiex jingħata ħelsien minn taxxa
doppja dwar it-taxxi li ġejjin stabbiliti bil-liġijiet ta’ l-
Afrika ta’ Isfel:
(i) it-taxxa normali;
(ii) it-taxxa ta’ azzjonisti mhux residenti;
(iii) it-taxxa sekondarja fuq kumpanniji;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arranġamenti jkollhom
effett.
2 L.S.123.45 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AFRIKA TA’ ISFEL
SKEDA
FTEHIM BEJN MALTA U L-AFRIKA TA’ ISFEL
GĦALL-ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
U BIEX TIĠI EVITATA EVAŻJONI FISKALI
DWAR TAXXI FUQ L-INCOME
Il-Gvern ta’ Malta u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Afrika ta’ Isfel, billi
jixtiequ jagħmlu Ftehim għall-ħelsien minn taxxa doppja u biex tiġi evitata evażjoni
fiskali dwar taxxi fuq l-income, ftehmu kif ġej:
KAPITOLU I
Għan tal-Ftehim
ARTIKOLU 1
Għan Personali
Dan il-Ftehim għandu japplika għal persuni li huma residenti ta’ wieħed
mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn.
ARTIKOLU 2
Taxxi Koperti
1. It-taxxi eżistenti li għalihom japplika l-Ftehim huma:
(a) f’Malta:
it-taxxa fuq l-income;
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ Malta");
(b) fl-Afrika ta’ Isfel:
(i) it-taxxa normali;
(ii) it-taxxa ta’ azzjonisti mhux residenti;
(iii) it-taxxa sekondarja fuq kumpanniji;
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ l-Afrika ta’ Isfel").
2. Dan il-Ftehim għandu japplika wkoll għal kull taxxa bħalhom jew li
sostanzjalment tixbaħhom li tiġi imposta wara d-data tal-firma ta’ dan il-Ftehim
b’żieda ma’, jew minflok, it-taxxi eżistenti. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati
Kontraenti għandhom javżaw lil xulxin b’kull tibdil sostanzjali li jkun sar fil-liġijiet
tagħhom rispettivi li jirrigwardaw it-taxxa.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Artikolu, dan il-Ftehim ma
japplikax għal taxxa mħallsa jew li titħallas f’Malta skond id-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (13) ta’ l-artikolu 56 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income dwar l-income
taxxabbli ta’ persuna li tkun taħdem fil-produzzjoni ta’ żejt petroleum li jiġi prodott
f’Malta jew ta’ kull provvediment ieħor li jkun sostanzjalment simili u li jiġi impost
wara d-data tal-firma ta’ dan il-Ftehim.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AFRIKA TA’ ISFEL ġ L.S.123.45 3
KAPITOLU II
Tifsiriet
ARTIKOLU 3
Tifsiriet Ġenerali
1. Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra:
(a) il-frażi "Malta" tfisser ir-Repubblika ta’ Malta u, meta użata f’sens
ġeografiku, tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-Gżira ta’ Għawdex u l-gżejjer l-oħra ta’ l-
Arċipelagu Malti, flimkien ma’ l-ibħra territorjali tagħhom, u kull area barra mill-
baħar territorjali ta’ Malta li hi hekk imsemmija jew aktar ’il quddiem tista’
tissejjaħ, skond il-liġi internazzjonali u taħt il-liġi ta’ Malta dwar il-blata
kontinentali, bħala area li fiha d-drittijiet ta’ Malta dwar qiegħ il-baħar u s-sottoswol
u r-riżorsi naturali tagħhom jistgħu jiġu eżerċitati;
(b) il-frażi "Afrika ta’ Isfel" tfisser ir-Repubblika ta’ l-Afrika ta’ Isfel u, meta
użata f’sens ġeografiku, tinkludi l-baħar territorjali ta’ madwarha kif ukoll kull area
barra mill-baħar territorjali, inkluża l-blata kontinentali, li hi hekk imsemmija jew
aktar ’il quddiem tista’ tissejjaħ, taħt il-liġijiet ta’ l-Afrika ta’ Isfel u skond il-liġi
internazzjonali, bħala area li fiha l-Afrika ta’ Isfel tista’ teżerċita drittijiet sovrani
jew ikollha ġurisdizzjoni;
(ċ) il-frażi "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-ieħor" ifissru, skond ma
teħtieġ ir-rabta tal-kliem, Malta jew l-Afrika ta’ Isfel;
(d) il-frażi "persuna" tinkludi individwu, kumpannija u kull korp ieħor ta’
persuni;
(e) il-frażi "kumpannija" tfisser kull għaqda korporata jew kull enti li titqies
bħala għaqda korporata għall-finijiet ta’ taxxa;
(f) il-frażi "impriża ta’ Stat Kontraenti" u "impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor" ifissru rispettivament impriża li titmexxa minn residenti ta’ Stat Kontraenti u
impriża li titmexxa minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(g) il-frażi "traffiku internazzjonali" tfisser kull trasport b’bastiment jew
b’inġenji ta’ l-ajru imħaddma minn impriża ta’ Stat Kontraenti, barra minn meta l-
bastiment jew l-inġenji ta’ l-ajru ikunu mħaddma biss bejn postijiet fl-Istat
Kontraenti l-ieħor;
(h) il-frażi "awtorità  kompetenti" tfisser:
(i) f’Malta: il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-rappreżentant
awtorizzat tiegħu;
(ii) fl-Afrika ta’ Isfel: il-Kummissarju għat-Taxxi Interni jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu;
(i) il-frażi "ċittadin" tfisser:
(i) individwu li jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Kontraenti;
(ii) persuna ġuridika, soċjetà  jew assoċjazzjoni li jiksbu l-istatus tagħhom
bħala hekk mil-liġijiet li jkunu fis-seħħ fi Stat Kontraenti.
2. Dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim minn Stat Kontraenti, kull frażi li ma tkunx
imfissra fih għandha, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra, ikollha
l-istess tifsir kif mogħti lilha taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat dwar it-taxxi li dan il-
Ftehim japplika għalihom.
4 L.S.123.45 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AFRIKA TA’ ISFEL
ARTIKOLU 4
Residenti
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "residenti ta’ Stat Kontraenti"
tfisser:
(a) fil-każ ta’ Malta, persuna li tkun residenti f’Malta għall-għanijiet tat-
taxxa ta’ Malta; u
(b) fil-każ ta’ l-Afrika ta’ Isfel, xi individwu li jkun ordinarjament residenti
fl-Afrika ta’ Isfel u kull persuna oħra li jkollha l-post tal-maniġġ
effettiv tagħha fl-Afrika ta’ Isfel.
2. Fejn minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 individwu jkun residenti
taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-istatus tiegħu għandu jiġi determinat kif ġej:
(a) huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li fih ikollu dar
permanenti għad-disposizzjoni tiegħu; jekk huwa jkollu dar permanenti
għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati, huwa għandu jitqies li huwa
residenti ta’ l-Istat li miegħu ir-relazzjonijiet personali u ekonomiċi
tiegħu jkunu l-aktar marbuta (ċentru ta’ interess vitali);
(b) jekk l-Istat li fih huwa jkollu ċ-ċentru ta’ interess vitali ma jistax jiġi
determinat, jew jekk huwa ma jkollu għad-disposizzjoni tiegħu ebda dar
permanenti f’xi Stat minnhom, huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’
l-Istat li fih soltu jirrisjedi;
(ċ) jekk huwa s-soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati jew f’ebda wieħed minnhom,
huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li tiegħu jkun ċittadin;
(d) jekk huwa jkun ċittadin taż-żewġ Stati jew ta’ l-ebda wieħed minnhom,
l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jiddeċiedu l-
każ bi ftehim bejniethom.
3. Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, din għandha għaldaqstant titqies
bħala residenti ta’ l-Istat fejn ikun jinsab il-post tal-maniġġ effettiv tagħha, jew, jekk
dan ma jkunx jista’ jiġi stabbilit, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti
għandhom isolvu l-kwistjoni bi ftehim bejniethom u jistabbilixxu l-mod kif dan il-
Ftehim għandu jkun japplika għal dik il-persuna.
ARTIKOLU 5
Stabbiliment Permanenti
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "stabbiliment permanenti" tfisser
post tan-negozju fiss li minnu jitmexxa għal kollox jew f’parti x-xogħol ta’ impriża.
2. Il-frażi "stabbiliment permanenti" għandha tinkludi b’mod speċjali:
(a) post ta’ maniġġ;
(b) fergħa;
(ċ) uffiċċju;
(d) fabbrika;
(e) ħanut tax-xogħol; u
(f) minjiera, bir taż-żejt jew tal-gass, barriera jew kull post ieħor ta’
estrazzjoni ta’ riżorsi naturali inkluż sit ta’ offshore drilling.
3. Il-frażi "stabbiliment permanenti" bl-istess mod tkopri wkoll:
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AFRIKA TA’ ISFEL ġ L.S.123.45 5
(a) art li tkun qegħda tinbena, proġett ta’ kostruzzjoni, assemblaġġ jew
stallazzjoni jew attivitajiet superviżorji li għandhom x’jaqsmu ma’ dan,
iżda biss meta dawk l-art, proġett jew attivitajiet ikomplu għal żmien
iktar minn sitt xhur;
(b) l-għoti ta’ servizzi, inklużi servizzi ta’ konsult, minn impriża permezz
ta’ impjegati jew ta’ persunal ieħor imħaddma mill-impriża għal dan l-
għan, iżda biss meta attivitajiet ta’ dik ix-xorta jkomplu (għall-istess
proġett jew għal wieħed konness) ġewwa l-Istat Kontraenti għal
perijodu jew perijodi li b’kollox jammontaw għal iktar minn sitt xhur
f’perijodu wieħed ta’ tnax il-xahar.
4. Impriża ta’ Stat Kontraenti għandha titqies li jkollha stabbiliment
permanenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor jekk ikun qed jintuża jew jiġi installat tagħmir
f’dak l-Istat l-ieħor, jew ikun qed isir is-sorveljar ta’ dan kollu, minn, għal jew
minħabba f’kuntratt ma’ l-impriża matul perijodu jew perijodi li b’kollox
jammontaw għal iktar minn sitt xhur f’perijodu wieħed ta’ tnax-il xahar.
5. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frażi
"stabbiliment permanenti" għandha titqies li ma tinkludix:
(a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim ta’
oġġetti jew merkanzija li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża;
(b) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim;
(ċ) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ proċessar minn impriża oħra;
(d) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ xiri ta’ oġġetti jew
merkanzija, jew ta’ ġbir ta’ tagħrif, għall-impriża;
(e) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ twettiq, għall-
impriża, ta’ kull attività  ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja;
(f) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju biss għal xi kombinazzjoni ta’
attivitajiet imsemmija fis-subparagrafi (a) sa (e), sakemm l-attività
sħiħa tal-post fiss ta’ negozju li tirriżulta minn din il-kombinazzjoni
tkun ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja.
6. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, meta persuna - li ma tkunx
aġent ta’ status indipendenti li għaliha japplika l-paragrafu 7 - taġixxi għan-nom ta’
impriża u għandha, u soltu twettaq, fi Stat Kontraenti awtorità  li tikkonkludi
kuntratti f’isem l-impriża, dik l-impriża għandha titqies li għandha stabbiliment
permanenti f’dak l-Istat dwar kull attività  li dik il-persuna tagħmel għall-impriża,
sakemm l-attivitajiet ta’ dik il-persuna ma jkunux limitati għal dawk imsemmija fil-
paragrafu 5 li, jekk jiġu eżerċitati minn post tan-negozju fiss, ma jirrendux lil dan il-
post tan-negozju fiss stabbiliment permanenti taħt id-disposizzjonijiet ta’ dak il-
paragrafu.
7. Impriża ta’ Stat Kontraenti ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment
permanenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor għaliex biss tmexxi negozju f’dak l-Istat ieħor
permezz ta’ sensal, aġent ġenerali b’kummissjoni jew xi aġent ieħor bi status
indipendenti, sakemm dawk il-persuni jaġixxu fil-kors ordinarju tan-negozju
tagħhom. Iżda, sakemm l-attivitajiet ta’ dak l-aġent ikunu qegħdin jitwettqu għal
kollox jew kważi għal kollox għal dik l-impriża u t-transazzjonijiet bejn dak l-aġent
u l-impriża ma jsirux taħt arm’s length conditions, huwa ma għandux jitqies bħala
aġent ta’ status indipendenti fis-sens ta’ dan il-paragrafu.
8. Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikkontrolla jew
6 L.S.123.45 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AFRIKA TA’ ISFEL
tkun kontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, jew
li tmexxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta’ stabbiliment permanenti sew
xort’oħra), ma għandux fih innifsu jikkostitwixxi xi waħda mill-kumpanniji bħala
stabbiliment permanenti ta’ l-oħra.
KAPITOLU III
Tassazzjoni ta’ l-Income
ARTIKOLU 6
Income minn Proprjetà  Immobiljari
1. Income miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn proprjetà
immobiljari (inkluż income minn xogħol fl-agrikoltura jew fil-boskijiet) sitwata fl-
Istat Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Il-frażi "proprjetà  immobiljari" għandu jkollha l-istess tifsir li għandha taħt
il-liġi ta’ l-Istat Kontraenti li fih il-proprjetà  li tkun hija sitwata. Il-frażi għandha
f’kull każ tinkludi proprjetà  aċċessorja għal proprjetà  immobiljari, bhejjem u
tagħmir użati fl-agrikoltura u fil-boskijiet, drittijiet li għalihom japplikaw id-
disposizzjonijiet tal-liġi ġenerali dwar proprjetà  immobbli, użufrutt ta’ proprjetà
immobiljari u drittijiet għal ħlasijiet li jvarjaw jew fissi bħala kumpens għall-ħdim
ta’, jew għall-jedd li jinħadmu, jew li jiġu esplorati, depożiti minerali, għejjun u
riżorsi oħra naturali. Bastimenti, opri tal-baħar u inġenji ta’ l-ajru ma għandhomx
jitqiesu bħala proprjetà  immobiljari.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal income li
jinkiseb mill-użu dirett, kiri, jew użu ta’ kull xort’oħra ta’ proprjetà  immobiljari.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw ukoll għal
income minn proprjetà  immobiljari ta’ impriża u għal income minn proprjetà
immobiljari li tkun użata għall-qadi ta’ servizzi personali indipendenti.
ARTIKOLU 7
Protitti minn Negozju
1. Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti għandhom ikunu taxxabbli f’dak l-
Istat biss kemm-il darba l-impriża ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk. Jekk l-impriża
tmexxi negozju kif intqal qabel, il-profitti ta’ l-impriża jistgħu jiġu intaxxati fl-Istat
l-ieħor iżda biss dik il-parti minnhom li tkun attribwibbli għal dak l-istabbiliment
permanenti.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3, meta impriża ta’ Stat
Kontraenti tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qiegħed hemmhekk, għandhom jiġu attribwiti lil dak l-
istabbiliment permanenti f’kull Stat Kontraenti l-profitti li kien ikun mistenni
jagħmel kieku kien impriża distinta u separata li taħdem fl-istess attivitajiet jew
oħrajn bħalhom taħt l-istess kundizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem
indipendentement għal kollox mill-impriża li tagħha hija stabbiliment permanenti
jew minn impriżi assoċjati oħra li tkun tittratta magħhom.
3. Biex jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, għandhom ikunu
permessi bħala tnaqqis dawk l-ispejjeż li jsiru għall-għanijiet ta’ l-istabbiliment
permanenti, magħduda l-ispejjeż eżekuttivi u amministtattivi ġenerali li jsiru, sew
jekk ikunu saru fl-Istat Kontraenti li fih ikun hemm l-istabbiliment permanenti sew
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AFRIKA TA’ ISFEL ġ L.S.123.45 7
jekk ikunu saru band’oħra.
4. Fejn hemm id-drawwa li Stat Kontraenti jistabbilixxi l-profitti attribwibbli
lil stabbiliment permanenti fuq il-bażi tat-tqassim tat-profitti kollha ta’ l-impriża lill-
ishma diversi tagħha, ebda ħaġa fil-paragrafu 2 m’għandha tipprekludi lil dak l-Istat
Kontraenti milli jistabbilixxi x’ikunu l-profitti li għandhom jiġu intaxxati b’dak it-
tqassim skond id-drawwa. Il-mod ta’ tqassim li jiġi adottat għandu, madankollu,
ikun wieħed tali li r-riżultat ikun skond il-prinċipji li jinsabu f’dan l-Artikolu.
5. Ma għandhom jiġu attribwiti ebda profitti lil stabbiliment permanenti
minħabba x-xiri biss minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew merkanzija
għall-impriża.
6. Għall-għan tal-paragrafi ta’ qabel, il-profitti li għandhom jiġu attribwiti lill-
istabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-istess mod minn sena għal sena
kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u biżżejjed biex isir kuntrarju.
7. Meta profitti jinkludu oġġetti ta’ income li qed jiġu trattati separatament
f’Artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, allura d-disposizzjonijiet ta’ dawk l-Artikoli ma
jkunux milquta bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
8. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx jolqtu d-
disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Stat Kontraenti dwar it-tassazzjoni ta’ profitti mill-
kummerċ ta’ l-assigurazzjoni.
ARTIKOLU 8
Traffiku Internazzjonali
1. Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti mit-tħaddim ta’ bastimenti jew
inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-
Istat.
2. Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, il-profitti mit-tħaddim ta’ bastiment jew
ta’ inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali għandhom jinkludu:
(a) profitti miksubin mill-kera fuq bareboat  basis ta’ bastimenti jew ta’
inġenji ta’ l-ajru li jintużaw fi traffiku internazzjonali,
(b) profitti miksubin mill-użu jew mill-kera ta’ containers,
jekk dawk il-profitti jkunu inċidentali għall-profitti li għalihom japplikaw id-
disposizzjonijiet tal-paragrafu 1.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 japplikaw ukoll għal profitti ġejjin mill-
parteċipazzjoni f’pool, negozju bi sħab jew aġenzija operattiva internazzjonali.
ARTIKOLU 9
Impriżi Assoċjati
1. Meta -
(a) impriża ta’ Stat Kontraenti tipparteċipa direttament jew indirettament
fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor, jew
(b) l-istess persuni jipparteċipaw direttament jew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti u ta’
impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor,
u f’kull każ jiġu magħmula jew imposti kundizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji ta’ bejniethom li ma jaqblux ma’ dawk li
8 L.S.123.45 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AFRIKA TA’ ISFEL
kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f’dak il-każ profitti li, kieku ma
kinux dawk il-kundizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-impriżi, iżda,
minħabba dawk il-kundizzjonijiet, ma ġewx hekk akkumulati, jistgħu jiġu inklużi
fil-profitti ta’ dik l-impriża u intaxxati skond hekk.
2. Meta Stat Kontraenti jinkludi fil-profitti ta’ impriża ta’ dak l-Istat - u
jintaxxa skond hekk - profitti li fuqhom impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor ġiet
intaxxata f’dak l-Istat l-ieħor u l-profitti hekk magħduda jkunu profitti li kienu
jinqalgħu mill-impriża ta’ l-ewwel Stat imsemmi kieku l-kundizzjonijiet magħmula
bejn iż-żewġ impriżi kienu dawk li kienu jsiru bejn żewġ impriżi indipendenti, allura
dak l-Istat l-ieħor għandu jagħmel it-tibdil xieraq fl-ammont tat-taxxa imposta
hemmhekk fuq dawk il-profitti. Biex jiġi stabbilit it-tibdil, għandu jittieħed qies
xieraq tad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-
Istati Kontraenti għandhom jekk iħossu l-bżonn jikkonsultaw lil xulxin.
ARTIKOLU 10
Dividendi
1. Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Iżda, dawk id-dividendi jistgħu jiġu intaxxati wkoll fl-Istati Kontraenti li
tiegħu l-kumpannija li tkun tħallas id-dividendi tkun residenti, u skond il-liġijiet ta’
dak l-Istat, iżda:
(a) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija li tkun residenti ta’ Malta
lil residenti ta’ l-Afrika ta’ Isfel li jkun is-sid benefiċjarju tagħhom, it-
taxxa ta’ Malta fuq l-ammont gross tad-dividendi m’għandhiex tkun
iżjed minn dik fuq il-profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi;
(b) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Afrika
ta’ Isfel lil residenti ta’ Malta li jkun is-sid benefiċjarju tad-dividendi,
it-taxxa ta’ l-Afrika ta’ Isfel hekk imposta m’għandhiex tkun iżjed minn
5 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi.
Dan il-paragrafu ma jolqotx it-tassazzjoni tal-kumpannija għar-rigward tal-
profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
3. Il-frażi "dividendi" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn
azzjonijiet, jew minn drittijiet oħra li jipparteċipaw fil-profitti (li ma jkunux talbiet
għal dejn), kif ukoll income minn jeddijiet korporattivi oħra li huwa meqjus għall-
fini tat-taxxa l-istess bħal income minn azzjonijiet skond il-liġijiet ta’ l-Istat
Kontraenti li fih tkun residenti l-kumpannija li tagħmel it-tqassim.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-
Istat l-ieħor, li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-dividendi, permezz ta’
stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li jkun jaqdi f’dak l-Istat l-
ieħor servizzi personali indipendenti minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u l-
holding li dwarhom id-dividendi jkunu mħallsa jkollu x’jaqsam effettivament ma’
dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit. F’dak il-każ id-disposizzjonijiet
ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 14, skond il-każ, għandhom japplikaw.
5. Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpannija, ħlief meta dividendi bħal dawn jitħallsu
lil residenti ta’ dak l-Istat l-ieħor jew safejn il-holding li dwaru jitħallsu d-dividendi
jkollu x’jaqsam effettivament ma’ stabbiliment permanenti jew ma’ bażi stabbilit
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AFRIKA TA’ ISFEL ġ L.S.123.45 9
sitwat f’dak l-Istat l-ieħor, jew jissuġġetta l-profitti mhux distribwiti tal-kumpannija
għal taxxa fuq il-profitti mhux distribwiti tal-kumpannija, anki jekk id-dividendi
mħallsa jew il-profitti mhux distribwiti jikkonsistu f’kollox jew f’parti minnhom
minn profitti jew income li jinqalgħu f’dak l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 11
Imgħax
1. Imgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u li jitħallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Iżda, dak l-imgħax jista’ wkoll jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn jinqala, u
skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda jekk minn jirċevih ikun is-sid benefiċjarju ta’ l-
imgħax it-taxxa hekk imposta m’għandhiex tkun iżjed minn 10 fil-mija ta’ l-ammont
gross ta’ imgħax.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 imgħax li jinqala’ fi Stat
Kontraenti għandu jkun eżenti mit-taxxa f’dak l-Istat jekk dan jinkiseb mill-Gvern
ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jew minn sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali
tiegħu, jew minn aġenzija għal kollox posseduta u kontrollata minn dak il-Gvern jew
sotto-diviżjoni jew awtorità .
4. Il-frażi "imgħax" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn drittijiet
għal dejn ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le, u sew jekk jagħti l-jedd għal
sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b’mod partikolari, income minn
assigurazzjonijiet tal-Gvern u income minn bonds jew debentures, inkluż kull
premium u rigal relatat ma’ dawk l-assigurazzjonijiet, bonds jew debentures. Dawk
il-penali li jiġu imposti minħabba fi ħlas tardiv ma għandħomx jitqiesu bħala mgħax
għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu.
5. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju ta’ l-imgħax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih jinqala’ l-imgħax permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jew jagħmel servizzi personali indipendenti f’dak l-
Istat l-ieħor minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt għal dejn li dwaru
jitħallas l-imgħax ikollu effettivament x’jaqsam ma’ dak l-istabbiliment permanenti
jew bażi stabbilit. F’dak il-każ id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu
14, skond il-każ, għandhom japplikaw.
6. L-imgħax għandu jitqies li jinqala’ fi Stat Kontraenti meta min iħallas ikun
dak l-Istat innifsu, sotto-diviżjoni politika, awtorità  lokali jew residenti ta’ dak l-
Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas l-imgħax, sew jekk tkun residenti ta’ Stat
Kontraenti sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti stabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li miegħu jkollu x’jaqsam id-dejn li dwaru jkun tħallas l-imgħax, u dak l-
imgħax ikun piż ta’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit, allura dak l-
imgħax għandu jitqies li nqala’ fl-Istat li fih ikun sitwat l-istabbiliment permanenti
jew il-bażi stabbilit.
7. Meta, minħabba relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju jew
bejniethom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont ta’ l-imgħax imħallas, meta titqies
xi tkun il-pretensjoni dovuta li jkun qed jitħallas għaliha, ikun iżjed mill-ammont li
kien ikun miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-
relazzjoni, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss ghall-
ammont l-aħħar imsemmi. F’każ bħal dak, il-parti żejda tal-ħlasijiet tibqa’ taxxabbli
skond il-liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, meqjusa b’mod xieraq id-disposizzjonijiet l-
oħra ta’ dan il-Ftehim.
10 L.S.123.45 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AFRIKA TA’ ISFEL
ARTIKOLU 12
Royalties
1. Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u li jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
2. B’dan illi, dawn ir-royalties jistgħu jiġu intaxxati wkoll fl-Istat Kontraenti li
fih jinqalgħu u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda jekk min jirċevihom ikun is-sid
benefiċjarju tar-royalties, it-taxxa hekk imposta ma għandhiex tkun iżjed minn 10
fil-mija ta’ l-ammont gross tar-royalties.
3. Il-frażi "royalties" ghall-iskop ta’ dan l-Artikolu tfisser ħlasijiet ta’ kull
xorta riċevuti bħala kumpens għall-użu, jew għall jedd ta’ l-użu, ta’ xi dritt ta’ awtur
ta’ xogħlijiet letterarji, artistiċi jew xjentifiċi inklużi films ċinematografiċi, ta’ xi
invenzjoni, trade mark, disinn jew mudell, pjan, formola jew proċess sigrieti, jew
għal tagħrif dwar esperjenza industrijali, kummerċjali jew xjentifika.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tar-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih ir-royalties jinqalgħu permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun qed jaqdi f’dak l-Istat l-ieħor
servizzi personali indipendenti minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt jew il-
proprjetà  illi dwarha jitħallsu r-royalties ikollu x’jaqsam effettivament ma’ dak l-
istabbiliment permanenti jew ma’ dak il-bażi stabbilit. F’dak il-każ id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ, għandhom
japplikaw.
5. Royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fi Stat Kontraenti meta min
iħallashom ikun dak l-Istat innifsu, sotto-diviżjoni politika, awtorità  lokali jew
residenti ta’ dak l-Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas ir-royalties, sew jekk tkun
residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti stabbiliment
permanenti jew bażi stabbilit li dwaru jkun ittieħed l-obbligu li jitħallsu r-royalties u
dawk ir-royalties ikunu r-responsabbiltà  ta’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit, allura dawk ir-royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fl-Istat li fih ikun
qiegħed l-istabbiliment permanenti jew il-bażi stabbilit.
6. Meta, minħabba r-relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
jew bejniethom stess u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties, wara li jitqies xi jkun
l-użu, l-jedd jew l-informazzjoni li jitħallsu għalihom, ikun iżjed mill-ammont li
kien ikun miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-
relazzjoni, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-
ammont l-aħħar imsemmi. F’dak il-każ, il-parti żejda tal-ħlasijiet għandħa tibqa’
taxxabbli skond il-liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, meta jitqiesu d-disposizzjonijiet l-
oħra ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 13
Trasferiment ta’ Proprjetà
1. Income jew qligħ miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti mit-trasferiment
ta’ proprjetà  immobbli msemmija fl-Artikolu 6 u li tkun tinsab fl-Istat Kontraenti l-
ieħor jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Income jew qligħ mit-trasferiment ta’ ishma jew interessi simili
f’kumpannija, li l-assi tagħha jkunu għal kollox jew prinċipalment jikkonsistu fi
proprjetà  immobbli, jista’ jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn ikunu jinsabu l-assi
jew l-assi prinċipali tal-kumpannija.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AFRIKA TA’ ISFEL ġ L.S.123.45 11
3. Income jew kull qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tagħmel parti
mill-proprjetà  tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor jew ta’ proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni għal
bażi fissa lil residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor bil-għan li
jitwettqu servizzi personali indipendenti, inkluż dak l-income jew qligħ mit-
trasferiment ta’ dak l-istabbiliment permanenti (waħdu jew flimkien ma’ l-impriża
kollha) jew ta’ dik il-bażi fissa, jista’ jiġi intaxxat fl-Istat l-ieħor.
4. Income jew kull qligħ mit-trasferiment ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru
imħaddma fi traffiku internazzjonali minn impriża ta’ Stat Kontraenti, jew ta’
proprjetà  mobbli li tappartjeni għat-tħaddim ta’ dawk il-bastimenti jew inġenji ta’ l-
ajru għandu jkun taxxabbli biss f’dak l-Istat.
5. Income jew kull qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  li ma tkunx dik
imsemmija fil-paragrafi 1, 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun taxxabbli biss fl-
Istat Kontraenti li fih ikun resident min jittrasferixxi.
ARTIKOLU 14
Servizzi Personali Indipendenti
1. Qligħ miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti għal servizzi professjonali
jew attivitajiet oħra ta’ xorta indipendenti jkun taxxabbli biss f’dak l-Istat. Iżda, dak
il-qligħ jista’ fiċ-ċirkostanzi li ġejjin jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor:
(a) jekk ikollu bażi fiss regolari għad-disposizzjoni tiegħu fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għall-qadi ta’ l-attivitajiet tiegħu (f’liema każ dik il-
parti biss mill-income tiegħu li hu attribwibbli għal dak il-bażi fiss tista’
tiġi intaxxata f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor); jew
(b) jekk il-qagħda tiegħu fl-Istat Kontraenti l-ieħor tkun għal żmien jew
żminijiet li fit-total ikunu jġibu jew jaqbżu l-183 ġurnata matul xi
perijodu ta’ tnax-il xahar li jibda jew jintemm fis-sena fiskali relattiva;
jew
(ċ) jekk l-income nett għas-servizzi tiegħu fl-Istat Kontraenti l-ieħor ikun
miksub minn residenti ta’ dak l-Istat u jkun jeċċedi fil-munita ta’ dak l-
Istat I-ekwivalenti ta’ 20,000 dollaru ta’ l-Istati Uniti matul is-sena
fiskali.
2. Il-frażi "servizzi professjonali" tinkludi speċjalment attivitajiet indipendenti
xjentifiċi, letterarji, artistiċi, edukattivi jew ta’ tagħlim kif ukoll attivitajiet
indipendenti ta’ tobba, avukati, inġiniera, periti, dentisti u accountants.
ARTIKOLU 15
Servizzi Personali Dipendenti
1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 16, 18 u 19, salarji, pagi u
kumpens ieħor bħal dan li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg
għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jiġix
eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk eżerċitat, dak il-kumpens
li jinkiseb minnu jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor ikun
taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
(a) min jirċevih ikun qiegħed fl-Istat l-ieħor għal żmien jew żminijiet li fit-
total ma jkunux aktar minn 183 ġurnata matul xi perijodu ta’ tnax-il
12 L.S.123.45 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AFRIKA TA’ ISFEL
xahar li jibda jew jintemm fis-sena fiskali relattiva, u
(b) il-kumpens ikun imħallas minn, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx
residenti ta’ l-Istat l-ieħor, u
(ċ) dak il-kumpens ma jkunx piż fuq l-istabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li l-prinċipal ikollu fl-Istat l-ieħor.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, kumpens miksub
dwar impieg eżerċitat abbord bastiment jew inġenji ta’ l-ajru mħaddma fi traffiku
internazzjonali minn impriża ta’ Stat Kontraenti jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat.
ARTIKOLU 16
Drittijiet tad-Diretturi
Id-drittijiet u ħlasijiet simili tad-diretturi li jinkisbu minn residenti ta’ Stat
Kontraenti fil-kariga tiegħu bħala membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija li
tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 17
Spettaklu u Sport
1. B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7, 14 u 15, income
miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn uħud li jagħtu spettaklu, bħal artisti
tat-teatru, tal-films ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni, jew mużiċista, jew
bħala sportiv, mill-attivitajiet personali tiegħu bħala tali eżerċitati fl-Istat Kontraenti
l-ieħor, jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Meta income dwar l-attivitajiet personali eżerċitati minn wieħed li jagħti
spettaklu jew sportiv bħala hekk jinqala’ mhux minn dak li jagħti spettaklu jew mill-
isportiv innifsu imma minn persuna oħra, dak l-income jista’, minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7, 14 u 15, jiġi ntaxxat fl-Istat Kontraenti fejn l-
attivitajiet ta’ dak li jagħti spettaklu jew ta’ l-isportiv jiġu eżerċitati.
ARTIKOLU 18
Pensjonijiet u Annwalitajiet
1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 19, kull
pensjoni u rimunerazzjoni simili u annwalità  li jitnisslu minn Stat Kontraenti u li
jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati fl-Istat l-
ewwel imsemmi.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-pensjonijiet imħallsa u
ħlasijiet oħra li jinħarġu bis-saħħa tal-liġijiet tas-sigurtà  soċjali ta’ Stat Kontraenti
għandhom jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat.
ARTIKOLU 19
Servizz tal-Gvern
1. (a) Salarji, pagi u rimunerazzjoni simili, barra minn pensjoni, imħallsa
minn, jew minn fondi maħluqa minn, Stat Kontraenti jew minn sotto-diviżjoni
politika jew awtorità  lokali tiegħu lil xi individwu dwar servizzi mogħtija lil dak l-
Istat jew qasam jew awtorità  jistgħu jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat.
(b) B’dan illi, dawk is-salarji, pagi u rimunerazzjoni simili jkunu jistgħu jiġu
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AFRIKA TA’ ISFEL ġ L.S.123.45 13
intaxxati biss fl-Istat Kontraenti l-ieħor jekk is-servizzi jingħataw f’dak l-Istat u l-
individwu jkun residenti f’dak l-Istat li:
(i) ikun ċittadin ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat sabiex unikament jaqdi dawk is-
servizzi.
2. (a) Kull pensjoni mħallsa minn, jew li toħroġ minn fond maħluq minn, Stat
Kontraenti jew sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu lil xi individwu
dwar servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew sotto-diviżjoni jew awtorità  tista’ tiġi
intaxxata biss f’dak l-Istat.
(b) Iżda, dik il-pensjoni tkun tista’ tiġi intaxxata biss fl-Istat Kontraenti l-ieħor
jekk l-individwu jkun residenti u ċittadin ta’ dak l-Istat.
3. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15, 16 u 18 għandhom japplikaw għal
salarji, pagi u rimunerazzjoni simili, u għal pensjonijiet dwar servizzi mogħtija dwar
negozju mmexxi minn Stat Kontraenti jew minn sotto-diviżjoni politika jew awtorità
lokali tiegħu.
4. Dawk is-salarji, pagi, u rimunerazzjoni simili li jitħallsu bis-saħħa ta’
programm ta’ għajnuna għall-iżvilupp ta’ Stat Kontraenti, minn fondi
esklussivament provduti minn dak l-Istat lil xi speċjalista jew voluntier li jkun
sekondat għal ma’ l-Istat Kontraenti l-ieħor bil-kunsens ta’ dak l-Istat l-ieħor,
għandha titqies bħala li tkun tħallset mill-Istat l-ewwel imsemmi u għandha tkun
taxxabbli biss f’dak l-Istat.
ARTIKOLU 20
Studenti u Apprendisti fil-Kummerċ
Student jew apprendist fil-kummerċ li jkun preżenti fi Stat Kontraenti biss
bil-għan ta’ l-edukazzjoni jew tat-taħriġ tiegħu u li jkun, jew minnufih qabel ma kien
hekk preżenti li kien, residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor għandu jkun eżenti mit-
taxxa fl-Istat l-ewwel imsemmi dwar ħlasijiet li huwa jirċievi minn barra minn dak l-
Istat l-ewwel imsemmi għall-għanijiet tal-manteniment, edukazzjoni jew taħriġ
tiegħu.
ARTIKOLU 21
Income ieħor
1. Sorsi ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jitnisslu fejn jitnisslu, li ma
jiġux trattati fl-Artikoli ta’ qabel ta’ dan il-Ftehim għandhom ikunu taxxabbli biss
f’dak l-Istat.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal income, li
ma jkunx income minn proprjetà  immobbli kif imfisser fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu
6, jekk min jirċievi dak l-income, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, jiġġestixxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun jinsab
f’dak l-Istat, jew iwettaq f’dak l-Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn
bażi fiss li jkun jinsab f’dak l-Istat, u d-dritt jew il-proprjetà  li dwarhom jitħallas l-
income ikollu x’jaqsam b’mod effettiv ma’ dak l-istabbiliment jew bażi fiss. F’dak
il-każ, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu
14, skond il-każ.
14 L.S.123.45 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AFRIKA TA’ ISFEL
KAPITOLU IV
Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
ARTIKOLU 22
Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
Fil-każ ta’ Malta, it-taxxa doppja għandha tiġi mneħħija kif ġej:
Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Malta dwar li jiġi permess
kreditu fit-taxxa ta’ Malta dwar taxxa barranija, meta, skond id-disposizzjonijiet ta’
dan il-Ftehim, ikun hemm inkluż fi stima ta’ Malta income minn għejjun ġewwa l-
Afrika ta’ Isfel, it-taxxa ta’ l-Afrika ta’ Isfel fuq dak l-income għandha tingħata
bħala kreditu fit-taxxa ta’ Malta relattiva li titħallas fuqha.
2. Fil-każ ta’ l-Afrika ta’ Isfel, it-taxxa doppja għandha tiġi mneħħija kif ġej:
Meta t-taxxa ta’ l-Afrika ta’ Isfel titħallas, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan
il-Ftehim, minn residenti ta’ l-Afrika ta’ Isfel dwar income li, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, ikun taxxabbli f’Malta, it-taxxa ta’ Malta fuq dak
l-income għandu jitnaqqas mit-taxxa ta’ l-Afrika ta’ Isfel iżda f’ammont li ma jkunx
jeċċedi dak il-proporzjon tat-taxxa ta’ l-Afrika ta’ Isfel li dawk l-oqsma ta’ l-income
ikollhom għar-rigward ta’ l-income kollu kemm hu.
3. Meta l-Ftehim ikun jipprovdi li income li joriġina fi Stat Kontraenti għandu
jinħeles mit-taxxa f’dak l-Istat, sew għal kollox sew f’parti minnu, u, skond il-liġi li
tkun fis-seħħ fl-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-income ikun suġġett għat-taxxa
b’referenza għall-ammont minnu li jkun mibgħut jew li jiġi riċevut f’dak l-Istat l-
ieħor u mhux b’referenza għall-ammont sħiħ tiegħu, għaldaqshekk il-ħelsien li jkun
permess fl-Istat l-ewwel imsemmi għandu jkun japplika biss għal daqstant mill-
income daqskemm jintbagħat lura jew jiġi riċevut fl-Istat l-ieħor.
KAPITOLU V
Disposizzjonijiet Speċjali
ARTIKOLU 23
Ebda Diskriminazzjoni
1. Iċ-Ċittadini ta’ Stat Kontraenti ma għandhomx jiġu suġġetti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għal xi tassazzjoni jew xi ħtieġa li għandha x’taqsam magħha, li
tkun ta’ xort’oħra jew li tkun ta’ aktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom
x’jaqsmu magħha li għalihom ċittadini ta’ dak l-Istat l-ieħor fl-istess ċirkostanzi,
b’mod partikolari dwar ir-residenza, huma jew jistgħu jkunu suġġetti. Din id-
disposizzjoni għandha, minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1, tkun ukoll
tapplika għal persuni li ma jkunux residenti ta’ xi wieħed minn, jew taż-żewġ, Stati
Kontraenti.
2. It-tassazzjoni fuq stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Konttaenti l-ieħor ma għandhiex tinġabar f’dak l-Istat l-ieħor b’mod
inqas favorevoli mit-tassazzjoni miġbura fuq impriżi f’dak l-Istat l-ieħor li jmexxu l-
istess attivitajiet. Din id-disposizzjoni m’għandhiex tiftiehem bħala li tobbliga lil
Stat Kontraenti li jikkonċedi lir-residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor xi allowance,
ħelsien jew tnaqqis personali għall-għanijiet tat-tassazzjoni minħabba fl-istat ċivili
jew fir-responsabbiltajiet tal-familja li jikkonċedi lir-residenti tiegħu nnifsu.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AFRIKA TA’ ISFEL ġ L.S.123.45 15
3. Ħlief meta d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 9, tal-paragrafu
7 ta’ l-Artikolu 11, jew tal-paragrafu 6 ta’ l-Artikolu 12 ikunu japplikaw, kull
imgħax, royalties u ħlasijiet oħra li jsiru minn impriża ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor għandhom, bil-għan li jiġi stabbilit il-qligħ
taxxabbli ta’ dik l-impriża, jitnaqqsu taħt l-istess kundizzjonijiet daqslikieku kienu
tħallsu lil residenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi.
4. Impriżi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom ikun proprjetà  ta’ jew
ikkontrollat minn, għal kollox jew f’parti, direttament jew indirettament, residenti
wieħed jew aktar ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, ma jkunux suġġetti fl-Istat l-ewwel
imsemmi għal xi tassazzjoni jew xi ħtieġa li għandha x’taqsam magħha li tkun ta’
xort’oħra jew ta’ aktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu magħha li
impriżi oħra bħalhom ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi huma jew jistgħu jkunu suġġetti
għalihom.
5. F’dan l-Artikolu l-frażi "tassazzjoni" tfisser taxxi li jaqgħu taħt dan il-
Ftehim.
ARTIKOLU 24
Proċedura għal Ftehim Reċiproku
1. Meta persuna jidhrilha li l-azzjonijiet ta’ l-awtorità  kompetenti ta’ wieħed
mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn iwasslu jew jistgħu jwasslu li tiġi intaxxata mhux
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, hija tista’, minkejja r-rimedji provduti
bil-liġi domestika ta’ dawk l-Istati, tippreżenta l-każ tagħha lill-awtorità  kompetenti
ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu hija residenti jew, jekk il-każ tagħha jkun jaqa’ taħt il-
paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 23, lill-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li tagħha
tkun ċittadin. Il-każ għandu jiġi preżentat fi żmien tlett snin mill-ewwel notifika ta’
l-azzjoni li tirriżulta f’tassazzjoni li ma tkunx skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-
Ftehim.
2. L-awtorità  kompetenti għandha tara, jekk din ikun jidhrilha li l-oġġezzjoni
tkun ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal ghal soluzzjoni sodisfaċenti,
li tiddeċiedi l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor, bil-għan li tiġi evitata tassazzjoni mhux skond dan il-Ftehim.
Kull ftehim milħuq għandu jitwettaq minkejja kull żmien ta’ skadenza stipulat fil-
liġi domestika ta’ l-Istati Kontraenti.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jaraw li jirrisolvu
bi ftehim reċiproku xi diffikultajiet jew dubbji li jinqalgħu dwar l-interpretazzjoni
jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Dawn jistgħu ukoll jikkonsultaw flimkien dwar it-
tneħħija tat-taxxa doppja f’dawk il-każi li ma jiġix provdut dwarhom fil-Ftehim.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti jistgħu jikkomunikaw
direttament ma’ xulxin bil-għan li jintlaħaq ftehim dwar kif hemm fil-paragrafi ta’
qabel.
ARTIKOLU 25
Tibdil ta’ Informazzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jibdlu dik l-
informazzjoni li tkun meħtieġa sabiex jitwettqu d-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim
jew tal-liġijiet domestiċi ta’ l-Istati Kontraenti dwar taxxi milquta bit-Ftehim safejn
it-tassazzjoni ma tmurx kontra l-Ftehim. It-tibdil ta’ informazzjoni mhuwiex ristrett
bl-Artikolu 1. Kull informazzjoni li tasal għand Stat Kontraenti għandha titqies
sigrieta bl-istess mod bħal informazzjoni miksuba taħt il-liġijiet domestiċi ta’ dak l-
16 L.S.123.45 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AFRIKA TA’ ISFEL
Istat u għandha titgħarraf biss lil persuni jew awtoritajiet (magħduda qrati u korpi
amministrattivi) imdaħħla fl-istima jew ġbir ta’, l-infurzar jew prosekuzzjoni dwar,
jew il-qtugħ ta’ appelli dwar, it-taxxi li jaqgħu taħt dan il-Ftehim. Dawk il-persuni
jew awtoritajiet għandhom jużaw l-informazzjoni għal dawk l-għanijiet biss. Huma
jistgħu jikxfu dik l-informazzjoni fi proċedimenti li jsiru f’qorti pubblika jew
f’sentenzi tal-qorti.
2. F’ebda każ ma għandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 jitqiesu li
jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
(a) li jieħu miżuri amministrattivi li ma jaqblux mal-liġijiet jew użanza
amministrattiva ta’ dak l-Istat Kontraenti jew ta’ l-ieħor;
(b) li jagħti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taħt il-liġijiet jew fil-
kors normali ta’ l-użanza amministrattiva ta’ dak l-Istat Kontraenti jew
ta’ l-ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet tal-kummerċ, tan-negozju,
industrijali, kummerċjali jew professjonali jew proċess tal-kummerċ,
jew li jagħti informazzjoni li l-kxif tagħha jkun kontra l-ordni pubbliku
(ordre public).
ARTIKOLU 26
Aġenti Diplomatiċi u Uffiċjali Konsulari
Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġġi fiskali ta’ aġenti
diplomatiċi jew ta’ uffiċjali konsulari taħt ir-regoli ġenerali tad-dritt internazzjonali
jew taħt id-disposizzjonijiet ta’ kull ftehim speċjali.
KAPITOLU VI 
Disposizzjonijiet Finali
ARTIKOLU 27
Bidu fis-Seħħ
1. Kull wieħed mill-Istati Kontraenti għandu javża lill-Istat l-ieħor meta jkunu
twettqu l-proċeduri meħtieġa bil-liġi tiegħu għall-bidu fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Il-
Ftehim għandu jibda jseħħ fid-data ta’ l-aħħar minn dawn l-avviżi.
2. Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom japplikaw:
(a) f’Malta dwar taxxi fuq l-income li jinġabru f’xi sena ta’ stima li tkun
tibda fl-1 ta’ Jannar jew wara fit-tieni sena kalendarja li tiġi minnufih
wara s-sena li fiha jibda jseħħ il-Ftehim; u
(b) fl-Afrika ta’ Isfel:
(i) dwar taxxi li jinżammu f’ras il-għajn, dwar dawk l-ammonti
mħallsa jew akkreditati fl-ewwel jum ta’ Jannar jew wara li jiġi
wara d-data li fiha jibda jseħħ dan il-Ftehim; u
(ii) dwar taxxi oħra, dwar income ta’ snin taxxabbli li jibdew fl-
ewwel jum ta’ Jannar jew wara li jiġi wara d-data li fiha jibda
jseħħ dan il-Ftehim.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AFRIKA TA’ ISFEL ġ L.S.123.45 17
ARTIKOLU 28
Terminazzjoni
Dan il-Ftehim għandu jibqa’ jseħħ sakemm jiġi terminat minn Stat
Kontraenti. Kull wieħed mill-Istati Kontraenti jista’ jtemm il-Ftehim, permezz ta’
kanali diplomatiċi, billi jagħti avviż tat-terminazzjoni mill-anqas sitt xhur qabel it-
tmiem ta’ xi sena kalendarja li tibda għaddejja wara l-iskadenza ta’ perijodu ta’
ħames snin minn meta l-Ftehim jibda jseħħ. F’dak il-każ, il-Ftehim ma għandux
jibqa’ fis-seħħ:
(a) f’Malta:
dwar taxxi li jinġabru f’xi sena ta’ stima li tkun tibda fl-1 ta’ Jannar jew
wara tat-tieni sena kalendarja li tiġi wara s-sena li fiha jingħata dak l-
avviż;
(b) fl-Afrika ta’ Isfel:
(i) dwar taxxi li jinżammu f’ras il-għajn, dwar ammonti mħallsa jew
akkreditati wara t-tmiem tas-sena kalendarja li fiha jingħata dak l-
avviż; u
(ii) dwar taxxi oħra, dwar income miksub matul xi sena taxxabbli li
tibda wara t-tmiem tas-sena kalendarja li fiha jingħata dak l-
avviż.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan,
iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGĦMUL in duplikat ġewwa Ruma, illum 16 ta’ Mejju, 1997 fl-ilsien Ingliż.
Henry De Gabriele
GĦALL-GVERN TA’ MALTA
Dr Khorshed Ginwala
GĦALL-GVERN 
TA’ L-AFRIKA TA’ ISFEL
18 L.S.123.45 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ L-AFRIKA TA’ ISFEL
PROTOKOL
Fil-waqt ta’ l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Gvern ta’ l-
Afrika ta’ Isfel għall-Ħelsien minn Taxxa Doppja u biex Tiġi Evitata Evażjoni
Fiskali dwar Taxxi fuq l-Income, is-sottoskritti qablu li dawn id-disposizzjonijiet li
ġejjin għandhom ikunu parti integrali mill-Ftehim:
Għar-rigward ta’ l-Artikolu 10 jinftihem li dividendi li jitnisslu minn barra
l-Afrika ta’ Isfel ma jkunux suġġetti għat-taxxa ta’ l-Afrika ta’ Isfel. Li kellu jkun
hemm xi tibdil f’din is-sistema, jew xi tibdil fis-sistema ta’ imputazzjoni li bħalissa
qegħda tiġi applikata f’Malta, l-Istati Kontraenti għandhom jerġgħu jikkonsidraw id-
disposizzjonijiet ta’ dak l-Artikolu.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan,
iffirmaw dan il-Protokol.
MAGĦMUL in duplikat ġewwa Ruma, illum 16 ta’ Mejju, 1997 fl-ilsien Ingliż.
Henry De Gabriele
GĦALL-GVERN TA’ MALTA
Dr Khorshed Ginwala
GĦALL-GVERN 
TA’ L-AFRIKA TA’ ISFEL
