EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KOREA ġ L.S.123.46 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.46
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-REPUBBLIKA TAL-KOREA
21 ta’ Marzu, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 18 ta’ l-1999.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Repubblika tal-Korea.
Arranġamenti 
jkollhom seħħ.
2. Qiegħed jiġi hawnhekk dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-Ordni ġew magħmula mal-Gvern
tar-Repubblika tal-Korea sabiex jingħata ħelsien minn
taxxa doppja dwar it-taxxi li ġejjin stabbiliti bil-liġijiet
tar-Repubblika tal-Korea:
(i) it-taxxa fuq l-income;
(ii) it-taxxa korporattiva;
(iii) it-taxxa abitattiva; u
(iv) it-taxxa speċjali għall-iżvilupp rurali;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arranġamenti jkollhom
effett.
2 L.S.123.46 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KOREA
SKEDA
FTEHIM BEJN IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA
U R-REPUBBLIKA TAL-KOREA
GĦALL-ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
U BIEX TIĠI EVITATA EVAŻJONI FISKALI
DWAR TAXXI FUQ L-INCOME
Il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea, billi
jixtiequ jagħmlu Ftehim għall-ħelsien minn taxxa doppja u biex tiġi evitata evażjoni
fiskali dwar taxxi fuq l-income, ftehmu kif ġej:
ARTIKOLU 1
Għan Personali
Dan il-Ftehim għandu japplika għal persuni li huma residenti ta’ wieħed
mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn.
ARTIKOLU 2
Taxxi Koperti
1. It-taxxi eżistenti li għalihom japplika l-Ftehim huma:
(a) Fil-każ tal-Korea:
(i) it-taxxa fuq l-income;
(ii) it-taxxa korporattiva;
(iii) it-taxxa abitattiva; u
(iv) it-taxxa speċjali għall-iżvilupp rurali;
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa tal-Korea");
(b) Fil-każ ta’ Malta:
it-taxxa fuq l-income;
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ Malta").
2. Dan il-Ftehim għandu japplika wkoll għal kull taxxa bħalhom jew li
sostanzjalment tixbaħhom li tiġi imposta wara d-data tal-firma ta’ dan il-Ftehim
b’żieda ma’, jew minflok, it-taxxi eżistenti. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati
Kontraenti għandhom javżaw lil xulxin b’kull tibdil sostanzjali li jkun sar fil-liġijiet
tagħhom rispettivi li jirrigwardaw it-taxxa.
ARTIKOLU 3
Tifsiriet Ġenerali
1. Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra:
(a) il-frażi "Korea" tfisser it-territorju tar-Repubblika tal-Korea inkluża kull
area li tinsab biswit il-baħar territorjali tar-Repubblika tal-Korea li, skond il-liġi
internazzjonali, hi hekk imsemmija jew aktar ’il quddiem tista’ tissejjaħ taħt il-
liġijiet tar-Repubblika tal-Korea bħala area li fiha d-drittijiet sovrani tar-Repubblika
tal-Korea dwar qiegħ il-baħar u s-sottoswol u r-riżorsi naturali tagħhom jistgħu jiġu
eżerċitati;
(b) il-frażi "Malta", meta użata f’sens ġeografiku, tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KOREA ġ L.S.123.46 3
Gżira ta’ Għawdex u l-gżejjer l-oħra ta’ l-arċipelagu Malti flimkien ma’ l-ibħra
territorjali tagħhom, u kull area barra mill-baħar territorjali tar-Repubblika ta’ Malta
li, skond il-liġi internazzjonali, hi hekk imsemmija jew aktar ’il quddiem tista’
tissejjaħ, taħt il-liġi tar-Repubblika ta’ Malta dwar il-Blata Kontinentali, bħala area
li fiha d-drittijiet tar-Repubblika ta’ Malta dwar qiegħ il-baħar u s-sottoswol u r-
riżorsi naturali tagħhom jistgħu jiġu eżerċitati;
(ċ) il-frażi "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-ieħor" ifissru, skond ma
teħtieġ ir-rabta tal-kliem, ir-Repubblika tal-Korea jew ir-Repubblika ta’ Malta;
(d) il-frażi "taxxa" tfisser it-taxxa tal-Korea jew it-taxxa ta’ Malta, skond ma
teħtieġ ir-rabta tal-kliem;
(e) il-frażi "persuna" tinkludi individwu, kumpannija u kull korp ieħor ta’
persuni;
(f) il-frażi "kumpannija" tfisser kull għaqda korporata jew kull enti li titqies
bħala għaqda korporata għall-finijiet ta’ taxxa;
(g) il-frażi "impriża ta’ Stat Kontraenti" u "impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor" ifissru rispettivament impriża li titmexxa minn residenti ta’ Stat Kontraenti u
impriża li titmexxa minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(h) il-frażi "ċittadin" tfisser:
(i) għar-rigward tal-Korea, dawk l-individwi kollha li jkollhom iċ-
ċittadinanza tal-Korea u kull persuna ġuridika, soċjetà , assoċjazzjoni u
enti oħrajn li jiksbu l-istatus tagħhom bħala hekk mil-liġijiet li jkunu
fis-seħħ fil-Korea;
(ii) għar-rigward ta’ Malta, dawk l-individwi kollha li jkunu ċittadini ta’
Malta u kull persuna ġuridika, soċjetà , assoċjazzjoni u enti oħrajn li
jiksbu l-istatus tagħhom bħala hekk mil-liġijiet li jkunu fis-seħħ
f’Malta;
(i) il-frażi "traffiku internazzjonali" tfisser kull trasport b’bastiment, b’inġenji
ta’ l-ajru jew b’vettura fuq l-art imħaddma minn impriża ta’ Stat Kontraenti, barra
minn meta l-bastiment, l-inġenji ta’ l-ajru jew il-vettura fuq l-art ikunu mħaddma
biss bejn postijiet fl-Istat Kontraenti l-ieħor;
(j) il-frażi "awtorità  kompetenti" tfisser:
(i) fil-każ tal-Korea, il-Ministru tal-Finanzi u Ekonomija jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu;
(ii) fil-każ ta’ Malta, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu.
2. Dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim minn Stat Kontraenti, kull frażi li ma tkunx
imfissra fih għandha, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra, ikollha
l-istess tifsir kif mogħti lilha taħt il-liġi ta’ dak l-Istat dwar it-taxxi li l-Ftehim
japplika għalihom.
ARTIKOLU 4
Residenti
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "residenti ta’ Stat Kontraenti" tfisser
kull persuna li, taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat, tista’ teħel it-taxxa f’dak l-Istat
minħabba fid-domiċilju, residenza, lok ta’ uffiċċju ewlieni jew prinċipali, lok ta’
maniġġ jew kull kriterju ieħor ta’ xorta bħal dawk. Iżda din il-frażi ma tinkludix lil
xi persuna li tista’ teħel it-taxxa f’dak l-Istat għar-rigward biss ta’ income minn
4 L.S.123.46 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KOREA
għejjun f’dak l-Istat.
2. Fejn minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 individwu jkun residenti
taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-istatus tiegħu għandu jiġi determinat kif ġej:
(a) huwa għandu jitqies li jkun residenti unikament ta’ l-Istat li fih ikollu
dar permanenti għad-disposizzjoni tiegħu; jekk huwa jkollu dar
permanenti għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati, huwa għandu
jitqies li huwa residenti unikament ta’ l-Istat li miegħu ir-relazzjonijiet
personali u ekonomiċi tiegħu jkunu l-aktar marbuta (ċentru ta’ interess
vitali);
(b) jekk l-Istat li fih huwa jkollu ċ-ċentru ta’ interess vitali ma jistax jiġi
determinat, jew jekk huwa ma jkollux għad-disposizzjoni tiegħu dar
permanenti f’xi Stat minnhom, huwa għandu jitqies li jkun residenti
unikament ta’ l-Istat li fih soltu jirrisjedi;
(ċ) jekk huwa s-soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati jew f’ebda wieħed minnhom,
huwa għandu jitqies li jkun residenti unikament ta’ l-Istat li tiegħu jkun
ċittadin;
(d) jekk huwa jkun ċittadin taż-żewġ Stati jew ta’ l-ebda wieħed minnhom,
l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati kontraenti għandhom jiddeċiedu l-
każ bi ftehim bejniethom.
3. Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, din għandha għaldaqstant titqies
bħala residenti unikament ta’ l-Istat fejn ikun jinsab il-post tal-maniġġ effettiv
tagħha.
ARTIKOLU 5
Stabbiliment Permanenti
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "stabbiliment permanenti" tfisser
post tan-negozju fiss li minnu jitmexxa għal kollox jew f’parti x-xogħol ta’ impriża.
2. Il-frażi "stabbiliment permanenti" għandha tinkludi b’mod speċjali:
(a) post ta’ maniġġ;
(b) fergħa;
(ċ) uffiċċju;
(d) fabbrika;
(e) ħanut tax-xogħol; u
(f) minjiera, bir taż-żejt jew tal-gass, barriera jew kull post ieħor ta’
estrazzjoni ta’ riżorsi naturali inkluż sit ta’ offshore drilling.
3. Art li tkun qegħda tinbena jew proġett ta’ kostruzzjoni, jew stallazzjoni, jew
attivitajiet superviżorji li għandhom x’jaqsmu ma’ dan, għandhom jikkostitwixxu
stabbiliment permanenti sakemm dawk l-art, proġett jew attivitajiet ikomplu għal
żmien iktar minn disa’ xhur.
4. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frażi
"stabbiliment permanenti" għandha titqies li ma tinkludix:
(a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim ta’
oġġetti jew merkanzija li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża;
(b) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KOREA ġ L.S.123.46 5
impriża għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim;
(ċ) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ proċessar minn impriża oħra;
(d) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ xiri ta’ oġġetti jew
merkanzija, jew ta’ ġbir ta’ tagħrif, għall-impriża;
(e) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ twettiq, għall-
impriża, ta’ kull attività  ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja;
(f) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju biss għal xi kombinazzjoni ta’
attivitajiet imsemmija fis-subparagrafi (a) sa (e), sakemm l-attività
sħiħa tal-post fiss ta’ negozju li tirriżulta minn din il-kombinazzjoni
tkun ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja.
5. Impriża ta’ Stat Kontraenti għandha titqies bħala li għandha stabbiliment
permanenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor jekk, għal iktar minn disa’ xhur:
(a) tagħmir sostanzjali jkun f’dak l-Istat l-ieħor qed jiġi użat jew installat
minn, għal jew b’kuntratt ma’, l-impriża;
(b) tiġġestixxi attivitajiet superviżorji f’dak l-Istat b’konnessjoni ma’ l-użu
ta’ tagħmir imsemmi fis-subparagrafu (a).
6. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, meta persuna - li ma tkunx
aġent ta’ status indipendenti li għaliha japplika l-paragrafu 7 - taġixxi għan-nom ta’
impriża u għandha, u soltu twettaq, fi Stat Kontraenti awtorità  li tikkonkludi
kuntratti f’isem l-impriża, dik l-impriża għandha titqies li għandha stabbiliment
permanenti f’dak l-Istat dwar kull attività  li dik il-persuna tagħmel għall-impriża,
sakemm l-attivitajiet ta’ dik il-persuna ma jkunux limitati għal dawk imsemmija fil-
paragrafu 4, li, jekk jiġu eżerċitati minn post tan-negozju fiss, ma jirrendux lil dan il-
post tan-negozju fiss stabbiliment permanenti taħt id-disposizzjonijiet ta’ dak il-
paragrafu.
7. Impriża ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment permanenti f’Istat
Kontraenti għaliex biss tmexxi negozju f’dak l-Istat permezz ta’ sensal, aġent
ġenerali b’kummissjoni jew xi aġent ieħor bi status indipendenti, sakemm dawk il-
persuni jaġixxu fil-kors ordinarju tan-negozju tagħhom.
8. Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikkontrolla jew
tkun kontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, jew
li tmexxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta’ stabbiliment permanenti sew
xort’oħra), ma għandux fih innifsu jikkostitwixxi xi waħda mill-kumpanniji bħala
stabbiliment permanenti ta’ l-oħra.
ARTIKOLU 6
Income minn Proprjetà  Immobiljari
1. Income miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn proprjetà
immobiljari (inkluż income minn xogħol fl-agrikoltura jew fil-boskijiet) sitwata fl-
Istat Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Il-frażi "proprjetà  immobiljari" għandu jkollha l-istess tifsir li għandha taħt
il-liġi ta’ l-Istat Kontraenti li fih il-proprjetà  li tkun hija sitwata. Il-frażi għandha
f’kull każ tinkludi proprjetà  aċċessorja għal proprjetà  immobiljari, bhejjem u
tagħmir użati fl-agrikoltura u fil-boskijiet, drittijiet li għalihom japplikaw id-
disposizzjonijiet tal-liġi ġenerali dwar proprjetà  terrena, użufrutt ta’ proprjetà
immobiljari u drittijiet għal ħlasijiet li jvarjaw jew fissi bħala kumpens għall-ħdim
ta’, jew għall-jedd li jinħadmu jew li jiġu esplorati, depożiti minerali, għejjun u
6 L.S.123.46 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KOREA
riżorsi oħra naturali; bastimenti, opri tal-baħar u inġenji ta’ l-ajru ma għandhomx
jitqiesu bħala proprjetà  immobiljari.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal income li
jinkiseb mill-użu dirett, kiri, jew użu ta’ kull xort’oħra ta’ proprjetà  immobiljari.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw ukoll għal
income minn proprjetà  immobiljari ta’ impriża u għal income minn proprjetà
immobiljari li tkun użata għall-qadi ta’ servizzi personali indipendenti.
ARTIKOLU 7
Profitti minn Negozju
1. Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti għandhom ikunu taxxabbli f’dak l-
Istat biss kemm-il darba l-impriża ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk. Jekk l-impriża
tmexxi negozju kif intqal qabel, il-profitti ta’ l-impriża jistgħu jiġu intaxxati fl-Istat
l-ieħor iżda biss dik il-parti minnhom li tkun attribwibbli għal dak l-istabbiliment
permanenti.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3, meta impriża ta’ Stat
Kontraenti tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qiegħed hemmhekk, għandhom jiġu attribwiti lil dak l-
istabbiliment permanenti f’kull Stat Kontraenti l-profitti li kien ikun mistenni
jagħmel kieku kien impriża distinta u separata li taħdem fl-istess attivitajiet jew
oħrajn bħalhom taħt l-istess kundizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem
indipendentement għal kollox mill-impriża li tagħha hija stabbiliment permanenti
jew minn impriżi oħra li tkun tittratta magħhom.
3. Biex jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, għandhom ikunu
permessi bħala tnaqqis dawk l-ispejjeż li jsiru għall-għanijiet ta’ l-istabbiliment
permanenti, magħduda l-ispejjeż eżekuttivi u amministrattivi ġenerali li jsiru, sew fl-
Istat li fih ikun hemm l-istabbiliment permanenti sew band’oħra.
4. Fejn hemm id-drawwa li Stat Kontraenti jistabbilixxi l-profitti attribwibbli
lil stabbiliment permanenti fuq il-bażi tat-tqassim tal-profitti kollha ta’ l-impriża lill-
ishma diversi tagħha, ebda ħaġa fil-paragrafu 2 m’għandha tipprekludi lil dak l-Istat
Kontraenti milli jistabbilixxi x’ikunu l-profitti li għandhom jiġu intaxxati b’dak it-
tqassim skond id-drawwa; il-mod ta’ tqassim li jiġi adottat għandu, madankollu, ikun
wieħed tali li r-riżultat ikun skond il-prinċipji li jinsabu f’dan l-Artikolu.
5. Ma għandhom jiġu attribwiti ebda profitti lil stabbiliment permanenti
minħabba x-xiri biss minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew merkanzija
għall-impriża.
6. Għall-għanijiet tal-paragrafi ta’ qabel, il-profitti li għandhom jiġu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-istess mod minn sena għal
sena kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u biżżejjed biex isir kuntrarju.
7. Meta profitti jinkludu oġġetti ta’ income li qed jiġu trattati separatament
f’Artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, allura d-disposizzjonijiet ta’ dawk l-Artikoli ma
jkunux milquta bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
ARTIKOLU 8
Traffiku Internazzjonali
1. Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti mit-tħaddim ta’ bastimenti, inġenji
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KOREA ġ L.S.123.46 7
ta’ l-ajru jew vetturi fuq l-art fi traffiku internazzjonali għandhom ikunu taxxabbli
biss f’dak l-Istat.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 japplikaw ukoll għal profitti ġejjin mill-
parteċipazzjoni f’pool, negozju bi sħab jew aġenzija operattiva internazzjonali.
ARTIKOLU 9
Impriżi Assoċjati
1. Meta -
(a) impriża ta’ Stat Kontraenti tipparteċipa direttament jew indirettament
fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor, jew
(b) l-istess persuni jipparteċipaw direttament jew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti u ta’
impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor,
u f’kull każ jiġu magħmula jew imposti kundizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji ta’ bejniethom li ma jaqblux ma’ dawk li
kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f’dak il-każ profitti li, kieku ma
kinux dawk il-kundizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-impriżi, iżda,
minħabba dawk il-kundizzjonijiet, ma ġewx hekk akkumulati, jistgħu jiġu inklużi
fil-profitti ta’ dik l-impriża u intaxxati skond hekk.
2. Meta Stat Kontraenti jinkludi fil-profitti ta’ impriża ta’ dak l-Istat, u
jintaxxa skond hekk, profitti li fuqhom impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor ġiet
intaxxata f’dak l-Istat l-ieħor u l-profitti hekk magħduda jkunu profitti li kienu
jinqalgħu minn dik l-impriża ta’ l-ewwel Stat imsemmi kieku l-kundizzjonijiet
magħmula bejn iż-żewġ impriżi kienu dawk li kienu jsiru bejn żewġ impriżi
indipendenti, allura dak l-Istat l-ieħor għandu jagħmel it-tibdil xieraq fl-ammont tat-
taxxa imposta hemmhekk fuq dawk il-profitti. Biex jiġi stabbilit it-tibdil, għandu
jittieħed qies xieraq tad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim u l-awtoritajiet
kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom, jekk iħossu l-bżonn, jikkonsultaw lil
xulxin.
ARTIKOLU 10
Dividendi
1. Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Iżda, dawk id-dividendi jistgħu jiġu intaxxati wkoll fl-Istat Kontraenti li
tiegħu l-kumpannija li tkun tħallas id-dividendi tkun residenti u skond il-liġijiet ta’
dak l-Istat, iżda meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija residenti tal-Korea lil
residenti ta’ Malta li jkun is-sid benefiċjarju tad-dividendi t-taxxa hekk imposta
m’għandhiex tkun iżjed minn:
(a) 5 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi jekk is-sid benefiċjarju jkun
kumpannija (minbarra soċjetà ) li jkollha direttament mill-anqas 25 fil-
mija tal-kapital tal-kumpannija li tkun qed tħallas id-dividendi;
(b) 15 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi fil-każijiet l-oħra kollha.
3. Meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija li tkun residenti ta’ Malta lil
residenti tal-Korea li jkun is-sid benefiċjarju tagħha, it-taxxa ta’ Malta fuq l-ammont
gross tad-dividendi m’għandhiex tkun teċċedi dik li tiġi imposta fuq il-profitti li
minnhom jitħallsu d-dividendi.
8 L.S.123.46 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KOREA
4. Il-paragrafi 2 u 3 m’għandhomx jolqtu t-tassazzjoni tal-kumpannija għar-
rigward tal-profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
5. Il-frażi "dividendi" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn
azzjonijiet, ishma "jouissance" jew jeddijiet "jouissance", ishma f’xogħol fil-
minjieri jew ta’ fundaturi, jew drittijiet oħra, li ma jkunux talbiet għal dejn, li
jipparteċipaw fil-profitti, kif ukoll income minn jeddijiet korporattivi oħra li huwa
meqjus għall-fini tat-taxxa l-istess bħal income minn azzjonijiet skond il-liġijiet ta’
l-Istat li fih tkun residenti l-kumpannija li tagħmel it-tqassim.
6. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-
Istat Kontraenti l-ieħor, li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-dividendi,
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li jkun jaqdi
f’dak l-Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn bażi stabbilit sitwat
hemmhekk, u l-holding li dwaru d-dividendi jkunu mħallsa jkollu x’jaqsam
effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit. F’dak il-każ id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 14, skond il-każ, għandhom
japplikaw.
7. Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpannija, ħlief meta dividendi bħal dawn jitħallsu
lil residenti ta’ dak l-Istat l-ieħor jew safejn il-holding li dwaru jitħallsu d-dividendi
jkollu x’jaqsam effettivament ma’ stabbiliment permanenti jew ma’ bażi stabbilit
sitwat f’dak l-Istat l-ieħor, jew jissuġġetta l-profitti mhux distribwiti tal-kumpannija
għal taxxa fuq il-profitti mhux distribwiti tal-kumpannija, anki jekk id-dividendi
mħallsa jew il-profitti mhux distribwiti jikkonsistu f’kollox jew f’parti minnhom
minn profitti jew income li jinqalgħu f’dak l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 11
Imgħax
1. Imgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u li jitħallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Iżda, dak l-imgħax jista’ wkoll jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn jinqala’,
u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda jekk minn jirċevih ikun is-sid benefiċjarju ta’ l-
imgħax it-taxxa hekk imposta m’għandhiex tkun iżjed minn 10 fil-mija ta’ l-ammont
gross ta’ imgħax.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2:
(a) imgħax li jinqala’ f’Malta u jitħallas lill-Gvern tal-Korea, lil Gvern
lokali, lill-Bank of Korea, lill-Export Import Bank of Korea jew lill-
Korea Development Bank ikun eżenti mit-taxxa ta’ Malta;
(b) imgħax li jinqala’ fil-Korea u jitħallas lill-Gvern ta’ Malta, lill-Bank
Ċentrali ta’ Malta jew lill-Korporazzjoni għal Żvilupp ta’ Malta jkun
eżenti mit-taxxa tal-Korea;
(ċ) imgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u jitħallas lil xi istituzzjoni
finanzjarja ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor li tkun qed twettaq funzjonijiet
ta’ xorta governattiva hekk kif jista’ jiġi speċifikat u miftihem f’ittri
skambjati bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandu
jkun eżenti mit-taxxa fl-Istat l-ewwel imsemmi;
(d) imgħax li jinqala’ b’konnessjoni mal-bejgħ bi kreditu ta’ xi tagħmir
industrijali, kummerċjali jew xjentifiku jew li jitħallas b’konnessjoni
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KOREA ġ L.S.123.46 9
mal-bejgħ bi kreditu ta’ merkanzija minn impriża waħda lil impriża
oħra għandu jkun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li tiegħu il-
benefiċjarju jkun residenti.
4. Il-frażi "imgħax" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn drittijiet
għal dejn ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le, u sew jekk jagħti l-jedd għal
sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b’mod partikolari, income minn
assigurazzjonijiet tal-Gvern u income minn bonds jew debentures, inkluż kull
premium u rigal relatat ma’ dawk l-assigurazzjonijiet, bonds jew debentures.
5. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju ta’ l-imgħax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih jinqala’ l-imgħax permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jew jagħmel servizzi personali indipendenti f’dak l-
Istat l-ieħor minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt għal dejn li dwaru
jitħallas l-imgħax ikollu effettivament x’jaqsam ma’ dak l-istabbiliment permanenti
jew bażi stabbilit. F’dak il-każ id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu
14, skond il-każ, għandhom japplikaw.
6. L-imgħax għandu jitqies li jinqala’ fi Stat Kontraenti meta min iħallas ikun
dak l-Istat innifsu, sotto-diviżjoni politika, awtorità  lokali jew residenti ta’ dak l-
Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas l-imgħax, sew jekk tkun residenti ta’ Stat
Kontraenti sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti stabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li miegħu jkollu x’jaqsam id-dejn li dwaru jkun tħallas l-imgħax, u dak l-
imgħax ikun piż ta’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit, allura dak l-
imgħax għandu jitqies li nqala’ fl-Istat li fih ikun sitwat l-istabbiliment permanenti
jew il-bażi stabbilit.
7. Meta, minħabba relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju jew
bejniethom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont ta’ l-imgħax imħallas, meta titqies
xi tkun il-pretensjoni dovuta li jkun qed jitħallas għaliha, ikun iżjed mill-ammont li
kien ikun miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-
relazzjoni, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-
ammont l-aħħar imsemmi. F’każ bħal dak, il-parti żejda tal-ħlasijiet tibqa’ taxxabbli
skond il-liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, meqjusa b’mod xieraq id-disposizzjonijiet l-
oħra ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 12
Royalties
1. Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u li jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat l-ieħor jekk dak ir-
residenti jkun is-sid benefiċjarju tar-royalties.
2. Il-frażi "royalties" għall-iskop ta’ dan l-Artikolu tfisser ħlasijiet ta’ kull
xorta riċevuti bħala kumpens għall-użu, jew għall-jedd ta’ l-użu, ta’ xi dritt ta’ awtur
ta’ xogħlijiet letterarji, artistiċi jew xjentifiċi inklużi films ċinematografiċi, ta’ xi
invenzjoni, trade mark, disinn jew mudell, pjan, formola jew proċess sigrieti, jew
għall-użu ta’, jew il-jedd ta’ użu ta’, tagħmir industrijali, kummerċjali jew
xjentifiku, jew għal tagħrif dwar esperjenza industrijali, kummerċjali jew xjentifika.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tar-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih ir-royalties jinqalgħu permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun qed jaqdi f’dak l-Istat l-ieħor
servizzi personali indipendenti minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt jew il-
proprjetà  li dwarha jitħallsu r-royalties ikollu x’jaqsam effettivament ma’ dak l-
10 L.S.123.46 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KOREA
istabbiliment permanenti jew ma’ dak il-bażi stabbiIit. F’dak il-każ id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ, għandhom
japplikaw.
4. Royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fi Stat Kontraenti meta min
iħallashom ikun dak l-Istat innifsu, sotto-diviżjoni politika, awtorità  lokali jew
residenti ta’ dak l-Istat. Meta, iżda, il-persuna li tħallas ir-royalties, sew jekk tkun
residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti stabbiliment
permanenti jew bażi stabbilit li dwaru tkun ittieħdet ir-responsabbiltà  li jitħallsu r-
royalties u dawk ir-royalties ikunu r-responsabbiltà  ta’ dak l-istabbiliment
permanenti jew bażi stabbilit, allura dawk ir-royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu
fl-Istat li fih ikun qiegħed l-istabbiliment permanenti jew il-bażi stabbilit.
5. Meta, minħabba r-relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
jew bejniethom stess u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties, wara li jitqies xi jkun
l-użu, l-jedd jew l-informazzjoni li jitħallsu għalihom, ikun iżjed mill-ammont li
kien ikun miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-
relazzjoni, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-
ammont l-aħħar imsemmi. F’dak il-każ, il-parti żejda tal-ħlasijiet għandha tibqa’
taxxabbli skond il-liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, meta jitqiesu d-disposizzjonijiet l-
oħra ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 13
Trasferiment ta’ Proprjetà
1. Income jew qligħ miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti mit-trasferiment
ta’ proprjetà  immobbli msemmija fl-Artikolu 6 u li tkun tinsab fl-Istat Kontraenti l-
ieħor jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Income jew qligħ mit-trasferiment ta’ ishma jew interessi simili
f’kumpannija, li l-assi tagħha jkunu għal kollox jew prinċipalment jikkonsistu fi
proprjetà  immobbli, jista’ jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn ikunu jinsabu l-assi
jew l-assi prinċipali tal-kumpannija.
3. Income jew kull qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tagħmel parti
mill-proprjetà  tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor jew ta’ proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni għal
bażi fissa lil residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor bil-għan li
jitwettqu servizzi personali indipendenti, inkluż dak l-income jew qligħ mit-
trasferiment ta’ dak l-istabbiliment permanenti (waħdu jew flimkien ma’ l-impriża
kollha) jew ta’ dik il-bażi fissa, jista’ jiġi intaxxat fl-Istat l-ieħor.
4. Income jew kull qligħ mit-trasferiment ta’ bastimenti, inġenji ta’ l-ajru jew
vetturi fuq l-art imħaddma fi traffiku internazzjonali jew ta’ proprjetà  mobbli li
tappartjeni għat-tħaddim ta’ dawk il-mezzi ta’ trasport għandu jkun taxxabbli biss fl-
Istat Kontraenti li tiegħu l-impriża tkun residenti.
5. Income jew kull qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  li ma tkunx dik
imsemmija fil-paragrafi 1, 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun taxxabbli biss fl-
Istat Kontraenti li fih ikun residenti min jittrasferixxi.
ARTIKOLU 14
Servizzi Personali Indipendenti
1. Qligħ miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti għal servizzi professjonali
jew attivitajiet oħra ta’ xorta indipendenti jkun taxxabbli biss f’dak l-Istat. Iżda, dak
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KOREA ġ L.S.123.46 11
il-qligħ jista’ fiċ-ċirkostanzi li ġejjin jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor:
(a) jekk ikollu bażi fiss regolari għad-disposizzjoni tiegħu fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għall-qadi ta’ l-attivitajiet tiegħu (f’liema każ dik il-
parti biss mill-income tiegħu li hu attribwibbli għal dak il-bażi fiss tista’
tiġi intaxxata f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor); jew
(b) jekk il-qagħda tiegħu fl-Istat Kontraenti l-ieħor tkun għal żmien jew
żminijiet li fit-total ikunu jġibu jew jaqbżu l-183 ġurnata matul xi sena
kalendarja.
2. Il-frażi "servizzi professjonali" tinkludi speċjalment attivitajiet indipendenti
xjentifiċi, letterarji, artistiċi, edukattivi jew ta’ tagħlim kif ukoll attivitajiet
indipendenti ta’ tobba, avukati, inġiniera, periti, dentisti u accountants.
ARTIKOLU 15
Servizzi Personali Dipendenti
l. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 16, 18, 19 u 21, salarji, pagi u
kumpens ieħor bħal dan li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg
għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jiġix
eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk eżerċitat, dak il-kumpens
li jinkiseb minnu jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor ikun
taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
(a) min jirċevih ikun qiegħed fl-Istat l-ieħor għal żmien jew żminijiet li fit-
total ma jkunux aktar minn 183 ġurnata matul is-sena fiskali involuta; u
(b) il-kumpens ikun imħallas minn, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx
residenti ta’ l-Istat l-ieħor; u
(ċ) dak il-kumpens ma jkunx piż fuq l-istabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li l-prinċipal ikollu fl-Istat l-ieħor.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, kumpens miksub
dwar impieg eżerċitat abbord bastiment, inġenji ta’ l-ajru jew vettura fuq l-art
imħaddma fi traffiku internazzjonali minn impriża ta’ Stat Kontraenti jista’ jiġi
intaxxat f’dak l-Istat.
ARTIKOLU 16
Drittijiet tad-Diretturi
Id-drittijiet u ħlasijiet simili tad-diretturi li jinkisbu minn residenti ta’ Stat
Kontraenti fil-kariga tiegħu bħala membru tal-bord tad-diretturi, jew korp ieħor li
jixxiebaħ ikun kif ikun imsemmi, ta’ kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor.
ARTIKOLU 17
Artisti u Atleti
1. B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 14 u 15, income
miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn uħud li jagħtu spettaklu, bħal artisti
tat-teatru, tal-films ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni, jew mużiċista, jew
bħala atleta, mill-attivitajiet personali tiegħu bħala tali eżerċitati fl-Istat Kontraenti
l-ieħor, jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
12 L.S.123.46 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KOREA
2. Meta income dwar l-attivitajiet personali eżerċitati minn wieħed li jagħti
spettaklu jew atleta bħala hekk jinqala’ mhux minn dak li jagħti spettaklu jew mill-
atleta nnifsu imma minn persuna oħra, dak l-income jista’, minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7, 14 u l5, jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn l-
attivitajiet ta’ dak li jagħti spettaklu jew ta’ l-atleta jiġu eżerċitati.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m’għandhom japplikaw la għal
rimunerazzjoni lanqas għal profitti, salarji, pagi u income bħal dawk miksubin minn
attivitajiet imwettqa fi Stat Kontraenti minn persuni li jagħtu spettaklu jew minn
atleti jekk iż-żjara tagħhom f’dak l-Istat tkun waħda sostanzjalment sostnuta minn
flejjes pubbliċi ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, inklużi dawk ta’ xi sotto-diviżjoni
politika, awtorità  lokali jew korp statutorju tiegħu, lanqas għal income miksub minn
organizzazzjoni li ma tagħmilx profitt għar-rigward ta’ dawk l-attivitajiet sakemm
ebda sehem mill-income tagħha ma jitħallas lil, jew ikun xort’oħra disponibbli għall-
benefiċċju personali tal-proprjetarji, membri jew azzjonisti tagħha.
ARTIKOLU 18
Pensjonijiet
1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 19, kull
pensjoni u rimunerazzjoni oħra simili li jitħallsu lil residenti ta’ Stat Kontraenti
b’korrispettiv għal xi impieg imgħoddi għandhom jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-pensjonijiet u ħlasijiet oħra li
jinħarġu bis-saħħa tal-liġijiet tas-sigurtà  soċjali ta’ Stat Kontraenti jistgħu jiġu
intaxxati biss f’dak l-Istat.
ARTIKOLU 19
Servizz tal-Gvern
l. (a) Dik ir-rimunerazzjoni, barra minn pensjoni, mħallsa minn Stat
Kontraenti jew minn sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali jew korp statutorju
tiegħu lil xi individwu dwar servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew sotto-diviżjoni jew
awtorità  jew korp statutorju jistgħu jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat.
(b) B’dan illi, dik ir-rimunerazzjoni tkun tista’ tiġi intaxxata biss fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jekk is-servizzi jingħataw f’dak l-Istat u l-individwu jkun
residenti f’dak l-Istat li:
(i) ikun ċittadin ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat sabiex unikament jaqdi dawk is-
servizzi.
2. (a) Kull pensjoni mħallsa minn, jew li toħroġ minn fond maħluq minn, Stat
Kontraenti jew sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali jew korp statutorju tiegħu
lil xi individwu dwar servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew sotto-diviżjoni jew awtorità
jew korp statutorju għandha tiġi intaxxata biss f’dak l-Istat.
(b) Iżda, dik il-pensjoni tkun tista’ tiġi intaxxata biss fl-Istat Kontraenti l-ieħor
jekk l-individwu jkun residenti u ċittadin ta’ dak l-Istat.
3. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15, 16 u 18 għandhom japplikaw għal
rimunerazzjoni u pensjonijiet dwar servizzi mogħtija dwar negozju mmexxi minn
Stat Kontraenti jew minn sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali jew korp
statutorju tiegħu.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KOREA ġ L.S.123.46 13
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom bl-istess
mod ikunu japplikaw dwar rimunerazzjoni jew pensjonijiet imħallsa, fil-każ tal-
Korea, mill-Bank of Korea, l-Export-Import Bank of Korea, il-Korea Development
Bank, il-Korea Trade Promotion Corporation u istituzzjonijiet oħra li għandhom
bħala sid lill-Gvern u li jkunu qegħdin iwettqu funzjonijiet ta’ xorta governattiva.
ARTIKOLU 20
Studenti u Apprendisti
Kull ħlas li student jew apprendist fil-kummerċ li jkun jew kien minnufih
qabel ma jżur Stat Kontraenti residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor u li jkun qiegħed
f’dak l-ewwel Stat imsemmi unikament bil-għan ta’ l-edukazzjoni jew tat-taħriġ
tiegħu, jirċievi bil-għan tal-manteniment, edukazzjoni jew taħriġ tiegħu m’għandux
jiġi ntaxxat f’dak l-Istat, sakemm kull ħlas bħal dak jitnissel minn għejjun barra dak
l-Istat.
ARTIKOLU 21
Professuri u Għalliema
1. Rimunerazzjoni li professur jew għalliem li jkun jew li kien minnufih qabel
ma jżur Stat Kontraenti residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor u li jkun preżenti fl-
Istat l-ewwel imsemmi għal perijodu li ma jeċċedix is-sentejn bil-għan li jagħmel
studju jew riċerka avvanzati jew li jgħallem f’xi università , kulleġġ, skola jew
istituzzjoni edukattiva oħra jirċievi għal dak ix-xogħol m’għandhiex tiġi intaxxata
f’dak l-Istat sakemm dik ir-rimunerazzjoni tinkiseb minnu minn barra dak l-Istat.
2. Dan l-Artikolu ma japplikax għal income miksub minn riċerka jekk dik ir-
riċerka ssir bil-għan ewlieni għall-benefiċċju privat ta’ persuna jew persuni
speċifiċi.
ARTIKOLU 22
Income ieħor
1. Sorsi ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jitnisslu fejn jitnisslu, li ma
jiġux trattati fl-Artikoli ta’ qabel ta’ dan il-Ftehim għandhom ikunu taxxabbli biss
f’dak l-Istat.
2.  Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal income, li
ma jkunx income minn proprjetà  immobbli kif imfisser fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu
6 jekk min jirċievi dak l-income, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, jiġġestixxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun jinsab
f’dak l-Istat, jew iwettaq f’dak l-Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn
bażi fiss li jkun jinsab f’dak l-Istat, u d-dritt jew il-proprjetà  li dwarhom jitħallas l-
income ikollu x’jaqsam b’mod effettiv ma’ dak l-istabbiliment jew bażi fiss. F’dak
il-każ għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14,
skond il-każ.
ARTIKOLU 23
Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
1. Fil-każ tal-Korea, it-taxxa doppja għandha tiġi mneħħija kif ġej:
Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi dwar it-taxxa tal-Korea dwar li jiġi
permess kreditu fit-taxxa tal-Korea ta’ taxxa li titħallas f’xi pajjiż li ma jkunx il-
14 L.S.123.46 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KOREA
Korea (li m’għandux jolqot il-prinċipju ġenerali ta’ dan l-Artikolu), it-taxxa ta’
Malta li titħallas (eskluż fil-każ ta’ dividend, it-taxxa li titħallas dwar il-profitti li
minnhom jitħallas id-dividend) taħt il-liġijiet ta’ Malta u skond dan il-Ftehim, sew
direttament sew bi tnaqqis dwar income minn għejjun ġewwa Malta għandha tiġi
permessa bħala kreditu fit-taxxa tal-Korea li titħallas dwar dak l-income. Il-kreditu
m’għandux, mandankollu, jeċċedi dak il-proporzjon ta’ taxxa ta’ l-Korea li l-income
minn għejjun ġewwa Malta jkollu fir-rigward ta’ l-income sħiħ li jkun suġġett għat-
taxxa tal-Korea.
2. Fil-każ ta’ Malta, it-taxxa doppja għandha tiġi mneħħija kif ġej:
Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Malta dwar li jiġi permess
kreditu fit-taxxa ta’ Malta dwar taxxa barranija, meta, skond id-disposizzjonijiet ta’
dan il-Ftehim, ikun hemm inkluż fi stima ta’ Malta income minn għejjun ġewwa l-
Korea, it-taxxa tal-Korea li titħallas relattiva fuq dak l-income għandha tingħata
bħala kreditu fit-taxxa ta’ Malta li titħallas relattiva fuqha.
3. Għall-għanijiet tal-kreditu msemmi fil-paragrafi 1 u 2, il-frażijiet "taxxa ta’
Malta li titħallas" fil-paragrafu 1 u "taxxa tal-Korea li titħallas" fil-paragrafu 2 dwar
dividendi fl-Artikolu 10 jew imgħax fl-Artikolu 11 għandhom jitqiesu li jinkludu l-
ammont ta’ taxxa li kien kieku jitħallas taħt il-liġijiet relattivi għat-taxxa ta’ l-Istati
Kontraenti u skond dan il-Ftehim li ma kienx għad-disposizzjonijiet legali dwar l-
eżenzjoni mit-taxxa jew inċentivi oħra ta’ taxxa ta’ l-Istati Kontraenti għall-
promozzjoni ta’ l-iżvilupp ekonomiku.
4. Meta l-Ftehim ikun jipprovdi li income li joriġina fi Stat Kontraenti għandu
jinħeles mit-taxxa f’dak l-Istat, sew għal kollox sew f’parti minnu u, skond il-liġi li
tkun fis-seħħ fl-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-income ikun suġġett għat-taxxa
b’referenza għall-ammont minnu li jkun mibgħut jew li jiġi riċevut f’dak l-Istat l-
ieħor u mhux b’referenza għall-ammont sħiħ tiegħu, għaldaqshekk il-ħelsien li jkun
permess fl-Istat l-ewwel imsemmi għandu jkun japplika biss għal daqstant mill-
income daqskemm jintbagħat lura jew jiġi riċevut fl-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 24
Ebda Diskriminazzjoni
1. Ċittadini ta’ Stat Kontraenti ma għandhomx jiġu suġġetti fl-Istat Kontraenti
l-ieħor għal xi tassazzjoni jew xi ħtieġa li għandha x’taqsam magħha, li tkun ta’
xort’oħra jew li tkun ta’ aktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu
magħha li għalihom ċittadini ta’ dak l-Istat l-ieħor fl-istess ċirkostanzi huma jew
jistgħu jkunu suġġetti. Din id-disposizzjoni għandha, minkejja d-disposizzjonijiet ta’
l-Artikolu 1, tkun ukoll tapplika għal persuni li ma jkunux residenti ta’ xi wieħed
minn, jew taż-żewġ, Stati Kontraenti.
2. It-tassazzjoni fuq stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor ma għandhiex tinġabar f’dak l-Istat l-ieħor b’mod
inqas favorevoli mit-tassazzjoni miġbura fuq impriżi f’dak l-Istat l-ieħor li jmexxu l-
istess attivitajiet. Din id-disposizzjoni m’għandhiex tiftiehem bħala li tobbliga lil
Stat Kontraenti li jikkonċedi lir-residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor xi allowance,
ħelsien jew tnaqqis personali għall-għanijiet tat-tassazzjoni minħabba fl-istat ċivili
jew fir-responsabbiltajiet tal-familja li jikkonċedi lir-residenti tiegħu nnifsu.
3. Ħlief meta d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 9, tal-paragrafu
7 ta’ l-Artikolu 11, jew tal-paragrafu 5 ta’ l-Artikolu 12 ikunu japplikaw, kull
imgħax, royalties u ħlasijiet oħra li jsiru minn impriża ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor għandhom, bil-għan li jiġi stabbilit il-qligħ
taxxabbli ta’ dik l-impriża, jitnaqqsu taħt l-istess kundizzjonijiet daqslikieku kienu
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KOREA ġ L.S.123.46 15
tħallsu lil residenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi.
4. Impriżi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom ikun proprjetà  ta’ jew
ikkontrollat minn, għal kollox jew f’parti, direttament jew indirettament, residenti
wieħed jew aktar ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, ma jkunux suġġetti fl-Istat l-ewwel
imsemmi għal xi tassazzjoni jew xi ħtieġa li għandha x’taqsam magħha li tkun ta’
xort’oħra jew ta’ aktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu magħha li
impriżi oħra bħalhom ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi huma jew jistgħu jkunu suġġetti
għalihom.
5. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom, minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2, ikunu japplikaw għal taxxi ta’ kull xorta u
deskrizzjoni.
ARTIKOLU 25
Proċedura għal Ftehim Reċiproku
1. Meta persuna jidhrilha li l-azzjonijiet ta’ l-awtorità  kompetenti ta’ wieħed
mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn iwasslu jew jistgħu jwasslu li tiġi intaxxata mhux
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, hija tista’, minkejja r-rimedji provduti
bil-liġi domestika ta’ dawk l-Istati, tippreżenta l-każ tagħha lill-awtorità  kompetenti
ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu hija residenti jew, jekk il-każ tagħha jkun jaqa’ taħt il-
paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 24, lill-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li tagħha
tkun ċittadin. Il-każ għandu jiġi preżentat fi żmien tlett snin mill-ewwel notifika ta’
l-azzjoni li tirriżulta f’tassazzjoni li ma tkunx skond id-disposizzjonijiet tal-Ftehim.
2. L-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti għandha tara, jekk din ikun
jidhrilha li l-oġġezzjoni tkun ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal għal
soluzzjoni sodisfaċenti, li tiddeċiedi l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità
kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, bil-għan li tiġi evitata tassazzjoni mhux
skond dan il-Ftehim. Kull ftehim milħuq għandu jitwettaq minkejja kull żmien ta’
skadenza stipulat fil-liġi domestika ta’ l-Istati Kontraenti.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jaraw li jirrisolvu
bi ftehim reċiproku xi diffikultajiet jew dubbji li jinqalgħu dwar l-interpretazzjoni
jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Dawn jistgħu ukoll jikkonsultaw flimkien dwar it-
tneħħija tat-taxxa doppja f’dawk il-każi li ma jiġix provdut dwarhom fil-Ftehim.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistgħu jikkomunikaw
direttament ma’ xulxin bil-għan li jintlaħaq ftehim dwar kif hemm fil-paragrafi ta’
qabel.
ARTIKOLU 26
Tibdil ta’ Informazzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jiskambjaw dik l-
informazzjoni li tkun meħtieġa sabiex jitwettqu d-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim
jew tal-liġijiet domestiċi ta’ l-Istati Kontraenti dwar taxxi milquta bil-Ftehim safejn
it-tassazzjoni ma tmurx kontra l-Ftehim. L-iskambju ta’ informazzjoni mhuwiex
ristrett bl-Artikolu 1. Kull informazzjoni li tasal għand Stat Kontraenti għandha
titqies sigrieta bl-istess mod bħal informazzjoni miksuba taħt il-liġijiet domestiċi ta’
dak l-Istat u għandha titgħarraf biss lil persuni jew awtoritajiet (magħduda qrati u
korpi amministrattivi) imdaħħla fl-istima jew ġbir ta’, l-infurzar jew prosekuzzjoni
dwar, jew il-qtugħ ta’ appelli dwar, it-taxxi li jaqgħu taħt il-Ftehim. Dawk il-persuni
jew awtoritajiet għandhom jużaw l-informazzjoni għal dawk l-għanijiet biss. Huma
jistgħu jikxfu dik l-informazzjoni fi proċedimenti li jsiru f’qorti pubblika jew
16 L.S.123.46 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KOREA
f’sentenzi tal-qorti.
2. F’ebda każ ma għandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 jitqiesu li
jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
(a) li jieħu miżuri amministrattivi li ma jaqblux mal-liġijiet jew użanza
amministrattiva ta’ dak l-Istat Kontraenti jew ta’ l-ieħor;
(b) li jagħti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taħt il-liġijiet jew fil-
kors normali ta’ l-użanza amministrattiva ta’ dak l-Istat Kontraenti jew
ta’ l-ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet tal-kummerċ, tan-negozju,
industrijali, kummerċjali jew professjonali jew proċess tal-kummerċ,
jew li jagħti informazzjoni li l-kxif tagħha jkun kontra l-ordni pubbliku
(ordre public).
ARTIKOLU 27
Aġenti Diplomatiċi u Uffiċjali Konsulari
Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġġi fiskali ta’ aġenti
diplomatiċi jew ta’ uffiċjali konsulari taħt ir-regoli ġenerali tad-dritt internazzjonali
jew taħt id-disposizzjonijiet ta’ kull ftehim speċjali.
ARTIKOLU 28
Bidu fis-Seħħ
1. Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat u l-istrumenti ta’ ratifika għandhom jiġu
skambjati ġewwa l-Belt Valletta kemm jista’ jkun malajr. Il-Ftehim għandu jibda
jseħħ fit-tletin jum wara d-data ta’ l-iskambju ta’ l-istrumenti ta’ ratifika.
2. Dan il-Ftehim għandu jseħħ:
(a) fil-Korea:
(i) dwar taxxi li jinżammu f’ras il-għajn fi jew wara l-ewwel jum ta’
Jannar fis-sena li tiġi minnufih wara dik li fiha dan il-Ftehim
jibda jseħħ; u
(ii) dwar taxxi oħra għas-snin ta’ taxxa li jibdew fi jew wara l-ewwel
jum ta’ Jannar fis-sena li tiġi minnufih wara dik li fiha dan il-
Ftehim jibda jseħħ.
(b) f’Malta:
dwar it-taxxa ta’ Malta għal xi sena ta’ stima li tibda fi jew wara l-
ewwel jum ta’ Jannar fit-tieni sena li tiġi minnufih wara s-sena li fiha
dan il-Ftehim jibda jseħħ.
ARTIKOLU 29
Terminazzjoni
Dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ għal żmien indefinit iżda kull wieħed
mill-Istati Kontraenti jista’, fi jew qabel it-tletin jum ta’ Ġunju ta’ liema sena
kalendarja tkun mill-ħames sena li tiġi wara dik li fiha dan il-Ftehim ikun daħal fis-
seħħ, jagħti lill-Istat Kontraenti l-ieħor tramite kanali diplomatiċi, avviż bil-miktub
tat-tmiem tiegħu u, f’dak il-każ, dan il-Ftehim għandu jtemm milli jibqa’ jkollu
seħħ:
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KOREA ġ L.S.123.46 17
(a) fil-Korea:
(i) dwar taxxi li jinżammu f’ras il-għajn fi jew wara l-ewwel jum ta’
Jannar fis-sena kalendarja li tiġi minnufih wara dik li fiha
jingħata l-avviż; u
(ii) dwar taxxi oħra għas-snin ta’ taxxa li jibdew fi jew wara l-ewwel
jum ta’ Jannar fis-sena kalendarja li tiġi minnufih wara dik li fiha
jingħata l-avviż.
(b) f’Malta:
dwar it-taxxa ta’ Malta f’xi sena ta’ stima li tkun tibda fi jew wara l-
ewwel jum ta’ Jannar fit-tieni sena kalendarja li tiġi minnufih wara dik
li fiha jingħata l-avviż.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan mill-
Gvernijiet rispettivi tagħhom, iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGĦMUL in duplikat ġewwa l-Belt Valletta, illum 25 ta’ Marzu tas-sena elf
disa’ mija u sebgħa w disgħin fl-ilsien Korean u fl-ilsien Ingliż, iż-żewġ testi
awtentiċi ndaqs.
PROTOKOL
Fil-waqt ta’ l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Korea u l-
Gvern tar-Repubblika ta’ Malta għall-ħelsien minn Taxxa Doppja u biex Tiġi Evitata
Evażjoni Fiskali dwar Taxxi fuq l-Income, is-sottoskritti qablu li dawn id-
disposizzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu parti integrali mill-Ftehim.
1. Għar-rigward ta’ l-Artikolu 2 dwar "Taxxi Koperti", hu mifhum li l-Ftehim
m’għandux japplika għal taxxa mħallsa jew li għandha titħallas f’Malta bir-rata kif
provdut dwarha fis-subartikolu (13) ta’ l-artikolu 56 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-
Income dwar l-income taxxabbli ta’ xi persuna li tkun taħdem fil-produzzjoni ta’
petroleum li jiġi prodott f’Malta.
2. Għar-rigward ta’ l-Artikolu 7 dwar "Profitti minn Negozju", hu mifhum li d-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 m’għandhomx jolqtu d-disposizzjonijiet tal-liġi ta’
Stat Kontraenti dwar it-tassazzjoni ta’ profitti minn negozju ta’ l-assigurazzjoni.
3. Għar-rigward ta’ l-Artikolu 8 "Traffiku Internazzjonali":
(a) dwar il-paragrafu 1, il-profitti mit-tħaddim ta’ bastimenti li jkunu
jagħmlu xogħol ta’ sajd, tħammil jew irfigħ f’ibħra internazzjonali,
għandhom jiġu trattati bħala income skond dan il-paragrafu; u
(b) hu mifhum li l-Korea għandha teżenta mit-taxxa fuq il-valur miżjud it-
tħaddim ta’ bastimenti, inġenji ta’ l-ajru jew vetturi fuq l-art fi traffiku
internazzjonali minn impriża ta’ Malta sakemm Malta ma timponix xi
taxxa f’Malta li tkun simili għat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-Korea
għat-tħaddim ta’ bastimenti, inġenji ta’ l-ajru jew vetturi fuq l-art fi
traffiku internazzjonali minn impriża tal-Korea.
Joseph P. Portelli
GĦALL-GVERN
TAR-REPUBBLIKA TA’ MALTA
Doo Byong Shin
GĦALL-GVERN 
TAR-REPUBBLIKA TAL-KOREA
18 L.S.123.46 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KOREA
4. Għar-rigward ta’ l-Artikolu 10 dwar "Dividendi", hu mifhum li, taħt il-liġi
ta’ Malta fis-seħħ, taxxa fuq l-income imħallsa jew li għandha titħallas minn
kumpannija, kif dan jirreferi għal dak is-sehem mill-profitti li jitqassam bħala
dividendi, tiġi assimilata mat-taxxa fuq l-income personali ta’ l-azzjonist li jkun qed
jirċievi dak id-dividend. Hu mifhum ukoll li għand l-azzjonist id-dividend jiġi
intaxxat sħiħ u li dwar l-ammont ta’ taxxa rilevanti, hekk assimilat, issir tpaċija mal-
passività  ta’ taxxa ta’ l-azzjonist fuq l-income tiegħu minn kull għajn ta’ passività .
5. Għar-rigward tal-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 23 dwar "Tneħħija ta’ Taxxa
Doppja", hu mifhum li d-disposizzjonijiet ta’ dak il-paragrafu għandhom japplikaw
matul perijodu ta’ 10 snin li jibda għaddej mill-ewwel jum tas-sena li tiġi minnufih
wara dik li fiha l-Ftehim jibda jseħħ skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 28. L-
awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jikkonsultaw lil xulxin
sabiex jistabbilixxu jekk il-perijodu ta’ l-applikazzjoni għandux jiġi mtawwal.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti ffirmaw dan il-Protokol li jkollu l-istess
saħħa u validità  bħallikieku ddaħħal kelma b’kelma fil-Ftehim.
MAGĦMUL in duplikat ġewwa l-Belt Valletta, illum 25 ta’ Marzu tas-sena elf
disa’ mija u sebgħa w disgħin fl-ilsien Korean u fl-ilsien Ingliż, iż-żewġ testi
awtentiċi ndaqs.
Joseph P. Portelli
GĦALL-GVERN
TAR-REPUBBLIKA TA’ MALTA
Doo Byong Shin
GĦALL-GVERN 
TAR-REPUBBLIKA TAL-KOREA
