EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAD-DANIMARKA ġ L.S.123.47 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.47
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-RENJU TAD-DANIMARKA
30 ta’ Diċembru, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 124 ta’ l-1999.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Renju tad-Danimarka.
Arranġamenti 
jkollhom seħħ.
2. Qiegħed jiġi hawnhekk dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-Ordni ġew magħmula mal-Gvern
tar-Renju tad-Danimarka sabiex jingħata ħelsien minn
taxxa doppja dwar it-taxxi li ġejjin stabbiliti bil-liġijiet
tar-Renju tad-Danimarka:
(i) it-taxxa fuq l-income lill-Istat;
(ii) it-taxxa fuq l-income lill-muniċipji;
(iii) it-taxxa fuq l-income lill-muniċipji tal-kontej;
(iv) taxxi imposti taħt l-Att dwar Taxxa fuq l-
Idrokarburi;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arranġamenti jkollhom
effett.
2 L.S.123.47 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAD-DANIMARKA
SKEDA
FTEHIM BEJN IL-GVERN TAR-RENJU TAD-DANIMARKA
U L-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ MALTA 
GĦALL-ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
U BIEX TIĠI EVITATA EVAŻJONI FISKALI
DWAR TAXXI FUQ L-INCOME
Il-Gvern tar-Renju tad-Danimarka u l-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta, billi
jixtiequ jagħmlu Ftehim għall-Ħelsien minn Taxxa Doppja u biex Tiġi Evitata
Evażjoni Fiskali Dwar Taxxi fuq l-Income, ftehmu kif ġej:
ARTIKOLU 1
Għan Personali
Dan il-Ftehim għandu japplika għall-persuni li huma residenti ta’ wieħed
mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn.
ARTIKOLU 2
Taxxi Koperti
1. Dan il-Ftehim għandu japplika għat-taxxi fuq l-income imposti f’isem Stat
Kontraenti jew l-oqsma politiċi jew awtoritajiet lokali tiegħu, irrispettivament mill-
mod kif dawn jinġabru.
2. Għandhom jitqiesu bħala taxxi fuq l-income dawk it-taxxi kollha li jiġu
imposti fuq income totali, jew fuq elementi ta’ income, inklużi taxxi fuq kull qligħ li
jsir mit-trasferiment ta’ proprjetà  mobbli jew immobbli, taxxi fuq l-ammonti totali
ta’ pagi jew salarji mħallsa minn impriżi, kif ukoll taxxi fuq apprezzament kapitali.
3. It-taxxi eżistenti li għalihom japplika l-Ftehim huma:
(a) fid-Danimarka:
(i) it-taxxa fuq l-income lill-Istat (indkomsskatten til staten);
(ii) it-taxxa fuq l-income lill-muniċipji (den kommunale
indkomstskat);
(iii) it-taxxa fuq l-income lill-muniċipji tal-kontej (den
amtskommunale indkomstskat);
(iv) taxxi imposti taħt l-Att dwar Taxxa fuq l-Idrokarburi (skatter i
henhold til kulbrinteskatteloven);
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa tad-Danimarka");
(b) f’Malta:
it-taxxa fuq l-income,
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ Malta").
4. Il-Ftehim għandu japplika wkoll għal kull taxxa bħalhom jew li
sostanzjalment tixbaħhom li tiġi imposta wara d-data tal-Ftehim b’żieda ma’, jew
minflok, it-taxxi eżistenti. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti
għandhom javżaw lil xulxin b’kull tibdil sostanzjali li jkun sar fil-liġijiet tagħhom
rispettivi li jirrigwardaw it-taxxa.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAD-DANIMARKA ġ L.S.123.47 3
ARTIKOLU 3
Tifsiriet Ġenerali
1. Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra:
(a) il-frażijiet "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-ieħor" ifissru, skond ma
teħtieġ ir-rabta tal-kliem, id-Danimarka jew Malta;
(b) il-frażi "Danimarka" tfisser ir-Renju tad-Danimarka inkluża kull area ’l
barra mill-baħar territorjali tad-Danimarka li skond id-dritt internazzjonali jkun ġie
jew jista’ minn issa ’l quddiem jiġi msemmi taħt il-liġijiet tad-Danimarka bħala area
li ġewwa fiha id-Danimarka tista’ teżerċita drittijiet sovrani għar-rigward ta’ l-
esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali ta’ qiegħ il-baħar jew tas-
sottoswol u l-ibħra sovrajaċenti u dwar kull attività  oħra għall-esplorazzjoni u għall-
esplojtazzjoni ekonomika ta’ l-area; il-frażi ma’ tinkludix il-Gżejjer Faroe u
Greenland;
(ċ) il-frażi "Malta" tfisser ir-Repubblika ta’ Malta u, meta użata f’sens
ġeografiku, tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-Gżira ta’ Għawdex u l-gżejjer l-oħra ta’ l-
arċipelagu Malti, flimkien ma’ l-ibħra territorjali tagħhom, kif ukoll kull area ta’
qiegħ il-baħar, tas-sottoswol u tal-kolonna ta’ baħar sovrajaċenti li qegħda adjaċenti
għall-ibħra territorjali, fejn ir-Repubblika ta’ Malta teżerċita fuqhom drittijiet
sovrani, ġurisdizzjoni, jew kontroll skond id-dritt internazzjonali u d-dritt nazzjonali
tagħha, inkluża l-leġislazzjoni tagħha dwar l-esplorazzjoni tal-Blata Kontinentali u l-
esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali tagħha;
(d) il-frażi "persuna" tinkludi individwu, kumpannija u kull korp ieħor ta’
persuni;
(e) il-frażi "kumpannija" tfisser kull għaqda korporata jew kull enti li titqies
bħala għaqda korporata għall-finijiet ta’ taxxa;
(f) il-frażi "impriża ta’ Stat Kontraenti" u "impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor" ifissru rispettivament impriża li titmexxa minn residenti ta’ Stat Kontraenti u
impriża li titmexxa minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(g) il-frażi "traffiku internazzjonali" tfisser kull trasport b’bastiment jew
b’inġenji ta’ l-ajru imħaddma minn impriża ta’ Stat Kontraenti, barra minn meta l-
bastiment jew l-inġenji ta’ l-ajru jkunu mħaddma biss bejn postijiet fl-Istat
Kontraenti l-ieħor;
(h) il-frażi "awtorità  kompetenti" tfisser:
(i) fid-Danimarka:
il-Ministru għat-Tassazzjoni jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu;
(ii) f’Malta:
il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-rappreżentant awtorizzat
tiegħu;
(i) il-frażi "nazzjonali" tfisser:
(i) individwu li jkun ċittadin ta’ Stat Kontraenti;
(ii) persuna legali, soċjetà  jew assoċjazzjoni li jikseb l-istatus tiegħu hekk
mill-liġijiet li jkunu fis-seħħ fi Stat Kontraenti.
2. Għar-rigward ta’ l-applikazzjoni tal-Ftehim f’kull żmien li jkun minn Stat
Kontraenti, kull frażi li ma tkunx imfissra fih għandha, kemm-il darba r-rabta tal-
kliem ma teħtieġx xort’oħra, ikollha l-istess tifsir kif mogħti lilha f’dak iż-żmien
4 L.S.123.47 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAD-DANIMARKA
taħt il-liġi ta’ dak l-Istat għall-finijiet tat-taxxi li l-Ftehim japplika għalihom, b’dan
illi xi tifsira taħt il-liġijiet tat-taxxa applikabbli f’dak l-Istat tkun tipprevali fuq
tifsira mogħtija lill-frażi taħt il-liġijiet l-oħra ta’ dak l-Istat.
ARTIKOLU 4
Residenti
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "residenti ta’ Stat Kontraenti" tfisser
kull persuna li, taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat, hija suġġetta għat-taxxa hemmhekk
minħabba d-domiċilju, ir-residenza, post tal-maniġġ jew xi kriterju ieħor ta’ xorta
bħal din u tinkludi wkoll dak l-Istat u kull qasam politiku jew awtorità  lokali tiegħu.
Madankollu, din il-frażi ma tinkludix lil persuna li tkun suġġetta għat-taxxa għar-
rigward biss ta’ income minn għejjun f’dak l-Istat.
2. Fejn minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 individwu jkun residenti
taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-istat tiegħu għandu jiġi determinat kif ġej:
(a) huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat biss li fih ikollu dar
permanenti għad-disposizzjoni tiegħu; jekk huwa jkollu dar permanenti
għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati, huwa għandu jitqies li huwa
residenti ta’ l-Istat li miegħu ir-relazzjonijiet personali u ekonomiċi
tiegħu jkunu l-aktar marbuta (ċentru ta’ interess vitali);
(b) jekk l-Istat li fih huwa jkollu ċ-ċentru ta’ interess vitali ma jistax jiġi
determinat, jew jekk huwa ma jkollux għad-disposizzjoni tiegħu dar
permanenti fl-ebda Stat, huwa għandu jitqies li jkun residenti biss ta’ l-
Istat li fih soltu jirrisjedi;
(ċ) jekk huwa s-soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati jew f’ebda wieħed minnhom,
huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat biss li tiegħu jkun
nazzjonali;
(d) jekk ħuwa jkun nazzjonali taż-żewġ Stati jew ta’ l-ebda wieħed
minnhom, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom
jiddeċiedu l-każ bi ftehim bejniethom.
3. Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, din għandha għaldaqstant titqies
bħala residenti ta’ l-Istat biss fejn ikun jinsab il-post effettiv tal-maniġġ tagħha.
ARTIKOLU 5
Stabbiliment Permanenti
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim il-frażi "stabbiliment permanenti" tfisser post
tan-negozju fiss li minnu jitmexxa għal kollox jew f’parti x-xogħol ta’ impriża.
2. Il-frażi "stabbiliment permanenti" tinkludi b’mod speċjali:
(a) post ta’ maniġġ;
(b) fergħa;
(ċ) uffiċċju; 
(d) fabbrika;
(e) ħanut tax-xogħol; u
(f) minjiera, bir taż-żejt jew tal-gass, barriera jew kull post ieħor ta’
estrazzjoni ta’ riżorsi naturali.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAD-DANIMARKA ġ L.S.123.47 5
3. Il-frażi "stabbiliment permanenti" bl-istess mod tħaddan art li tkun qegħda
tinbena, proġett ta’ kostruzzjoni, assemblaġġ jew stallazzjoni jew attivitajiet
superviżorji li għandhom x’jaqsmu ma’ dan, iżda biss meta dik l-art, proġett jew
attivitajiet ikomplu għal perijodu ta’ iktar minn sitt xhur.
4. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frażi
"stabbiliment permanenti" għandha titqies li ma tinkludix:
(a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim ta’
oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-impriża;
(b) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ ħażna, wiri jew tqassim;
(ċ) it-tiżmim ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-
impriża għall-iskop biss ta’ proċessar minn impriża oħra;
(d) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss ta’ xiri ta’ oġġetti jew
merkanzija jew ta’ ġbir ta’ tagħrif għall-impriża;
(e) it-tiżmim ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop biss li tagħmel, għall-
impriża, xi attività  oħra ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja;
(f) il-manutenzjoni ta’ post tan-negozju fiss unikament għal kombinazzjoni
ta’ l-attivitajiet imsemmija fis-subparagrafu (a) sa (e), kemm-il darba l-
attività  kollha tal-post tan-negozju fiss li tirriżulta minn din il-
kombinazzjoni tkun waħda ta’ xorta preparatorja jew awżiljari.
5. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, meta persuna - li ma tkunx
aġent ta’ status indipendenti li għaliha japplika l-paragrafu 6 - taġixxi għan-nom ta’
impriża u għandha, u soltu twettaq fi Stat Kontraenti awtorità  li tikkonkludi kuntratti
f’isem l-impriża, dik l-impriża għandha titqies li għandha stabbiliment permanenti
f’dak l-Istat dwar kull attività  li dik il-persuna tagħmel għall-impriża, sakemm l-
attivitajiet ta’ dik il-persuna ma jkunux limitati għal dawk imsemmija fil-paragrafu 4
li, jekk jiġu eżerċitati minn post tan-negozju fiss, ma jirrendux lil dan il-post tan-
negozju fiss stabbiliment permanenti taħt id-disposizzjonijiet ta’ dak il-paragrafu.
6. Impriża ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment permanenti fi Stat
Kontraenti għaliex biss tmexxi negozju f’dak l-Istat permezz ta’ sensal, aġent
ġenerali b’kummissjoni jew xi aġent ieħor bi status indipendenti, sakemm dawk il-
persuni jaġixxu fil-kors ordinarju tan-negozju tagħhom.
7. Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikkontrolla jew
tkun kontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, jew
li tmexxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta’ stabbiliment permanenti sew
xort’oħra), ma għandux fih innifsu jikkostitwixxi xi waħda mill-kumpanniji bħala
stabbiliment permanenti ta’ l-oħra.
ARTIKOLU 6
Income minn Proprjetà  Immobiljari
1. Income miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn proprjetà
immobiljari (inkluż income minn xogħol fl-agrikoltura jew fil-boskijiet) sitwata fl-
Istat Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Il-frażi "proprjetà  immobiljari" għandu jkollha l-istess tifsir li għandha taħt
il-liġi ta’ l-Istat Kontraenti li fih il-proprjetà  li tkun hija sitwata. Il-frażi għandha
f’kull każ tinkludi proprjetà  aċċessorja għal proprjetà  immobiljari, bhejjem u
tagħmir użat fl-agrikoltura u fil-boskijiet, drittijiet li għalihom japplikaw id-
disposizzjonijiet tal-liġi ġenerali dwar proprjetà  terrena, użufrutt ta’ proprjetà
6 L.S.123.47 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAD-DANIMARKA
immobiljari u drittijiet għal ħlasijiet li jvarjaw jew fissi bħala kumpens għall-ħdim
ta’, jew għall-jedd li jinħadmu jew li jiġu esplorati depożiti minerali, għejjun u
riżorsi oħra naturali; bastimenti u inġenji ta’ l-ajru ma għandhomx jitqiesu bħala
proprjetà  immobiljari.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom ukoll japplikaw għal income
li jinkiseb mill-użu dirett, kiri, jew użu ta’ kull xort’oħra ta’ proprjetà  immobiljari.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw ukoll għal
income minn proprjetà  immobiljari ta’ impriża u għal income minn proprjetà
immobiljari li tkun użata għall-qadi ta’ servizzi personali indipendenti.
ARTIKOLU 7
Profitti minn Negozju
1. Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti għandhom jiġu intaxxati biss f’dak
l-Istat kemm-il darba l-impriża ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk. Jekk l-impriża
tmexxi negozju kif imsemmi qabel, il-profitti ta’ l-impriża jistgħu jiġu intaxxati fl-
Istat l-ieħor iżda biss dik il-parti minnhom li tkun attribwibbli għal dak l-
istabbiliment permanenti.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3, meta impriża ta’ Stat
Kontraenti tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qiegħed hemmhekk, għandhom jiġu attribwiti lil dak l-
istabbiliment permanenti f’kull Stat Kontraenti l-profitti li kien ikun mistenni
jagħmel kieku kien impriża distinta u separata li taħdem fl-istess attivitajiet jew
oħrajn bħalhom taħt l-istess kundizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem
indipendentement għal kollox mill-impriża li tagħħa hija stabbiliment permanenti.
3. Biex jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, għandhom ikunu
permessi bħala tnaqqis dawk l-ispejjeż li jsiru għall-għanijiet ta’ l-istabbiliment
permanenti, magħduda l-ispejjeż eżekuttivi u amministrattivi ġenerali li jsiru, sew fl-
Istat li fih ikun hemm l-istabbiliment permanenti sew jekk ikunu saru band’oħra.
4. Sakemm tkun il-konswetudni fi Stat Konttaenti li jistabbilixxi l-profitti li
għandhom jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti fuq il-bażi ta’ tqassim tal-
profitti kollha ta’ l-impriża lill-ishma diversi tagħha, ebda ħaġa li hemm fil-
paragrafu 2 m’għandha tipprekludi lill-Istat Kontraenti milli jistabbilixxi l-profitti li
għandhom jiġu intaxxati wara dak it-tqassim kif tkun il-konswetudni; iżda l-metodu
tat-tqassim għandu jsir b’dak il-mod li r-riżultat ikun konsistenti mal-prinċipji ta’
dan l-Artikolu.
5. Ma għandhom jiġu attribwiti ebda profitti lil stabbiliment permanenti
minħabba biss ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew merkanzija
għall-impriża.
6. Għall-finijiet tal-paragrafi ta’ qabel, il-profitti li għandhom jiġu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-istess mod minn sena għal
sena kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u biżżejjed biex isir kuntrarju.
7. Meta profitti jinkludu oġġetti ta’ income li qed jiġu trattati separatament
f’Artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, allura d-disposizzjonijiet ta’ dawk l-Artikoli ma
jkunux milquta bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAD-DANIMARKA ġ L.S.123.47 7
ARTIKOLU 8
Trasport bil-Baħar u bl-Ajru
1. Il-profitti miksuba minn impriża ta’ Stat Kontraenti mit-tħaddim ta’
bastiment u inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali għandhom ikunu biss
taxxabbli f’dak l-Istat.
2. Il-profitti miksuba minn impriża ta’ Stat Kontraenti mill-użu, demurrage,
jew kiri ta’ containers (inklużi trailers, barkuni jew tagħmir relatat mat-trasport ta’
containers) użati għat-trasport ta’ oġġetti jew merkanzija għandħom ikunu taxxabbli
biss f’dak l-Istat, ħlief meta dawk il-containers, trailers, barkuni u tagħmir relatat
jintużaw għal trasport unikament bejn postijiet li jkunu ġewwa l-Istat Kontraenti l-
ieħor.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom ikunu japplikaw ukoll għal
profitti mill-parteċipazzjoni f’pool, negozju bi sħab jew aġenzija operattiva
internazzjonali.
4. Għar-rigward ta’ profitti miksuba mill-consortium tat-trasport bl-ajru tad-
Danimarka, Norveġja u Svezja, magħrufa bħala Scandinavian Airlines System
(SAS), id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 3 għandhom ikunu japplikaw biss għal
dak il-proporzjon mill-profitti li jikkorrispondi għall-parteċipazzjoni f’dak il-
consortium minn SAS Danmark A/S, li hi s-soċju Daniża ta’ Scandinavian Airlines
System.
ARTIKOLU 9
Impriżi Assoċjati
1. Meta -
(a) impriża ta’ Stat Kontraenti tipparteċipa direttament jew indirettament
fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor, jew
(b) l-istess persuni jipparteċipaw direttament jew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti u ta’
impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor,
u f’kull każ jiġu magħmula jew imposti kundizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji ta’ bejniethom li ma jaqblux ma’ dawk li
kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f’dak il-każ profitti li, kieku ma
kinux dawk il-kundizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-impriżi, iżda
minħabba dawk il-kundizzjonijiet ma ġewx hekk akkumulati, jistgħu jiġu inklużi fil-
profitti ta’ dik l-impriża u intaxxati skond hekk.
2. Meta Stat Kontraenti jinkludi fil-profitti ta’ impriża ta’ dak l-Istat - u
jintaxxa skond hekk - profitti li fuqhom impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor ġiet
intaxxata f’dak l-Istat l-ieħor u l-profitti hekk magħduda jkunu profitti li kienu
jinqalgħu mill-impriża ta’ l-ewwel Stat imsemmi kieku l-kundizzjonijiet magħmula
bejn iż-żewġ impriżi kienu dawk li kienu jsiru bejn żewġ impriżi indipendenti, allura
dak l-Istat l-ieħor għandu jagħmel it-tibdil xieraq fl-ammont tat-taxxa imposta
hemmhekk fuq dawk il-profitti. Biex jiġi stabbilit it-tibdil, għandu jittieħed qies
xieraq tad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-
Istati Kontraenti għandhom jekk iħossu l-bżonn jikkonsultaw lil xulxin.
8 L.S.123.47 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAD-DANIMARKA
ARTIKOLU 10
Dividendi
1. Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ Stat Kontraenti ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Iżda, dawk id-dividendi jistgħu jiġu intaxxati wkoll fl-Istat Kontraenti li
tiegħu l-kumpannija li tkun tħallas id-dividendi tkun residenti u skond il-liġijiet ta’
dak l-Istat, iżda:
(a) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija li tkun residenti fid-
Danimarka lil residenti ta’ Malta li jkun is-sid benefiċjarju tad-
dividendi, it-taxxa tad-Danimarka ħekk imposta m’għandhiex tkun iżjed
minn:
(i) 0 fil-mija mill-ammont gross ta’ dividendi jekk is-sid benefiċjarju
jkun kumpannija (li ma tkunx soċjetà ) li jkollha u kellha mill-
anqas 25 fil-mija tal-kapital tal-kumpannija li tkun qegħda tħallas
id-dividendi għal perijodu ta’ tnax-il xahar qabel id-data meta
jiġu ddikjarati d-dividendi;
(ii) 15 fil-mija mill-ammont gross tad-dividendi f’kull każ ieħor;
(b) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija residenti f’Malta lil
residenti tad-Danimarka li jkun is-sid benefiċjarju tad-dividendi, it-
taxxa ta’ Malta fuq l-ammont gross tad-dividendi ma għandhiex tkun
iżjed minn dik li għandha titħallas fuq il-profitti li minnhom jitħallsu d-
dividendi.
L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom permezz ta’
ftehim reċiproku jistabbilixxu x’ikun il-mod ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-
limitazzjonijiet.
Dan il-paragrafu ma jolqotx it-tassazzjoni ta’ kumpannija għar-rigward tal-
profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
3. Il-frażi "dividendi" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn ishma jew
jeddijiet oħra, li ma jkunux pretensjonijiet debitriċi, parteċipazzjoni fi profitti, kif
ukoll income minn jeddijiet korporattivi oħra li jingħata l-istess trattament fit-taxxa
bħalma jingħata lil income minn ishma bil-liġijiet ta’ l-Istat li tiegħu l-kumpannija li
tkun qegħda tagħmel it-tqassim tkun residenti.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-
Istat Kontraenti l-ieħor, li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-dividendi,
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li jkun jaqdi
f’dak l-Istat l-ieħor servizz personali indipendenti minn bażi stabbilit sitwat
hemmhekk, u l-holding li dwarhom id-dividendi jkunu mħallsa jkollu x’jaqsam
effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit. F’dak il-każ id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 14, skond il-każ, għandhom
japplikaw.
5. Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpannija, ħlief meta dividendi bħal dawn jitħallsu
lil residenti ta’ dak l-Istat l-ieħor jew safejn il-holding li dwaru jitħallsu d-dividendi
jkollu x’jaqsam effettivament ma’ stabbiliment permanenti jew ma’ bażi stabbilit
sitwat f’dak l-Istat l-ieħor, jew jissuġġetta l-profitti mhux distribwiti tal-kumpannija
għal taxxa fuq il-profitti mhux distribwiti tal-kumpannija, anki jekk id-dividendi
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAD-DANIMARKA ġ L.S.123.47 9
mħallsa jew il-profitti mhux distribwiti jikkonsistu f’kollox jew f’parti minnhom
minn profitti jew income li jinqalgħu f’dak l-Istat l-ieħor.
6. Meta Stat Kontraenti jkun ġabar it-taxxa minn ras il-għajn iktar mill-
ammont ta’ taxxa li kellha tinġabar taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, l-
applikazzjoni għall-ħlas lura ta’ l-ammont żejjed miġbur għandha ssir quddiem l-
awtorità  kompetenti ta’ dak l-Istat fi żmien erba’ snin wara tmiem is-sena kalendarja
li fiha tkun inġabret dik it-taxxa. Il-ħlas lura għandu jingħata fi żmien perijodu ta’
sitt xhur mid-data meta tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni quddiem l-awtorità
kompetenti. Dak il-perijodu ta’ sitt xhur jista’ jittawwal jekk iż-żewġ Stati
Kontraenti flimkien jiftehmu li d-dokumentazzjoni meħtieġa ma tkunx ġiet
ippreżentata lill-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi.
7. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw li kieku l-
għan ewlieni jew wieħed mill-għanijiet ewlenin ta’ xi persuna li jkollha x’taqsam
mal-ħolqien jew assenjament ta’ ishma jew drittijiet oħra li dwarhom jitħallas id-
dividend, ikun li jittieħed vantaġġ minn dan l-Artikolu permezz ta’ dak il-ħolqien
jew assenjament.
Jekk jiġi li residenti ta’ Stat Kontraenti jiġi miċħud minn ħelsien mit-
tassazzjoni fl-Istat Kontraenti l-ieħor minħabba fid-disposizzjonijiet ta’ l-ewwel
sentenza ta’ dan il-paragrafu, l-awtorità  kompetenti ta’ dak l-Istat l-ieħor għandha
tavża lill-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi.
ARTIKOLU 11
Imgħax
1. Imgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u li jitħallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandu jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor jekk dak ir-residenti jkun
is-sid benefiċjarju ta’ dak l-imgħax.
2. Il-frażi "imgħax" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser income minn drittijiet
għal dejn ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le, u sew jekk jagħti l-jedd għal
sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b’mod partikolari, income minn
securities tal-Gvern u income minn bonds jew debentures, inklużi premiums u
premjijiet marbutin ma’ dawk is-securities, bonds jew debentures. Il-penalitajiet
għal ħlas tardiv ma għandhomx jitqiesu bħala mgħax għall-għanijiet ta’ dan l-
Artikolu.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju ta’ l-imgħax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih jinqala’ l-imgħax permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jew jagħmel servizzi personali indipendenti f’dak l-
Istat l-ieħor minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt għal dejn li dwaru
jitħallas l-imgħax ikollu effettivament x’jaqsam ma’ dak l-istabbiliment permanenti
jew bażi stabbilit. F’dak il-każ id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew 14, skond il-
każ, għandhom japplikaw.
4. Meta minħabba relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju jew
bejniethom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont ta’ l-imgħax, wara li titqies xi tkun
it-talba debitriċi li dwarha jitħallas, ikun iżjed mill-ammont li kien ikun miftiehem
bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-aħħar
imsemmi. F’każ bħal dak, il-parti żejda tal-ħlasijiet tibqa’ taxxabbli skond il-liġijiet
ta’ kull Stat Kontraenti, meqjusa b’mod xieraq id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-
Ftehim.
5. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw li kieku l-
10 L.S.123.47 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAD-DANIMARKA
għan ewlieni jew wieħed mill-għanijiet ewlenin ta’ xi persuna li jkollha x’taqsam
mal-ħolqien jew assenjament tat-talba dwar debitu li għar-rigward tiegħu l-imgħax
jitħallas ikun li jittieħed vantaġġ minn dan l-Artikolu permezz ta’ dak il-ħolqien jew
assenjament.
Jekk jiġri li residenti ta’ Stat Kontraenti jiġi miċħud minn ħelsien mit-
tassazzjoni fl-Istat Kontraenti l-ieħor minħabba fid-disposizzjonijiet ta’ l-ewwel
sentenza ta’ dan il-paragrafu, l-awtorità  kompetenti ta’ dak l-Istat l-ieħor għandha
tavża lill-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi.
ARTIKOLU 12
Royalties
1. Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u li jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandhom jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat l-ieħor jekk dak ir-
residenti jkun is-sid benefiċjarju ta’ dawk ir-royalties.
2. Il-frażi "royalties" kif użata f’dan l-Artikolu tfisser ħlasijiet ta’ kull xorta li
jsiru bħala kumpens għall-użu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu, ta’ kull copyright, ta’
xogħol letterarju, artistiku jew xjentifiku inklużi films ċinematografiċi, kull
invenzjoni, trade mark, disinn jew mudell, pjan, formula jew proċess sigriet, jew
għal informazzjoni dwar esperjenza industrijali, kummerċjali jew xjentifika.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tar-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih ir-royalties jinqalgħu permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun qed jaqdi f’dak l-Istat l-ieħor
servizzi personali indipendenti minn bażi stabbilit sitwat hemmhekk, u d-dritt jew il-
proprjetà  li dwarha jitħallsu r-royalties ikollu x’jaqsam effettivament ma’ dak l-
istabbiliment permanenti jew ma’ dak il-bażi stabbilit. F’dak il-każ id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ, għandhom
japplikaw.
4. Meta minħabba r-relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju jew
bejniethom stess u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties, wara li jitqies xi jkun l-
użu, il-jedd jew l-informazzjoni li dwarhom jitħallsu, ikun iżjed mill-ammont li kien
ikun miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni,
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-
aħħar imsemmi. F’dak il-każ, il-parti żejda tal-ħlasijiet għandha tibqa’ taxxabbli
skond il-liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, meta jitqiesu d-disposizzjonijiet l-oħra ta’
dan il-Ftehim.
5. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw li kieku l-
għan ewlieni jew wieħed mill-għanijiet ewlenin ta’ xi persuna li jkollha x’taqsam
mal-ħolqien jew assenjament tal-jeddijiet li għar-tigward tagħhom jitħallsu r-
royalties ikun li jittieħed vantaġġ minn dan l-Artikolu permezz ta’ dak il-ħolqien jew
assenjament.
Jekk jiġri li residenti ta’ Stat Kontraenti jiġi miċħud minn ħelsien mit-
tassazzjoni fl-Istat Kontraenti l-ieħor minħabba fid-disposizzjonijiet ta’ l-ewwel
sentenza ta’ dan il-paragrafu, l-awtorità  kompetenti ta’ dak l-Istat l-ieħor għandha
tavża lill-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAD-DANIMARKA ġ L.S.123.47 11
ARTIKOLU 13
Qligħ Kapitali
1. Kull qligħ miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti mit-trasferiment ta’
proprjetà  immobbli msemmija fl-Artikolu 6 u li tkun tinsab fl-Istat Kontraenti l-
ieħor jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Kull qligħ mit-trasferiment ta’ ishma jew interessi komparabbli
f’kumpannija li l-assi tagħhom ikunu direttament jew indirettament prinċipalment
jikkonsistu fi proprjetà  immobbli li tinsab fi Stat Kontraenti tista’ tiġi intaxxata
f’dak l-Istat.
3. Kull qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tagħmel parti mill-
proprjetà  tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor jew ta’ proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni għal
bażi fissa lil residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor bil-għan li
jitwettqu servizzi personali indipendenti, inkluż dak il-qligħ mit-trasferiment ta’ dak
l-istabbiliment permanenti (waħdu jew flimkien ma’ l-impriża kollha) jew ta’ dik il-
bażi fissa, jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
4. Kull qligħ miksub minn impriża ta’ Stat Kontraenti mit-trasferiment ta’
bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru imħaddma fi traffiku internazzjonali jew proprjetà
immobbli li tappartjeni għat-tħaddim ta’ dawk il-bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru,
għandu jkun taxxabbli biss f’dak l-Istat.
5. Kull qligħ miksub minn impriża ta’ Stat Kontraenti mit-trasferiment ta’
containers (inklużi trailers, barkuni u tagħmir relatat għat-trasport ta’ containers)
użati għat-trasport ta’ oġġetti u merkanzija għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-
Istat, ħlief meta dawk il-containers, trailers, barkuni u tagħmir relatat jintużaw għal
trasport unikament bejn postijiet li jkunu ġewwa l-Istat Kontraenti l-ieħor.
6. Kull qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  li ma tkunx dik imsemmija fil-
paragrafi 1, 2, 3, 4 u 5, għandu jkun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li fih ikun
residenti min jittrasferixxi.
7. Għar-rigward ta’ kull qligħ miksub mill-consortium tat-trasport bl-ajru tad-
Danimarka, Norveġja u Svezja, magħrufa bħala Scandinavian Airlines System
(SAS), id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 4 għandhom ikunu japplikaw biss għal dak
il-proporzjon ta’ kull qligħ li jikkorrispondi għall-parteċipazzjoni f’dak il-
consortium minn SAS Danmark A/S, li hi s-soċju Daniża ta’ Scandinavian Airlines
System.
ARTIKOLU 14
Servizzi Personali Indipendenti
1. Income miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti għal servizzi professjonali
jew attivitajiet ta’ karattru indipendenti jkun taxxabbli biss f’dak l-Istat. Iżda, dak il-
qligħ jista’ fiċ-ċirkostanzi li ġejjin jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor:
(a) jekk ikollu bażi fiss regolari għad-disposizzjoni tiegħu fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għall-qadi ta’ l-attivitajiet tiegħu; f’dak il-każ dik il-
parti biss mill-income tiegħu li hu attribwibbli għal dak il-bażi fiss tista’
tiġi intaxxata f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor; jew
(b) jekk il-qagħda tiegħu fl-Istat Kontraenti l-ieħor tkun għal żmien jew
żminijiet li fit-total ikunu jġibu jew jaqbżu l-183 ġurnata matul xi
perijodu ta’ tnax-il xahar li jibda għaddej jew itemm fis-sena fiskali
involuta; f’dak il-każ, daqstant biss mill-income daqskemm ikun miksub
12 L.S.123.47 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAD-DANIMARKA
mill-attività  eżerċitata fl-Istat Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi intaxxat
f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Il-frażi "servizzi professjonali" tinkludi speċjalment attivitajiet indipendenti
xjentifiċi, letterarji, artistiċi, edukattivi jew ta’ tagħlim kif ukoll attivitajiet
indipendenti ta’ tobba, avukati, inġiniera, periti, dentisti u accountants.
ARTIKOLU 15
Servizzi Personali Dipendenti
1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 16, 18 u 19, salarji, pagi u
kumpens ieħor bħal dan li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg
għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jiġix
eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk eżerċitat, dak il-kumpens
li jinkiseb minnu jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor ikun
taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
(a) min jirċevih ikun qiegħed fl-Istat l-ieħor għal żmien jew żminijiet li fit-
total ma jkunux aktar minn 183 ġurnata matul xi perijodu ta’ tnax-il
xahar li jibda jew itemm fis-sena fiskali involuta, u
(b) il-kumpens ikun imħallas minn, jew f’isem, prinċipal li jkun residenti
ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi, u
(ċ) dak il-kumpens ma jkunx piż fuq l-istabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li l-prinċipal ikollu fl-Istat l-ieħor.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, kumpens miksub
dwar impieg eżerċitat abbord bastiment, jew inġenji ta’ l-ajru imħaddma fi traffiku
internazzjonali minn impriża ta’ Stat Kontraenti jista’ jkun taxxabbli fl-Istat
Kontraenti li tiegħu l-impriża li tħaddem il-bastiment jew inġenji ta’ l-ajru tkun
residenti sakemm dak il-kumpens ikun suġġett għat-taxxa f’dak l-Istat Kontraenti.
Meta residenti tad-Danimarka jikseb kumpens dwar impieg eżerċitat abbord
xi inġenji ta’ l-ajru mħaddem fi traffiku internazzjonali mill-consortium
Scandinavian Airlines Systems (SAS), dak il-kumpens għandu jkun taxabbli biss fid-
Danimarka.
ARTIKOLU 16
Drittijiet tad-Diretturi
Id-drittijiet u ħlasijiet simili oħra tad-diretturi li jinkisbu minn residenti ta’
Stat Kontraenti fil-kariga tiegħu bħala membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija
li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-
ieħor.
ARTIKOLU 17
Artisti u Sportivi
1. B’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 14 u 15, income
miksub minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn uħud li jagħtu spettaklu, bħal artisti
tat-teatru, tal-films ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni, jew mużiċista, jew
bħala sportiv, mill-attivitajiet personali tiegħu bħala tali eżerċitati fl-Istat Kontraenti
l-ieħor, jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAD-DANIMARKA ġ L.S.123.47 13
2. Meta income dwar l-attivitajiet personali eżerċitati minn wieħed li jagħti
spettaklu jew sportiv bħala hekk jinqala’ mhux minn dak li jagħti spettaklu jew minn
sportiv innifsu imma minn persuna oħra, dak l-income jista’, minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7, 14 u 15, jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn l-
attivitajiet ta’ dak li jagħti spettaklu jew ta’ l-isportiv jiġu eżerċitati.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal
income miksub minn attivitajiet imwettqa fi Stat Kontraenti minn artisti jew sportivi
jekk il-mawra f’dak l-Istat tkun sostanzjalment sostnuta mill-fondi pubbliċi ta’ l-
Istat Kontraenti l-ieħor jew ta’ qasam politiku jew awtorità  lokali tiegħu.
ARTIKOLU 18
Pensjonijiet u Ħlasijiet Simili
1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 19, kull
pensjoni, annwalità  u rimunerazzjoni oħra simili li titħallas lil residenti ta’ Stat
Kontraenti għandha tiġi intaxxata biss f’dak l-Istat.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu l, ħlasijiet riċevuti minn
individwu, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, li jsiru taħt il-leġislazzjoni tas-
sigurtà  soċjali ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, jew taħt kull skema oħra mill-fondi
magħmulin minn dak l-Istat l-ieħor jew minn qasam politiku jew awtorità  lokali
tiegħu, għandhom jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat l-ieħor.
3. Fil-każ ta’ individwu li kien residenti ta’ Stat Kontraenti u li jkun sar
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma
għandhomx jolqtu l-jedd ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi taħt il-liġijiet nazzjonali tiegħu
li jintaxxaw pensjonijiet, annwalitajiet u kull kumpens ieħor bħal dak dovuti lil dak
l-individwu minn għejjun ġewwa dak l-istat.
4. Il-frażi "annwalitajiet" tfisser ammonti dikjarati li jitħallsu perjodikament fi
żminijiet dikjarati, sew waqt il-ħajja ta’ bniedem sew waqt perijodu ta’ żmien
speċifikat u aċċertabbli, taħt obbligu li jsiru l-ħlasijiet b’kumpens għal korrispettiv
sħiħ u adegwat fi flus jew valur ta’ flus.
ARTIKOLU 19
Servizz tal-Gvern
1. (a) Salarji, pagi u kull rimunerazzjoni bħalhom, barra minn pensjoni,
imħallsa minn Stat Kontraenti jew minn sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali
tiegħu lil xi individwu dwar servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew sotto-diviżjoni jew
awtorità  tiegħu tista’ tiġi intaxxata biss f’dak l-Istat.
(b) Iżda, dawk is-salarji, pagi u kull rimunerazzjoni bħalhom tkun tista’ tiġi
intaxxata biss fl-Istat Kontraenti l-ieħor jekk is-servizzi jingħataw f’dak l-Istat u l-
individwu jkun residenti f’dak l-Istat li:
(i) ikun nazzjonali ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat sabiex unikament jaqdi dawk is-
servizzi.
2. (a) Kull pensjoni mħallsa minn, jew li toħroġ minn fond maħluq minn Stat
Kontraenti jew sotto-diviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu lil xi individwu
dwar servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew sotto-diviżjoni jew awtorità  tiegħu tista’
tiġi intaxxata biss f’dak l-Istat.
14 L.S.123.47 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAD-DANIMARKA
(b) Iżda, dik il-pensjoni tkun tista’ tiġi intaxxata biss fl-Istat Kontraenti l-ieħor
jekk l-individwu jkun residenti u nazzjonali ta’ dak l-Istat.
3. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15, 16, 17 u 18 għandhom japplikaw għal
salarji, pagi u kull rimunerazzjoni bħalhom, u għal pensjonijiet, dwar servizzi
mogħtija dwar negozju mmexxi minn Stat Kontraenti jew minn sotto-diviżjoni
politika jew minn awtorità  lokali tiegħu.
ARTIKOLU 20
Studenti
Kull ħlas li, student jew apprendist kummerċjali li jkun jew kien minnufih
qabel ma jżur Stat Kontraenti residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor u li jkun qiegħed
f’dak l-ewwel Stat imsemmi unikament bil-għan ta’ l-edukazzjoni jew tat-taħriġ
tiegħu, jirċievi bil-għan tal-manteniment, edukazzjoni jew taħriġ tiegħu m’għandux
jiġi intaxxat f’dak l-Istat, sakemm kull ħlas bħal dak jitnissel minn għejjun barra dak
l-Istat.
ARTIKOLU 21
Attivitajiet li għandhom x’jaqsmu ma’ Surveys Preliminari, l-Esplorazzjoni jew l-
Estrazzjoni ta’ Idrokarburi
1. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 5 u 14, residenti ta’ Stat
Kontraenti li jiġġestixxi attivitajiet li għandhom x’jaqsmu ma’ surveys preliminari, l-
esplorazzjoni jew l-estrazzjoni ta’ idrokarburi li jkunu jinsabu fl-Istat Kontraenti l-
ieħor għandhom jitqiesu li jkunu qegħdin jiġġestixxu għar-rigward ta’ dawk l-
attivitajiet negozju f’dak l-Istat l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti jew li
jkunu qegħdin iwettqu servizzi personali indipendenti minn bażi fissa sitwata f’dak
l-Istat Kontraenti l-ieħor.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu japplikaw meta l-
attivitajiet jiġu ġestiti għal perijodu jew perijodi li ma jkunux ta’ iktar minn 30
ġurnata b’kollox f’perijodu ta’ tnax-il xahar li jkun. Madankollu għall-fini ta’ dan il-
paragrafu, dawk l-attivitajiet li jiġu ġestiti minn impriża li tkun assoċjata ma’
impriża oħra fil-kuntest tat-tifsira ta’ l-Artikolu 9 għandhom jitqiesu li jkunu
qegħdin jiġu ġestiti mill-impriża li din tkun assoċjata magħha jekk dawk l-attivitajiet
relattivi ikunu fis-sustanza tagħhom l-istess bħal dawk ġestiti mill-impriża l-aħħar
imsemmija.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, attivitajiet ta’ rigs tat-tħaffir
li jsiru ’l hinn mix-xtut għandhom jikkostitwixxu stabbiliment permanenti biss jekk
dawk l-attivitajiet jiġu ġestiti għal perijodu jew perijodi ta’ aktar minn 183 ġurnata
b’kollox f’perijodu ta’ tnax-il xahar li jkun. Madankollu, għall-fini ta’ dan il-
paragrafu, dawk l-attivitajiet ġestiti minn impriża li tkun assoċjata ma’ impriża oħra
fil-kuntest tat-tifsira ta’ l-Artikolu 9 għandhom jitqiesu li jkunu qegħdin jiġu ġestiti
mill-impriża li din tkun assoċjata magħha jekk dawk l-attivitajiet relattivi jkunu fis-
sustanza tagħhom l-istess bħal dawk ġestiti mill-impriża l-aħħar imsemmija.
4. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13, kull qligħ kapitali fuq rigs
għat-tħaffir użati għal attivitajiet, bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 3, li jitqiesu li
jkunu miksuba minn residenti ta’ Stat Kontraenti meta dawk l-attivitajiet ma
jibqgħux ikunu suġġetti għat-taxxa fl-Istat Kontraenti l-ieħor, għandu jkun eżenti
mit-taxxa f’dak l-Istat l-ieħor. Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, il-frażi "qligħ kapitali"
tfisser dak l-ammont li bih il-valur fis-suq fil-waqt tat-trasferiment ikun jeċċedi l-
valur residwu f’dak il-waqt, kif miżjud b’kull deprezzament ikkunsidrat.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAD-DANIMARKA ġ L.S.123.47 15
ARTIKOLU 22
Income ieħor
1. Oġġetti ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jinqalgħu minn fejn
jinqalgħu, li ma humiex trattati fl-Artikoli ta’ qabel ta’ dan il-Ftehim għandhom
ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal income, li
ma jkunx income minn proprjetà  immobbli kif imfisser fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu
6, jekk min jirċievi dak l-income, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, jiġġestixxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun jinsab
f’dak l-Istat, jew iwettaq f’dak l-Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn
bażi fiss li jkun jinsab f’dak l-Istat, u d-dritt jew il-proprjetà  li dwarhom jitħallas l-
income ikollu x’jaqsam b’mod effettiv ma’ dak l-istabbiliment jew bażi fiss. F’dak
il-każ, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu
14, skond il-każ.
ARTIKOLU 23
Tneħħija ta’ Taxxa Doppja
It-taxxa doppja għandha tiġi mneħħija kif ġej:
1. Fil-każ tad-Danimarka:
(a) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subparagrafu (ċ), meta residenti
tad-Danimarka jikseb income li, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-
Ftehim, jista’ jiġi intaxxat f’Malta, id-Danimarka għandha tippermetti
bħala tnaqqis mit-taxxa fuq l-income ta’ dak ir-residenti, ammont li jkun
ekwivalenti għat-taxxa fuq l-income li titħallas f’Malta;
(b) dak it-tnaqqis ma għandux, madankollu, ikun jeċċedi dik il-parti mit-
taxxa fuq l-income, hekk kif maħduma qabel ma jingħata t-tnaqqis, li
tkun attribwibbli għall-income li jista’ jiġi intaxxat f’Malta;
(ċ) meta residenti tad-Danimarka jikseb income li, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, għandu jkun taxxabbli biss f’Malta,
id-Danimarka tista’ tinkludi dan l-income fil-bażi ta’ taxxa, iżda
għandha tippermetti bħala tnaqqis mit-taxxa fuq l-income dik il-parti
mit-taxxa fuq l-income li tkun attribwibbli għall-income miksub minn
Malta.
2. Fil-każ ta’ Malta:
Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Malta dwar l-għoti bi kreditu
għat-taxxa ta’ Malta dwar taxxa li titħallas barra minn Malta, fejn, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, hemm inkluż fi stima ta’ Malta income minn
għejjun fid-Danimarka, it-taxxa tad-Danimarka li titħallas dwar dak l-income
għandha tingħata bi kreditu għat-taxxa ta’ Malta relattiva li titħallas dwarhom.
ARTIKOLU 24
Limitazzjoni ta’ Ħelsien
1. Meta taħt xi disposizzjoni ta’ dan il-Ftehim income għandu jinħeles mit-
taxxa fi Stat Kontraenti u, skond il-liġi li tkun fis-seħħ fl-Istat Kontraenti l-ieħor,
persuna, għar-rigward ta’ dak l-income tkun suġġetta għat-taxxa b’referenza għall-
ammont tiegħu li jingħadda jew li jiġi riċevut f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor u mhux
b’referenza għall-ammont sħiħ tiegħu, għaldaqshekk il-ħelsien li għandu jingħata
16 L.S.123.47 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAD-DANIMARKA
taħt dan il-Ftehim fl-Istat l-ewwel imsemmi għandu jkun japplika biss għal daqstant
mill-income daqskemm jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor.
2. Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma għandhomx japplikaw għal persuni
li għandhom jedd għal xi benefiċċji tat-taxxa speċjali taħt:
(a) xi liġi ta’ xi wieħed mill-Istati Kontraenti li tkun ġiet identifikata fi
Skambju ta’ Noti bejn l-Istati Kontraenti; jew
(b) xi liġi li fis-sustanza tagħha tkun bħalha u li tkun saret liġi wara.
ARTIKOLU 25
Ebda Diskriminazzjoni
1. Nazzjonali ta’ Stat Kontraenti ma għandhomx jiġu suġġetti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għal xi tassazzjoni jew xi ħtieġa li għandha x’taqsam magħha, li
ma tkunx jew li tkun ta’ piż aktar mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu
magħha li għalihom nazzjonali ta’ dak l-Istat l-ieħor fl-istess ċirkostanzi, b’mod
partikolari dwar ir-residenza tagħhom, huma jew jistgħu jkunu suġġetti. Din id-
disposizzjoni għandha, minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1, tkun tapplika
wkoll għal persuni li ma jkunux residenti ta’ xi wieħed jew taż-żewġ Stati
Kontraenti.
2. Persuni apolidi li jkunu residenti ta’ Stat Kontraenti ma għandhomx ikunu
suġġetti f’xi wieħed mill-Istati Kontraenti għal xi tassazzjoni jew xi ħtieġa li jkollha
x’taqsam mat-tassazzjoni li tkun ta’ piż divers jew ta’ iktar piż mit-tassazzjoni u l-
ħtiġiet relatati li għalihom iċ-ċittadini ta’ l-Istat li jkunu involuti fl-istess
ċirkostanzi, b’mod partikolari dwar ir-residenza tagħhom, ikunu jew jistgħu jiġu
suġġetti.
3. It-tassazzjoni fuq stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor ma għandhiex tinġabar f’dak l-Istat l-ieħor b’mod
inqas favorevoli mit-tassazzjoni miġbura fuq impriżi f’dak l-Istat l-ieħor li jmexxu l-
istess attivitajiet. Din id-disposizzjoni ma għandhiex tiftiehem bħala li tobbliga Stat
Kontraenti li jikkonċedi lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor xi allowance
personali, ħelsien u tnaqqis għal għanijiet ta’ taxxa minħabba fl-istatus ċivili jew
responsabbiltajiet tal-familja li soltu jikkonċedi lir-residenti tiegħu.
4. Ħlief meta d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 9, tal-paragrafu
4 ta’ l-Artikolu 11 jew tal-paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 12 ikunu japplikaw, kull
imgħax, royalties u ħlasijiet oħra li jsiru minn impriża ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor għandhom bil-għan li jiġi stabbilit il-qligħ
taxxabbli ta’ dik l-impriża, jitnaqqsu taħt l-istess kundizzjonijiet daqslikieku kienu
tħallsu lil residenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi.
5. Impriżi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom ikun proprjetà  ta’ jew
ikkontrollat minn, għal kollox jew f’parti, direttament jew indirettament, residenti
wieħed jew aktar ta’ l-Istat l-ieħor, ma jkunux suġġetti fl-Istat l-ewwel imsemmi
għal xi tassazzjoni jew xi ħtieġa li għandhom x’jaqsmu magħha li tkun oħra jew ta’
aktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet li għandhom x’jaqsmu magħha li impriżi oħra
bħalhom ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi huma jew jistgħu jkunu suġġetti għalihom.
6. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw għal dawk it-
taxxi li hemm fil-qofol ta’ dan il-Ftehim.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAD-DANIMARKA ġ L.S.123.47 17
ARTIKOLU 26
Proċedura għal Ftehim Reċiproku
1. Meta persuna jidhrilha li l-azzjonijiet ta’ l-awtorità  kompetenti ta’ wieħed
mill-Istati Kontraenti jew tat-tnejn iwasslu jew jistgħu jwasslu li tiġi intaxxata mhux
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, hija tista’, minkejja r-rimedji provduti
bil-liġi domestika ta’ dawk l-Istati, tippreżenta l-każ tagħha lill-awtorità  kompetenti
ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu hija residenti jew, jekk il-każ tagħha jkun jaqa’ taħt il-
paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 25, lill-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li tagħha
tkun nazzjonali. Il-każ għandu jiġi preżentat fi żmien tlett snin minn l-ewwel
notifika ta’ l-azzjoni riżultanti f’tassazzjoni li ma tkunx skond id-disposizzjonijiet
tal-Konvenzjoni.
2. L-awtorità  kompetenti għandha tara, jekk l-oġġezzjoni tidhrilha li tkun
waħda ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal għal soluzzjoni
sodisfaċenti, li tiddeċiedi l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità  kompetenti ta’ l-
Istat Kontraenti l-ieħor, bil-għan li tiġi evitata tassazzjoni mhux skond dan il-
Ftehim. Kull ftehim milħuq għandu jitwettaq minkejja kull preskrizzjoni ta’ żmien
fil-liġi domestika ta’ l-Istati Kontraenti.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jaraw li jirrisolvu
bi ftehim reċiproku xi diffikultajiet jew dubbji li jinqalgħu dwar l-interpretazzjoni
jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Huma jistgħu wkoll jikkonsultaw flimkien għall-
eliminazzjoni ta’ taxxa doppja f’każijiet li dwarhom m’hemm xejn provdut fil-
Ftehim.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti jistgħu jikkomunikaw
direttament ma’ xulxin, inkluż permezz ta’ kummissjoni konġunta li tkun magħmula
minnhom infushom jew mir-rappreżentanti tagħhom, bil-għan li jintlaħaq ftehim
dwar kif hemm fil-paragrafi ta’ qabel.
ARTIKOLU 27
Tibdil ta’ Informazzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jibdlu dik l-
informazzjoni li tkun meħtieġa sabiex jitwettqu d-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim
jew tal-liġijiet domestiċi ta’ l-Istati Kontraenti dwar taxxi milquta bil-Ftehim safejn
it-tassazzjoni ma tmurx kontra l-Ftehim. Il-bdil ta’ informazzjoni mhuwiex ristrett
bl-Artikolu 1. Kull informazzjoni li tasal għand Stat Kontraenti għandha titqies
sigrieta bl-istess mod bħal informazzjoni miksuba taħt il-liġijiet domestiċi ta’ dak l-
Istat u għandha titgħarraf biss lil persuni jew awtoritajiet (magħduda qrati u korpi
amministrattivi) imdaħħla fl-istima jew ġbir ta’, l-infurzar jew prosekuzzjoni dwar,
jew il-qtugħ ta’ appelli dwar, it-taxxi li jaqgħu taħt il-Ftehim. Dawn il-persuni jew
awtoritajiet għandhom jużaw l-informazzjoni għal dawk l-għanijiet biss. Huma
jistgħu jikxfu dik l-informazzjoni fi proċedimenti li jsiru f’qorti pubblika jew
f’sentenzi tal-qorti.
2. F’ebda każ ma għandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 jitqiesu li
jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
(a) li jieħu miżuri amministrattivi li ma jaqblux mal-liġijiet jew l-użanza
amministrattiva ta’ dak l-Istat Kontraenti jew ta’ l-ieħor;
(b) li jagħti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taħt il-liġijiet jew fil-
kors normali ta’ l-użanza amministrattiva ta’ dak l-Istat Kontraenti jew
ta’ l-ieħor;
18 L.S.123.47 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAD-DANIMARKA
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet tal-kummerċ, tan-negozju,
industrijali, kummerċjali jew professjonali jew proċess tal-kummerċ,
jew li jagħti informazzjoni li l-kxif tagħha jkun kontra l-ordni pubbliku
(ordre public).
ARTIKOLU 28
Membri ta’ Missjonijiet Diplomatiċi u Karigi Konsulari
Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġġi fiskali ta’
missjonijiet diplomatiċi jew ta’ karigi konsulari taħt ir-regoli ġenerali tad-dritt
internazzjonali jew taħt id-disposizzjonijiet ta’ kull ftehim speċjali.
ARTIKOLU 29
Estensjoni Territorjali
1. Dan il-Ftehim jista’ jiġi estiż, sew fis-sħuħija tiegħu jew b’kull tibdil
meħtieġ, għal kull parti tat-territorju tad-Danimarka li hi speċifikament eskluża mill-
applikazzjoni tal-Ftehim u li timponi taxxi sostanzjalment simili fix-xorta tagħhom
għal dawk li dwarhom japplika l-Ftehim. Kull estensjoni bħal dik għandha tibda
sseħħ minn dik id-data u suġġetta għal kull tibdil u kondizzjoni bħal dawk, inklużi
kondizzjonijiet dwar it-terminazzjoni, hekk kif jista’ jiġi speċifikat u miftiehem bejn
l-Istati Kontraenti f’noti li jiskambjaw bejniethom permezz tal-kanali diplomatiċi.
2. Kemm-il darba ma jiġix miftiehem mod ieħor bejn iż-żewġ Stati Kontraenti,
it-terminazzjoni tal-Ftehim minn xi wieħed minnhom taħt l-Artikolu 31 għandha
wkoll ittemm, bil-mod hemm provdut f’dak l-Artikolu, l-applikazzjoni tal-Ftehim
għal kull territorju li jkun ġie estiż għalih taħt dan l-Artikolu.
ARTIKOLU 30
Bidu fis-Seħħ
1. Il-Gvernijiet ta’ l-Istati Kontraenti għandhom javżaw lil xulxin, permezz tal-
kanali diplomatiċi, li jkunu twettqu l-ħtiġiet legali sabiex dan il-Ftehim jibda jseħħ.
2. Dan il-Ftehim għandu jibda jseħħ fid-data ta’ l-aħħar wieħed mill-avviżi
msemmija fil-paragrafu 1 u d-disposizzjonijiet tiegħu hekk ikollhom effett:
(a) fid-Danimarka:
dwar taxxi għas-sena ta’ income li jiġi minnufih wara dik is-sena li fiha
jibda’ jseħħ l-Ftehim u snin ta’ income sussegwenti;
(b) f’Malta:
dwar taxxi fuq income miksub matul xi sena kalendarja jew perijodu ta’
kontijiet, skond il-każ, li jibda fi jew wara l-ewwel ta’ Jannar li jiġi
minnufih wara d-data li fiha l-Ftehim jibda jseħħ.
ARTIKOLU 31
Terminazzjoni
Dan il-Ftehim għandu jibqa’ jseħħ sakemm jiġi terminat minn Stat
Kontraenti. Kull wieħed mill-Istati Kontraenti jista’ jtemm il-Ftehim, permezz ta’
skambju diplomatiku, billi jagħti avviż tat-terminazzjoni mill-anqas sitt xhur qabel
it-tmiem ta’ xi sena kalendarja li tkun tibda wara li jintemm perijodu ta’ ħames snin
mid-data meta l-Ftehim ikun beda jseħħ. F’dak il-każ, il-Ftehim ma għandux jibqa’
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-RENJU TAD-DANIMARKA ġ L.S.123.47 19
jseħħ:
(a) fid-Danimarka:
dwar taxxi għas-sena ta’ income li tiġi minnufih wara dik is-sena li fiha
jibda jseħħ il-Ftehim u snin ta’ income sussegwenti;
(b)  f’Malta:
dwar taxxa fuq l-income miksub matul xi sena kalendarja jew perijodu
ta’ kontijiet, skond il-każ, li jibdew fl-ewwel jum ta’ Jannar jew wara li
jiġi minnufih wara d-data li fiha jingħata l-avviż.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan mill-
Gvernijiet rispettivi tagħhom, iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGĦMUL in duplikat ġewwa Brussels illum it-tlettax il-jum ta’ Lulju, 1998, fl-
ilsien Ingliż.
PROTOKOL
Meta kien qed jiġi ffirmat il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tad-Danimarka
u l-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta għall-ħelsien mit-taxxa doppja u biex tiġi evitata
evażjoni fiskali dwar taxxa fuq l-income, is-sottoskritti qablu li dan il-provvediment
li ġej għandu jkun parti sħiħa mill-Ftehim:
Għar-rigward tal-paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 13, qiegħed jiġi mifhum li l-
qligħ kapitali msemmija f’dak il-provvediment jistgħu biss jiġu intaxxati fl-Istat fejn
is-sid ikun residenti, ukoll meta l-bastiment jew inġenji ta’ l-ajru jkun qed jitħaddem
minn residenti ta’ Stat ieħor.
B’xiehda ta’ dan is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan mill-
Gvernijiet rispettivi tagħhom iffirmaw dan il-Protokol.
Magħmul in duplikat ġewwa Brussels illum it-tlettax il-jum ta’ Lulju, 1998, fl-
ilsien Ingliż.
OLE PHILIPSON
Għall-Gvem tar-Renju tad-Danimarka
VICTOR CAMILLERI
Għall-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta
OLE PHILIPSON
Għall-Gvem tar-Renju tad-Danimarka
VICTOR CAMILLERI
Għall-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta
