EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA ġ L.S.123.48 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.48
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA
22 ta’ Awissu, 1999
L-AVVIŻ LEGALI 71 ta’ l-2000.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Repubblika tal-Kroazja.
Arranġamenti 
jkollhom seħħ.
2. Qiegħed jiġi hawnhekk dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-ordni saru mar-Repubblika tal-
Kroazja sabiex jagħtu ħelsien minn taxxa doppja dwar
it-taxxi li ġejjin imposti bil-liġijiet tar-Repubblika tal-
Kroazja; 
(i) it-taxxa fuq il-profitt; u
(ii) it-taxxa fuq l-income;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arranġamenti għandu
jkollhom effett.
2 L.S.123.48 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA
SKEDA
FTEHIM
BEJN IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA 
U R-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA
GĦALL-EVITAR TA’ TAXXA DOPPJA
DWAR TAXXI FUQ L-INCOME
Ir-Repubblika ta’ Malta u r-Repubblika tal-Kroazja, billi jixtiequ jagħmlu Ftehim
għall-evitar minn taxxa doppja dwar taxxi fuq l-Income, ftehmu kif ġej:
Artikolu 1
GĦAN PERSONALI
Dan il-Ftehim għandu japplika għal persuni li jkunu residenti fi Stat Kontraenti
wieħed jew fit-tnejn li huma.
Artikolu 2
TAXXI KOPERTI
1. Dan il-ftehim għandu japplika għat-taxxi fuq l-income imposti f’isem Stat
Kontraenti jew l-awtoritajiet lokali tiegħu, irrispettivament mill-mod kif dawn
jinġabru.
2. Għandhom jitqiesu bħala taxxi fuq l-income it-taxxi kollha imposti fuq l-
income totali, jew fuq elementi ta’ income, inklużi taxxi fuq apprezzament kapitali u
taxxi fuq kull qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  mobbli jew immobbli, kif ukoll
taxxi fuq l-ammonti totali ta’ pagi jew salarji mħallsa minn impriżi.
3. It-taxxi eżistenti li għalihom japplika dan il-Ftehim huma b’mod partikolari:
(a) fir-Repubblika tal-Kroazja -
(i) it-taxxa fuq il-profitt, 
(ii) it-taxxa fuq l-income;
(hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejħa "it-taxxa tal-Kroazja” ); u
(b) f’Malta - 
(i) it-taxxa fuq l-income;
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ Malta").
4. Il-Ftehim għandu japplika wkoll għal kull taxxa identika jew sostanzjalment
simili li jiġu imposti wara d-data meta  jiġi ffirmat il-Ftehim b’żieda ma’, jew
minflok, it-taxxi eżistenti. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti
għandhom jgħarrfu lil xulxin b’kull tibdil li jkun sar fil-liġijiet rispettivi tagħhom
dwar it-taxxa.
Artikolu 3
TIFSIRIET ĠENERALI
1. Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtiegx xort’oħra-
(a) il-frażi "Kroazja", użata f’sens ġeografiku, tfisser it-territorju tar-
Repubblika tal-Kroazja fil-fruntieri tagħha kif dawn huma rikonoxxuti
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA ġ L.S.123.48 3
internazzjonalment, kif ukoll kull area ‘l barra mill-ibħra territorjali tar-
Repubblika tal-Kroazja li fiha, skond id-dritt internazzjonali u l-liġijiet
tar-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika tal-Kroazja tkun teżerċita  d-
drittijiet sovrani u l-ġurisdizzjoni tagħha;
(b) il-frażi "Malta" tfisser the Repubblika ta’ Malta u, meta użata f’sens
ġeografiku, tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-Gżira ta’ Għawdex u l-gżejjer l-
oħra ta’ l-arċipelagu Malti inklużi l-ibħra territorjali tagħhom, u kull
area ’l barra mill-ibħra territorjali ta’ Malta li ġiet jew tista’ minn issa ’l
quddiem tiġi msemmija, skond il-liġi internazzjonali u taħt il-liġi ta’
Malta li tirrigwarda l-blata kontinentali, bħala area li ġewwa fiha d-
drittijiet ta’ Malta għar-rigward ta’ qiegħ il-baħar u s-sottoswol u r-
riżorsi naturali tagħhom jistgħu jiġu eżerċitati;
(ċ) il-frażijiet "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-ieħor" ifissru, skond
ir-rabta tal-kliem, Kroazja jew Malta;
(d) il-frażi "taxxa" tfisser, skond ir-rabta tal-kliem, it-taxxa tal-Kroazja jew
ta’ Malta;
(e) il-frażi "persuna" tinkludi individwu, kumpannija u kull korp ta’
persuni;
(f) il-frażi "kumpannija" tfisser kull korp magħqud jew enti li jkun trattat
bħala korp magħqud għall-iskopijiet ta’ taxxa;
(g) il-frażi "impriża ta’ Stat Kontraenti" u "impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor" ifissru rispettivament impriża ġestita minn residenti ta’ Stat
Kontraenti u impriża ġestita minn residentii ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor;
(h) il-frażi "traffiku internazzjonali" tfisser kull trasport b’bastiment jew
b’inġenji ta’ l-ajru imħaddma minn impriża ta’ Stat Kontraenti, ħlief
meta l-bastiment jew l-inġenji ta’ l-ajru jiġu unikament imħaddma bejn
postijiet fl-Istat Kontraenti l-ieħor;
(i) il-frażi "ċittadin" tfisser kull individwu li jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat
Kontraenti u kull persuna legali, soċjetà  jew assoċjazzjoni li tikseb l-
istatus tagħha bħala tali mil-liġijiet li jkunu jseħħu fi Stat Kontraenti;
(j) il-frażi "awtorità  kompetenti" tfisser;
(i) fil-każ tal-Kroazja, il-Ministru tal-Finanzi jew ir-rappreżentant
awtorizzat tiegħu;
(ii) fil-każ ta’ Malta, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu.
2. Għar-rigward ta’ l-applikazzjoni tal-Ftehim minn Stat Kontraenti kull frażi
li ma tkunx imfissra fih għandha, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra, ikollha t-tifsir kif mogħti lilha taħt il-liġi ta’ dak l-Istat għall-finijiet tat-
taxxi li l-Ftehim japplika għalihom.
Artikolu 4
RESIDENTI
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "residenti ta’ Stat Kontraenti" tfisser
kull persuna li, taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat, hija suġġetta għat-taxxa hemmhekk
minħabba d-domiċilju, r-residenza, post tal-maniġġ jew xi kriterju ieħor ta’ xorta
simili. Iżda din il-frażi ma tinkludix lil xi persuna li tkun suġġetta għat-taxxa f’dak l-
Istat għar-rigward biss ta’ income minn għejjun f’dak l-Istat.
4 L.S.123.48 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA
2. Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 individwu jkun residenti
taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-istatus tiegħu għandu jiġi stabbilit kif ġej-
(a) huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li fih ikollu dar
permanenti għad-disposizzjoni tiegħu; jekk huwa jkollu dar permanenti
għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati, huwa għandu jitqies li huwa
residenti ta’ l-Istat li miegħu r-relazzjonijiet personali u ekonomiċi
tiegħu ikunu l-aktar marbuta (ċentru ta’ interessi vitali);
(b) jekk l-Istat li fih huwa jkollu ċ-ċentru ta’ interessi vitali ma jistax jiġi
determinat, jew jekk huwa ma jkollux għad-disposizzjoni tiegħu dar
permanenti f’ebda Stat, huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li
fih soltu jirrisjedi;
(ċ) jekk huwa soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati jew f’ebda wieħed minnhom,
huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li tiegħu jkun ċittadin;
(d) jekk huwa jkun ċittadin taż-żewġ Stati jew ta’ l-ebda wieħed minnhom,
l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jiddeċiedu l-
każ bi ftehim bejnithom.
3. Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, din għandha għaldaqstant titqies
bħala residenti ta’ l-Istat fejn ikun jinsab il-post effettiv tal-maniġġ tagħha.
Artikolu 5
STABBILIMENT PERMANENTI
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "stabbiliment permanenti" tfisser
post tan-negozju fiss li minnu jitmexxa għal kollox jew f’parti minnu x-xogħol ta’
impriża.
2. Il-frażi "stabbiliment permanenti" tinkludi b’mod speċjali:
(a) post ta’ maniġġ, 
(b) fergħa, 
(ċ) uffiċċju, 
(d) fabbrika, 
(e) ħanut tax-xogħol, u 
(f) minjiera, bir taż-żejt jew tal-gass, barriera jew kull post ieħor ta’
estrazzjoni ta’ riżorsi naturali.
3. Il-frażi "stabbiliment permanenti" bl-istess mod tħaddan:
(a) art li tkun qegħda tinbena jew kostruzzjoni, proġett ta’ assemblaġġ jew
ta’ stallazzjoni jew attivitajiet superviżorji li jkollhom x’jaqsmu ma’
dan, iżda biss meta dawn ikomplu għal perjodu ta’ aktar minn disa’
xhur;
(b) l-għoti ta’ servizzi, inklużi servizzi ta’ konsulenza minn impriża ta’ Stat
Kontraenti permezz ta’ impjegati jew persunal imqabbad għaldaqstant
fl-Istat Kontraenti l-ieħor, sakemm dawk l-attivitajiet ikomplu għall-
istess proġett jew għal proġett konness għal perjodu jew perjodi li
flimkien iġibu iktar minn disa’ xhur.
4. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frażi
"stabbiliment permanenti" għandha titqies li ma tinkludix:
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA ġ L.S.123.48 5
(a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop uniku ta’ ħażna, wiri jew tqassim ta’
oġġetti jew merkanzija li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża;
(b) il-manutenzjoni ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’
l-impriża għall-iskop uniku ta’ ħażna, wiri jew tqassim;
(ċ) il-manutenzjoni ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’
l-impriża għall-iskop uniku ta’ proċessar minn impriża oħra;
(d) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku ta’ xiri ta’
oġġetti jew merkanzija jew ta’ ġbir ta’ tagħrif għall-impriża;
(e) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku li tiġi ġestita,
għall-impriża, xi attività  oħra ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja;
(f) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku ta’ xi
kombinazzjoni ta’ attivitajiet imsemmija fis-subparagrafi (a) sa (e),
kemm-il darba l-attività  kollha tal-post tan-negozju fiss li tirriżulta
minn din il-kombinazzjoni tkun waħda ta’ xorta preparatorja jew
awżiljari.
5. Minkejja l-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 2, meta persuna - li ma tkunx
aġent bi status indipendenti li għalih japplika l-paragrafu 6 - tkun qed taġixxi f’isem
impriża u jkollha, u abitwalment teżerċita, fi Stat Kontraenti awtorità  biex
tikkonkludi kuntratti f’isem l-impriża, dik l-impriża għandha titqies li jkollha
stabbiliment permanenti f’dak l-Istat għar-rigward ta’ kull attività  li dik l-impriża,
kemm-il darba l-attivitajiet ta’ dik il-persuna jkunu limitati għal dawk imsemmija
fil-paragrafu 4 illi, jekk dawn jiġu eżerċitati minn ġo post tan-negozju fiss, ma
jirrendux lil dan il-post tan-negozju fiss bħala stabbiliment permanenti taħt il-
provvedimenti ta’ dak il-paragrafu.
6. Impriża ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment permanenti fi Stat
Kontraenti biss minħabba li tkun tiġġestixxi negozju f’dak l-Istat permezz ta’ sensal,
aġent b’kummissjoni ġenerali jew kull aġent ieħor bi status indipendenti, sakemm
dawk il-persuni jkunu qed jaġixxu fil-kors ordinarju tan-negozju tagħhom.
Madankollu, meta l-attivitajiet ta’ aġent bħal dak ikunu għal kollox, jew kważi,
dedikati f’isem dik l-impriża, huwa ma jitqiesx bħala aġent bi status indipendenti
fis-sens mogħti b’dan il-paragrafu. 
7. Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tkun tikkontrolla
jew tkun kontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor,
jew li tkun tiġġestixxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta’ stabbiliment
permanenti sew xort’oħra), m’għandux fih innifsu jikkostitwixxi lil xi kumpannija
waħda jew l-oħra stabbiliment permanenti tal-kumpannija l-oħra.
Artikolu 6
INCOME MINN PROPRJETÀ  IMMOBBLI
1. Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn proprjetà
immobbli (inkluż income mill-agrikoltura jew ħidma fil-boskijiet) li jkunu jinsabu
fl-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Il-frażi "proprjetà  immobbli" għandu jkollha t-tifsira li għandha taħt il-liġi
ta’ l-Istat Kontraenti li fih tkun tinsab il-proprjetà  involuta. Il-frażi għandha f’kull
każ tinkludi proprjetà  aċċessorja għal proprjetà  immobbli, bhejjem f’razzett u
tagħmir li jintuża fl-agrikoltura u fil-ħidma fil-boskijiet, drittijiet li għalihom
japplikaw il-provvedimenti tal-liġi ġenerali dwar il-proprjetà  ta’ l-art, l-użufrutt tal-
proprjetà  immobbli u drittijiet dwar ħlasijiet varjabbli jew fissi bħala korrispettiv
għal ħidma fi, jew id-dritt li jinħadmu, jew għall-esplorazzjoni ta’, depożiti minerali,
6 L.S.123.48 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA
għejjun u riżorsi oħra naturali. Bastimenti, opri tal-baħar u inġenji ta’ l-ajru ma
għandhomx jitqiesu bħala proprjetà  immobbli.
3. Il-provvedimenti tal-paragrafu 1 għandhom ikunu japplikaw għal income li
jinkiseb mill-użu dirett, kiri, jew użu ta’ kull xorta ta’ proprjetà  immobbli.
4. Il-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-
income minn proprjetà  immobbli ta’ impriża u għal income minn proprjetà  immobbli
użata għall-għemil ta’ servizzi personali indipendenti.
Artikolu 7
PROFITTI MINN NEGOZJU
1. Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti għandhom ikunu biss taxxabbli
f’dak l-Istat kemm-il darba l-impriża ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk. Jekk l-impriża tkun
qegħda tmexxi negozju kif hawn aktar qabel imsemmi, il-profitti ta’ l-impriża
jistgħu jiġu intaxxati fl-Istat l-ieħor iżda biss għal dik il-parti minnhom daqskemm
tkun attribwibbli għal dak l-istabbiliment permanenti.
2. Bla ħsara għall-provvedimenti tal-paragrafu 3, meta impriża ta’ Stat
Kontraenti tkun tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qiegħed hemmhekk, għandhom f’kull Stat Kontraenti jiġu
attribwiti lil dak l-istabbiliment permanenti il-profitti li kien ikun mistenni jagħmel
kieku kien impriża distinta u separata li taħdem fl-istess attivitajiet jew oħrajn
bħalhom taħt l-istess kondizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem
indipendentement għal kollox mill-impriża li tagħha tkun stabbiliment permanenti.
3. Sabiex jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, għandhom ikunu
permessi bħala tnaqqis dawk l-ispejjeż li jsiru għall-għanijiet ta’ l-istabbiliment
permanenti, inklużi l-ispejjeż eżekuttivi u amministrattivi ġenerali li jkunu saru, sew
fl-Istat li fih ikun hemm l-istabbiliment permanenti sew band’oħra. 
4. Sakemm tkun il-konswetudni fi Stat Kontraenti li jistabbilixxi l-profitti li
għandhom jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti minħabba fi tqassim tal-profitti
totali ta’ l-impriża lill-partijiet diversi tagħha, ebda ħaġa fil-paragrafu 2 ma għandha
tipprekludi lil dak l-Istat Kontraenti milli jistabbilixxi l-profitti li għandhom jiġu
intaxxati b’dak it-tqassim skond ma jista’ jkun konswetudinarju; il-metodu ta’
tqassim li jiġi adottat għandu, madankollu, jsir hekk li r-riżultat għandu jkun skond
il-prinċipji li jinsabu f’dan l-Artikolu.
5. Ebda profitti ma għandhom jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti
minħabba biss f’li jsir ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew
merkanzija għall-impriża.
6. Għall-għanijiet tal-paragrafi preċedenti, l-profitti li għandhom jiġu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-istess metodu sena wara l-
oħra kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u suffiċjenti biex dan ma jsirx.
7. Meta l-profitti jkunu jinkludu oġġetti ta’ income li qegħdin jiġu trattati
separatament f’Artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, għaldaqshekk il-provvedimenti ta’
dawk l-Artikoli ma jintlaqtux bil-provvedimenti ta’ dan l-Artikolu.
8. Il-provvedimenti ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jolqtu l-provvedimenti
tal-liġi ta’ l-Istat Kontraenti dwar l-intaxxar ta’ profitti mill-kummerċ ta’ l-
assigurazzjoni.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA ġ L.S.123.48 7
Artikolu 8
TRAFFIKU INTERNAZZJONALI
1. Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti mit-tħaddim ta’ bastimenti jew
inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-
Istat.
2. Il-provvedimenti tal-paragrafu 1 għandhom ukoll japplikaw għal profitti
mill-parteċipazzjoni f’pool, negozju bi sħab jew aġenzjia b’operat internazzjonali.
Artikolu 9
IMPRIŻI ASSOĊJATI
1. Meta -
(a) impriża ta’ Stat Kontraenti tipparteċipa sew direttament sew
indirettament fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor, jew 
(b) l-istess persuni jipparteċipaw sew direttament sew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti u ta’
impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor,
u f’kull każ isiru jew jiġu imposti kondizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji tagħhom li ma jkunux jaqblu ma’ dawk li
kieku kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f’dak il-każ il-profitti li, kieku
ma kienux dawk il-kondizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-impriżi, iżda,
minħabba dawk il-kondizzjonijiet, ma ġewx hekk akkumulati, jistgħu jiġu inklużi
fil-profitti ta’ dik l-impriża u intaxxati skond hekk.
2. Meta Stat Kontraenti ikun jinkludi fil-profitti ta’ impriża ta’ dak l-Istat - u
skond hekk jintaxxa - profitti li fuqhom impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor ġiet
intaxxata f’dak l-Istat l-ieħor u l-profitti hekk inklużi jkunu profitti li kienu
jinqalgħu mill-impriża ta’ l-ewwel Stat li kieku l-kondizzjonijiet magħmula bejn iż-
żewġ impriżi kienu dawk li kienu jsiru bejn żewġ impriżi indipendenti,
għaldaqshekk dak l-Istat l-ieħor jista’ jagħmel it-tibdil li jmiss fl-ammont tat-taxxa
imposta hemmhekk fuq dawk il-profitti. Biex jiġi stabbilit it-tibdil, għandhom
jitqiesu kif dovut il-provvedimenti l-oħra ta’ dan il-Ftehim u l-awtoritajiet
kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jekk iħossu jikkonsultaw lil xulxin.
Artikolu 10
DIVIDENDI
1. Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat.
2. Iżda, dawk id-dividendi jistgħu ukoll jiġu intaxxati fl-Istat Kontraenti li
tiegħu l-kumpannija li tkun tħallas id-dividendi tkun residenti u skond il-liġijiet ta’
dak l-Istat, iżda:
(a) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija li tkun residenti tal-Kroazja
lil residenti ta’ Malta li jkun is-sid benefiċjarju tad-dividendi, it-taxxa
tal-Kroazja hekk imposta m’għandhiex tkun iżjed minn 5% ta’ l-
ammont gross tad-dividendi;
(b) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija li tkun residenti ta’ Malta
lil residenti tal-Kroazja li jkun is-sid benefiċjarju tad-dividendi, it-taxxa
8 L.S.123.48 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA
ta’ Malta fuq l-ammont gross tad-dividendi m’għandhiex tkun iżjed
minn dik li titħallas fuq il-profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
Dan il-paragrafu ma jolqotx l-intaxxar tal-kumpannija għar-rigward tal-profitti li
minnhom jitħallsu d-dividendi.
3. Il-frażi "dividendi" kif din tintuża f’dan l-Artikolu tfisser income minn
ishma jew minn drittijiet oħra, li ma jkunux pretensjonijiet ta’ debitu, il-
parteċipazzjoni fi profitti, kif ukoll income minn drittijiet korporattivi li jingħata l-
istess trattament fl-intaxxar bħallikieku kien income minn ishma skond il-liġijiet ta’
l-Istat li tiegħu l-kumpannija li tkun qed tagħmel it-tqassim tkun residenti.
4. Il-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-
Istat Kontraenti l-ieħor li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-dividendi,
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li jkun jagħmel
f’dak l-Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn bażi stabbilita sitwata
hemmhekk, u l-holding li dwarhom id-dividendi jkunu mħallsa jkollu x’jaqsam
effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilita. F’dak il-każ
għandhom japplikaw il-provvedimenti ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond
il-każ.
5. Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpannija, ħlief daqskemm dawk id-dividendi
jitħallsu lil residenti ta’ dak l-Istat l-ieħor jew daqskemm il-holding li dwaru
jitħallsu d-dividendi jkun effettivament konness ma’ dak l-istabbiliment permanenti
jew bażi stabbilita sitwati f’dak Istat l-ieħor, lanqas jissuġġetta l-profitti mhux
imqassma tal-kumpannija għal taxxa fuq il-profitti mhux imqassma tal-kumpannija,
ukoll jekk id-dividendi mħallsa jew il-profitti mhux imqassma jkunu kollha kemm
huma jew f’parti minnhom jikkonsistu fi profitti jew income li jinqalgħu f’dak l-Istat
l-ieħor.
Artikolu 11
IMGĦAX 
1. Imgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u jitħallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandu jiġi intaxxat biss f’dak Istat l-ieħor.
2. Il-frażi "imgħax" kif din tintuża f’dan l-Artikolu tfisser income minn
pretensjonijiet ta’ debitu ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le u sew jekk
jagħti l-jedd għal sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b’mod partikolari,
income minn titoli tal-gvern u income minn bonds jew debentures, inklużi premiums
u premjijiet marbutin ma’ titoli, bonds jew debentures simili. Il-penalitajiet għal ħlas
tardiv m’għandhomx jitqiesu bħala mgħax għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu.
3. Il-provvedimenti tal-paragrafu 1 m’għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju ta’ l-imgħax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih jinqala’ l-imgħax, permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jew jagħmel servizzi personali indipendenti f’dak
Istat l-ieħor minn bażi stabbilita sitwata hemmhekk, u l-pretensjoni ta’ debitu li
dwarha jitħallas l-imgħax tkun effettivament konnessa ma’ dak l-istabbiliment
permanenti jew bażi stabbilita. F’każ bħal dak għandhom japplikaw il-
provvedimenti ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ.
4. Meta, minħabba f’relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
jew bejn it-tnejn li huma u xi persuna oħra, l-ammont ta’ l-imgħax, wara li titqies xi
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA ġ L.S.123.48 9
tkun il-pretensjoni ta’ debitu li dwarha jitħallas, ikun iżjed mill-ammont li kien ikun
miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, il-
provvedimenti ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu japplikaw biss għall-ammont l-
aħħar imsemmi. F’każ bħal dak, il-parti żejda tal-ħlasijiet tibqa’ taxxabbli skond il-
liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, fil-qies tal-provvedimenti l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 12
ROYALTIES
1. Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak Istat l-ieħor jekk dak ir-
residenti jkun is-sid benefiċjarju tar-royalties.
2. Il-frażi "royalties" kif din tintuża f’dan l-Artikolu tfisser ħlasijiet ta’ kull
xorta li jsiru b’korrispettiv għall-użu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu, ta’ kull dritt ta’ l-
awtur ta’ xogħol letterarju, artistiku jew xjentifiku inklużi films ċinematografiċi,
films jew tapes jew mezzi oħra għax-xandir bir-radju jew bit-televiżjoni, kull
privattiva, trade mark, disinn jew mudell, pjan, formula jew proċess sigrieti, jew
tagħmir industrijali, kummerċjali jew xjentifiku jew għal informazzjoni dwar
konoxxenza industrijali, kummerċjali jew xjentifika (know-how).
3. Il-provvedimenti tal-paragrafu 1 m’għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tar-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih ir-royalties jinqalgħu, permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun jagħmel servizzi personali
indipendenti f’dak Istat l-ieħor minn bażi stabbilita sitwata hemmhekk, u d-dritt jew
il-proprjetà  li dwarhom jitħallsu r-royalties ikunu effettivament konnessi ma’ dak l-
istabbiliment permanenti jew bażi stabbilita. F’dak il-każ għandhom japplikaw il-
provvedimenti ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 14, skond il-każ.
4. Meta, minħabba r-relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
jew bejnithom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties, fil-qies ta’ x’ikun l-
użu, id-dritt jew l-informazzjoni li jitħallsu għalihom, ikun iżjed mill-ammont li kien
ikun miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni,
il-provvedimenti ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-aħħar
imsemmi. F’dak il-każ, il-parti żejda tal-ħlasijiet għandha tibqa’ taxxabbli skond il-
liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, wara li jitqiesu l-provvedimenti l-oħra ta’ dan il-
Ftehim.
Artikolu 13
QLIGĦ KAPITALI
1. Qligħ li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti mit-trasferiment ta’
proprjetà  immobbli imsemmi fl-Artikolu 6 u sitwat fl-Istat Kontraenti l-ieħor jista’
jiġi intaxxat f’dak Istat l-ieħor.
2. Qligħ mit-trasferiment ta’ ishma jew interessi komparabbli f’kumpannija, li
jkollha l-assi tagħha jikkonsistu għal kollox jew prinċipalment fi proprjetà
immobbli, jista’ jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti li fih l-assi jew l-assi prinċipali tal-
kumpannija jkunu sitwati.
3. Qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tagħmel parti mill-proprjetà
tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti jkollha fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jew ta’ proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni għal bażi stabbilita
disponibbli għal residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor bil-għan li
jitwettqu servizzi personali indipendenti, inkluż dak il-qligħ mit-trasferiment ta’ dak
10 L.S.123.48 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA
l-istabbiliment permanenti (waħdu jew flimkien ma’ l-impriża kollha) jew ta’ dik il-
bażi stabbilita, jista’ jiġi intaxxat f’dak Istat l-ieħor.
4. Qligħ mit-trasferiment ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru operati fi traffiku
internazzjonali minn impriża ta’ Stat Kontraenti, jew proprjetà  mobbli li tappartjeni
għall-operat ta’ dawk il-bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru għandhom ikunu taxxabbli
biss f’dak l-Istat.
5. Qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  li ma tkunx dik imsemmija fil-paragrafi
1 sa 4 għandu jkun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li tiegħu ikun residenti min
jittrasferixxi.
Artikolu 14
SERVIZZI PERSONALI INDIPENDENTI
1. Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti għal servizzi
professjonali jew attivitajiet oħra ta’ xorta indipendenti għandu jkun intaxxat biss
f’dak l-Istat ħlief f’xi waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin, meta dak l-income jista’ wkoll
jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor:
(a) jekk ikollu bażi stabbilita regolarment disponibbli għalih fl-Istat
Kontraenti l-ieħor bil-għan li jwettaq l-attivitajiet tiegħu. F’dak il-każ hi
biss dik il-parti mill-income tiegħu li tista’ tiġi intaxxata f’dak l-Istat l-
ieħor daqskemm tkun attribwibbli lil dik il-bażi stabbilita;
(b) jekk il-qagħda tiegħu fl-Istat Kontraenti l-ieħor tkun għal perjodu jew
għal perjodi li fit-total ikunu jaqbżu l-183 ġurnata f’perjodu ta’ 12 il-
xahar li jibda għaddej jew itemm fis-sena kalendarja involuta. F’dak il-
każ hi biss dik il-parti mill-income tiegħu li tista’ tiġi intaxxata f’dak l-
Istat l-ieħor daqskemm tinkiseb mill-attivitajiet tiegħu mwettqa f’dak l-
Istat l-ieħor.
2. Il-frażi "servizzi professjonali" tinkludi attivitajiet letterarji, artistiċi,
edukattivi jew ta’ tagħlim li huma speċjalment indipendenti kif ukoll l-attivitajiet
indipendenti ta’ tobba, avukati, inġiniera, periti, dentisti u accountants.
Artikolu 15
SERVIZZI PERSONALI DIPENDENTI
1. Bla ħsara għall-provvedimenti ta’ l-Artikoli 16, 18 u 19, is-salarji, il-pagi u
kumpens ieħor bħal dak li jinkisbu minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar xi impieg
għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jiġix
eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk eżerċitat, dak il-kumpens
li jinkiseb minnu jista’ jiġi intaxxat f’dak Istat l-ieħor.
2. Minkejja l-provvedimenti tal-paragrafu 1, il-kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor għandu
jkun taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
(a) min jirċevih ikun preżenti fl-Istat l-ieħor għal perjodu jew perjodi li ma
jaqbżux it-total ta’ 183 ġurnata f’perjodu ta’ 12 il-xahar li jibda għaddej
jew itemm fis-sena kalendarja involuta, u
(b) il-kumpens jitħallas minn, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx residenti ta’
l-Istat l-ieħor, u
(ċ) il-kumpens ma jkunx piż fuq l-istabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li l-prinċipal ikollu fl-Istat l-ieħor.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA ġ L.S.123.48 11
3. Minkejja l-provvedimenti preċedenti ta’ dan l-Artikolu, il-kumpens li
jinkiseb dwar impieg eżerċitat abbord bastiment jew inġenji ta’ l-ajru operati fi
traffiku internazzjonali minn impriża ta’ Stat Kontraenti jista’ jiġi intaxxat f’dak l-
Istat.
Artikolu 16
DRITTIJIET TAD-DIRETTURI
Id-drittijiet tad-diretturi u ħlasijiet simili oħra li jinkisbu minn residenti ta’ Stat
Kontraenti fil-kapaċità  tiegħu ta’ membru tal-bord ta’ diretturi ta’ kumpannija li
tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
Artikolu 17
ARTISTI U SPORTIVI
1. Minkejja l-provvedimenti ta’ l-Artikoli 14 u 15, income li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti bħala uħud li jagħtu spettaklu, bħal artisti tat-teatru, tal-
films ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni, jew bħala mużiċista, jew bħala
sportiv, mill-attivitajiet personali tiegħu bħala tali li jiġu eżerċitati fl-Istat
Kontraenti l-ieħor, jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Meta income dwar attivitajiet personali eżerċitati minn min jagħti spettaklu
jew sportiv fil-kapaċità  tiegħu bħala tali jinġabar mhux minn min jagħti spettaklu
jew l-isportiv innifsu iżda minn xi persuna oħra, dak l-income jista’, minkejja l-
provvedimenti ta’ l-Artikoli 7, 14 u 15, jiġi intaxxat fl-Istat Stat Kontraenti li fih l-
attivitajiet ta’ min jagħti spettaklu jew ta’ l-isportiv jiġu eżerċitati.
Artikolu 18
PENSJONIJIET
Bla ħsara għall-provvedimenti tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 19, pensjonijiet u
kumpens ieħor simili li jitħallsu lil residenti ta’ Stat Kontraenti minħabba f’xi
impieg imgħoddi għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
Artikolu 19
SERVIZZ TAL-GVERN
1. (a) Rimunerazzjoni, minbarra pensjoni, mħallsa minn Stat Kontraenti jew
minn awtorità  lokali tiegħu lil individwu għar-rigward ta’ servizzi mogħtijin lil dak
l-Istat jew awtorità  lokali għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
(b) Madankollu, dik ir-rimunerazzjoni għandha tkun taxxabbli biss f’dak l-
Istat Kontraenti l-ieħor jekk is-servizzi jingħataw f’dak l-Istat u l-individwu jkun
residenti f’dak l-Istat li:
(i) huwa jkun ċittadin ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat unikament sabiex jaqdi dawk
is-servizzi.
2. (a) Kull pensjoni mħallsa minn, jew li toħroġ minn fond maħluq minn, Stat
Kontraenti jew minn awtorità  lokali tiegħu lil individwu għar-rigward ta’ servizzi
mogħtija lil dak l-Istat jew awtorità  lokali għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-
Istat.
12 L.S.123.48 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA
(b) Madankollu, dik il-pensjoni għandha tkun taxxabbli biss fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jekk l-individwu jkun residenti ta’, u ċittadin ta’, dak l-Istat.
3. Il-provvedimenti ta’ l-Artikoli 15, 16 u 18 għandhom japplikaw għal
rimunerazzjoni u pensjonijiet għar-rigward ta’ servizzi mogħtijin f’dak li għandu
x’jaqsam ma’ negozju li jkun ġestit minn Stat Kontraenti jew minn awtorità  lokali
tiegħu.
Artikolu 20
STUDENTI U APPRENDISTI FIL-KUMMERĊ
Student jew apprendist li jkun prezenti fi Stat Kontraenti unikament bil-għan ta’ l-
edukazzjoni jew it-taħriġ tiegħu u li jkun, jew minnufih qabel ma kien hekk preżenti
kien, residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor ikun eżenti mit-taxxa f’dak l-ewwel
imsemmi Stat fuq ħlasijiet li huwa jirċievi minn barra dak l-ewwel imsemmi Stat
għall-għanijiet tal-manteniment, edukazzjoni jew taħriġ tiegħu.
Artikolu 21
INCOME IEĦOR
1. Elementi ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jinqalgħu minn fejn
jinqalgħu, li ma jkunux ittrattati fl-Artikoli ta’ hawn aktar qabel ta’ dan il-Ftehim
għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
2. Il-provvedimenti tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal income, li
ma jkunx income minn proprjetà  immobbli kif imfisser fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu
6, jekk min jirċievi dak l-income, għax ikun residenti ta’ Stat Kontraenti, jiġġestixxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun jinsab
f’dak l-Istat, jew iwettaq f’dak Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn bażi
stabbilita li tkun tinsab hemmhekk, u d-dritt jew il-proprjetà  li dwarhom jitħallas l-
income jkun effettivament konness ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi
fissa, f’dak il-każ għandhom japplikaw il-provvedimenti ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-
Artikolu 14, skond il-każ.
Artikolu 22
EVITAR TA’ TASSAZZJONI DOPPJA
1. Fil-każ ta’ residenti tal-Kroazja, it-tassazzjoni doppja għandha tiġi evitata
kif ġej:
Meta residenti tal-Kroazja jikseb income li, skond il-provvedimenti ta’ dan il-
Ftehim, jistgħu jkunu intaxxati f’Malta, il-Kroazja għandha tippermetti bħala tnaqqis
mit-taxxa fuq l-income ta’ dak ir-residenti ammont li jkun daqs it-taxxa fuq l-income
mħallsa f’Malta. Dak it-tnaqqis ma għandux, madankollu, jeċċedi dik il-parti mit-
taxxa fuq l-income, hekk kif tiġi komputata qabel ma jingħata t-tnaqqis, li jkun
attribbwibbli għall-income li jista’ jiġi intaxxat f’Malta. 
2. Fil-każ ta’ residenti ta’ Malta, it-tassazzjoni doppja għandha tiġi evitata kif
ġej:
(a) bla ħsara għall-provvedimenti tal-liġi ta’ Malta li tirrigwarda l-għoti bi
kreditu għat-taxxa ta’ Malta għar-rigward tat-taxxa barranija, meta,
skond il-provvedimenti ta’ dan il-Ftehim, ikun hemm inklużi fi stima ta’
Malta income minn sorsi fil-Kroazja, it-taxxa tal-Kroazja fuq dak l-
income għandu jiġi permess bħala kreditu għat-taxxa ta’ Malta relattiva
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA ġ L.S.123.48 13
li titħallas dwarhom; 
(b) meta kumpannija li tkun residenti tal-Kroazja tħallas dividend lil
residenti ta’ Malta, it-taxxa tal-Kroazja li titħallas mill-kumpannija li
tħallas id-dividend għar-rigward tal-profitti li minnhom dak id-dividend
ikun imħallas għandha tiġi permessa bħala kreditu għat-taxxa ta’ Malta
li titħallas għar-rigward ta’ dak id-dividend.
3. Meta skond xi provvediment tal-Ftehim income miksub minn residenti ta’
Stat Kontraenti jkun eżenti mit-taxxa f’dak l-Istat, dak l-Istat jista’ madankollu, fil-
kalkolu ta’ l-ammont ta’ taxxa fuq l-income ta’ dak ir-residenti, iqis l-income
eżentat.
Artikolu 23
EBDA DISKRIMINAZZJONI
1. Iċ-ċittadini ta’ Stat Kontraenti ma għandhomx jiġu suġġetti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għal xi tassazzjoni jew għal xi ħtieġa li jkunu konnessi ma’ dan li
tkun diversa jew ta’ iktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet konnessi li għalihom ċittadini
ta’ dak l-Istat l-ieħor fl-istess ċirkostanzi, b’mod partikolari għar-rigward ta’
residenza, huma jew jistgħu jkunu suġġetti. Dan il-provvediment għandu, minkejja l-
provvedimenti ta’ l-Artikolu 1, jkun japplika wkoll għal persuni li ma jkunux
residenti ta’ xi wieħed jew taż-żewġ Stati Kontraenti.
2. L-intaxxar fuq stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti jkollha
fl-Istat Kontraenti l-ieħor ma għandux jinġabar inqas favorevolment f’dak Istat l-
ieħor mit-tassazzjoni miġbura fuq impriżi ta’ dak l-Istat l-ieħor li jkun qiegħed
iwettaq l-istess ativitajiet.
3. Dan il-provvediment ma għandux jiftiehem bħala li jobbliga lil Stat
Kontraenti li jikkonċedi lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor xi allowances,
ħelsien u tnaqqis personali għall-għanijiet ta’ tassazzjoni minħabba fl-istatus ċivili
jew responsabbiltajiet familjari li tikkonċedi lir-residenti tagħha.
4. Ħlief fejn il-provvedimenti tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 9, paragrafu 4 ta’ l-
Artikolu 11, jew paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 12 japplikaw, imgħax, royalties u
ħlasijiet oħra li jitħallsu minn impriża ta’ Stat Kontraenti lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandhom, għall-għan li jiġu stabbiliti x’inhuma l-profitti
taxxabbli ta’ dik l-impriża, jiġu mnaqqsa taħt l-istess kondizzjonijiet bħallikieku
kienu mħallsa lil residenti ta’ l-ewwel imsemmi Stat.
5. Impriżi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom ikun għal kollox jew f’parti
minnu proprjetà  jew taħt il-kontroll, sew dirett sew mhux dirett, minn residenti
wieħed jew iktar ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, ma jkunux suġġetti fl-Istat l-ewwel
imsemmi għal xi tassazzjoni jew ħtieġa konnessa ma’ dan li tkun xort’oħra jew ta’
iktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet konnessi li għalihom ikun jew jistgħu jkunu
suġġetti l-impriżi ta’ l-ewwel imsemmi Stat.
6. Il-provvedimenti ta’ dan l-Artikolu għandhom, minkejja l-provvedimenti ta’
l-Artikolu 2, ikunu japplikaw għal taxxi ta’ kull xorta u deskrizzjoni li huma s-
suġġett ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 24
PROĊEDURA GĦAL FTEHIM REĊIPROKU
1. Meta persuna jidhrilha li l-azzjonijiet ta’ xi wieħed jew taż-żewġ Stati
Kontraenti jirriżultawlu jew jistgħu jirriżultawlu f’tassazzjoni li ma tkunx skond il-
14 L.S.123.48 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA
provvedimenti ta’ dan il-Ftehim, huwa jista’, irrispettivament mir-rimedji pprovduti
mil-liġi domestika ta’ dawk l-Istati, jippreżenta l-każ tiegħu quddiem l-awtorità
kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu huwa jkun residenti jew, jekk il-każ tiegħu
jkun jaqa’ taħt il-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 23, lil dik ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu
huwa jkun ċittadin. Il-każ għandu jiġi ppreżentat fi żmien tliet snin minn l-ewwel
avviż ta’ l-azzjoni li tirriżulta f’intaxxar li ma jkunx skond il-provvedimenti tal-
Ftehim.
2. L-awtorità  kompetenti għandha tistħarreġ, jekk ikunx jidhrilha li l-
oġġezzjoni tkun ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal għal soluzzjoni
sodisfaċenti, li tirrisolvi l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità  kompetenti ta’ l-
Istat Kontraenti l-ieħor, bil-għan li tiġi evitata tassazzjoni li ma tkunx skond il-
Ftehim. Meta jintlaħaq ftehim dan għandu jiġi implimentat minkejja kull terminu ta’
żmien fil-liġi domestika ta’ l-Istati Kontraenti.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jistħarrġu kif
jirrisolvu permezz ta’ ftehim reċiproku kull diffikultà  jew dubbju li jista’ jitnissel
dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Dawn jistgħu wkoll
jikkonsultaw flimkien għall-eliminazzjoni ta’ tassazzjoni doppja f’dawk il-każijiet li
m’hemm xejn provdut dwarhom fil-Ftehim.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistgħu jikkomunikaw ma’
xulxin direttament bil-għan li jilħqu ftehim fis-sens tal-paragrafi preċedenti. Meta
jkun jidher siewi sabiex ikun jista’ jintlaħaq ftehim li jkun hemm skambju ta’
fehmiet li jsir bil-fomm, dawk l-iskambji jistgħu jsiru permezz ta’ Kummissjoni li
tkun tikkonsisti minn rappreżentanti ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati
Kontraenti.
Artikolu 25
SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jiskambjaw dik l-
informazzjoni li tista’ tkun meħtieġa għat-twettiq tal-provvedimenti ta’ dan il-
Ftehim jew tal-liġijiet domestiċi ta’ l-Istati Kontraenti għar-rigward ta’ taxxi koperti
bil-Ftehim sakemm l-intaxxar li jsir taħtom ma jkunx kuntrarju għall-Ftehim. L-
iskambju ta’ informazzjoni mhuwiex ristrett bl-Artikolu 1. Kull informazzjoni li tiġi
riċevuta mill-Istat Kontraenti għandha tiġi ttrattata bħala waħda sigrieta bl-istess
mod bħall-informazzjoni miksuba taħt il-liġijiet domestiċi ta’ dak l-Istat u għandha
tiġi żvelata biss lil persuni jew awtoritajiet (inklużi qrati u korpi amministrattivi)
involuti fl-istima jew fil-ġbir ta’, l-infurzar jew prosekuzzjoni dwar, jew id-deċiżjoni
ta’ appelli dwar, it-taxxi koperti bil-Ftehim. Dawk il-persuni jew awtoritajiet
għandhom jużaw dik l-informazzjoni biss għal dawk l-għanijiet. Huma jistgħu
jiżvelaw l-informazzjoni fi proċeduri tal-qorti bil-miftuħ jew f’deċiżjonijiet
ġudizzjarji.
2. F’ebda każ ma għandhom il-provvedimenti tal-paragrafu 1 jiftiehmu bħala li
jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
(a) li jwettaq miżuri amministrattivi li ma jkunux jaqblu mal-liġijiet u mal-
prattika amministrattiva ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(b) li jagħti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taħt il-liġijiet jew fil-
kors normali ta’ l-amministrazzjoni ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet ta’ sengħa, negozju, industrija,
kummerċ jew professjoni jew proċess tal-kummerċ, jew informazzjoni,
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA ġ L.S.123.48 15
li meta tiġi żvelata din tkun tmur kontra l-ordni pubbliku (ordre public).
Artikolu 26
MEMBRI TA’ MISSJONIJIET DIPLOMATIĊI U KARIGI KONSULARI
Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġġi fiskali tal-membri ta’
missjonijiet diplomatiċi jew ta’ karigi konsulari taħt ir-regoli ġenerali tad-dritt
internazzjonali jew taħt il-provvedimenti ta’ kull ftehim speċjali.
Artikolu 27
BIDU FIS-SEĦĦ
1. L-Istati Kontraenti għandhom javżaw lil xulxin, permezz tal-kanali
diplomatiċi, li jkunu saru l-proċeduri legali interni meħtieġa għall-bidu fis-seħħ ta’
dan il-Ftehim.
2. Dan il-Ftehim għandu jibda jseħħ tletin jum wara d-data li jasal l-aħħar
wieħed mill-avviżi msemmija fil-paragrafu 1 u d-disposizzjonijiet tiegħu jkollhom
effett:
(a) fil-każ tal-Kroazja, għar-rigward ta’ taxxi fuq l-income miksub matul is-
snin taxxabbli li jibdew fi jew wara l-ewwel jum ta’ Jannar minnufih
wara d-data meta l-Ftehim jibda jseħħ;
(b) fil-każ ta’ Malta, għar-rigward ta’ taxxi fuq l-income miksub matul xi
sena kalendarja jew żmien ta’ kontijiet, skond il-każ, li jibda fi jew wara
l-ewwel jum ta’ Jannar minnufih wara d-data li fiha l-Ftehim jibda
jseħħ.
Artikolu 28
TERMINAZZJONI
Dan il-Ftehim għandu jibqa’ jseħħ għal żmien indefinit iżda kull wieħed mill-
Istati Kontraenti jista’, fi jew qabel it-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena kalendarja li tkun
tibda wara l-iskadenza ta’ perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-
Ftehim, jagħti avviż bil-miktub tat-terminazzjoni lill-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz tal-kanali diplomatiċi. F’dak il-każ dan il-Ftehim ma għandux jibqa’ jseħħ:
(a) fil-każ tal-Kroazja, għar-rigward ta’ taxxi fuq l-income miksub matul is-
snin taxxabbli li jibdew fi jew wara l-ewwel jum ta’ Jannar minnufih
wara d-data li fiha jingħata l-avviż tat-terminazzjoni;
(b) fil-każ ta’ Malta, għar-rigward ta’ taxxi fuq l-income miksub matul xi
sena kalendarja jew perjodu ta’ kontijiet, skond il-każ, li jibdew fi jew
wara l-ewwel jum ta’ Jannar minnufih wara d-data li fiha jingħata l-
avviż tat-terminazzjoni.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan,
iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGĦMUL f’Ruma, fil-21 ta’ Ottubru, 1998, in duplikat fl-ilsien Kroat u dak
Ingliż, iż-żewġ testi awtentiċi ndaqs. 
Henry C. De Gabriele  Dr. Davorin Rudolf 
Għar-Repubblika ta’ Malta  Għar-Repubblika tal-Kroazja
16 L.S.123.48 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA
PROTOKOLL
Filwaqt li kien qed jiġi ffirmat il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Kroazja u Malta
għall-Evitar ta’ Tassazzjoni Doppja dwar Taxxi fuq l-income, is-sottoskritti qablu li
dawn il-provvedimenti li ġejjin għandhom jifformaw parti integrali mill-Ftehim.
Dwar l-Artikolu 10, jiftiehem li d-dividendi mhumiex suġġetti għat-taxxa tal-
Kroazja. Jekk ikun hemm xi tibdil f’din is-sistema jew fis-sistema ta’ imputazzjoni
sħiħa li bħalissa qegħda tiġi applikata f’Malta dwar l-intaxxar tal-profitti ta’
kumpannija f’Malta u d-distribuzzjoni ta’ dawk il-profitti lill-azzjonisti tal-
kumpannija, l-Istati Kontraenti għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jerġgħu
jikkunsidraw mill-ġdid il-provvedimenti ta’ dak l-Artikolu.
B’XIEHDA TA’ DAN, is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan,
iffirmaw dan il-Protokoll.
MAGĦMUL f’Ruma, fil-21 ta’ Ottubru, 1998, in duplikat fl-ilsien Kroat u dak
Ingliż, iż-żewġ testi awtentiċi ndaqs. 
Henry C. De Gabriele  Dr. Davorin Rudolf 
Għar-Repubblika ta’ Malta  Għar-Repubblika tal-Kroazja
