EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-LIBANU ġ L.S.123.49 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.49
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-REPUBBLIKA TAL-LIBANU
23 ta’ Frar, 1999
L-AVVIŻ LEGALI 119 ta’ l-2000.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Repubblika tal-Libanu.
Arranġamenti 
jkollhom seħħ.
2. Qiegħed jiġi hawnhekk dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-ordni saru mar-Repubblika tal-
Libanu sabiex jagħtu ħelsien minn taxxa doppja dwar
it-taxxi li ġejjin imposti bil-liġijiet tar-Repubblika tal-
Libanu; 
(i) it-taxxa fuq il-profitti ta’ professjonijiet
industrijali, kummerċjali u mhux kummerċjali;
(ii) it-taxxa fuq salarji, pagi u pensjonijiet;
(iii) it-taxxa fuq l-income miksub minn kapital
mobbli;
(iv) it-taxxa fuq proprjetà  mibnija;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arranġamenti għandu
jkollhom effett;
(ċ) illi l-Ftehim beda jseħħ fl-10 ta’ Frar, 2000.
2 L.S.123.49 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-LIBANU
SKEDA
FTEHIM
BEJN IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA 
U R-REPUBBLIKA TAL-LIBANU
GĦALL-EVITAR TA’ TAXXA DOPPJA
U L-PREVENZJONI TA’ EVAŻJONI FISKALI
DWAR TAXXI FUQ L-INCOME
Il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta u l-Gvern tar-Repubblika tal-Libanu, billi
jixtiequ jġibu ’l quddiem u jsaħħu l-kollaborazzjoni ekonomika tagħhom billi
jagħmlu Ftehim għall-evitar ta’ taxxa doppja u l-prevenzjoni ta’ evażjoni fiskali
dwar taxxi fuq l-income, ftehmu kif ġej -
Artikolu 1
GĦAN PERSONALI
Dan il-Ftehim għandu japplika għal persuni li jkunu residenti fi Stat Kontraenti
wieħed jew fit-tnejn li huma.
Artikolu 2
TAXXI KOPERTI
1. Dan il-ftehim għandu japplika għat-taxxi fuq l-income imposti f’isem Stat
Kontraenti jew l-awtoritajiet lokali tiegħu jew l-oqsma amministrattivi-territorjali
tiegħu, irrispettivament mill-mod kif dawn jinġabru.
2. Għandhom jitqiesu bħala taxxi fuq l-income it-taxxi kollha imposti fuq l-
income totali, jew fuq elementi ta’ income, inklużi taxxi fuq kull qliegħ mit-
trasferiment ta’ proprjetà  mobbli jew immobbli, u taxxi fuq salarji u kull
rimunerazzjoni simili oħra.
3. It-taxxi eżistenti li għalihom japplika dan il-Ftehim huma -
(a) fil-każ tal-Libanu -
(i) it-taxxa fuq il-profitti ta’ professjonijiet industrijali, kummerċjali
u mhux kummerċjali;
(ii) it-taxxa fuq is-salarji, pagi u pensjonijiet;
(iii) it-taxxa fuq l-income miksub minn kapital mobbli;
(iv) it-taxxa fuq il-proprjetà  mibnija;
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa tal-Libanu");
(b) fil-każ ta’Malta:
it-taxxa fuq l-income;
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ Malta").
4. Il-Ftehim għandu japplika wkoll għal kull taxxa identika jew sostanzjalment
simili li jiġu imposti wara d-data meta jiġi ffirmat dan il-Ftehim b’żieda ma’, jew
minflok, it-taxxi eżistenti msemmija fil-paragrafu 3.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-
Istati Kontraenti għandhom jgħarrfu lil xulxin b’kull tibdil sostanzjali li jkun sar fil-
liġijiet dwar it-taxxa rispettivi tagħhom f’perjodu ta’ żmien raġonevoli wara dawk il-
bidliet.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-LIBANU ġ L.S.123.49 3
Artikolu 3
TIFSIRIET ĠENERALI
1. Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtiegx xort’oħra:
(a) il-frażijiet "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-ieħor" ifissru Libanu
jew Malta skond ir-rabta tal-kliem;
(b) il-frażi "Libanu" tfisser it-territorju tar-Repubblika tal-Libanu inkluż il-
baħar territorjali tagħha kif ukoll iż-żona ekonomika esklużiva li fuqha
l-Libanu għandu sovranità , drittijiet sovrani u ġurisdizzjoni skond id-
dritt nazzjonali tiegħu u d-dritt internazzjonali, għar-rigward ta’ l-
esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali, bijoloġiċi u minerali
li jeżistu fl-ibħra, fil-qiegħ u fis-sottoswol ta’ dawn l-ibħra;
(ċ) il-frażi "Malta" tfisser the Repubblika ta’ Malta u, meta użata f’sens
ġeografiku, tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-Gżira ta’ Għawdex u l-gżejjer l-
oħra ta’ l-arċipelagu Malti inklużi l-ibħra territorjali tagħhom, kif ukoll
kull area ta’ qiegħ il-baħar, is-sottoswol tiegħu u l-kolonna ta’ baħar
sovrajaċenti u adjaċenti għall-ibħra territorjali, fejn ir-Repubblika ta’
Malta għandha drittijiet sovrani, ġurisdizzjoni, jew kontroll skond id-
dritt internazzjonali u d-dritt nazzjonali tagħha, inkluża l-leġislazzjoni
tagħha għar-rigward ta’ l-esplorazzjoni tal-blata kontinentali u l-
esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali tagħha;
(d) il-frażi "persuna" tinkludi individwu, kumpannija u kull korp ta’ persuni
mwaqqfa skond il-liġi f’xi wieħed mill-Istati Kontraenti;
(e) il-frażi "kumpannija" tfisser kull korp magħqud jew kull enti ieħor li
jkun trattat bħala korp magħqud għall-iskopijiet ta’ taxxa;
(f) il-frażi "impriża ta’ Stat Kontraenti" u "impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor" ifissru rispettivament impriża ġestita minn residenti ta’ Stat
Kontraenti u impriża ġestita minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(g) il-frażi "ċittadin" tfisser:
(i) individwu li jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Kontraenti;
(ii) persuna ġuridika, soċjetà  jew assoċjazzjoni li jiksbu l-istatus
tagħhom bħala tali mil-liġijiet li jkunu fis-seħħ fi Stat Kontraenti;
(h) il-frażi "traffiku internazzjonali" tfisser kull trasport b’bastiment jew
b’inġenji ta’ l-ajru, mħaddma minn impriża ta’ Stat Kontraenti, ħlief
meta l-bastiment jew l-inġenji ta’ l-ajru jiġu unikament imħaddma bejn
postijiet fl-Istat Kontraenti l-ieħor;
(i) il-frażi "awtorità  kompetenti" tfisser:
(i) fil-każ tal-Libanu, il-Ministru tal-Finanzi jew ir-rappreżentant
awtorizzat tiegħu,
(ii) fil-każ ta’ Malta, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu.
2. Għar-rigward ta’ l-applikazzjoni tal-Ftehim minn Stat Kontraenti kull frażi
li ma tkunx imfissra fih għandha, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra, jkollha t-tifsir kif mogħti lilha taħt il-liġi ta’ dak l-Istat għall-finijiet tat-
taxxi li l-Ftehim japplika għalihom.
4 L.S.123.49 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-LIBANU
Artikolu 4
RESIDENTI
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "residenti ta’ Stat Kontraenti" tfisser
kull persuna li, taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat, hija suġġetta għat-taxxa hemmhekk
minħabba d-domiċilju, r-residenza, post tal-maniġġ jew xi kriterju ieħor ta’ xorta
simili.  Iżda din il-frażi ma tinkludix lil xi persuna li tkun suġġetta għat-taxxa f’dak
l-Istat għar-rigward biss ta’ income minn għejjun f’dak l-Istat.
2. Meta minħabba d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 individwu jkun residenti
taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-istatus tiegħu għandu jiġi stabbilit kif ġej:
(a) huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li fih ikollu dar
permanenti għad-dispożizzjoni tiegħu;  jekk huwa jkollu dar permanenti
għad-dispożizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati, huwa għandu jitqies li jkun
residenti ta’ l-Istat li miegħu r-relazzjonijiet personali u ekonomiċi
tiegħu jkunu l-aktar marbuta (ċentru ta’ interessi vitali);
(b) jekk l-Istat li fih huwa jkollu ċ-ċentru ta’ interessi vitali ma jistax jiġi
determinat, jew jekk huwa ma jkollux għad-dispożizzjoni tiegħu dar
permanenti f’ebda Stat, huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li
fih soltu jirrisjedi;
(ċ) jekk huwa soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati jew f’ebda wieħed minnhom,
huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li tiegħu jkun ċittadin;
(d) jekk huwa jkun ċittadin taż-żewġ Stati jew ta’ l-ebda wieħed minnhom,
l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jiddeċiedu l-
każ bi ftehim bejnithom.
3. Meta minħabba d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, din għandha għaldaqstant titqies
bħala residenti ta’ l-Istat Kontraenti fejn ikun jinsab il-post effettiv tal-maniġġ
tagħha.
Artikolu 5
STABBILIMENT PERMANENTI
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "stabbiliment permanenti" tfisser
post tan-negozju fiss li minnu jitmexxa għalkollox jew f’parti minnu x-xogħol ta’
impriża.
2. Il-frażi "stabbiliment permanenti" tinkludi b’mod speċjali:
(a) post ta’ maniġġ; 
(b) fergħa;
(ċ) uffiċċju; 
(d) fabbrika; 
(e) ħanut tax-xogħol;
(f) minjiera, bir taż-żejt jew tal-gass, barriera jew kull post ieħor ta’
estrazzjoni ta’ riżorsi naturali inkluż sit ta’ offshore drilling;
(g) art li tkun qegħda tinbena, proġett ta’ kostruzzjoni, assemblaġġ jew
stallazzjoni jew attivitajiet ta’ sorveljanza li jkollhom x’jaqsmu ma’
dan, iżda biss meta dik l-art, dak il-proġett jew dawk l-attivitajiet
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-LIBANU ġ L.S.123.49 5
ikomplu għal perjodu ta’ aktar minn sitt xhur matul xi perjodu ta’ tnax
il-xahar li jkun;  u
(h) l-għoti ta’ servizzi, inklużi servizzi ta’ konsulenza, minn impriża ta’
Stat Kontraenti permezz ta’ impjegati jew persunal ieħor imqabbad
għaldaqstant fl-Istat Kontraenti l-ieħor, sakemm dawk l-attivitajiet
ikomplu għall-istess proġett jew għal proġett konness għal perjodu jew
perjodi li flimkien iġibu iktar minn sitt xhur matul xi perjodu ta’ tnax il-
xahar li jkun.
3. Minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frażi
"stabbiliment permanenti" għandha titqies li ma tinkludix:
(a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop uniku ta’ ħżin, wiri jew tqassim ta’
oġġetti jew merkanzija li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża;
(b) il-manutenzjoni ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’
l-impriża għall-iskop uniku ta’ ħżin, wiri jew tqassim;
(ċ) il-manutenzjoni ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’
l-impriża għall-iskop uniku ta’ proċessar minn impriża oħra;
(d) il-bejgħ ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’ l-impriża, li tiġi
esibita f’xi fiera jew esibizzjoni temporanja u okkażjonali, wara l-
għeluq ta’ dik il-fiera jew esibizzjoni;
(e) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku ta’ xiri ta’
oġġetti jew merkanzija jew ta’ ġbir ta’ tagħrif għall-impriża;
(f) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku li tiġi ġestita,
għall-impriża, xi attività  oħra ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja;
(g) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku  ta’ xi
kombinazzjoni ta’ l-attivitajiet imsemmija fis-subparagrafi (a) sa (f),
kemm-il darba l-attività  kollha tal-post tan-negozju fiss li tirriżulta
minn din il-kombinazzjoni tkun waħda ta’ xorta preparatorja jew
awżiljari.
4. Minkejja l-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 2, meta persuna - li ma tkunx
aġent bi status indipendenti li għalih japplika l-paragrafu 5 - tkun qed taġixxi f’isem
impriża u jkollha, u abitwalment teżerċita, fi Stat Kontraenti awtorità  biex
tikkonkludi kuntratti f’isem l-impriża, dik l-impriża għandha titqies li jkollha
stabbiliment permanenti f’dak l-Istat għar-rigward ta’ kull attività  li dik l-impriża,
kemm-il darba l-attivitajiet ta’ dik il-persuna jkunu limitati għal dawk imsemmija
fil-paragrafu 3 illi, jekk dawn jiġu eżerċitati minn ġo post tan-negozju fiss, ma
jirrendux lil dan il-post tan-negozju fiss bħala stabbiliment permanenti taħt il-
provvedimenti ta’ dak il-paragrafu.
5. Impriża ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment permanenti fi Stat
Kontraenti biss minħabba li tkun tiġġestixxi negozju f’dak l-Istat permezz ta’ sensal,
aġent b’kummissjoni ġenerali jew kull aġent ieħor bi status indipendenti, sakemm
dawk il-persuni jkunu qed jaġixxu fil-kors ordinarju tan-negozju tagħhom.
6. Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tkun tikkontrolla
jew tkun minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, jew li tkun
tiġġestixxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta’ stabbiliment permanenti
sew xort’oħra), m’għandux fih innifsu jikkostitwixxi lil xi kumpannija waħda jew l-
oħra stabbiliment permanenti tal-kumpannija l-oħra.
6 L.S.123.49 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-LIBANU
Artikolu 6
INCOME MINN PROPRJETÀ  IMMOBBLI
1. Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn proprjetà
immobbli (inkluż income mill-agrikoltura jew ħidma fil-boskijiet) li jkunu jinsabu
fl-Istat Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Il-frażi "proprjetà  immobbli" għandu jkollha t-tifsira li għandha taħt il-liġi
ta’ l-Istat Kontraenti li fih tkun tinsab il-proprjetà  involuta.  Il-frażi għandha f’kull
każ tinkludi proprjetà  aċċessorja għal proprjetà  immobbli, bhejjem f’razzett u
tagħmir li jintuża fl-agrikoltura u fil-ħidma fil-boskijiet, drittijiet li għalihom
japplikaw il-provvedimenti tal-liġi ġenerali dwar il-proprjetà  ta’ l-art, l-użufrutt tal-
proprjetà  immobbli u drittijiet dwar ħlasijiet varjabbli jew fissi bħala korrispettiv
għal ħidma fi, jew id-dritt li jinħadmu, jew għall-esplorazzjoni ta’, depożiti minerali,
għejjun u riżorsi oħra naturali;  bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru ma għandhomx
jitqiesu bħala proprjetà  immobbli.
3. Il-provvedimenti tal-paragrafu 1 għandhom ikunu japplikaw għal income li
jinkiseb mill-użu dirett, kiri, jew użu ta’ kull xorta ta’ proprjetà  immobbli.
4. Il-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-income
minn proprjetà  immobbli ta’ impriża u għal income minn proprjetà  immobbli użata
għall-għemil ta’ servizzi personali indipendenti.
Artikolu 7
PROFITTI MINN NEGOZJU
1. Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti għandhom jiġu intaxxati biss f’dak
l-Istat kemm-il darba l-impriża ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk. Jekk l-impriża tkun
qegħda tmexxi negozju kif hawn aktar qabel imsemmi, il-profitti ta’ l-impriża
jistgħu jiġu intaxxati fl-Istat l-ieħor iżda biss għal dik il-parti minnhom daqskemm
tkun attribwibbli għal dak l-istabbiliment permanenti.
2. Bla ħsara għall-provvedimenti tal-paragrafu 3, meta impriża ta’ Stat
Kontraenti tkun tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qiegħed hemmhekk, għandhom f’kull Stat Kontraenti jiġu
attribwiti lil dak l-istabbiliment permanenti il-profitti li kien ikun mistenni jagħmel
kieku kien impriża distinta u separata li taħdem fl-istess attivitajiet jew oħrajn
bħalhom taħt l-istess kundizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem
indipendentement għalkollox mill-impriża li tagħha tkun stabbiliment permanenti.
3. Sabiex jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, għandhom ikunu
permessi bħala tnaqqis dawk l-ispejjeż li jsiru għall-għanijiet ta’ l-istabbiliment
permanenti, inklużi l-ispejjeż eżekuttivi u amministrattivi ġenerali li jkunu saru, sew
fl-Istat li fih ikun hemm l-istabbiliment permanenti sew band’oħra. 
4. Sakemm tkun il-konswetudni fi Stat Kontraenti li jistabbilixxi l-profitti li
għandhom jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti minħabba fi tqassim tal-profitti
totali ta’ l-impriża lill-partijiet diversi tagħha, ebda ħaġa fil-paragrafu 2 ma għandha
tipprekludi lil dak l-Istat Kontraenti milli jistabbilixxi l-profitti li għandhom jiġu
intaxxati b’dak it-tqassim skond ma jista’ jkun konswetudinarju;  il-metodu ta’
tqassim li jiġi adottat għandu, madankollu, jsir hekk li r-riżultat għandu jkun skond
il-prinċipji li jinsabu f’dan l-Artikolu.
5. Ebda profitti ma għandhom jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-LIBANU ġ L.S.123.49 7
minħabba biss f’li jsir ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew
merkanzija għall-impriża.
6. Għall-għanijiet tal-paragrafi preċedenti, l-profitti li għandhom jiġu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-istess metodu sena wara l-
oħra kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u suffiċjenti biex dan ma jsirx.
7. Meta l-profitti jkunu jinkludu oġġetti ta’ income  li qegħdin jiġu trattati
separatament f’artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, għaldaqshekk il-provvedimenti ta’
dawk l-Artikoli ma jintlaqtux bil-provvedimenti ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 8
TBAĦĦIR U TRASPORT BL-AJRU
1. Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti mit-tħaddim ta’ bastimenti jew
inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali għandhom jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat.
2. Il-provvedimenti tal-paragrafu 1 għandhom ukoll japplikaw għal profitti
miksubin mill-parteċipazzjoni f’pool, negozju bi sħab jew aġenzija b’operat
internazzjonali.
Artikolu 9
IMPRIŻI ASSOĊJATI
1. Meta -
(a) impriża ta’ Stat Kontraenti tipparteċipa sew direttament sew
indirettament fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor, jew 
(b) l-istess persuni jipparteċipaw sew direttament sew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti u ta’
impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor,
u f’kull każ isiru jew jiġu imposti kondizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji tagħhom li ma jkunux jaqblu ma’ dawk li
kieku kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f’dak il-każ il-profitti li, kieku
ma kienux dawk il-kondizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-impriżi, iżda,
minħabba dawk il-kondizzjonijiet, ma ġewx hekk akkumulati, jistgħu jiġu inklużi
fil-profitti ta’ dik l-impriża u intaxxati skond hekk.
2. Meta Stat Kontraenti ikun jinkludi fil-profitti ta’ impriża ta’ dak l-Istat - u
skond hekk jintaxxa - profitti li fuqhom impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor ġiet
intaxxata f’dak l-Istat l-ieħor u l-profitti hekk inklużi jkunu profitti li kienu
jinqalgħu mill-impriża ta’ l-ewwel Stat li kieku l-kondizzjonijiet magħmula bejn iż-
żewġ impriżi kienu dawk li kienu jsiru bejn żewġ impriżi indipendenti,
għaldaqshekk dak l-Istat l-ieħor jista’ jagħmel it-tibdil li jmiss fl-ammont tat-taxxa
imposta hemmhekk fuq dawk il-profitti.  Biex jiġi stabbilit it-tibdil, għandhom
jitqiesu kif dovut il-provvedimenti l-oħra ta’ dan il-Ftehim u l-awtoritajiet
kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jekk iħossu jikkonsultaw lil xulxin.
Artikolu 10
DIVIDENDI
1. Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
8 L.S.123.49 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-LIBANU
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor tista’ tiġi intaxxata f’dak l-Istat.
2. Iżda, dawk id-dividendi jistgħu ukoll jiġu intaxxati fl-Istat Kontraenti li
tiegħu l-kumpannija li tkun tħallas id-dividendi tkun residenti u skond il-liġijiet ta’
dak l-Istat, iżda:
(a) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija li tkun residenti tal-Libanu
lil residenti ta’ Malta li jkun is-sid benefiċjarju tad-dividendi, it-taxxa
tal-Libanu hekk imposta m’għandhiex tkun iżjed minn 5 fil-mija ta’ l-
ammont gross tad-dividendi;
(b) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija li tkun residenti ta’ Malta
lil residenti tal-Libanu li jkun is-sid benefiċjarju tad-dividendi, it-taxxa
ta’ Malta fuq l-ammont gross tad-dividendi m’għandhiex tkun iżjed
minn dik li titħallas fuq il-profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom bi ftehim reċiproku
jirranġaw dwar il-mod kif tapplika din il-limitazzjoni.
Dan il-paragrafu ma jolqotx l-intaxxar tal-kumpannija għar-rigward tal-profitti li
minnhom jitħallsu d-dividendi.
3. Il-frażi "dividendi" kif din tintuża f’dan l-Artikolu tfisser Income minn
ishma, ishma "jouissance", jew drittijiet "jouissance", ishma fil-minjieri, ishma tal-
fundaturi jew minn drittijiet oħra, li ma jkunux pretensjonijiet ta’ debitu, il-
parteċipazzjoni fi profitti, kif ukoll income minn drittijiet korporattivi li jingħata l-
istess trattament fl-intaxxar bħallikieku kien income minn ishma skond il-liġijiet ta’
l-Istat li tiegħu l-kumpannija li tkun qed tagħmel it-tqassim tkun residenti.
4. Il-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw jekk is-sid
(benefiċjarju) effettiv tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-
dividendi, permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li jkun
jagħmel f’dak l-Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn bażi stabbilita
sitwata hemmhekk, u l-holding li dwarhom id-dividendi jkunu mhallsa jkollu
x’jaqsam effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilita. F’dak
il-każ għandhom japplikaw il-provvedimenti ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14,
skond il-każ.
5. Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpannija, ħlief daqskemm dawk id-dividendi
jitħallsu lil residenti ta’ dak l-Istat l-ieħor jew daqskemm il-holding li dwaru
jitħallsu d-dividendi jkun effettivament konness ma’ dak l-istabbiliment permanenti
jew bażi stabbilita sitwati f’dak Istat l-ieħor, lanqas jissuġġetta l-profitti mhux
imqassma tal-kumpannija għal taxxa fuq il-profitti mhux imqassma tal-kumpannija,
ukoll jekk id-dividendi mħallsa jew il-profitti mhux imqassma jkunu kollha kemm
huma jew f’parti minnhom jikkonsistu fi profitti jew income li jinqalgħu f’dak l-Istat
l-ieħor.
Artikolu 11
IMGĦAX 
1. Mgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u jitħallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandu jiġi intaxxat biss f’dak Istat l-ieħor.
2. Il-frażi "mgħax" kif din tintuża f’dan l-Artikolu tfisser income minn
pretensjonijiet ta’ debitu ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le u sew jekk
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-LIBANU ġ L.S.123.49 9
jagħti l-jedd għal sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b’mod partikolari,
income minn titoli tal-gvern u income minn bonds jew debentures, inklużi premiums
u premjijiet marbutin ma’ titoli, bonds jew debentures simili. Il-penalitajiet għal ħlas
tardiv m’għandhomx jitqiesu bħala mgħax għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu.
3. Il-provvedimenti tal-paragrafu 1 m’għandhomx japplikaw jekk is-sid
(benefiċjarju) effettiv ta’ l-imgħax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed
imexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih jinqala’ l-imgħax, permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew jagħmel servizzi personali
indipendenti f’dak Istat l-ieħor minn bażi stabbilita sitwata hemmhekk, u l-
pretensjoni ta’ debitu li dwarha jitħallas l-imgħax tkun effettivament konnessa ma’
dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilita. F’każ bħal dak għandhom
japplikaw il-provvedimenti ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ.
4. Meta, minħabba f’relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid (benefiċjarju)
effettiv jew bejn it-tnejn li huma u xi persuna oħra, l-ammont ta’ l-imgħax, wara li
titqies xi tkun il-pretensjoni ta’ debitu li dwarha jitħallas, ikun iżjed mill-ammont li
kien ikun miftiehem bejn min iħallas u s-sid (benefiċjarju) effettiv fin-nuqqas ta’ dik
ir-relazzjoni, il-provvedimenti ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu japplikaw biss
għall-ammont l-aħħar imsemmi.  F’każ bħal dak, il-parti żejda tal-ħlasijiet tibqa’
taxxabbli skond il-liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, fil-qies tal-provvedimenti l-oħra
ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 12
ROYALTIES
1. Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak Istat l-ieħor.
2. Madankollu, dawk ir-royalties jistgħu jiġu intaxxati wkoll fl-Istat
Kontraenti fejn jinqalgħu u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda jekk min jirċevihom
ikun is-sid (benefiċjarju) effettiv tar-royalties, it-taxxa hekk imposta m’għandhiex
tkun iżjed minn ħamsa fil-mija ta’ l-ammont gross ta’ royalties.  L-awtoritajiet
kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom bi ftehim reċiproku jirranġaw dwar il-
mod kif tapplika din il-limitazzjoni.
3. Il-frażi "royalties" kif din tintuża f’dan l-Artikolu tfisser ħlasijiet ta’ kull
xorta li jsiru b’korrispettiv għall-użu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu, ta’ kull dritt ta’ l-
awtur ta’ xogħol letterarju, artistiku jew xjentifiku inklużi films ċinematografiċi u
films jew tapes għax-xandir bir-radju jew bit-televiżjoni, għat-trasmissjoni lill-
pubbliku bis-satellita, cable, fibra ottika jew teknoloġija simili, kull privattiva, trade
mark, disinn jew mudell, pjan, formula jew proċess sigrieti, jew għall-użu ta’, jew
id-dritt li jintuża, tagħmir industrijali, kummerċjali jew xjentifiku, jew għal
informazzjoni dwar konoxxenza industrijali, kummerċjali jew xjentifika.
4. Il-provvedimenti tal-paragrafu 1 m’għandhomx japplikaw jekk is-sid
(benefiċjarju) effettiv tar-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed
imexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih ir-royalties jinqalgħu, permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun jagħmel servizzi personali
indipendenti f’dak Istat l-ieħor minn bażi stabbilita sitwata hemmhekk, u d-dritt jew
il-proprjetà  li dwarhom jitħallsu r-royalties ikunu effettivament konnessi ma’ dak l-
istabbiliment permanenti jew bażi stabbilita.  F’dak il-każ, għandhom japplikaw il-
provvedimenti ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 14, skond il-każ.
5. Royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fi Stat Kontraenti meta min
iħallashom ikun dak l-Istat innifsu, awtorità  lokali, qasam amministrattiv-territorjali
jew residenti ta’ dak l-Istat.  Meta, madankollu, l-persuna li tħallas ir-royalties, sew
10 L.S.123.49 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-LIBANU
jekk tkun residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk ma tkunx, ikollha fi Stat Kontraenti
stabbiliment permanenti jew bażi stabbilit li dwaru jkun ittieħed l-obbligu li jitħallsu
r-royalties, u dawk ir-royalties ikunu r-responsabbiltà  ta’ dak l-istabbiliment
permanenti jew bażi stabbilit, allura dawk ir-royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu
fl-Istat Kontraenti li fih ikun qiegħed l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit.
6. Meta, minħabba r-relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid (benefiċjarju)
effettiv jew bejnithom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties, fil-qies ta’
x’ikun l-użu, id-dritt jew l-informazzjoni li jitħallsu għalihom, ikun iżjed mill-
ammont li kien ikun miftiehem bejn min iħallas u s-sid (benefiċjarju) effettiv fin-
nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, il-provvedimenti ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw
biss għall-ammont l-aħħar imsemmi.  F’dak il-każ, il-parti żejda tal-ħlasijiet
għandha tibqa’ taxxabbli skond il-liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, wara li jitqiesu l-
provvedimenti l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 13
QLIGĦ KAPITALI
1. Qligħ li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti mit-trasferiment ta’
proprjetà  immobbli imsemmi fl-Artikolu 6 u sitwat fl-Istat Kontraenti l-ieħor jista’
jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn tkun tinsab il-proprjetà .
2. Qligħ mit-trasferiment ta’ ishma jew interessi komparabbli f’kumpannija li
jkollha l-assi tagħha jikkonsistu, direttament jew indirettament, prinċipalment fi
proprjetà  immobbli li tkun tinsab fi Stat Kontraenti tista’ tiġi intaxxata f’dak l-Istat.
3. Qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tagħmel parti mill-proprjetà
tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti jkollha fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jew ta’ proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni għal bażi stabbilita
disponibbli għal residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor bil-għan li
jitwettqu servizzi personali indipendenti, inkluż dak l-income jew qligħ mit-
trasferiment ta’ dak l-istabbiliment permanenti (waħdu jew flimkien ma’ l-impriża
kollha) jew ta’ dik il-bażi stabbilita, jista’ jiġi intaxxat f’dak Istat l-ieħor.
4. Qligħ mit-trasferiment ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru operati fi traffiku
internazzjonali minn impriża ta’ Stat Kontraenti jew proprjetà  mobbli li tappartjeni
għall-operat ta’ dawk il-mezzi ta’ trasport għandhom jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat.
5. Qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  li ma tkunx dik imsemmija fil-paragrafi
1, 2, 3 u 4 għandu jiġi intaxxat biss fl-Istat Kontraenti li tiegħu ikun residenti min
jittrasferixxi.
Artikolu 14
SERVIZZI PERSONALI INDIPENDENTI
1. Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti għal servizzi
professjonali jew attivitajiet oħra ta’ xorta indipendenti għandu jkun intaxxat biss
f’dak l-Istat ħlief f’xi waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin, meta dak l-income jista’ wkoll
jiġi intaxxat fl-Istat  Kontraenti l-ieħor:
(a) jekk ikollu bażi stabbilita regolarment disponibbli għalih fl-Istat
Kontraenti l-ieħor bil-għan  li jwettaq l-attivitajiet tiegħu;  jew
(b) jekk ikun preżenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor tkun għal perjodu jew għal
perjodi li b’kollox ikunu ta’, jew li fit-total ikunu jaqbżu l-183 ġurnata
f’perjodu ta’ 12 il-xahar li jkun u li jibda għaddej jew itemm fis-sena
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-LIBANU ġ L.S.123.49 11
kalendarja involuta: 
Iżda, fil-każijiet imsemmija fis-subparagrafi (a) u (b), l-income jista’ jiġi
intaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor iżda biss daqstant minnu daqskemm ikun
attribwibbli għall-bażi stabbilit jew ikun miksub mill-attivitajiet imwettqin fil-
perjodu li fih ir-residenti kien preżenti, skond il-każ, f’dak l-Istat l-ieħor. 
2. Il-frażi "servizzi professjonali" tinkludi attivitajiet letterarji, artistiċi,
edukattivi jew ta’ tagħlim li huma speċjalment indipendenti kif ukoll l-attivitajiet
indipendenti  ta’ tobba, avukati, inġiniera, periti, dentisti u accountants.
Artikolu 15
SERVIZZI PERSONALI DIPENDENTI
1. Bla ħsara għall-provvedimenti ta’ l-Artikoli 16, 18 u 19, is-salarji, il-pagi u
kumpens ieħor bħal dak li jinkisbu minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar xi impieg
għandhom jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jiġix eżerċitat
fl-Istat Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor, dak
il-kumpens li jinkiseb minnu jista’ jiġi intaxxat f’dak Istat l-ieħor.
2. Minkejja l-provvedimenti tal-paragrafu 1, il-kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor għandu
jiġi intaxxat biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
(a) min jirċevih ikun preżenti fl-Istat l-ieħor għal perjodu jew perjodi li ma
jaqbżux it-total ta’ 183 ġurnata f’perjodu ta’ 12 il-xahar li jibda għaddej
jew itemm fis-sena kalendarja involuta; u
(b) il-kumpens jitħallas minn, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx residenti ta’
l-Istat l-ieħor; u
(ċ) il-kumpens ma jkunx piż fuq l-istabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li l-prinċipal ikollu fl-Istat l-ieħor.
3. Minkejja l-provvedimenti preċedenti ta’ dan l-Artikolu, il-kumpens li
jinkiseb dwar impieg eżerċitat abbord bastiment jew inġenji ta’ l-ajru operati fi
traffiku internazzjonali minn impriża ta’ Stat Kontraenti għandu jiġi intaxxat biss
f’dak l-Istat.
Artikolu 16
DRITTIJIET TAD-DIRETTURI
Id-drittijiet tad-diretturi u ħlasijiet simili oħra li jinkisbu minn residenti ta’ Stat
Kontraenti fil-kapaċità  tiegħu ta’ membru tal-bord ta’ diretturi ta’ kumpannija li
tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
Artikolu 17
ARTISTI U SPORTIVI
1. Minkejja l-provvedimenti ta’ l-Artikoli 14 u 15, income li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti bħala uħud li jagħtu spettaklu, bħal artisti tat-teatru, tal-
films ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni, jew bħala mużiċista, jew bħala
sportiv, mill-attivitajiet personali tiegħu bħala tali li jiġu eżerċitati fl-Istat
Kontraenti l-ieħor, jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Meta income dwar attivitajiet personali eżerċitati minn min jagħti spettaklu
12 L.S.123.49 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-LIBANU
jew sportiv fil-kapaċità  tiegħu bħala tali jinġabar mhux minn min jagħti spettaklu
jew l-isportiv innifsu iżda minn xi persuna oħra, dak l-income jista’, minkejja l-
provvedimenti ta’ l-Artikoli 7, 14 u 15, jiġi intaxxat fl-Istat Stat Kontraenti li fih l-
attivitajiet ta’ min jagħti spettaklu jew ta’ l-isportiv jiġu eżerċitati.
3. Minkejja l-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 2, l-income li jinkiseb mill-
attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 fil-qafas ta’ skambji kulturali jew sportivi li
jsir qbil dwarhom bejn il-gvernijiet ta’ l-Istati Kontraenti u mwettqin xort’ oħra milli
għall-iskop ta’ profitt għandhom ikunu eżenti mit-taxxa fl-Istat Kontraenti fejn dawn
l-attivitajiet jiġu eserċitati.
Artikolu 18
PENSJONIJIET U ĦLASIJIET TAS-SIGURTÀ  SOĊJALI
1. Bla ħsara għall-provvedimenti tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 19, pensjonijiet
u kumpens ieħor simili li jitħallsu lil residenti ta’ Stat Kontraenti minħabba f’xi
impieg imgħoddi għandhom jiġu intaxxati  biss f’dak l-Istat.
2. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-pensjonijiet imħallsa u
ħlasijiet oħra li jinħarġu bis-saħħa tal-liġijiet tas-Sigurtà  Soċjali ta’ Stat Kontraenti
għandhom jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat.
Artikolu 19
SERVIZZ TAL-GVERN
1. (a) Salarji, pagi u kull rimunerazzjoni oħra simili, minbarra pensjoni,
mħallsa minn Stat Kontraenti jew minn awtorità  lokali tiegħu jew minn
qasam amministrattiv-territorjali tiegħu lil xi individwu għar-rigward ta’
servizzi mogħtijin lil dak l-Istat jew awtorità  jew qasam għandhom jiġu
intaxxati biss f’dak l-Istat.
(b) Madankollu, kull salarju, paga u rimunerazzjoni oħra simili bħal dawk
għandhom jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor jekk is-
servizzi jingħataw f’dak l-Istat u l-individwu jkun residenti f’dak l-Istat
u:
(i) jkun ċittadin ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat unikament sabiex jaqdi dawk
is-servizzi.
2. (a) Kull pensjoni mhallsa minn, jew li toħroġ minn fond maħluq minn, Stat
Kontraenti jew minn awtorità  lokali tiegħu jew minn qasam
amministrattiv-territorjali tiegħu lil xi individwu għar-rigward ta’
servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew awtorità  jew qasam għandhom jiġu
intaxxati biss f’dak l-Istat.
(b) Madankollu, dik il-pensjoni għandha tiġi intaxxata biss fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jekk l-individwu jkun residenti ta’, u ċittadin ta’, dak
l-Istat.
3. Il-provvedimenti ta’ l-Artikoli 15, 16 u 18 għandhom japplikaw għal kull
salarju, paga u rimunerazzjonioħra simili u pensjonijiet għar-rigward ta’ servizzi
mogħtijin f’dak li għandu x’jaqsam ma’ negozju li jkun ġestit minn Stat Kontraenti
jew minn awtorità  lokali tiegħu jew minn qasam amministrattiv-territorjali tiegħu.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-LIBANU ġ L.S.123.49 13
Artikolu 20
STUDENTI U TRAINEES
1. Residenti ta’ Stat Kontraenti li jkun temporanjament preżenti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor bħala student jew trainee u li jirċievi taħriġ tekniku, professjonali
jew dwar il-kummerċ ma għandux, għal perjodu li ma jaqbiżx is-seba’ snin, jiġi
intaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor għal flus mibgħuta minn barra bl-iskop tal-
mantniment, l-edukazzjoni jew it-taħriġ tiegħu jew bħala scholarship sabiex ikompli
l-edukazzjoni tiegħu.
2. Ir-rimunerazzjoni mħallsa lill-istudent jew lit-trainee, skond il-każ, għal
servizzi mogħtijin fl-Istat l-ieħor ma għandhomx jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor
għal perjodu ta’ sentejn sakemm dawk is-servizzi jkollhom x’jaqsmu ma’ l-
edukazzjoni, il-mantniment jew it-taħriġ tiegħu.
Artikolu 21
INCOME IEĦOR
1. Elementi ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jinqalgħu minn fejn
jinqalgħu, li ma jkunux ittrattati fl-Artikoli ta’ hawn aktar qabel ta’ dan il-Ftehim
għandhom jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat.
2. Il-provvedimenti tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal income, li
ma jkunx income minn proprjetà  immobbli kif imfisser fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu
6, jekk min jirċievi dak l-income, għax ikun residenti ta’ Stat Kontraenti, jiġġestixxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun jinsab
f’dak l-Istat, jew iwettaq f’dak Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn bażi
stabbilita li tkun tinsab hemmhekk, u d-dritt jew il-proprjetà  li dwarhom jitħallas l-
income jkun effettivament konness ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi
fissa, f’dak il-każ għandhom japplikaw il-provvedimenti ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-
Artikolu 14, skond il-każ.
Artikolu 22
EVITAR TA’ TASSAZZJONI DOPPJA
1. Fil-każ tal-Libanu, it-tassazzjoni doppja għandha tiġi eliminata kif ġej:
Meta residenti tal-Libanu jikseb income minn għejjun ġewwa l-Libanu li taħt il-
liġi ta’ Malta u skond dan il-Ftehim jistgħu jkunu intaxxati f’Malta, il-Libanu
għandu jippermetti bħala kreditu għat-taxxa tagħha fuq l-income, oġġetti ta’ Income,
profitti jew qliegħ ammont li jkun daqs it-taxxa mħallsa f’Malta. 
L-ammont ta’ kreditu ma għandux, madankollu, jeċċedi l-ammont ta’ taxxa tal-
Libanu fuq dak l-income, oġġetti ta’ income, profitti jew qliegħ komputati skond il-
liġijiet u r-regolamenti dwar it-tassazzjoni tal-Libanu. 
2. Fil-każ ta’ Malta, it-tassazzjoni doppja għandha tiġi eliminata kif ġej:
(a) Bla ħsara għall-provvedimenti ta’ l-liġi ta’ Malta li tirrigwarda l-għoti
bi kreditu għat-taxxa ta’ Malta għar-rigward tat-taxxa barranija, meta,
skond il-provvedimenti ta’ dan il-Ftehim, ikun hemm inklużi fi stima ta’
Malta income minn sorsi fil-Libanu, it-taxxa tal-Libanu fuq dak l-
income għandu jiġi permess bhala kreditu għat-taxxa ta’ Malta relattiva
li titħallas dwarhom. 
14 L.S.123.49 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-LIBANU
(b) Meta kumpannija li tkun residenti tal-Libanu tħallas dividend lil
kumpannija residenti ta’ Malta, il-kreditu għandu jikkunsidra (b’żieda
ma’ kull taxxa tal-Libanu li dwarha jista’ jiġi permess xi kreditu taħt is-
subparagrafu (a) ta’ dan il-paragrafu) it-taxxa tal-Libanu li għandha
titħallas minn dik il-kumpannija l-ewwel imsemmija għar-rigward tal-
profitti li minnhom jitħallas dak id-dividend.
3. Għall-finijiet ta’ allowance bħala kreditu, it-taxxa li titħallas fil-Libanu jew
f’Malta, skond il-ħtieġa tal-kuntest, għandha titqies li tinkludi t-taxxa li xort’oħra
titħallas fi Stat Kontraenti iżda li tkun ġiet imnaqqsa jew imneħħija minn dak l-Istat
taħt il-provvedimenti legali tiegħu għal inċentivi dwar it-taxxa.
Artikolu 23
EBDA DISKRIMINAZZJONI
1. Iċ-ċittadini ta’ Stat Kontraenti ma għandhomx jiġu suġġetti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għal xi tassazzjoni jew għal xi ħtieġa li jkunu konnessi ma’ dan li
tkun diversa jew ta’ iktar piż mit-tassazzjoni u ħtiegiet konnessi li għalihom ċittadini
ta’ dak l-Istat l-ieħor fl-istess ċirkostanzi, b’mod partikolari għar-rigward ta’
residenza, huma jew jistgħu jkunu suġġetti. Dan il-provvediment għandu, minkejja l-
provvedimenti ta’ l-Artikolu 1, jkun japplika wkoll għal persuni li ma jkunux
residenti ta’ xi wieħed jew taż-żewġ Stati Kontraenti.
2. Persuni apolidi li jkunu residenti ta’ Stat Kontraenti ma għandhomx ikunu
assoġġettati f’xi Stat Kontraenti wieħed jew l-ieħor għal xi tassazzjoni jew ħtieġa
relatata, li tkun xort’oħra jew ta’ iktar piż mit-taxxa u ħtiġiet konnessi li għalihom
iċ-ċittadini ta’ l-Istat involut fl-istess ċirkostanzi ikunu jew jistgħu jkunu
assoġġettati.
3. L-intaxxar fuq stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti jkollha
fl-Istat Kontraenti l-ieħor ma għandux jinġabar inqas favorevolment f’dak Istat l-
ieħor mit-tassazzjoni miġbura fuq impriżi ta’ dak l-Istat l-ieħor li jkun qiegħed
iwettaq l-istess ativitajiet.  Il-provvedimenti ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx
jiftehmu bħala li jobbligaw lil Stat Kontraenti li jikkonċedi lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor xi allowances, ħelsien u tnaqqis personali għall-għanijiet ta’
tassazzjoni minħabba fl-istatus ċivili jew responsabbiltajiet familjari li jikkonċedi
lir-residenti tiegħu.
4. Ħlief fejn il-provvedimenti tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 9, paragrafu 4 ta’ l-
Artikolu 11, jew paragrafu 6 ta’ l-Artikolu 12 japplikaw, mgħax, royalties u ħlasijiet
oħra li jitħallsu minn impriża ta’ Stat Kontraenti lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor għandhom, għall-għan li jiġu stabbilit x’inhuma l-profitti taxxabbli ta’ dik l-
impriża, jiġu mnaqqsa taħt l-istess kondizzjonijiet bħallikieku kienu mħallsa
residenti ta’ l-ewwel imsemmi Stat.
5. Impriżi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom ikun għalkollox jew f’parti
minnu proprjetà  jew taħt il-kontroll, sew dirett sew mhux dirett, minn residenti
wieħed jew iktar ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, ma jkunux suġġetti fl-Istat l-ewwel
imsemmi għal xi tassazzjoni jew ħtieġa konnessa ma’ dan li tkun xort’oħra jew ta’
iktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet konnessi li għalihom ikun jew jistgħu jkunu
suġġetti l-impriżi  ta’ l-ewwel imsemmi Stat.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-LIBANU ġ L.S.123.49 15
Artikolu 24
PROĊEDURA GĦAL FTEHIM REĊIPROKU
1. Meta persuna jidhrilha li l-azzjonijiet ta’ xi wieħed jew taż-żewġ Stati
Kontraenti jirriżultawlu jew jistgħu jirriżultawlu f’tassazzjoni li ma tkunx skond il-
provvedimenti ta’ dan il-Ftehim, huwa jista’, irrispettivament mir-rimedji pprovduti
mil-liġi domestika ta’ dawk l-Istati, jippreżenta l-każ tiegħu quddiem l-awtorità
kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu huwa jkun residenti jew, jekk il-każ tiegħu
jkun jaqa’ taħt il-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 23, lil dik ta’ l-iStat Kontraenti li tiegħu
huwa jkun ċittadin. Il-każ għandu jiġi ppreżentat fi żmien tliet snin minn l-ewwel
avviż ta’ l-azzjoni li tirriżulta f’intaxxar li ma jkunx skond il-provvedimenti tal-
Ftehim.
2. L-awtorità  kompetenti għandha tistħarreġ, jekk ikunx jidhrilha li l-
oġġezzjoni tkun ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal għal soluzzjoni
sodisfaċenti, li tirrisolvi l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità  kompetenti ta’ l-
Istat Kontraenti l-ieħor, bil-għan li tiġi evitata tassazzjoni li ma tkunx skond il-
Ftehim. Meta jintlaħaq ftehim dan għandu jiġi implimentat minkejja kull terminu ta’
żmien fil-liġi domestika ta’ l-Istati Kontraenti.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jistħarrġu kif
jirrisolvu permezz ta’ ftehim reċiproku kull diffikultà  jew dubbju li jista’ jitnissel
dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Dawn jistgħu wkoll
jikkonsultaw flimkien għall-eliminazzjoni ta’ tassazzjoni doppja f’dawk il-każijiet li
m’hemm xejn provdut dwarhom fil-Ftehim.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistgħu jikkomunikaw ma’
xulxin direttament għall-iskop li jilħqu ftehim fis-sens tal-paragrafi preċedenti.
Artikolu 25
SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jiskambjaw dik l-
informazzjoni li tistra’ tkun meħtieġa għat-twettiq tal-provvedimenti ta’ dan il-
Ftehim jew ta’ l-liġijiet domestiċi ta’ l-Istati Kontraenti għar-rigward ta’ taxxi
koperti bil-Ftehim sakemm l-intaxxar li jsir taħtom ma jkun kuntrarju għall-Ftehim,
l-iktar sabiex ma jitħallewx isiru frodi jew evażjoni dwar dawk it-taxxi.  L-iskambju
ta’ informazzjoni mhuwiex ristrett bl-Artikolu 1.  Kull informazzjoni li tiġi riċevuta
mill-Istat Kontraenti għandha tiġi ttrattata bħala waħda sigrieta bl-istess mod bħall-
informazzjoni miksuba taħt il-liġijiet domestiċi ta’ dak l-Istat u għandha tiġi żvelata
biss lil persuni jew awtoritajiet (inklużi qrati u korpi amministrattivi) involuti fl-
istima jew fil-ġbir ta’, l-infurzar jew prosekuzzjoni dwar, jew id-deċiżjoni ta’ appelli
dwar, it-taxxi koperti bil-Ftehim. Dawk il-persuni jew awtoritajiet għandhom jużaw
dik l-informazzjoni biss għal dawk l-għanijiet. Huma jistgħu jiżvelaw l-
informazzjoni fi proċeduri tal-qorti bil-miftuħ jew f’deċiżjonijiet ġudizzjarji.
2. F’ebda każ ma għandhom il-provvedimenti tal-paragrafu 1 jiftiehmu bħala li
jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
(a) li jwettaq miżuri amministrattivi li ma jkunux jaqblu mal-liġijiet u mal-
prattika amministrattiva ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(b) li jagħti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taħt il-liġijiet jew fil-
kors normali ta’ l-amministrazzjoni ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor;
16 L.S.123.49 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-LIBANU
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet ta’ sengħa, negozju, industrija,
kummerċ jew professjoni jew proċess tal-kummerċ, jew informazzjoni,
li meta tiġi żvelata din tkun tmur kontra l-ordni pubbliku (ordre public).
Artikolu 26
MEMBRI TA’ MISSJONIJIET DIPLOMATIĊI U KARIGI KONSULARI
Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġġi fiskali tal-membri ta’
missjonijiet diplomatiċi jew ta’ karigi konsulari taħt ir-regoli ġenerali tad-dritt
internazzjonali jew taħt il-provvedimenti ta’ kull ftehim speċjali.
Artikolu 27
BIDU FIS-SEĦĦ
Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat u għandu jidħol fis-seħħ fit-tletin jum wara d-
data li tiġi l-iktar tard mill-avviżi li jindikaw li ż-żewġ Stati jkunu ħarsu l-proċeduri
legali domestiċi meħtieġa f’kull Stat sabiex il-Ftehim jidħol fis-seħħ.  Il-Ftehim
għandu japplika:
(a) fil-każ tal-Libanu:
(i) għar-rigward ta’ taxxi li jinżammu minn ras il-għajn fuq l-income
miksub matul xi sena kalendarja jew perjodu ta’ kontijiet, skond
il-każ, li jibda fl-ewwel jum ta’ Jannar, jew wara, minnufih wara
s-sena li fiha l-Ftehim jidħol fis-seħħ;  u
(ii) għar-rigward ta’ taxxi oħra fuq il-profitti u income miksuba matul
xi sena kalendarja jew perjodu ta’ kontijiet, skond il-każ, li jibda
fl-ewwel jum ta’ Jannar, jew wara, minnufih wara s-sena li fiha l-
Ftehim jidħol fis-seħħ;
(b) fil-każ ta’ Malta:
għar-rigward ta’ taxxi fuq l-income miksuba matul xi sena kalendarja jew żmien
ta’ kontijiet, skond il-każ, li jibdew fl-ewwel jum ta’ Jannar, jew wara, minnufih
wara s-sena  li fiha l-Ftehim jibda jseħħ.
Artikolu 28
TERMINAZZJONI
1. Dan il-Ftehim għandu jibqa’ jseħħ sakemm jiġi terminat minn Stat
Kontraenti.
2. Kull wieħed mill-Istati Kontraenti jista’ jtemm il-Ftehim, permezz ta’ kanali
diplomatiċi, billi jagħti avviż tat-terminazzjoni mill-inqas sitt xhur qabel it-tmiem
ta’ xi sena kalendarja li tibda għaddejja wara l-iskadenza ta’ perjodu ta’ ħames snin
minn meta l-Ftehim jidħol fis-seħħ.  F’dak il-każ, il-Ftehim ma għandux jibqa’ fis-
seħħ:
(a) fil-każ tal-Libanu:
(i) għar-rigward ta’ taxxi li jinżammu minn ras il-għajn fuq l-income
miksub matul xi sena kalendarja jew perjodu ta’ kontijiet, skond
il-każ, li jibda fl-ewwel jum ta’ Jannar, jew wara, minnufih wara
s-sena li fiha jingħata l-avviż;  u
(ii) għar-rigward ta’ taxxi oħra fuq il-profitti u income miksuba matul
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAL-LIBANU ġ L.S.123.49 17
xi sena kalendarja jew perjodu ta’ kontijiet, skond il-każ, li jibda
fl-ewwel jum ta’ Jannar, jew wara, minnufih wara s-sena li fiha
jingħata l-avviż;
(b) fil-każ ta’ Malta:
għar-rigward ta’ taxxi fuq l-income miksuba matul xi sena kalendarja jew perjodu
ta’ kontijiet, skond il-każ, li jibdew fl-ewwel jum ta’ Jannar, jew wara,  minnufih
wara s-sena li fiha jingħata l-avviż tat-terminazzjoni.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan,
iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGĦMUL in duplikat f’Beirut, fit-23 ta’ Frar, 1999, fl-ilsien Ingliż u dak
Għarbi, ż-żewġ testi awtentiċi ndaqs. 
GUIDO DE MARCO GEORGE CORM
Għall-Gvern  Għall-Gvern
tar-Repubblika ta’ Malta tar-Repubblika tal-Libanu
