SKEMI TA’ INVESTIMENT KOLLETTIV 
INCOME MINN INVESTIMENT ġ L.S.123.51 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.51
REGOLAMENTI DWAR SKEMI TA’ INVESTIMENT 
KOLLETTIV (INCOME MINN INVESTIMENT)
1 ta’ Marzu, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 55 ta’ l-2001, kif emendat bl-Avviżi Legali 111 ta’ l-
2002 u 188 ta’ l-2003.
Titolu.
Skemi ta’ Investiment Kollettiv (Income minn Investiment).
Tifsiriet.
tiħtieġx xort’oħra:
Kap. 123.
" fond"  tfisser skema ta’ investiment kollettiv jew, f’każ ta’
skema ta’ investiment kollettiv maqsuma f’sub-funds, sub-fund ta’
dik l-iskema;
" skema bażata Malta"  tfisser skema ta’ investiment kollettiv li
tkun magħmula skond il-liġijiet ta’ Malta;
" skema bażata barra minn Malta"  tfisser skema ta’ investiment
kollettiv li ma tkunx skema bażata Malta;
u termini oħra għandu jkollhom it-tifsira mogħtija lilhom fl-artikoli
33 sa 42, it-tnejn inklużi, ta’ l-Att jew, meta ma hemmx tifsira
mogħtija lilhom f’dawk l-artikoli, it-tifsira mogħtija lilhom fid-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ l-Att.
Tifsira ta’ fond 
preskritt.
3. Għall-fini tat-tifsira ta’ " fond preskritt"  fil-paragrafu (b)
ta’ l-artikolu 41A ta’ l-Att, u bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’
dak il-paragrafu u tad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-
regolamenti, fond għandu jitqies fond preskritt jekk ikun ġie hekk
klassifikat mill-Kummissarju permezz ta’ avviż bil-miktub.
Klassifikazzjoni ta’ 
fond preskritt.
4. Il-Kummissarju għandu jikklassifika fond bħala fond
preskritt jekk dak il-fond ikun fond ta’ skema bażata Malta li tkun
iddikjarat bil-mod provdut f’dawn ir-regolamenti illi -
(a) il-valur ta’ l-assi li jinsabu Malta allokati lil dak il-
fond ikun fl-1 ta’ Marzu 2001 mill-inqas ħamsa w
tmenin fil-mija tal-valur ta’ l-assi kollha hekk allokati;
jew
(b) fil-każ ta’ fond li jkun ingħata liċenza għal skema ta’
investiment kollettiv fi jew wara l-1 ta’ Marzu 2001 il-
valur ta’ l-assi li jinsabu Malta li se jkunu allokati lil
dak il-fond għall-fini ta’ l-operazzjonijiet tagħha huwa
mistenni li jkun mill-inqas ħamsa w tmenin fil-mija
tal-valur ta’ l-assi kollha li se jkunu hekk allokati.
Fond mhux 
preskritt.
5. (1) Fond fi skema bażata barra minn Malta għandu jitqies
bħala fond mhux preskritt.
(2) Meta skema bażata Malta tiddikjara bil-mod provdut
f’dawn ir-regolamenti illi fond ma jissodisfax il-kondizzjoni (a)
jew (b), skond il-każ, tar-regolament 4 il-Kummissarju għandu
2 L.S.123.51 ħ
SKEMI TA’ INVESTIMENT KOLLETTIV 
INCOME MINN INVESTIMENT
jikklassifika dak il-fond bħala fond mhux preskritt.
Valur ta’ l-assi.
Kap. 370.
6. Għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti il-valur ta’ l-assi
allokati lil fond f’xi jum għandu jkun il-valur stabbilit f’għeluq in-
negozju ta’ l-aħħar jum tax-xogħol ta’ qablu u l-bażi tal-
valutazzjoni ta’ dawk l-assi għandu jaqbel f’kull ħaġa rilevanti ma’
dak użat fir-rapporti jew dikjarazzjonijiet mibgħuta minn jew dwar
dak il-fond għal kull fini ta’ l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment.
Tibdil fl-istatus ta’ 
fond.
7. (1) Meta skema ta’ investiment kollettiv tiddikjara bil-mod
provdut f’dawn ir-regolamenti li l-valur medju ta’ kuljum ta’ l-assi
li jinsabu Malta allokati lil fond preskritt kien, tul xi perijodu sħiħ
ta’ tletin jum konsekuttiv, inqas minn ħamsa w tmenin fil-mija tal-
valur medju ta’ kuljum ta’ l-assi kollha hekk allokati il-
Kummissarju jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jikklassifika dak il-
fond bħala fond mhux preskritt u dak il-fond għandu mid-data ta’
dik il-klassifikazzjoni ġdida jitqies bħala fond mhux preskritt.
(2) Meta skema bażata Malta tiddikjara bil-mod provdut
f’dawn ir-regolamenti li l-valur medju ta’ kuljum  ta’ l-assi li
jinsabu Malta allokati lil fond mhux preskritt kien, tul xi perijodu
sħiħ ta’ tletin jum konsekuttiv, mill-inqas ħamsa w tmenin fil-mija
tal-valur medju ta’ kuljum ta’ l-assi kollha hekk allokati il-
Kummissarju jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jikklassifika dak il-
fond bħala fond preskritt u dak il-fond għandu, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet tar-regolament 8, jitqies bħala fond preskritt
b’effett mid-data msemmija f’dik il-klassifikazzjoni.
(3) Għall-fini ta’ dawn ir-regolamenti il-valur medju ta’
kuljum ta’ l-assi allokati lil fond f’xi jum (hawn iżjed ’il quddiem
f’dan il-paragrafu msejjaħ " il-jum partikolari" ) għandu jiġi stabbilit
b’referenza għall-valur ta’ l-assi li jinsabu Malta u l-valur ta’ l-assi
kollha allokati lil dak il-fond f’kull jum fuq perijodu ta’ disgħin
jum li jagħlaq fil-jum partikolari:
Iżda jekk il-fond kien ġie klassifikat bħala fond preskritt
jew fond mhux preskritt inqas minn disgħin jum qabel il-jum
partikolari l-imsemmi perijodu għandu jkun perijodu li jibda fid-
data ta’ l-aħħar klassifikazzjoni u jagħlaq fil-jum partikolari.
(4) Il-Kummissarju jista’, bħala kondizzjoni għal
klassifikazzjoni skond is-subregolament (1) jew (2), jimponi dawk
il-kondizzjonijiet li jista’ jqis xierqa fiċ-ċirkostanzi biex jassigura
l-applikazzjoni xierqa tad-disposizzjonijiet dwar income minn
investiment u ta’ dawn ir-regolamenti.
Titoli f’fond mhux 
preskritt li wara 
jiġi kklassifikat 
bħala fond 
preskritt.
Kap. 345.
8. (1) Meta fond jiġi klassifikat bħala fond preskritt skond ir-
regolament 7(2) kull titoli miżmuma f’dak il-fond fid-data ta’ dik
il-klassifikazzjoni għandhom jibqgħu jitqiesu bħala titoli f’fond
mhux preskritt: iżda meta xi titoli minn dawk jiġu trasferiti  huma
għandhom jitqiesu, jekk huma elenkati f’borża rikonoxxuta taħt l-
Att dwar is-Swieq Finanzjarji, li ġew trasferiti bl-aħħar prezz
kwotat fil-borża rikonoxxuta qabel id-data ta’ l-imsemmija
klassifikazzjoni.
(2) Meta persuna jkollha titoli li jkunu meqjusa bħala titoli
f’fond mhux preskritt skond is-subregolament (1) u titoli oħra fl-
istess fond li ma jkunux hekk meqjusa, kull trasferimenti ta’ titoli
SKEMI TA’ INVESTIMENT KOLLETTIV 
INCOME MINN INVESTIMENT ġ L.S.123.51 3
f’dak il-fond minn dik il-persuna għandhom jitqiesu trasferimenti
ta’ titoli f’fond mhux preskritt sakemm it-titoli kollha li dik il-
persuna kellha fid-data meta dak il-fond kien ġie klassifikat bħala
fond preskritt ikunu ġew trasferiti.
Kalkolu tal-kost ta’ 
l-akkwist ta’ titoli 
elenkati.
Emendat:
A.L. 111 ta’ l-
2002.
9. Biex jiġi stabbilit il-qligħ kapitali maqlugħ minn persuna
mit-trasferiment ta’ titoli elenkati fil-borża rikonoxxuta u
miżmuma f’fond mhux preskritt il-kost ta’ l-akkwist ta’ kull unità
jew azzjoni ta’ l-istess klassi bħal dawk trasferiti għandu jitqies li
jkun il-kost medju li jiġi prodott bid-diviżjoni tal-kost totali ta’ l-
akkwist ta’ dawk l-unitajiet jew azzjonijiet kollha miżmuma minn
dik il-persuna fid-data tat-trasferiment bin-numru ta’ dawk l-
unitajiet jew azzjonijiet:
Iżda -
(a) jekk it-trasferiment huwa l-ewwel trasferiment ta' unitajiet
jew azzjonijiet bħal dawk minn dik il-persuna wara t-28 ta'
Frar, 2001, il-kost ta' l-akkwist ta' dawk l-unitajiet jew
azzjonijiet, jekk ikun hemm, li jkollu fl-1 ta' Marzu, 2001
għandu jkun il-prezz li bih dawk l-unitajiet jew azzjonijiet
kienu kkwotati fil-borża rikonoxxuta fid-data meta ġew
akkwistati jew il-prezz li bih kienu kkwotati l-aħħar fil-
borża rikonoxxuta qabel l-1 ta' Marzu, 2001, skond liema
prezz minnhom ikun l-ogħla; u
(b) meta l-kost medju ta’ l-unitajiet jew azzjonijiet ikun
ġie stabbilit fl-okkażjoni ta’ trasferiment, l-unitajiet
jew azzjonijiet ta’ l-istess klassi li ma jkunux ġew
trasferiti f’dik l-okkażjoni għandhom jitqiesu li kienu
ġew akkwistati bil-kost medju stabbilit f’dik l-
okkazjoni.
Kalkolu tal-qligħ 
kapitali fuq 
surrender jew 
maturity ta’ 
investimenti unit 
linked.
Emendat:
A.L. 111 ta’ l-
2002.
10. Biex jiġi stabbilit il-qligħ kapitali li jinqala’ minn
surrender jew maturity ta’ unitajiet jew strumenti bħalhom relatati
ma’ kummerċ ta’ assikurazzjoni linked long term fejn il-kuntratt ta’
l-assikurazzjoni relattiv ikun sar qabel l-1 ta’ Marzu 2001 u fejn il-
benefiċċji huma kollha stabbiliti b’referenza għall-valur ta’
unitajiet jew azzjonijiet miżmuma fi skema ta’ investiment
kollettiv, il-kost ta’ l-akkwist ta’ l-imsemmija unitajiet linked jew
strumenti bħalhom għandu, sa fejn jikkorrispondu  għall-unitajiet
jew azzjonijiet f’fond mhux preskritt li kienu elenkati fil-borża
rikonoxxuta f’dik id-data, jitqies li kien daqs l-aħħar prezz ta’ dawk
l-unitajiet jew azzjonijiet kwotat fil-borża rikonoxxuta qabel dik id-
data, jew il-prezz ta' dawk l-unitajiet jew azzjonijiet kif ikkwotati fil-
borża rikonoxxuta fid-data li fih ikun sar il-kuntratt ta' l-assigurazzjoni,
skond liema prezz minnhom ikun l-ogħla.
Rata ta’ taxxa li 
għandha titnaqqas.
Emendat:
A.L. 111 ta’ l-
2002.
11. Min jagħmel ħlas għandu jnaqqas taxxa minn income minn
investiment imħallas lil skema ta’ investiment kollettiv b’dawn ir-
rati:
(a) meta l-income minn investiment in kwistjoni huwa
income li jirreferi għalih l-artikolu 41(a)(i) ta’ l-Att,
bir-rata ta’ ħmistax-il ċenteżmu fuq kull lira ta’ dak il-
ħlas;
(b) f’kull każ ieħor, bir-rata ta’ għaxar ċenteżmi fuq kull
lira ta’ dak il-ħlas.
4 L.S.123.51 ħ
SKEMI TA’ INVESTIMENT KOLLETTIV 
INCOME MINN INVESTIMENT
Dikjarazzjonijiet 
lill-Kummissarju.
Emendat:
A.L. 111 ta’ l-
2002.
12. (1) Kull skema bażata Malta li jkollha liċenza dwar
investiment kollettiv maħruġa qabel l-1 ta’ Marzu 2001 għandha
tagħmel dikjarazzjoni lill-Kummissarju li tgħid jekk il-valur ta’ l-
assi li jinsabu Malta allokati lil kull wieħed mill-fondi tagħha jkunx
għall-inqas ħamsa w tmenin fil-mija tal-valur ta’ l-assi kollha hekk
allokati.
(2) Meta tinħareġ liċenza dwar skema ta’ investiment kollettiv
fi jew wara l-1 ta’ Marzu 2001 lil fond fi skema bażata Malta dik l-
iskema għandha tagħmel dikjarazzjoni lill-Kummissarju li tgħid
jekk il-valur ta’ l-assi li jinsabu Malta li se jkunu allokati lil dak il-
fond hux mistenni li jkun għall-inqas ħamsa w tmenin fil-mija tal-
valur ta’ l-assi kollha li se jiġu hekk allokati.
(3) Meta l-valur medju ta’ kuljum ta’ l-assi li jinsabu Malta
allokati lil fond preskritt ta’ skema ta’ investiment kollettiv kien,
tul xi perijodu sħiħ ta’ tletin jum konsekuttiv, inqas minn ħamsa w
tmenin fil-mija tal-valur medju ta’ kuljum ta’ l-assi kollha hekk
allokati dik l-iskema ta’ investiment kollettiv għandha tagħmel
dikjarazzjoni għal dak l-effett lill-Kummissarju.
(4) Meta l-valur medju ta’ kuljum ta’ l-assi li jinsabu Malta
allokati lil fond mhux preskritt ta’ skema bbażata Malta kien, tul xi
perijodu sħiħ ta’ tletin jum konsekuttiv, għall-inqas ħamsa w
tmenin fil-mija tal-valur medju ta’ kuljum ta’ l-assi kollha hekk
allokati dik l-iskema ta’ investiment kollettiv għandha tagħmel
dikjarazzjoni għal dak l-effett lill-Kummissarju.
(5) Kull dikjarazzjoni meħtieġa skond id-disposizzjonijiet ta’
qabel ta’ dan ir-regolament għandha tingħata bla dewmien u bla
ħtieġa li ssir talba għaliha mingħand il-Kummissarju.
(6) Kull skema ta’ investiment kollettiv għandha tagħmel
dawk id-dikjarazzjonijiet l-oħra u tagħti dawk id-dettalji l-oħra li l-
Kummissarju jista’ raġonevolment jitlob għal kull fini ta’ dawn ir-
regolamenti f’dak iż-żmien li l-Kummissarju jista’ jsemmi.
Notifika li ssir lil 
min jagħmel ħlas.
Emendat:
A.L. 111 ta’ l-
2002.
13. (1) Meta l-Kummissarju jikklassifika fond fi skema bażata
Malta bħala fond preskritt jew fond mhux preskritt, dik l-iskema
għandha kemm jista’ jkun malajr tinnotifika dak l-istatus lil kull
min ikollu jħallas xi income imsemmi fl-artikolu 41(a) ta’ l-Att li
jkollu jiġi allokat f’dak il-fond.
(2) Meta xi persuna li tħallas income imsemmi fis-
subregolament (1) lil skema bażata Malta ma tkunx avżata, qabel
isir dak il-ħlas, li dak l-income imiss li jiġi allokat lil fond mhux
preskritt dak il-ħlas għandu jitiqies għall-finijiet kollha ta’ l-Att li
jkun ħlas ta’ income minn investiment li jkun imiss li jiġi allokat lil
fond preskritt u dik il-pesuna għandha tnaqqas it-taxxa skond hekk
u timxi skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att li jirreferu għal min
jagħmel ħlas.
Financial 
intermediary 
awtorizzat.
Emendat:
A.L. 111 ta’ l-
2002;
A.L. 188 ta’ l-
2003.
14. (1) Financial intermediary awtorizzat huwa persuna
resident Malta li tkun reġistrata hekk mill-Kummissarju.
(2) Persuna ma hix eliġibbli li tiġi reġistrata bħala financial
intermediary awtorizzat jekk ma tapplikax lil-Kummissarju għal
reġistrazzjoni għall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti u jekk ma
tkunx, fiż-żmien ta’ dik l-applikazzjoni -
SKEMI TA’ INVESTIMENT KOLLETTIV 
INCOME MINN INVESTIMENT ġ L.S.123.51 5
Kap. 370.
(a) persuna li jkollha liċenza għal servizzi ta’ investiment
tal-Kategorija 2 jew 3 maħruġa skond l-Att dwar
Servizzi ta’ Investiment; jew
(b) persuna li jkollha liċenza għal servizzi ta’ investiment
tal-Kategorija 1 maħruġa skond l-Att dwar Servizzi ta’
Investiment b’dana illi hija tiddikjara lill-Kummissarju
illi intrabtet ma’ l-Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji
ta’ Malta li hija se tapplika għal liċenza msemmija fil-
paragrafu (a) u b’dana wkoll illi dik il-persuna ma
għandhiex tibqa’ financial intermediary awtorizzat
wara t-28 ta’ Frar 2002 jekk ma jkollhiex, f’dik id-
data, liċenza msemmija f’dak il-paragrafu.
(3) (a) Meta riċevitur jagħmel użu mis-servizzi ta' financial
intermediary awtorizzat dwar pagament ta' income
minn investiment, dak il-financial intermediary
awtorizzat għandu, kemm-il darba ma ssirx l-għażla
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 35 ta’ l-Att,
jiġbor it-taxxa, bi tnaqqis jew b'mod ieħor, f'ammont li
jkun daqs ħmistax fil-mija ta' dak l-income u għandu
jkun marbut bl-obbligi kollha imposti fuq min jagħmel
ħlas taħt id-disposizzjonijiet dwar l-income fuq
investiment:
Iżda minkejja id-disposiżżjonijiet ta' l-artikolu
33(3) ta' l-Att -
(i) meta l-income minn investiment ikun income
imsemmi fl-artikolu 41(a)(v) ta' l-Att, it-taxxa li
hekk tinġabar għandha titħallas mhux aktar tard
mid-disgħin ġurnata li taħbat wara d-data tan-
nota tal-kuntratt dwar it-trasferiment ta' l-
unitajiet jew azzjonijiet relevanti; u
(ii) meta l-income minn investiment ikun income
imsemmi fl-artikolu 41(a)(vi) ta' l-Att, it-taxxa li
hekk tinġabar għandha titħallas mhux aktar tard
mit-tletin ta' April li jaħbat wara s-sena li fiha
jkun sar il-pagament.
(b) Għall-finijiet ta' dan ir-regolament, riċevitur jagħmel
użu mis-servizzi ta' financial intermediary awtorizzat
dwar pagament ta' income minn investiment meta:
(i) il-pagament ta' income minn investiment isir lil
financial intermediary awtorizzat li jkun id-
detentur reġistrat ta' l-unitajiet jew azzjonijiet
relevanti u li jkun iżomm dawk l-unitajiet jew
azzjonijiet għal benefiċċju ta' l-imsemmi
riċevitur;
(ii)  l-imsemmi riċevitur ikun d-detentur reġistrat ta'
l-unitajiet jew azzjonijiet relevanti, li jirċievi l-
income minn investiment direttament f'ismu u li
jeħtieġ li financial intermediary awtorizzat
jiġbor ammont ta' taxxa li jkun jiswa ħmistax fil-
mija ta' dak l-income minn investiment fuq l-
income bħal dak li mbagħad għandu jitħallas lill-
6 L.S.123.51 ħ
SKEMI TA’ INVESTIMENT KOLLETTIV 
INCOME MINN INVESTIMENT
Kummissarju;
(iii) il-pagament ta' income minn investiment isir
permezz ta' arranġament approvat mill-
Kummissarju, b'liema arranġament ikun jista' jsir il-
ġbir tat-taxxa fuq dak l-income minn investiment
permezz ta' financial intermediary awtorizzat.
(4) Meta riċevitur ikun għamel użu mis-servizzi ta' financial
intermediary awtorizzat dwar pagament ta' income minn investiment,
dak il-financial intermediary awtorizzat għandu jagħti lir-riċevitur
ċertifikat skond l-artikolu 33(3) ta’ l-Att, liema ċertifikat għandu
jkollu numru konsekuttiv f’serje applikata għaċ-ċertifikati kollha
maħruġa minn dak il-financial intermediary awtorizzat għal
ħlasijiet ta’ income minn investiment u għandu jkun fih l-
informazzjoni msemmija fl-Ewwel Taqsima ta’ l-iskeda għal dawn
ir-regolamenti.
(5) Financial intermediary awtorizzat għandu kull xahar jagħti
kont lill-Kummissarju skond l-artikolu 33(2) ta’ l-Att li jinkludi l-
informazzjoni msemmija fit-Tieni Taqsima ta’ l-Iskeda għal dawn
ir-regolamenti: iżda għal kull xahar li fih ma jagħmilx xi ħlas ta’
income minn investiment huwa għandu jibgħat prospett li juri li ma
jkun sar ebda ħlas bħal dak.
Kif jiġu ntaxxati 
qlib ta’ titoli.
Miżjud:
A.L. 188 ta’ l-
2003.
15. (1) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament:
''qlib ta’ titoli'' jew ''qlib'' tfisser operazzjoni li biha titoli f’sub-
fund ta’ skema ta’ investiment kollettiv jiġu maqluba, jew trasferiti,
jew investiti mill-ġdid, jew skambjati jew b’xi mod ieħor
trasformati f’titoli f’sub-fund ieħor ta’ l-istess skema ta’
investiment kollettiv kemm il-darba d-detentur tat-titoli hawn l-
aħħar imsemmija jkun l-istess persuna bħalma jkun id-detentur tat-
titoli hawn l-ewwel imsemmija u li s-sehem miksub fis-sub-fund
hawn l-aħħar imsemmi jkun isegwi minnufih is-sehem fis-sub-fund
hawn l-ewwel imsemmi;
''qlib ta’ titoli preskritt'' tfisser il-qlib ta’ titoli minn fond
preskritt;
''sensiela ta’ qlib ta’ titoli konsekuttivi'' tfisser serje ta’ qlib ta’
titoli konsekuttivi (li għall-finijiet ta’ dan ir-regolament tista’ tkun
magħmula minn qlib wieħed ta’ titoli) li tibda bi qlib ta’ titoli, li
minnufih qablu ma kien hemm ebda qlib, u li tispiċċa bi qlib ta’
titoli li warajha kien hemm trasferiment ta’ titoli li ma kienx qlib;
''sub-fund'' tinkludi klassi, parti jew sezzjoni oħra simili ta’ l-
istess skema ta’ investiment kollettiv;
''titoli finali'' tfisser dawk it-titoli f’sub-fund li ġew l-aħħar
akkwistati f’sensiela ta’ qlib ta’ titoli konsekuttivi;
''titoli tal-bidu'' tfisser dawk it-titoli f’sub-fund li l-qlib tagħhom
ikun jikkostitwixxi l-ewwel qlib ta’ titoli f’sensiela ta’ qlib ta’ titoli
konsekuttivi.
(2) Il-qlib ta’ titoli jikkostitwixxi trasferiment ta’ titoli għall-
finijiet ta’ l-artikolu 5 ta’ l-Att:
Iżda meta jkun hemm qlib ta’ titoli ma għandu jsir ebda telf
jew qligħ.
SKEMI TA’ INVESTIMENT KOLLETTIV 
INCOME MINN INVESTIMENT ġ L.S.123.51 7
(3) (a) Qligħ kapitali li jinqala’ mat-trasferiment ta’ titoli
finali għandu jinħadem billi jiġi aggregat dak il-qligħ
kapitali li kien jiġi soġġett għat-taxxa u dak it-telf
kapitali li kien jitnaqqas hekk kif kienu jirriżultaw
matul il-sensiela ta’ qlib ta’ titoli konsekuttivi u mat-
trasferiment tat-titoli finali li kieku ma sarux id-
disposizzjonijiet tal-proviso għas-subregolament (2):
Iżda fil-każ ta’ trasferiment ta’ titoli finali f’fond
mhux preskritt u fejn is-sensiela ta’ qlib ta’ titoli
konsekuttivi relevanti ma’ tinkludix il-qliba ta’ titolu
preskritt, dak il-qligħ kapitali jista’ jiġi kkalkolat billi
jitnaqqas mir-rikavat tat-tneħħija tat-titoli finali
relevanti, il-kost ta’ l-akkwist tat-titoli finali relevanti.
(b) Fil-kalkolazzjoni tal-qligħ kapitali kif provdut fil-
paragrafu (a) -
(i) il-kambju ta’ muniti barranin, fejn ikun meħtieġ,
għandu jsir bir-rati ta’ kambju li jintużaw fl-
akkwist jew fit-trasferiment tat-titoli relevanti
għall-kalkolazzjoni tal-qligħ kapitali. Fejn ma
jkunx hemm prova dwar ir-rati ta’ kambju li
jintużaw fl-akkwist jew fit-trasferiment tat-titoli
relevanti, dak il-kambju jsir billi tintuża r-rata
tal-kambju (middle rate tal-Bank Ċentrali) li
tkun tapplika fi tmiem is-sena kalendarja li fiha
jkun sar l-akkwist jew it-trasferiment, skond il-
każ:
Iżda jekk l-akkwist u t-trasferiment isiru fl-
istess sena kalendarja, għandha tintuża r-rata tal-
kambju li tkun ir-rata (middle rate tal-Bank
Ċentrali) fis-seħħ fid-data ta’ l-akkwist u r-rata
tal-kambju (middle rate tal-Bank Ċentrali) li
tkun fis-seħħ fid-data tat-trasferiment;
(ii) meta wara li jiġi aggregat il-qligħ kapitali u t-
telf kapitali kief provdut fil-paragrafu (a) u dan
ikun jinvolvi muniti differenti, kull qligħ u telf
bħal dawk jista’ jinqaleb f’liri Maltin bir-rati ta’
kambju (middle rate tal-Bank Ċentrali) li jkunu
fis-seħħ fid-dati tal-qlib ta’ titoli relevanti jew
tat-tneħħija tat-titoli finali;
(iii) il-kost ta’ l-akkwist għandu jiġi kkalkolat bl-
istess mod kif provdut f’regolament 9, jew
b’kull mod ieħor li jista’ jiġi approvat mill-
Kummissarju.
8 L.S.123.51 ħ
SKEMI TA’ INVESTIMENT KOLLETTIV 
INCOME MINN INVESTIMENT
L-EWWEL TAQSIMA
Informazzjoni li għandha tingħata minn financial intermediaries awtorizzati fuq kull 
ċertifikat ta’ ħlas
(1) Numru konsekuttiv f’serje taċ-ċertifikat
(2) Isem u indirizz tal-financial intermediary awtorizzat
(3) Deskrizzjoni tal-fond
(4) Isem u numru tal-karta ta’ l-identità  ta’ l-investitur
(5) Fil-każ ta’ trasferiment ta’ unitajiet jew azzjonijiet:
(a) Id-data tat-trasferiment
(b) In-numru ta’ unitajiet jew azzjonijiet trasferiti
(ċ) Il-prezz li bih l-unitajiet jew azzjonjiiet ġew trasferiti
(d) L-ammont soġġett għat-taxxa
(e) L-ammont nett imħallas jew investit mill-ġdid
(6) Fil-każ ta’ tqassim ta’ profitti
(a) Il-profitti mqassma qabel it-tnaqqis tat-taxxa
(b) It-taxxa mnaqqsa
(ċ) Il-ħlas nett
(7) Data taċ-ċertifikat
(8) Firma tal-financial intermediary awtorizzat
IT-TIENI TAQSIMA
Rendikont ta’ kull xahar li jrid jingħata lill-Kummissarju minn financial 
intermediaries awtorizzati
(1) Isem u indirizz tal-financial intermediary awtorizzat
(2) Perijodu tar-rendikont
(3) Taxxa totali mnaqqsa
(4) L-ewwel u l-aħħar numru konsekuttiv fis-serje taċ-ċertifikati ta’ ħlas in
kwistjoni
(5) Breakdown li juri -
(a) Deskrizzjoni ta’ kull fond
(b) It-taxxa mnaqqsa mill-ħlasijiet minn kull fond
(ċ) In-numru totali ta’ ċertifikati ta’ ħlas li jikkorrispondu għall-ħlasijiet
minn kull fond
(6) Data tal-prospett
(7) Firma tal-financial intermediary awtorizzat.
Għal kull perijodu li fih ma tkunx tnaqqset taxxa għandu jingħata prospett
Nil.
Emendata:
A.L. 111 ta’ l-2002. SKEDA(Regolament 14(4))
