EŻENZJONI MIT-TAXXA FUQ L-INCOME U TAXXA FUQ 
DOKUMENTI U TRASFERIMENTI FUQ TRASFERIMENTI 
TA’ DJAR TA’ RESIDENZA LIL AZJONISTI ġ L.S.123.54 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.54
ORDNI DWAR EŻENZJONI MIT-TAXXA FUQ L-
INCOME U TAXXA FUQ DOKUMENTI U 
TRASFERIMENTI FUQ TRASFERIMENTI TA’ DJAR 
TA’ RESIDENZA LIL AZJONISTI
15 ta’ Mejju, 2001
L-Avviż Legali 124 ta’ l-2001.
Titolu u skop.
Taxxa fuq l-Income u Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti fuq
Trasferimenti ta’ Djar ta’ Residenza lil Azzjonisti.
(2) Dan l-Ordni japplika għal kull trasferiment ta’ dar ta’
residenza magħmul minn kumpannija lil individwu permezz ta’ att
pubblikat mhux qabel il-21 ta’ Novembru, 2000 u mhux wara t-30
ta’ Settembru, 2001 u li jissodisfa l-kondizzjonijijiet kollha li
ġejjin:
(a) min jirċievi bi trasferiment ikun fid-data tat-
trasferiment azzjonist fl-imsemmija kumpannija u kien
azzjonist f’dik il-kumpannija mingħajr interruzzjoni
għall-inqas mill-20 ta’ Novembru, 2000 sad-data tat-
trasferiment;
(b) fl-20 ta’ Novembru, 2000 u sad-data tat-trasferiment
min jirċievi bi trasferiment waħdu jew flimkien ma’
membru jew membri tal-familja tiegħu kellhom
b’kollox direttament jew indirettament għall-inqas
għoxrin fil-mija f’valur nominali ta’ l-azzjonijiet jew
tal-jeddijiet ta’ vot f’dik il-kumpannija;
(ċ) fl-20 ta’ Novembru, 2000 u saż-żmien tat-trasferiment
min jirċievi bi trasferiment jew membru tal-familja
tiegħu ikun okkupa mingħajr interruzzjoni d-dar ta’
residenza bħala r-residenza unika u ordinarja tiegħu.
Tifsir.
(a) membru tal-familja ta’ min jirċievi bi trasferiment
tfisser il-konjuġi tiegħu, axxendent jew dixxendent
tiegħu, ħuh jew oħtu, jew dixxendent ta’ ħuh jew oħtu;
(b) "dar ta’ residenza" tinkludi garage imniffed jew li jiġi
taħt dik ir-residenza jew garage ta’ mhux iktar minn
30 metru kwadru li jkun jinsab fil-viċinanza ta’ 500
metru minn dik ir-residenza u li jkun trasferit mill-
istess kumpannija lil min jirċievi bi trasferiment
permezz ta’ l-istess att flimkien ma’ dik ir-residenza.
Termini tat-
trasferiment.
Kap. 123.
3. Mat-trasferiment li japplika għalih dan l-Ordni -
(a) jekk l-użu tad-dar ta’ residenza minn min joqgħod fiha
sad-data tat-trasferiment jitqies bħala li jikkostitwixxi
benefiċċju bis-saħħa ta’ xi mpieg jew kariga skond l-
artikolu 4(1)(b) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income,
2 ġ L.S.123.54
EŻENZJONI MIT-TAXXA FUQ L-INCOME U TAXXA FUQ 
DOKUMENTI U TRASFERIMENTI FUQ TRASFERIMENTI 
TA’ DJAR TA’ RESIDENZA LIL AZJONISTI
ebda taxxa ma għandha titħallas taħt dak l-Att fuq il-
valur ta’ dak il-benefiċċju;
(b) jekk it-tasferiment jikkostitwixxi benefiċċju bis-saħħa
ta’ impieg jew kariga skond l-imsemmi artikolu
4(1)(b) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, ebda
taxxa ma għandha titħallas taħt dak l-Att fuq il-valur
ta’ dak il-benefiċċju;
(ċ) ebda qliegħ ma għandu jitqies li jinqala’ mill-imsemmi
trasferiment għall-finijiet ta’ l-artikolu 5 ta’ l-Att dwar
it-Taxxa fuq l-Income;
Kap. 364.
(d) ebda taxxa ma għandha titħallas skond l-artikolu 32 ta’
l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti li
tkun aktar minn Lm2.50 għal kull Lm100 jew parti
minnha tal-valur ta’ trasferiment meqjus li jiġi
stabbilit skond ir-regolament 4(a).
Kondizzjonijiet tat-
trasferiment.
4. L-eżenzjonijiet mogħtija b’dan l-Ordni għandhom ikunu
soġġetti għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
Kap. 372.
(a) il-valur tat-trasferiment meqjus imsemmi fir-
regolament 3(d) għandu jkun il-prezz li bih il-
kumpannija tkun akkwistat id-dar ta’ residenza miżjud
bl-ispejjeż għal benefikati imħallsa mill-kumpannija
qabel il-21 ta’ Novembru, 2000 kif murija fir-records
li dik il-kumpannija hija meħtieġa li żżomm skond l-
artikolu 19(4)(a) ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni
tat-Taxxa bla ma jingħata kont ta’ kull rivalutazzjoni li
setgħet saret mill-kumpannija tal-valur ta’ l-
imsemmija proprjetà ;
Kap. 123.
(b) jekk il-korrispettiv attwali għat-trasferiment ikun
inqas mill-valur tat-trasferiment meqjus stabbilit kif
hawn qabel imsemmi, in-nuqqas ma għandux jitqies
bħala telf għal xi wieħed mill-finijiet ta’ l-Att dwar it-
Taxxa fuq l-Income u l-ammont tan-nuqqas għandu,
barra minn hekk, jitqies għall-finijiet ta’ dak l-Att li
jkun dividend imħallas minn dik il-kumpannija lil min
jirċievi bi trasferiment mill-kont mhux intaxxat u d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 59(5) u ta’ l-artikolu 62
u d-disposizzjonijiet rilevanti l-oħra ta’ dak l-Att
għandhom japplikaw skond hekk;
(ċ) għall-fini li jiġi stabbilit il-qligħ kapitali skond l-Att
dwar it-Taxxa fuq l-Income li jinqala’ minn
trasferiment sussegwenti tad-dar ta’ residenza kollha
kemm hi jew parti minnha minn min jirċievi bi
trasferiment, l-ispiża ta’ l-akkwist tad-dar ta’
residenza għandha titqies li tkun il-valur meqjus bħala
l-valur tat-trasferiment kif stabbilit skond il-paragrafu
(a), u minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
5(10)(b) u (ċ) ta’ l-imsemmi Att,  ebda telf kapitali li
jirriżulta minn jew dejn li ma jistax jinġabar magħmul
dwar kull trasferiment ieħor ma għandha ssir tpaċija
tiegħu ma’ kull qligħ kapitali stabbilit kif hawn qabel
EŻENZJONI MIT-TAXXA FUQ L-INCOME U TAXXA FUQ 
DOKUMENTI U TRASFERIMENTI FUQ TRASFERIMENTI 
TA’ DJAR TA’ RESIDENZA LIL AZJONISTI ġ L.S.123.54 3
imsemmi;
Kap. 364.
L.S.364.06
(d) meta l-partijiet fit-trasferiment jixtiequ li jieħdu l-
benefiċċju ta’ l-eżenzjonijiet mogħtija b’dan l-Ordni
huma għandhom jagħmlu u jagħtu f’formola provduta
mill-Kummissarju id-dikjarazzjonijiet u t-tagħrif kollu
msemmi fl-Iskeda. Id-dikjarazzjonijiet f’dik il-formola
għandhom jiġu ffirmati għan-nom tal-kumpannija
minn individwu li jkun uffiċjal ta’ dik il-kumpannija
debitament awtorizzat għal dak il-fini, minn min
jirċievi bi trasferiment, minn nutar pubbliku u minn
awditur pubbliku ċertifikat kif imsemmi fl-imsemmija
Skeda u l-formola għandha tintbagħat lill-
Kummissarju tat-Taxxi Interni flimkien ma’ l-avviż
dwar l-att meħtieġ skond l-artikolu 51 ta’ l-Att dwar it-
Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti u r-Regoli dwar
it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti fiż-żmien
preskritt biex jintbagħat dak l-avviż; iżda f’każ ta’
trasferiment magħmul qabel id-data ta’ dan l-Ordni l-
imsemmija formola għandha tintbagħat lill-
Kummissarju fit-Taqsima ta’ Trasferiment Kapitali
tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni, il-Belt, mhux aktar
tard mill-31 ta’ Lulju, 2001;
(e) il-partijiet fit-trasferiment għandhom jagħtu lill-
Kummissarju dak it-tagħrif ieħor u dawk id-dokumenti
oħra li huwa jista’ raġonevolment jitlob biex jaċċerta
l-eliġibbiltà  għall-eżenzjonijiet mogħtija b’dan l-
Ordni;
(f) f’każ li xi kondizzjoni murija f’dan ir-regolament ma’
tiġix sodisfatta jew li xi tagħrif mogħti jew
dikjarazzjoni magħmula għall-finijiet ta’ dan l-Ordni
jirriżultaw li ma jkunux ingħataw sew f’xi aspett
materjali, l-eżenzjonijiet għandhom jintilfu;
(g) dan l-Ordni għandu jkollu dak l-effett retroattiv li jkun
meħtieġ biex jingħata effett għall-eżenzjonijiet
mogħtija fih dwar kull trasferiment li japplika għalih
dan l-Ordni magħmul qabel id-data ta’ dan l-Ordni.
L-eżenzjonijiet ma 
jistgħux jittieħdu 
parti minnhom.
5. Ma jistax jittieħed benefiċċju minn parti mill-eżenzjonijiet
mogħtija b’dan l-Ordni, u meta jittieħed benefiċċju minnhom
b’mod validu il-partijiet kollha fit-trasferiment għandhom jitqiesu
li jkunu aċċettaw il-kondizzjonijiet murija fir-regolament 4
minkejja kull rinunzja jew riserva magħmula minn xi persuna.
4 ġ L.S.123.54
EŻENZJONI MIT-TAXXA FUQ L-INCOME U TAXXA FUQ 
DOKUMENTI U TRASFERIMENTI FUQ TRASFERIMENTI 
TA’ DJAR TA’ RESIDENZA LIL AZJONISTI
SCHEDULE
Tagħrif u dikjarazzjonijiet għall-finijiet ta’ l-Ordni dwar Eżenzjoni mit-Taxxa fuq l-
Income u Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti fuq Trasferimenti ta’ Djar ta’ 
Residenza lil Azzjonisti
Taqsima A
Deskrizzjoni tad-dar ta’ residenza u tal-valur tat-trasferiment
Tagħrif li għandu jingħata u dikjarazzjoni li għandha ssir u tiġi ffirmata minn individwu li 
huwa uffiċjal tal-kumpannija debitament awtorizzat għal dan il-fini
1. Indirizz .......................................................................................
2. Data ta’ l-akkwist mill-kumpannija ..............................................
3. Il-prezz li bih il-proprjetà  ġiet akkwistata mill-kumpannija kif muri fir-records tal-
kumpannija ...................................................
4. L-ispiża tal-benefikati kif murija fir-records tal-kumpannija ........
5. Il-valur meqjus bħala l-valur tat-trasferiment (3 + 4) ....................
6. Il-prezz tat-trasferiment li għandu jitħallas mill-individwu li lilu jsir it-traferiment
.......................................................................................
7. L-eċċess (jekk ikun hemm) tal-valur ta’ trasferiment meqjus (bħal 5) fuq il-
korrispettiv (bħal 6) .......................................................
Niddikjara li t-tagħrif mogħti hawn fuq huwa korrett u li jiena awtorizzat mill-kumpannija
biex niffirma din id-dikjarazzjoni.
Iffirmat għal u għan-nom tal-kumpannija minn (isem ta’ l-uffiċjal) ........
Kariga ....................................
Indirizz .................................................................................................
Numru tal-karta ta’ l-identità  ....................................
Firma .....................................
Data ...........................................
Taqsima B
Dikjarazzjoni minn  Awditur Pubbliku Ċertifikat
Niddikjara li t-tagħrif mogħti fit-Taqsima A jikkorrispondi għar-records rilevanti ta’
................................................................ għas-sena finanzjarja li tagħlaq fi
.............................................. .
Iffirmat minn (isem l-Awditur Pubbliku Ċertifikat) ................................
Indirizz ..................................................................................................
Firma ...............................................
Timbru uffiċjali ........................................
Data ......................................................
EŻENZJONI MIT-TAXXA FUQ L-INCOME U TAXXA FUQ 
DOKUMENTI U TRASFERIMENTI FUQ TRASFERIMENTI 
TA’ DJAR TA’ RESIDENZA LIL AZJONISTI ġ L.S.123.54 5
Taqsima Ċ
Dikjarazzjoni li ssir u tiġi ffirmata minn individwu li huwa uffiċjal tal-kumpannija debitament 
awtorizzat għal dak il-fini
Għandha ssir biss f’każ li jkun hemm eċċess imsemmi fil-partita 7 tat-Taqsima A
Niddikjara li l-ammont ta’ ........................ qiegħed jingħata kont tiegħu mill-kumpannija
għall-finijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income bħala li jirrappreżenta dividend imħallas lil
....................................... (l-individwu li lilu jsir it-trasferiment) mill-kont mhux intaxxat
tagħha u li l-kumpannija ntrabtet li timxi skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 59(5) u ta’ l-
artikolu 62 u tad-disposizzjonijiet l-oħra kollha ta’ dak l-Att rilevanti għall-ħlas ta’ dividend
mill-kont mhux intaxxat tagħha.
Iffirmat għal u għan-nom tal-kumpannija minn (isem l-uffiċjal) .............
Firma ...................................................
Data .........................................................
Taqsima D
Deskrizzjoni ta’ l-ishma u d-drittijiet tal-vot fil-kumpannija
Dikjarazzjoni li għandha ssir u tiġi ffirmata minn individwu li jkun uffiċjal tal-kumpannija 
debitament awtorizzat għal dak il-fini u mill-individwu li lilu jsir it-trasferiment
(*) Ishma ta’ klassi differenti għandhom jiġi indikati separatament
Iffirmat għal u għan-nom tal-kumpannija minn (isem l-uffiċjal) .............
Firma .......................................
Isem ta’ l-individwu li lilu jsir it-trasferiment ........................................
Indirizz .................................................................................................
Numru tal-karta ta’ l-identità  .................................................................
Firma .............................................
Data ....................................................
Isem l-azzjonijst Numru ta’ l-
ishma li 
jkollu (*)
Valur 
nominali ta’ 
kull sehem
Numru ta’ 
voti għal kull 
sehem
Kif jista’ jiġi 
mill-
individwu li 
lilu jsir it-
trasferiment
Valur 
nominali totali 
ta’ l-ishma li 
jkollu
Kapital azzjonarju totali
6 ġ L.S.123.54
EŻENZJONI MIT-TAXXA FUQ L-INCOME U TAXXA FUQ 
DOKUMENTI U TRASFERIMENTI FUQ TRASFERIMENTI 
TA’ DJAR TA’ RESIDENZA LIL AZJONISTI
Taqsima E
Dikjarazzjoni dwar ir-residenza
Dikjarazzjoni li għandha ssir u tigi ffirmata minn individwu li huwa uffiċjal tal-kumpannija 
debitament awtorizzat għal dak il-fini u mill-individwu li lilu jsir it-trasferiment
Niddikjaraw li fl-20 ta’  Novembru, 2000 u sal-lum ....................... ...............................
kien/et/u jokkupa/tokkupa/jokkupaw id-dar ta’ residenza in kwistjoni  bħala r-residenza unika
u ordinarja tiegħu/tagħha /tagħhom  u li l-imsemmi/ja okkupant/a/i jiġi/tiġi/jiġu mill-
individwu li lilu jsir it-trasferiment kif ġej: ..........................................................................
Iffirmat għal u għan-nom tal-kumpannija minn (isem ta’ l-uffiċjal): .......
Firma...................................
Isem ta’ l-individwu li lilu jsir it-trasferiment ........................................
Indirizz.................................................................................................
Numru tal-karta ta’ l-identità  .......................................
Firma .......................................................
Data .............................
Taqsima F
Dikjarazzjoni minn Nutar Pubbliku
Niddikjara li d-dikjarazzjonijiet fit-Taqsimiet A, B (fejn applikabbli), Ċ u D ġew iffirmati
quddiemi wara li jien, Nutar, fissirt lill-persuni li ffirmaw l-import tagħhom u ta’ l-Ordni dwar
Eżenzjoni mit-Taxxa fuq l-Income u Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti fuq Trasferimenti
ta’ Djar ta’ Residenza lil Azzjonisti.
Iffirmat minn (isem in-Nutar Pubbliku) ..................................................
Indirizz .............................................................................................
Firma ..............................................
Timbru Uffiċjali ......................................
Data ...................................
