 BENEFIĊĊJI MINN IMPIEG JEW KARIGA ġ L.S.123.55 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.55
REGOLI DWAR BENEFIĊĊJI MINN IMPIEG
JEW KARIGA
1 ta’ Jannar, 2001
L-Avviż Legali 125 ta’ l-2001.
TAQSIMA A - ĠENERALI
Titolu.
Impieg jew Kariga.
Tifsiriet.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 123.
"benefiċjarju" tfisser persuna li lilha jingħata jew jitqies li
jingħata benefiċċju;
"benefiċċju" tfisser kull ħaga li titqies li hija benefiċċju skond ir-
regola 9, 17, 20, 26, 28, 30, 32, 36, 39 jew 45;
"direttur" tfisser -
(a) kull persuna li tokkupa l-kariga ta’ direttur ta’
kumpannija jkun xi jkun l-isem li biħ tissejjaħ;
(b) kull persuna li sostanzjalment taqdi l-istess
funzjonijiet dwar it-tmexxija tal-kumpannija bħal
dawk ta’ direttur;
(ċ) kull persuna li d-diretturi ta’ kumpannija ikollhom il-
konswetudni jimxu fuq id-direzzjoni jew l-
istruzzjonijiet tagħha;
"kumpannija assoċjata" tfisser kumpannija li tkun relatata ma’
kumpannija oħra li tissemma’ fil-kuntest li fih tintuża din il-frażi
b’mod illi -
(a) iż-żewg kumpanniji jiffurmaw parti mill-istess grupp;
jew
(b) iż-żewġ kumpanniji jkunu proprjetà  ta’ l-istess
persuni, jew direttament jew indirettament kontrollati
f’iktar minn 50% minnhom;
"impjegat" tfisser individwu li jagħti servizzi taħt kuntratt ta’
impieg sew jekk miktub sew jekk le ma’ persuna oħra;
"membru tal-familja" ta’ persuna tfisser il-konjuġi, axxendent,
dixxendent dirett jew wild adottiv ta’ dik il-persuna, jew il-konjuġi
ta’ dak l-axxendent, dixxendent jew wild adottiv jew individwu li
ordinarjament jgħammar fl-istess residenza bħal dik il-persuna, sew
jekk ikun jigi mill-persuna sew jekk le;
"min jipprovdi benefiċċju" tfisser persuna li tagħti jew li titqies li
tagħti benefiċċju;
"pożizzjoni ta’ kontroll" għandha t-tifsira mogħtija lilha fis-
2 L.S.123.55 ħ  BENEFIĊĊJI MINN IMPIEG JEW KARIGA
subregola (2);
"prinċipal" tfisser persuna li tqabbad jew tkun qabbdet lil xi
persuna oħra biex tagħti servizzi taħt kuntratt ta’ impieg;
"proprjetà " tfisser kull xorta ta’ proprjetà  mobbli jew immobbli;
"soċjetà " tfisser soċjetà  ċivili jew kummerċjali mwaqqfa taħt jew
skond il-liġi ta’ Malta li ma tkunx kumpannija;
"uffiċjal" tfisser id-detentur ta’ xi kariga u tinkludi wkoll
individwu li -
(a) jkun direttur ta’ kumpannija; jew
(b) ikollu direttament jew indirettament iżjed minn 5%
tal-kapital azzjonarju ordinarju jew tal-jeddijiet għal
vot f’kumpannija; jew
(ċ) ikun soċju f’soċjetà .
(2) F’dawn ir-regoli persuna titqies li tkun f’pożizzjoni ta’
kontroll f’kumpannija jekk -
(a) tkun individwu li jkollu direttament jew indirettament
25% jew iżjed tal-kapital azzjonarju ordinarju jew tal-
jeddijiet għall-vot f’dik il-kumpannija jew
f’kumpannija assoċjata; jew
(b) tkun individwu li jkollu, direttament jew
indirettament, azzjonijiet f’dik il-kumpannija u l-
azzjonijiet li hekk ikollu, flimkien ma’ kull azzjoni li
jkollu jew ikollhom f’kumpannija, direttament jew
indirettament, membru jew membri tal-familja tiegħu,
ilaħħqu jew jirrappreżentaw kollha f’daqqa aktar minn
50% tal-kapital azzjonarju ordinarju jew tal-jeddijiet
għal-vot f’dik il-kumpannija; jew
Kap. 343.
(ċ) tkun individwu li jkun direttur ta’ dik il-kumpannija
jew ta’ kumpannija assoċjata iżda ma jkunx reġistrat
ma’ l-awtorità  kompetenti mwaqqfa taħt l-Att dwar is-
Servizzi ta’ Impieg u Taġrig bħala impjegat whole time
ma’ dik il-kumpannija jew ma’ kumpannija assoċjata.
Ċirkostanzi li 
fihom benefiċċju 
jitqies li jingħata 
minħabba f’impieg 
jew kariga.
3. (1) Ħlief fejn huwa provdut xort’oħra f’dawn ir-regoli,
benefiċċju għandu jitqies li jingħata minħabba f’impieg jew kariga
jekk -
(a) jingħata minn prinċipal lil impjegat tiegħu; jew
(b) jingħata minn kumpannija jew soċjetà  lil individwu li
jkollu kariga f’dik il-kumpannija jew soċjetà ; jew
(ċ) jingħata minn kumpannija lil individwu li kien
impjegat jew uffiċjal ta’ dik il-kumpannija bħala
premju għal, jew rikonoxximent ta’, servizzi mogħtija
lil dik il-kumpannija; jew
(d) jingħata minn kumpannija fuq bażi kontinwa jew
regolari lil individwu li, meta jkun ingħata l-ewwel
darba jew meta l-kumpannija tkun iddeċidiet li tagħtih,
kien impjegat jew uffiċjal ta’ dik il-kumpannija; jew
(e) jingħata lid-detentur ta’ kariga minn persuna li tkun
 BENEFIĊĊJI MINN IMPIEG JEW KARIGA ġ L.S.123.55 3
responsabbli għall-ħlas ta’ rimunerazzjoni għall-qadi
ta’ dmirijiet taħt il-kondizzjonijiet tal-ħatra tiegħu
f’dik il-kariga; jew
(f) jingħata bħala rigal għal servizzi mogħtija minn
persuna fil-kors tal-qadi tad-dmirijiet tagħha bħala
impjegat jew uffiċjal ta’ persuna oħra meta dak il-
benefiċċju jingħata minn terza persuna.
(2) Il-preżunzjonijiet imsemmija fis-subregola (1)(a), (b), (d)
u (e) jistgħu jinċaħdu jekk tinġieb prova li -
(a) il-benefiċċju jkun donazzjoni magħmula minn
individwu għal raġunijiet li jkunu għalkollox
personali; jew
(b) il-benefiċċju jingħata bi ħlas finali jew akkont ta’ dejn
li ma jkollux x’jaqsam ma’ xi servizzi mogħtija fil-
kors ta’ l-impieg jew il-kariga; jew
(ċ) il-benefiċċju jkun tqassim ta’ profitti minn kumpannija
jew soċjetà  lil persuna fil-kwalità  tagħha ta’ azzjonist
jew soċju ta’ dik il-kumpannija jew soċjetà  jew ikun
jirrappreżenta drawings magħmula minn soċju akkont
tas-sehem tiegħu tal-profitti tas-soċjetà , u jingħata
kont tiegħu bħala tali fir-records ta’ dik il-kumpannija
jew soċjetà .
Benefiċċju mogħti 
minn kumpannija 
assoċjata jew lil 
membru tal-
familja.
4. Għall-finijiet tar-regola 3 -
(a) benefiċċju mogħti minn kumpannija lil individwu li
mhux impjegat jew uffiċjal ta’ dik il-kumpannija iżda
li jkun impjegat jew uffiċjal ta’ kumpannija assoċjata
għandu jitqies bħala benefiċċju mogħti mill-
kumpannija assoċjata;
(b) benefiċċju mogħti minn kumpannija lil individwu li
mhux impjegat jew uffiċjal ta’ dik il-kumpannija iżda
li huwa membru tal-familja ta’ impjegat jew uffiċjal
ta’ dik il-kumpannija jew ta’ kumpannija assoċjata
għandu jitqies li jkun benefiċċju mogħti lill-imsemmi
impjegat jew uffiċjal;
(ċ) benefiċċju mogħti minn prinċipal, li mhux
kumpannija, lil individwu li mhux impjegat ta’ dak il-
prinċipal iżda li huwa membru tal-familja ta’ impjegat
ta’ dak il-prinċipal għandu jitqies li jkun benefiċċju
mogħti lill-imsemmi impjegat;
(d) benefiċċju mogħti lil impjegat minn terza persuna
għandu jitqies li ngħata mill-prinċipal jekk il-
benefiċċju jingħata fuq l-istruzzjonijiet tal-prinċipal,
sew jekk diretti sew jekk indiretti, jew bl-intervent
tiegħu.
Valur ta’ 
benefiċċji.
5. (1) Il-valur ta’ benefiċċju għandu jigi stabbilit skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli.
(2) Ħlief fejn ikun provdut xort’oħra f’dawn ir-regoli, meta l-
valur ta’ benefiċċju jkun imsemmi bħala valur annwali, dak il-
benefiċċju għandu jitqies li għandu valur ta’ wieħed minn kull tnax
4 L.S.123.55 ħ  BENEFIĊĊJI MINN IMPIEG JEW KARIGA
tal-valur annwali għal kull xahar kalendarju sħiħ li fih jingħata dak
il-benefiċċju u ta’ wieħed minn kull tliet mija ħamsa u sittin tal-
valur annwali għal kull jum ta’ xi parti minn xahar li fih jingħata.
(3) Meta l-valur annwali ta’ benefiċċju jinbidel minħabba xi
ħaġa li tiġri wara l-bidu ta’ l-għoti ta’ dak il-benefiċċju allura,
sabiex jiġi stabbilit il-valur tal-benefiċċju għax-xahar li fih tiġri dik
il-ħaġa, id-disposizzjonijiet tas-subregola (2) għandhom japplikaw
bħallikieku l-benefiċċju mogħti mid-data ta’ dik il-ġrajja kien
benefiċċju separat minn dak mogħti qabel dik id-data.
(4) Meta xi disposizzjoni ta’ dawn ir-regoli tagħti valur
negattiv ta’ benefiċċju dak il-benefiċċju għandu jitqies li ma jkollu
ebda valur.
(5) Kull valur stabbilit skond dawn ir-regoli għandu jiżdied
jew jitnaqqas għad-dritt lejn l-eqreb lira.
(6) Meta l-benefiċċju jkun jikkonsisti fl-użu ta’ proprjetà  u
jkun hemm iktar minn benefiċjarju wieħed li jagħmel użu mill-
istess proprjetà  min jagħti dak il-benefiċċju għandu jistabbilixxi l-
valur annwali tal-benefiċċju skond id-disposizzjonijiet l-oħra ta’
dawn ir-regoli u għandu mbagħad jaqsam dak il-valur bejn il-
benefiċjarji b’dak il-mod li jista’ jkun jidhirlu raġonevoli fiċ-
ċirkostanzi jew hekk kif jista’ jiġi stabbilit mill-Kummissarju.
Prezz tas-suq. 6. (1) Meta l-valutazzjoni ta’ benefiċċju tkun tinkludi li jrid
jiġi stabbilit il-prezz, hawn iżjed ’il quddiem imsejjah "il-prezz tas-
suq", li xi proprjetà  ġġib kieku kellha tinbiegħ fis-suq miftuħ
allura, bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din ir-regola, tkun
stima ta’ espert li tikkostitwixxi prova biżżejjed ta’ dak il-prezz.
(2) Meta stima ta’ espert issir fuq talba tal-Kummissarju, hawn
iżjed ’il quddiem imsejħa "l-istima tal-Kummissarju", u stima oħra
ta’ espert dwar l-istess proprjetà  issir fuq talba ta’ min jagħti l-
benefiċċju jew tal-benefiċjarju, hawn iżjed ’il quddiem imsejha "l-
istima tal-benefiċjarju", għandhom japplikaw dawn id-
disposizzjonijiet li ġejjin:
(a) jekk l-istima tal-benefiċjarju tingħata lill-Kummissarju
qabel ma ssir l-istima tal-Kummissarju u l-prezz tas-
suq indikat fl-istima tal-Kummissarju ma jaqbiżx
b’iktar minn 15% dak indikat fl-istima tal-
benefiċjarju, l-istima tal-benefiċjarju għandha
tikkostitwixxi prova ta’ dak il-prezz b’esklużjoni ta’ l-
istima tal-Kummissarju;
Kap. 372.
(b) jekk l-istima tal-benefiċjarju tingħata wara li tkun
saret l-istima tal-Kummissarju, jew jekk il-prezz tas-
suq indikat fl-istima tal-Kummissarju jaqbeż b’iktar
minn 15% dak indikat fl-istima tal-benefiċjarju, l-
istima tal-Kummissarju għandha, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet tas-subregola (3), tikkostitwixxi
prova ta’ dak il-prezz b’esklużjoni ta’ l-istima tal-
benefiċjarju; iżda ebda ħaġa li tinsab f’dan il-
paragrafu ma għandha żżomm l-istima tal-
Kummissarju milli tiġi kweżita f’appell minn stima ta’
taxxa magħmul skond id-disposizzjonijiet rilevanti ta’
l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa.
 BENEFIĊĊJI MINN IMPIEG JEW KARIGA ġ L.S.123.55 5
(3) F’appell magħmul quddiem il-Bord ta’ Kummissarji
Speċjali stima ta’ espert esibita minn xi parti jew oħra, meta tkun
maħlufa mill-istimatur, għandha tikkostitwixxi prova biżżejjed tal-
prezz tas-suq, sakemm il-parti l-oħra ma tesibix stima oħra ta’
espert, hekk ukoll maħlufa mill-istimatur, f’liema każ għandhom
jgħoddu dawn id-disposizzjonijiet li ġejjin:
(a) meta d-disposizzjonijiet tas-subregola (2)(a) huma
applikabbli, il-Bord għandu jaqta’ l-kwistjoni skond
dawk id-disposizzjonijiet;
(b) f’kull każ ieħor il-Bord għandu jaħtar stimatur espert
indipendenti biex jagħmel u jaħlef stima oħra ta’
espert u, bla ħsara għal kull konsiderazzjoni li l-Bord
jista’ jidhirlu li tkun xierqa, jaqta’ l-kwistjoni skond
hekk.
(4) Stima ta’ espert m’għandhiex, fuq il-bażi biss tad-
disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din ir-regola, tikkostitwixxi prova ta’
xi ħaġa rilevanti għad-determinazzjoni tal-valur ta’ benefiċċju ħlief
il-prezz tas-suq.
L.S.372.14
(5) Meta dikjarazzjoni tal-valur ta’ benefiċċju li ssir mill-
benefiċjarju jew minn min jagħti l-benefiċċju tkun imsaħħa bi
stima ta’ espert mogħtija lill-Kummissarju, u l-valur iddikjarat
jirriżulta li jkun inqas mill-valur stabbilit b’mod finali bħala l-valur
korrett, id-dikjarazzjoni m’għandhiex, sa fejn tkun hekk imsaħħa,
titqies li tirrapreżenta xi ommissjoni għall-finijiet ta’ l-artikolu
56(12) ta’ l-Att jew xi reat għall-finijiet tat-Taqsima IX ta’ l-Att
dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa jew nuqqas għall-finijiet tar-
Regoli dwar Final Settlement System (FSS):
Iżda d-disposizzjonijiet ta’, jew preskritti taħt l-Atti dwar
it-Taxxi għar-rigward tat-taxxa (iżda mhux it-taxxa addizzjonali) li
għandha tinġabar u titħallas dwar il-benefiċċju, dwar imgħax li
għandu jitħallas fuq ħlas tardiv ta’ dik it-taxxa u dwar l-ammont ta’
taxxa li għandu jitnaqqas minn emolumenti u jintbagħat lill-
Kummissarju minn pagatur, għandhom jgħoddu b’referenza għall-
valur korrett tal-benefiċċju kif stabbilit b’mod finali.
(6) F’din ir-regola "stima ta’ espert" tfisser opinjoni bil-
miktub tal-prezz tas-suq fis-seħħ fid-data  rilevanti għal dik il-fini
skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli magħmula minn
persuna rikonoxxuta mill-Kummissarju jew mill-Bord ta’
Kummissarji Speċjali, skond il-każ, bħala kompetenti biex tagħti
opinjoni esperta dwar dak il-prezz li jkun fiha deskrizzjoni tal-
proprjetà  inkwistjoni u li ssemmi fil-qosor il-konsiderazzjonijiet
rilevanti.
Żmien li fih jitqies 
li ngħata 
benefiċċju.
7. (1) Meta benefiċċju jikkonsisti fl-użu ta’ proprjetà  għandu
jitqies li jkun ingħata l-ewwel darba -
(a) jekk il-proprjetà  tkun proprjetà  immobbli, fil-jum li fih
dik il-proprjetà  tintuża għall-ewwel darba mill-
benefiċjarju;
(b) f’kull każ ieħor, fil-jum li fih dik il-proprjetà
titqiegħed l-ewwel darba għall-użu tal-benefiċjarju, 
u, f’kull każ, dak il-benefiċċju għandu jitqies li jibqa’ jingħata għal
6 L.S.123.55 ħ  BENEFIĊĊJI MINN IMPIEG JEW KARIGA
dak iż-żmien li matulu dik il-proprjetà  tibqa’ disponibbli għall-użu
tal-benefiċjarju.
(2) Meta l-proprjetà  tkun proprjetà  mobbli u din ma tistax
tintuża mill-benefiċjarju minħabba tiswijiet jew xi kawża oħra
temporanja għal żmien ta’ inqas minn 30 jum konsekuttiv dik il-
proprjetà  għandha titqies li tibqa’ disponibbli għall-benefiċjarju tul
dak iż-żmien; u meta ż-żmien li proprjetà  ma tkunx tista’ hekk
tintuża jkun ta’ tletin jum konsekuttiv jew iżjed, dik il-proprjetà  ma
titqiesx li tibqa’ disponibbli għall-benefiċjarju tul dak iż-żmien.
(3) Meta proprjetà  titqiegħed għall-użu tal-benefiċjarju flok
proprjetà  bħalha fi żmien li fih, skond is-subregola (2), il-proprjetà
msemmija l-aħħar titqies li tibqa’ mqiegħda għall-użu ta’ dak il-
benefiċjarju, il-valur tal-benefiċċju għal dak iż-żmien għandu jiġi
stabbilit b’referenza għall-valur tal-proprjetà  msemmija l-aħħar bla
referenza għall-valur tal-proprjetà  msemmija l-ewwel.
(4) Proprjetà  m’għandhiex titqies li tkun imqiegħda għall-użu
ta’ benefiċjarju għal xi żmien li fih tintuża esklużivament minn
terzi persuni jew tinżamm speċifikament għall-użu esklużiv ta’
terzi persuni fil-kors tan-negozju ta’ min jipprovdi l-benefiċċju.
TAQSIMA B
BENEFIĊĊJI TAL-KATEGORIJA 1 - BENEFIĊĊJI DWAR 
VETTURI BIL-MUTUR
Tifsiriet ta’ kliem 
użat f’din it-
Taqsima.
8. F’din it-Taqsima sakemm ir-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra -
"vettura" tfisser kull vettura li titmexxa mekkanikament mibnija
jew adatta bħala mezz ta’ trasport għal individwi, magħdud vann u
kull vettura oħra mibnija jew adatta għall-ġarr ta’ merkanzija iżda
li hija wkoll adatta bħala mezz ta’ trasport għal individwi, iżda
m’għandhiex tapplika għal -
(a) vettura biex tieħu piż ta’ aktar minn 3500 kilogramm;
(b) mutur;
(ċ) vettura mibnija apposta jew adatta biex tintuża minn
persuna b’diżabilità  serja u wżata minn dik il-persuna
biex tivvjaġġa bejn darha u l-post tax-xogħol tagħha;
(d) kull vettura oħra li l-Kummissarju jista’ jsemmi
b’ordni bil-miktub;
"vann" tfisser vettura bil-pjanċi li titmexxa fit-triq
mekkanikament jew ta’ tip utility jew kull vettura oħra kummerċjali
li l-kostruzzjoni tagħha hija l-iktar adatta għall-ġarr ta’ merkanzija
li ma għandhiex fejn joqogħdu passiġġieri ħlief ma’ genb is-
sewwieq.
Użu privat ta’ 
vettura.
9. (1) L-użu privat minn individwu ta’ vettura li hija
proprjetà  ta’, jew miżmuma taħt titolu ta’ kiri minn, persuna oħra
għandu jitqies bħala benefiċċju mogħti minn dik il-persuna lil dak
l-individwu.
(2) Għandu jitqies li hemm użu privat ta’ vettura minn
individwu f’kull waħda miċ-ċirkostanzi li se jissemmew -
(a) jekk il-vettura titqiegħed għall-użu esklużiv ta’ dak l-
 BENEFIĊĊJI MINN IMPIEG JEW KARIGA ġ L.S.123.55 7
individwu;
(b) jekk il-vettura titqiegħed regolarment għall-użu minn
dak l-individwu barra l-ħin li fih normalment jaqdi
dmirijietu bħala impjegat jew uffiċjal ta’ min jagħti l-
benefiċċju;
(ċ) jekk il-vettura tinżamm regolarment għal-lejl jew fi
tmiem il-ġimgħa taħt il-kustodja ta’ dak l-individwu
x’imkien li ma jkunx il-post tan-negozju ta’ min jagħti
l-benefiċċju jew f’viċinanza ta’ 100 metru minn dak il-
post;
(d) jekk il-vettura tintuża regolarment minn dak l-
individwu għall-finijiet mhux marbuta direttament ma’
l-impieg jew il-kariga tiegħu.
(3) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (ċ), iżda mhux tal-
paragrafi l-oħra, tas-subregola (2), ma għandhomx jgħoddu dwar -
(a) l-użu tal-vettura minn impjegat li huwa meħtieġ juża
dik il-vettura biss fil-qadi ta’ dmirijietu bħala
messaġġier jew sewwieq;
(b) l-użu ta’ vann minn impjegat li huwa meħtieġ juża dak
il-vann biss fil-qadi ta’ dmirijietu bħala impjegat meta
dawk id-dmirijiet jinkludu l-ġarr ta’ għodda u materjal
tqal jew il-kunsinna ta’ merkanzija lil klijenti tal-
prinċipal tiegħu u meta dak l-impjegat huwa
normalment meħtieġ li jibda ħiereġ b’dak ix-xogħol
direttament minn daru.
(4) Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din ir-regola l-użu
ta’ vettura m’għandux jitqies bħala użu privat jekk il-Kummissarju
jiddeċiedi li dak l-użu jikkostitwixxi użu uffiċjali.
Valur annwali ta’ l-
użu privat ta’ 
vettura minbarra 
vann.
10. Il-valur annwali tal-benefiċċju msemmi fir-regola 9, ħlief
meta jkun dwar l-użu ta’ vann, għandu jkun dak li wieħed jasal
għalih meta l-ewwel isib it-total kollu -
- tal-valur ta’ l-użu tal-vettura stabbilit skond ir-regola
11,
- tal-valur tal-manutenzjoni tal-vettura stabbilit skond
ir-regola 12, u
- il-valur tal-karburanti tal-vettura stabbilit skond ir-
regola 13
u mbagħad jimmoltiplika r-riżultat -
- bil-perċentwali ta’ użu privat stabbilit skond ir-regola
14.
Il-valur ta’ l-użu 
tal-vettura.
11. (1) Il-valur ta’ l-użu ta’ vettura huwa 17% tal-valur tal-
vettura jekk il-vettura ma jkollhiex iktar minn 6 snin u 10% tal-
valur tal-vettura f’kull każ ieħor.
(2) Vettura għandha titqies li għandha iktar minn 6 snin fis-sitt
anniversarju, u wara, mid-data meta kienet reġistrata għall-użu fit-
triq l-ewwel darba, sew jekk f’Malta sew jekk barra minn Malta.
Il-valur tal-
manutenzjoni.
12. (1) Il-valur tal-manutenzjoni ta’ vettura huwa ta’ 3% tal-
valur tal-vettura jekk il-valur tal-vettura ma jaqbiżx Lm12,000 u
8 L.S.123.55 ħ  BENEFIĊĊJI MINN IMPIEG JEW KARIGA
5% tal-valur tal-vettura f’kull każ ieħor.
(2) Il-valur tal-manutenzjoni ta’ vettura għandu jitqies li
jirrappreżenta l-ispejjeż kollha li jintefqu minn min jagħti l-
benefiċċju dwar l-użu tal-vettura, magħduda l-liċenza tat-triq, il-
liċenza tas-sewqan, l-assikurazzjoni tagħha, tiswijiet u servicing,
iżda mħollija barra karburanti u ż-żamma f’garage tal-vettura; iżda
l-valur tal-manutenzjoni ta’ vettura għandu jigi stabbilit skond is-
subregola (1) bla ma jitqiesu l-ispejjeż li attwalment jintefqu minn
min jagħti l-benefiċċju u wkoll meta dawk l-ispejjeż huma kollha
jew parti minnhom imħallsa mill-benefiċjarju.
Il-valur tal-
karburanti.
13. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din ir-
regola, il-valur tal-karburanti ta’ vettura huwa 3% tal-valur tal-
vettura jekk dak il-valur ma jaqbiżx Lm12,000 u 5% tal-valur tal-
vettura f’kull każ ieħor.
(2) Il-valur tal-karburanti ta’ vettura għandu jitqies li
jirrappreżenta l-ispejjeż li jintefqu minn min jagħti l-benefiċċju
dwar il-karburanti kkunsmat fl-użu tal-vettura sew bħala ħlas lura
ta’ dawk l-ispejjeż kollha jew parti minnhom lill-benefiċjarju billi
jinġiebu rċevuti, sew bħala ħlasijiet lil terzi persuni li jfornu l-
karburanti.
(3) Meta l-ispejjeż tal-karburanti jitħallsu kollha mill-
benefiċjarju u ma jitħallsux lura, kollha kemm huma jew parti
minnhom, minn min jagħti l-benefiċċju, il-valur tal-karburanti tal-
vettura għandu jittieħed bħala Lm0.
(4) Meta min jagħti l-benefiċċju jagħti ħlasijiet lill-
benefiċjarju dwar spejjeż ta’ karburanti li ma jkunux permezz ta’
ħlas lura billi jinġiebu rċevuti, l-valur tal-karburanti tal-vettura
għandu jittieħed bħala Lm0 iżda dawk il-ħlasijiet għandhom
jikkostitwixxu benefiċċju separat kif hemm provdut fir-regola 17.
Perċentwali dwar l-
użu privat.
14. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregola (2), il-
perċentwali dwar l-użu privat ta’ vettura għandu jigi stabbilit
b’riferenza għall-valur tal-vettura kif ġej -
(2) Il-perċentwali dwar l-użu privat ta’ vettura għandu jkun
20% fejn, f’xi każ partikolari -
(a) il-valur tal-vettura ma jaqbiżx  Lm7,000; u
(b) il-vettura msemmija tintuża għalkollox jew l-iktar għal
servizzi minn post għal post minn impjegat li jkun
bejjiegħ bl-imnut jew persuna ta’ appoġġ fit-twettiq ta’
dmirijietu jew għal dawk is-servizzi l-oħra li jistgħu
jiġu approvati mill-Kummissarju; u
(ċ) il-Kummissarju japprova bil-miktub li din ir-regola
Valur tal-vettura Perċentwali dwar l-użu 
privat
Ma jaqbiżx Lm7,000 30%
Jaqbeż Lm7,000 iżda mhux Lm9,000 40%
Jaqbeż Lm9,000 iżda mhux Lm14,000 50%
Jaqbeż Lm14,000 iżda mhux Lm20,000 55%
Jaqbeż Lm20,000 60%
 BENEFIĊĊJI MINN IMPIEG JEW KARIGA ġ L.S.123.55 9
tkun tgħodd għal dak il-każ.
Il-valur tal-vettura.
tfisser it-total kollu -
(a) tal-prezz tal-vettura;
(b) il-prezz ta’ kull aċċessorji li jistgħu jitwaħħlu fil-
vettura li ma jkunux magħduda fil-prezz tal-vettura.
(2) F’din ir-regola, il-prezz tal-vettura tfisser -
(a) fil-każ ta’ vettura proprjetà  ta’ min jagħti l-benefiċċju,
u bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-
paragrafu, l-ispiża attwali tal-vettura kif murija fil-
fattura għax-xiri ta’ dik il-vettura, magħduda kull
taxxa u spejjeż tal-kunsinna, flimkien ma’ kull skont
speċjali li ġeneralment ma jingħatax lil xerrejja li
jixtru l-istess tip ta’ vettura mill-istess fornitur fl-istess
żmien bħal dak tax-xiri tal-vettura involuta;
(b) fil-każ ta’ vettura, li ma tkunx vettura klassika -
(i) li ma tkunx proprjetà  ta’ min jagħti dak il-
benefiċċju; jew
(ii) li tkun inxtrat qabel l-1 ta’ Jannar, 2001 u l-
ispiża attwali tagħha ma tkunx tista tiġi
stabbilita sew; jew
(iii) li tingħata mill-ħażna ta’ min ikun qed jagħtiha
nnifsu; jew
(iv) li kienet ġiet akkwistata minn min jagħtiha bħala
sekondaman,
dak il-prezz li jista’ jintwera għal vettura ta’ l-istess
mudell jew ta’ mudell li jaqbel miegħu f’lista ta’
prezzijiet magħmula jew approvata mill-Kummissarju;
(ċ) fil-każ ta’ vettura klassika, il-prezz li dik il-vettura
ġġib li kieku kellha tinbiegħ fis-suq miftuħ fid-data
meta l-benefiċċju jingħata l-ewwel darba.
(3) Meta jitwaħħlu xi aċċessorji wara l-bidu tal-benefiċċju, il-
valur tal-vettura għandu jigi aġġustat minn dik id-data li jitwaħħlu.
(4) F’din ir-regola vettura hija vettura klassika jekk -
(a) ikollha aktar minn 15-il sena; u
(b) il-prezz tagħha, stabbilit skond is-subregola (2)(ċ),
ikun iżjed minn Lm10,000; u
(ċ) il-prezz oriġinali tagħha kien inqas mill-prezz stabbilit
skond is-subregola (2)(ċ).
Valur annwali ta’ l-
użu privat ta’ vann.
16. Il-valur annwali ta’ benefiċċju li jkun jikkonsisti fl-użu
privat ta’ vann huwa ta’ Lm200.
Allowance dwar 
vettura.
17. (1) Allowance dwar vettura mħallsa minn persuna lil
individwu għandha titqies benefiċċju mogħti minn dik il-persuna lil
dak l-individwu.
(2) Għall-fini ta’ din ir-regola allowance dwar vettura mħallsa
lil individwu tfisser -
10 L.S.123.55 ħ  BENEFIĊĊJI MINN IMPIEG JEW KARIGA
(a) kull ħlas lil dak l-individwu dwar l-użu tal-vettura
tiegħu sew permezz ta’ ħlas lura ta’ spejjeż sew
xort’oħra;
(b) kull ħlas lil terzi persuni għall-ispejjeż tal-karburanti
jew spejjeż oħra minfuqa minn dak l-individwu fl-użu
tal-vettura tiegħu;
(ċ) kull ħlas lil dak l-individwu dwar spejjeż ta’
karburanti minfuqa fl-użu ta’ vettura li tkun proprjetà
ta’, jew miżmuma b’titolu ta’ kera minn, min jagħti l-
benefiċċju meta l-ħlas ma jsirx permezz ta’ ħlas lura
billi jinġiebu l-irċevuti.
Valur ta’ 
allowance dwar 
vettura.
18. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din ir-
regola, l-valur ta’ allowance dwar vettura kif hemm fir-regola 17
huwa l-ammont totali hekk imħallas.
(2) Fejn -
(a) l-allowance titħallas lil impjegat skond id-
disposizzjonijiet ta’ ftehim kollettiv jew tal-kuntratt
ta’ l-impieg tiegħu dwar l-użu tal-vettura tiegħu għall-
fini tan-negozju tal-prinċipal; u
(b) il-benefiċjarju ma jkunx persuna f’pożizzjoni ta’
kontroll; u
(ċ) l-impjegat ma jkollux jedd għall-użu privat ta’ vettura
oħra proprjetà  tal-prinċipal jew miżmuma b’titolu ta’
kera minnu,
il-valur stabbilit skond is-subregola (1) għandu jitnaqqas b’50%
b’dan li l-ogħla riduzzjoni totali li tista’ hekk tingħata f’xi sena
kalendarja dwar xi benefiċjarju wieħed hija ta’ Lm500.
(3) Meta benefiċjarju jingħata allowance dwar vettura minn
aktar minn prinċipal wieħed l-ogħla riduzzjoni totali ta’ Lm500
msemmija fis-subregola (2) għandha tgħodd dwar l-allowances
kollha flimkien li hekk jirċievi daqs li kieku kienu għotja waħda.
(4) Impjegat li jingħata allowance dwar vettura jista’ jitlob fil-
prospett tiegħu dwar it-taxxa fuq l-income għal sena ta’ stima
tnaqqis mill-valur tal-benefiċċju stabbilit skond id-disposizzjonijiet
ta’ qabel ta’ din ir-regola dwar l-ispejjeż li jkun nefaq fis-sena li
tiġi minnufih qabel dik is-sena ta’ stima fl-użu tal-vettura tiegħu u
tnaqqis dwar tqagħbir ordinarju ta’ dik il-vettura sa fejn dawk l-
ispejjeż u dak it-tqagħbir ordinarju huma dwar l-użu tal-vettura
għall-fini tan-negozju tal-prinċipal tiegħu u jistgħu jingħataw
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 14 u d-disposizzjonijiet l-
oħra kollha rilevanti ta’ l-Att, iżda l-ogħla tnaqqis li jista’ hekk
jintalab huwa l-ammont li bih it-total ta’ l-imsemmija spejjeż u
tnaqqis dwar tqagħbir ordinarju ikun jaqbeż l-ammont ta’
riduzzjoni mill-valur tal-benefiċċju msemmi fis-subregoli (2) u (3):
B’dan ukoll illi t-tnaqqis għandu jingħata biss jekk -
(a) il-kondizzjonijiet imniżżla fis-subregola (2)(a), (b) u
(ċ) huma kollha sodisfatti; u
(b) l-impjegat ikollu fil-pussess tiegħu dokumenti li jkunu
prova dwar dawk l-ispejjeż u għalfejn intefqu; u
 BENEFIĊĊJI MINN IMPIEG JEW KARIGA ġ L.S.123.55 11
(ċ) l-income dikjarat mill-impjegat fil-prospett tiegħu
dwar it-taxxa fuq l-income jinkludi l-valur tal-
benefiċċju maħdum skond is-subregoli ta’ qabel; u
(d) it-talba għat-tnaqqis ikollha magħha kalkolu li jkun
juri d-dettalji meħtieġa għalbiex jiġi stabbilit l-
ammont li għandu jingħata bħala tnaqqis skond din ir-
regola.
(5) Allowance dwar vettura imsemmija fir-regola 17 għandha
titqies li ma jkollhiex valur jekk -
(a) l-allowance dwar il-vettura tkun tikkonsisti fi ħlas lura
ta’ spejjeż minfuqa mill-impjegat fl-użu tal-vettura
tiegħu għall-fini tan-negozju tal-prinċipal tiegħu; u
(b) dak il-ħlas lura jsir skond id-distanza attwali tal-vjaġġi
b’rata li ma taqbiżx 15 il-ċenteżmu għal kull
kilometru; u
(ċ) il-prinċipal iżomm u jniżżel id-dettalji li jirreferi
għalihom dak il-ħlas lura, magħduda l-fini, id-
destinazzjoni u t-tul ta’ kull vjaġġ.
TAQSIMA Ċ
BENEFIĊĊJI TAL-KATEGORIJA 2 - UŻU TA’ PROPRJETÀ
Tifsiriet ta’ kliem 
użat f’din it-
Taqsima.
19. Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima -
(a) il-valur tas-suq ta’ proprjetà  immobbli huwa l-prezz li
dik il-proprjetà  ġġib kieku kellha tinbiegħ fis-suq
miftuħ libera minn kull piż u bil-pussess vakanti fiż-
żmien li l-proprjetà  tintuża jew tkun intużat l-ewwel
darba mill-benefiċjarju flimkien ma’ l-ispiża għal kull
żjidiet u benefikati li jsiru f’dik il-proprjetà  wara dak
iż-żmien;
(b) kemm tiswa proprjetà  immobbli huwa l-prezz li bih is-
sid ikun akkwista dik il-proprjetà  miżjud bl-ispiża ta’
kull xogħol ta’ kostruzzjoni, żjidiet u benefikati
magħmula f’dik il-proprjetà  wara ż-żmien ta’ l-
akkwist; u għall-fini ta’ dan il-paragrafu meta
proprjetà  tkun għand persuna taħt titolu ta’ emfitewsi
perpetwa jew temporanja il-prezz għall-akkwist ta’ dik
il-proprjetà  għandu jitqies li jkun il-prezz jew rigal,
jekk kien hemm, imħallas jew li għandu jitħallas skond
il-kuntratt ta’ l-emfitewsi miżjud għal ħames darbiet
biċ-ċens annwali li għandu jitħallas;
(ċ) il-valur tas-suq ta’ proprjetà  mobbli huwa l-prezz li
dik il-proprjetà  ġġib kieku kellha tinbiegħ fis-suq
ħieles fl-ewwel jum tas-sena kalendarja li fiha jingħata
l-benefiċċju inkwistjoni, wara li jitqies il-valur ta’ kull
aċċessorji, titjib u żjidiet li jkunu jeżistu f’dak il-jum;
(d) kemm tiswa proprjetà  mobbli huwa l-prezz li bih tkun
inxtrat miżjud bl-ispiża għal kull aċċessorji, titjib u
żjidiet minfuqa wara d-data ta’ l-akkwist u li jkunu
jeżistu fiż-żmien meta jingħata l-benefiċċju; u għall-
fini ta’ dan il-paragrafu il-prezz ta’ l-akkwist ta’
12 L.S.123.55 ħ  BENEFIĊĊJI MINN IMPIEG JEW KARIGA
proprjetà  mobbli li kienet akkwistata iżjed minn sitt
snin qabel data speċifika għandu, minn dik id-data,
jitqies li jkun 60% tal-prezz attwali.
Użu privat ta’ 
proprjetà .
20. (1) L-użu privat minn persuna ta’ proprjetà , ħlief għal
vettura kif imfissra fit-Taqsima B ta’ dawn ir-regoli, li hi proprjetà
ta’, jew miżmuma b’titolu ta’ kera minn, persuna oħra  għandu
jitqies li jkun benefiċċju mogħti mill-persuna msemmija l-aħħar lil
dik imsemmija qabel.
(2) L-użu ta’ ħwejjeġ ta’ konsum ma għandux jitqies bħala
benefiċċju li għalih tirreferi din ir-regola iżda benefiċċju tal-
Kategorija 3 li tgħodd għalih it-Taqsima D ta’ dawn ir-regoli.
Użu privat ta’ 
proprjetà .
21. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din it-Taqsima
għandu jitqies li jkun hemm użu privat ta’ proprjetà  minn
individwu -
(a) meta dik il-proprjetà  tkun proprjetà  immobbli u huwa
jużaha biex jgħammar fiha jew għat-tgawdija privata
tiegħu jew għal kull fini ieħor ħlief bħala post għall-
qadi biss ta’ dmirijietu bħala impjegat jew uffiċjal;
(b) meta dik il-proprjetà  tkun proprjetà  mobbli u huwa
jużaha għalkollox jew fil-biċċa l-kbira b’mod li ma
jkunx fil-kors normali ta’ dmirijietu bħala impjegat
jew uffiċjal.
Akkomodazzjoni li 
ma tikkostitwix 
użu privat ta’ 
proprjetà .
22. L-akkomodazzjoni ta’ individwu fi proprjetà  immobbli,
magħdud l-użu ta’ għamara li tista’ tkun tinsab hemm ġew, ma
għandux jitqies bħala użu privat -
(a) fejn il-proprjetà  immobbli hija residenza uffiċjali
allokata minn awtorità  pubblika jew minn istituzzjoni
ta’ xorta pubblika lil min jokkupaha fil-kwalità  tiegħu
bħala d-detentur ta’ kariga; jew
(b) fejn l-akkomodazzjoni tingħata temporanjament
minħabba miżuri speċjali għas-sigurtà  personali tal-
benefiċjarju; jew
(ċ) fejn -
(i) il-proprjetà  immobbli msemmija tkun post tan-
negozju tal-prinċipal jew post li jkollu x’jaqsam
ma’ jew li jkun ma’ ġenb post tan-negozju tal-
prinċipal; u
(ii) il-benefiċjarju jkun impjegat li ma jkunx persuna
f’posizzjoni ta’ kontroll; u
(iii) l-akkomodazzjoni mill-impjegat f’dik il-
proprjetà  immobbli partikolari tkun meħtieġa
biex isir qadi aħjar ta’ dmirijietu; u
(iv) l-impieg ikun wieħed li għalih hija d-drawwa
għal prinċipali li jmexxu l-istess negozju bħal
dak ta’ min jagħti l-benefiċċju inkwistjoni li
jagħtu akkomodazzjoni lill-impjegati tagħhom.
 BENEFIĊĊJI MINN IMPIEG JEW KARIGA ġ L.S.123.55 13
Akkomodazzjoni li 
ma tikkostitwix 
benefiċċju 
minħabba f’xi 
impieg jew kariga.
23. Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-regoli, l-
akkomodazzjoni ta’ individwu fi proprjetà  immobbli li tkun
proprjetà  ta’ kumpannija matul xi sena finanzjarja ta’ dik il-
kumpannija, magħdud l-użu ta’ għamara li tkun tinsab hemm ġew,
ma għandux jitqies li jkun jikkostitwixxi benefiċċju mogħti minn
dik il-kumpannija lil dak l-individwu jew lil xi membru tal-familja
tiegħu minħabba f’xi impieg jew kariga jekk jiġu sodisfatti l-
kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) matul dik is-sena il-kumpannija ma tmexxix sengħa
jew negozju u ma jkollha ebda proprjetà  tkun li tkun
ħlief -
(i) il-proprjetà  immobbli inkwistjoni;
(ii) xi proprjetà  immobbli oħra li tkun okkupata
minn individwu sakemm il-kondizzjonijiet
kollha ta’ din ir-regola jkunu sodisfatti dwar dik
l-akkomodazzjoni;
(iii) flus kontanti u depożiti bankarji;
(b) matul dik is-sena il-kumpannija ma jkollha ebda dejn
ħlief  self għal żmien twil minn bank jew istituzzjoni
finanzjarja jew minn individwu li jkun direttament jew
indirettament azzjonist f’dik il-kumpannija;
(ċ) meta l-kumpannija jkollha xi dejn imsemmi fil-
paragrafu (b) dak id-dejn ma jkunx garantit b’liema
mod ikun minn kumpannija assoċjata u l-kreditur ma
jkunx debitur ta’ kumpannija assoċjata;
(d) għas-sena ta’ stima li għaliha tirreferi dik is-sena
finanzjarja, l-kumpannija ma titlob ebda eżenzjoni
għal gruppi jew tnaqqis dwar xi telf imġarrab f’sengħa,
negozju, professjoni jew vokazzjoni riportat minn xi
sena ta’ qabel;
(e) l-akkomodazzjoni tingħata lil persuna li tkun,
direttament jew indirettament, azzjonist f’dik il-
kumpanija, jew lil membri tal-familja tagħha li ma
jkunx, jew li ħadd minnhom ma jkun, impjegat tal-
kumpannija u ma jkunux qed jirċievu xi għamla ta’
rimunerazzjoni tkun li tkun minn dik il-kumpannija.
Valur annwali ta’ l-
użu privat tal-
proprjetà .
24. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din ir-
regola, il-valur annwali tal-benefiċċju msemmi fir-regola 20
għandu jigi stabbilit kif ġej:
(a) meta l-proprjetà  tkun proprjetà  li tappartjeni lil min
jagħti l-benefiċċju jew lil persuna li għandha x’taqsam
miegħu, l-imsemmi valur għandu jkun ta’ 5%, fil-każ
ta’ proprjetà  immobbli jew ta’ 12%, fil-każ ta’
proprjetà  mobbli, ta’ l-ogħla mill-prezz tas-suq u
kemm tiswa l-proprjetà ;
(b) meta l-proprjetà  tkun mikrija lil min jagħti l-
benefiċċju u tkun proprjetà  ta’ persuna li ma jkollhiex
x’taqsam miegħu, l-imsemmi valur għandu jkun l-
ammont ta’ kera li jitħallas għas-sena inkwistjoni; iżda
meta l-proprjetà  tkun sullokata lil min jipprovdi l-
14 L.S.123.55 ħ  BENEFIĊĊJI MINN IMPIEG JEW KARIGA
benefiċċju minn persuna li jkollha x’taqsam miegħu, l-
imsemmi valur ikun l-ammont ta’ kera li jitħallas
għas-sena inkwistjoni lil persuna li ma jkollhiex
x’taqsam miegħu.
(2) Għall-fini tas-subregola (1) persuna li għandha x’taqsam
ma’ persuna oħra tfisser -
(a) dwar kumpannija -
(i) kumpannija assoċjata; jew
(ii) persuna li jkollha, direttament jew indirettament,
azzjonijiet f’dik il-kumpannija;
(b) dwar soċjetà  -
(i) kumpannija jew soċjetà  li tkun proprjetà  ta’, jew
ikkontrollata minn, direttament jew
indirettament, kwantu għal aktar minn 50% mis-
soċji ta’ dik is-soċjetà ; jew
(ii) persuna li jkollha, direttament jew indirettament,
interess f’dik is-soċjetà ;
(ċ) dwar individwu -
(i) membru tal-familja tiegħu; jew
(ii) kumpannija jew soċjetà  li fiha, direttament jew
indirettament, ikollu sehem jew ikollu interesss
fiha.
(3) Meta min jagħti l-benefiċċju jonfoq jew iħallas lura spejjeż
li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-użu privat ta’ proprjetà  magħduda, iżda
mhux limitata biss għal spejjeż -
(a) għall-manutenzjoni, tiswija, żamma, liċenzi u
assikurazzjoni tal-proprjetà ;
(b) għall-ħlas ta’ kontijiet għal servizzi, faċilitajiet jew
kumditajiet mogħtija fil-proprjetà ;
(ċ) li jirrappreżentaw sehem minn spejjeż jew drittijiet
komuni li għandhom jitħallsu dwar blokk ta’
proprjetajiet li tagħhom dik il-proprjetà  tkun tagħmel
parti,
il-valur tal-benefiċċju għandu, dwar kull xahar li fih jintefqu jew
jitħallsu lura spejjeż bħal dawk, jiżdied bl-ammont ta’ l-imsemmija
spejjeż.
(4) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din ir-regola,
meta benefiċċju msemmi fir-regola 20 ikun jikkonsisti f’alloġġ f’xi
lukanda jew guest-house, l-imsemmi valur għandu jkun l-ammont li
jintalab bħala ħlas minn dik il-lukanda jew guest-house għal sena
bir-rata mitluba għal alloġġ bħal dak lil alloġġanti f’dak il-post.
(5) Meta l-benefiċjarju jħallas, f’xi sena kalendarja, kera
għall-użu privat ta’ proprjetà , l-valur annwali tal-benefiċċju għal
dik is-sena għandu jitnaqqas bl-ammont ta’ kera hekk imħallas
f’dik is-sena.
TAQSIMA D
BENEFIĊĊJI TAL-KATEGORIJA 3 - BENEFIĊĊJI OĦRA
 BENEFIĊĊJI MINN IMPIEG JEW KARIGA ġ L.S.123.55 15
Tifsira ta’ 
"riduzzjoni dwar 
benefiċċju in-
house".
25. F’din it-Taqsima D, sakemm ir-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra "riduzzjoni dwar benefiċċju in-house" b’riferenza għall-
valur ta’ benefiċċju msemmi f’din it-Taqsima tfisser l-inqas minn
Lm300 u l-valur ta’ dak il-benefiċċju qabel ma tingħata dik ir-
riduzzjoni:
Iżda r-riduzzjoni  dwar il-benefiċċji in-house kollha dwar
dawk il-benefiċċji li tgħodd għalihom mogħtija minn persuna jew
persuni lill-istess benefiċjarju f’xi sena għandu jkun l-inqas minn
Lm300 u l-valur totali ta’ l-imsemmija benefiċċji qabel ma tingħata
l-imsemmija riduzzjoni:
Iżda wkoll li r-riduzzjoni dwar benefiċċji in-house dwar il-
valur ta’ benefiċċju provdut lil persuna f’pożizzjoni ta’ kontroll
għandu jkun Lm0.
Self taħt 
arranġamenti 
vantaġġużi.
26. (1) L-għoti minn pesuna lil persuna oħra ta’ self
b’kondizzjonijiet vantaġġużi għandu jitqies li huwa benefiċċju
mogħti mill-persuna msemmija l-ewwel lil dik imsemmija l-aħħar.
(2) Għall-fini ta’ din ir-regola -
(a) "self" tinkludi kull ammont avvanzat jew kreditu u kull
ammont muri fir-records ta’ persuna bħala li għandu
jitħallas lilha minn persuna oħra;
(b) self għandu jitqies li jkun ingħata b’kondizzjonijiet
vantaġġużi jekk ma jkollu jitħallas ebda mgħax mill-
benefiċjarju jew jekk l-imgħax li għandu hekk jitħallas
ikun anqas mir-rata benchmark;
(ċ) ir-rata benchmark ta’ mgħax fuq self hija dik ir-rata li
tista’ tiġi stabbilita mill-Kummissarju minn żmien
għal żmien u l-Kummissarju jista’, għal dak il-fini,
jistabbilixxi rati differenti għal self mogħti
f’ċirkostanzi differenti:
Iżda -
(i) għaż-żmien mill-1 ta’ Jannar 2001 sal-31 ta’
Diċembru 2005 ir-rata benchmark ta’ mgħax fuq
self mogħti minn bank imwaqqaf jew liċenzjat
taħt il-liġi ta’ Malta jew minn istituzzjoni
finanzjarja awtorizzata li ssellef flus lill-
pubbliku inġenerali taħt il-liġi ta’ Malta lil xi
impjegat ta’ tali bank jew istituzzjoni finanzjarja
għandha tkun ta’ 4.5% fis-sena;
(ii) sakemm ma tiġix, u sa meta tiġi, stabbilita rata
differenti mill-Kummissarju r-rata benchmark
ta’ mgħax fuq kull self ieħor għandha tkun ta’
8.5% fis-sena.
Valur annwali ta’ 
self taħt 
arranġamenti 
vantaġġużi.
27. Il-valur annwali tal-benefiċċju msemmi fir-regola 26 huwa
l-imgħax li kien jitħallas fuq is-self għas-sena inkwistjoni kieku
kellu jitħallas bir-rata benchmark imnaqqas bl-imgħax imħallas fuq
is-self mill-benefiċjarju f’dik is-sena:
Iżda fil-każ ta’ self li jgħodd għalih il-paragrafu (i) tal-
proviso għa-regola 26(2)(ċ), il-valur annwali għandu jitnaqqas bir-
riduzzjoni dwar benefiċċju in-house.
16 L.S.123.55 ħ  BENEFIĊĊJI MINN IMPIEG JEW KARIGA
Ikliet b’xejn jew bi 
skont.
28. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregola (2),
meta persuna tagħti ikla b’xejn jew bi skont lil persuna oħra dan
jitqies li jkun ngħata benefiċċju mill-persuna msemmija l-ewwel lil
dik imsemmija l-aħħar.
(2) L-għoti ta’ ikel ma għandux jitqies l-għoti ta’ benefiċċju
meta jingħata -
(a) minn prinċipal li jkun lukanda jew stabbiliment ta’ l-
ikel jew stabbiliment bħalu f’lok fir-ristorant jew
kamra ta’ l-ikel muri bħala mħolli biss għall-użu tal-
persunal jew f’xi lok ieħor f’ħin meta normalment ma
jiġux servuti ikliet lill-pubbliku; jew
(b) minn kull prinċipal ieħor f’canteen fejn jiġu servuti
ikliet għall-persunal inġenerali.
Valur ta’ ikliet 
mogħtija b’xejn 
jew bi skont.
29. Il-valur tal-benefiċċju msemmi fir-regola 28 huwa n-nefqa
għall-ikla li ssir minn min jagħti l-benefiċċju mnaqqsa bil-prezz
imħallas, jekk ikun il-każ, mill-benefiċjarju:
Iżda meta l-imsemmi benefiċċju jingħata minn lukanda jew
stabbiliment ta’ l-ikel jew stabbiliment bħalu lil xi impjegat,  l-
imsemmi valur għandu jitnaqqas bir-riduzzjoni dwar benefiċċju in-
house.
Biljetti għat-
trasport bl-ajru jew 
bil-baħar b’xejn 
jew bi skont.
30. L-għoti b’xejn jew bi skont ta’ biljett jew fare għat-trasport
bl-ajru jew bil-baħar minn persuna lil persuna oħra għandu jitqies li
hu benefiċċju mogħti mill-persuna msemmija l-ewwel lil dik
imsemmija l-aħħar.
Valur ta’ biljetti 
għat-trasport bl-
ajru jew bil-baħar 
b’xejn jew bi 
skont.
31. (1) Bla ħsara għad-dispoħizzjonijiet tas-subregola (2), il-
valur tal-benefiċċju msemmi fir-regola 30 għandu jkun l-eċċess,
jekk ikun hemm, tal-prezz li bih il-biljett jew fare inkwistjoni
jinbiegħ normalment lill-pubbliku fuq il-prezz imħallas mill-
benefiċjarju għal dak il-biljett jew fare.
(2) Meta l-biljett jew fare jingħata minn kumpannija li
tħaddem linja ta’ l-ajru jew tal-bastimenti jew minn kumpannija
assoċjata, il-valur tal-benefiċċju msemmi fir-regola 30 għandu jkun
l-ispiża attwali minfuqa minn dik il-kumpannija fl-għoti ta’ dak il-
benefiċċju jew 20% tal-prezz li bih biljett jew fare tal-klassi
ekonomika għall-istess destinazzjoni normalment jinbiegħ lill-
pubbliku skond liema minnhom ikun l-ogħla, imnaqqas bir-
riduzzjoni dwar benefiċċji in-house.
Trasferiment ta’ 
proprjetà  jew għoti 
ta’ servizzi b’xejn 
jew bi skont.
32. (1) It-trasferiment tal-proprjetà  fuq xi proprjetà , ħlief għal
trasferiment li jaqa’ taħt xi disposizzjoni oħra ta’ dawn ir-regoli,
minn persuna lil persuna oħra b’xejn jew bi ħlas li jkun inqas mill-
valur ta’ dik il-proprjetà  għandu jitqies li hu benefiċċju mogħti
mill-persuna msemmija l-ewwel lil dik imsemmija l-aħħar.
(2) L-għoti ta’ servizz, ħlief għal servizz li jaqa’ taħt xi
disposizzjoni oħra ta’ dawn ir-regoli, minn persuna lil persuna oħra
b’xejn jew bi ħlas li jkun inqas mill-valur ta’ dak is-servizz għandu
jitqies li hu benefiċċju mogħti mill-persuna msemmija l-ewwel lil
dik imsemmija l-aħħar.
(3) Meta persuna toħroġ voucher, kupun jew token ieħor li
jagħti l-jedd lil persuna oħra li takkwista xi proprjetà  jew servizz
b’xejn jew bi prezz li jkun inqas mill-valur tal-proprjetà  jew tas-
 BENEFIĊĊJI MINN IMPIEG JEW KARIGA ġ L.S.123.55 17
servizz  u dak il-voucher, kupun jew token ieħor jintuża għall-
akkwist ta’ xi proprjetà  jew servizz bħal dak, il-persuna msemmija
l-ewwel għandha titqies li tagħti benefiċċju lil dik imsemmija l-
aħħar li jkun jikkonsisti fit-trasferiment tal-jedd tal-proprjetà  fuq
proprjetà  jew l-għoti ta’ servizz li tgħodd għalih is-subregola (1)
jew (2), skond il-każ:
Iżda l-Kummissarju jista’ jordna li l-ħruġ u l-użu ta’
vouchers, kupuni jew tokens taħt xi skema partikolari ma
għandhomx jitqiesu li jkunu benefiċċju mogħti minħabba xi impieg
jew kariga jekk ikun sodisfatt li l-prinċipal ma jfornix il-proprjetà
jew is-servizzi inkwistjoni u ebda parti mill-ispiża ma tkun fuqu u
li l-iskema ma jkollhiex xort’oħra l-għamla ta’ premju għal servizzi
mogħtija mill-impjegati.
(4) L-użu minn persuna ta’ ħwejjeġ ta’ konsum li jkunu
proprjetà  ta’ ħaddieħor b’xejn jew bi ħlas li jkun inqas mill-valur
ta’ dawk il-ħwejjeġ għandu jitqies bħala benefiċċju li jikkonsisti
fit-trasferiment tal-proprjetà  ta’ dawk il-ħwejjeġ li tgħodd
għalihom is-subregola (1).
Valur ta’ 
trasferiment ta’ 
proprjetà  jew għoti 
ta’ servizzi b’xejn 
jew bi skont.
33. (1) Il-valur tal-benefiċċju msemmi fir-regola 32 huwa dak
l-ammont li bih il-valur tal-proprjetà  jew tas-servizz jaqbeż, jekk
jaqbeż, il-ħlas li jsir għalih mill-benefiċċjarju:
Iżda meta l-benefiċċju mogħti minn prinċipal ikun fi
trasferiment ta’ proprjetà  in-house jew l-għoti ta’ servizz in-house
l-imsemmi valur għandu jitnaqqas bir-riduzzjoni dwar benefiċċji
in-house:
Iżda, ukoll meta proprjetà  in-house tingħata jew servizz in-
house jingħata lil impjegat f’jum tax-xogħol u tiġi kkunsmata jew
isir użu minnu mill-impjegat fil-post tan-negozju tal-prinċipal dak
il-benefiċċju m’għandux ikollu valur.
Valur u kemm 
tiswa’ proprjetà  u 
servizzi.
34. (1) Għall-finijitet tar-regoli 32 u 33 -
(a) "proprjetà   in-house" tfisser proprjetà  mobbli, li ma
tkunx "vettura" kif imfissra fit-Taqsima B ta’ dawn ir-
regoli, manifatturata, prodotta, proċessata jew li jkun
sar xi xogħol ieħor fuqha jew akkwistata biex terga’
tinbiegħ mill-prinċipal bħala parti min-negozju tiegħu
stess;
(b) "servizz in-house" tfisser servizz, li ma jkunx servizz
li jikkostitwixxi benefiċċju msemmi fit-Taqsima B jew
Taqsima Ċ ta’ dawn ir-regoli, mogħti minn prinċipal
bħala parti min-negozju tiegħu stess;
(ċ) il-valur ta’ proprjetà  in-house jew ta’ servizz in-house
għandu jitqies li huwa l-prezz tal-bejgħ li normalment
jintalab minn min jagħti l-benefiċċju għal proprjetà
bħal dik jew servizz bħal dak, imnaqqas b’kull skont li
xerrejja in ġenerali jistgħu jieħdu mingħand l-istess
fornitur fl-istess żmien bħal dak tat-trasferiment tal-
proprjetà  jew l-għoti tas-servizz inkwistjoni, u miżjud
b’kull nefqa li ssir minn min jagħti l-benefiċċju fit-
trasferiment ta’ dik il-proprjetà  jew fl-għoti ta’ dak is-
servizz;
18 L.S.123.55 ħ  BENEFIĊĊJI MINN IMPIEG JEW KARIGA
(d) il-valur ta’ kull proprjetà  jew servizz ieħor huwa l-
għola mill-valur tas-suq u kemm tiswa miżjud, f’kull
każ, b’kull nefqa li ssir minn min jagħti l-benefiċċju
fit-trasferiment ta’ dik il-proprjetà  jew fl-għoti ta’ dak
is-servizz;
(e) il-ħlas li jsir minn benefiċjarju għal xi benefiċċju
huwa l-prezz imħallas minnu biex jakkwista l-
proprjetà  jew is-servizz fil-kwistjoni u meta l-
benefiċjarju jakkwista proprjetà  f’għotja ta’ emfitewsi,
il-ħlas għaliha għandu jitqies li hu r-rigal, jekk ikun
hemm rigal, imħallas jew li jrid jitħallas skond il-
kuntratt ta’ l-emfitewsi miżjud biċ-ċens annwali għal
għoxrin darba fil-każ ta’ emfitewsi perpetwa u b’dak l-
ammont inqas li jirrappreżenta b’mod ekwu l-valur ta’
l-għotja f’każ ta’ emfitewsi temporanja.
(2) It-tifsira tal-kelma "prinċipal" kif użata fis-subregola
(1)(a) u (b) għandha tiftiehem bla referenza għal dak li jitqies fir-
regola 4(a).
(3) Għall-finijiet tas-subregola (1)(d) -
(a) il-valur tas-suq ta’ proprjetà  huwa l-prezz li dik il-
proprjetà  ġġib kieku kellha tinbiegħ fis-suq miftuħ fid-
data li fiha jingħata l-benefiċċju, meħud kont tal-
kondizzjoni ta’ dik il-proprjetà  f’dik id-data u tal-
fatturi relevanti l-oħra kollha;
(b) kemm tiswa l-proprjetà  huwa l-prezz imħallas minn
min jagħti l-benefiċċju biex jakkwistaha miżjud
b’kemm jiswew iż-żjidiet, benefikati jew aċċessorji
minfuqa wara li tkun ġiet akkwistata u li jkunu jeżistu
fiż-żmien meta jingħata l-benefiċċju:
Iżda -
(i) il-prezz imħallas għall-akkwist ta’ proprjetà
mobbli akkwistata iżjed minn 6 snin qabel xi
data speċifika għandu, minn dik id-data, jitqies
li kien 60% tal-prezz attwali;
(ii) il-prezz imħallas għall-akkwist ta’ proprjetà
immobbli b’għotja emfitewtika għandu jitqies li
hu r-rigal, jekk kien hemm rigal, imħallas jew li
għandu jitħallas skond il-kuntratt ta’ l-emfitewsi
miżjud biċ-ċens annwali għal għoxrin darba fil-
każ ta’ emfitewsi perpetwa u b’dak l-ammont
inqas li jirrappreżenta b’mod xieraq il-valur ta’
l-għotja f’każ ta’ emfitewsi temporanja.
Valur ta’ 
trasferiment ta’ 
proprjetà  immobbli 
għall-finijiet ta’ 
qligħ kapitali.
35. (1) Meta benefiċċju msemmi fir-regola 32 jikkonsisti fi
transferiment ta’ proprjetà  immobbli, il-qligħ jew profitti li jsiru
minn min jagħti l-benefiċċju għandu jiġi stabbilit skond id-
disposizzjonjiet rilevanti ta’ l-Att bla riferenza għall-valur tal-
benefiċċju.
(2) Meta l-benefiċjarju ta’ benefiċċju msemmi fis-subregola
(1) jittrasferrixxi l-proprjetà  immobbli, kemm jiswa dak l-akkwist
ta’ dik il-proprjetà  mill-benefiċjarju għalbiex jigi stabbilit il-qligħ
 BENEFIĊĊJI MINN IMPIEG JEW KARIGA ġ L.S.123.55 19
jew profitti li  jaqla’ minn dak it-trasferiment għandu jitqies li jkun
il-prezz li jkun attwalment ħallas il-benefiċjarju għall-akkwist ta’
dik il-proprjetà  miżjud bil-valur ta’ dak il-benefiċċju.
Benefiċċju minn 
skema li tagħti 
għażla biex jiġu 
akkwistati 
azzjonijiet.
36. (1) Meta kumpannija tagħti lill-impjegati tagħha jew ta’
kumpannija assoċjata l-għażla li jakkwistaw azzjonijiet, l-għoti ta’
dik l-għażla ma għandhux jitqies li jikkostitwixxi benefiċċju iżda l-
użu minn impjegat ta’ dik l-għażla għandu jitqies bħala benefiċċju
mogħti mill-kumpannija li qed timpjega lil dak l-impjegat.
(2) Il-benefiċċju msemmi fis-subregola (1) għandu jitqies li
jingħata f’kull data li jinħarġu jew jiġu trasferiti azzjonijiet lill-
benefiċjarju b’riżultat ta’ l-eżerċizzju ta’ dik l-għażla.
Valur ta’ skema li 
tagħti għażla biex 
jiġu akkwistati 
azzjonijiet.
37. Il-valur tal-benefiċċju msemmi fir-regola 36 huwa dak l-
ammont li bih il-prezz li jġibu l-azzjonijiet kieku kellhom jinbiegħu
fis-suq miftuħ fid-data ta’ meta jsir l-eżerċizzju ta’ l-għażla jaqbeż,
jekk jaqbeż, il-prezz ta’ dawk l-azzjonijiet taħt l-għażla.
Qligħ fuq l-
assenjazzjoni jew 
iċ-ċessjoni ta’ l-
għażla.
38. (1) Meta d-dritt ta’ għażla li jiġu akkwistati azzjonijiet jiġi
assenjat jew ċedut favur xi persuna kull qligħ li jinqala’ għandu
jikkostitwixxi qligħ kapitali għall-finijiet ta’ l-artikolu 5 ta’ l-Att.
(2) Kull qligħ li jinqala’ mit-trasferiment ta’ azzjonijiet
akkwistati taħt skema li tagħti għażla biex jiġu akkwistati
azzjonijiet għandu jikkostitwixxi qligħ kapitali għall-fini ta’ l-
artikolu 5 ta’ l-Att, u biex jigi stabbilit dak il-qligħ kemm jiswa l-
akkwist ta’ l-azzjonijiet għandu jitqies li jkun il-prezz li dawk l-
azzjonijiet kienu jġibu kieku nbiegħu fis-suq miftuħ fid-data meta
sar użu ta’ l-għażla.
Ħlas jew ħlas lura 
ta’ spejjeż minfuqa 
għall-finijiet 
privati.
39. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregola (2),
meta persuna tħallas jew tħallas lura, f’kollox jew f’parti, spejjeż
minfuqa għall-vantagg jew fl-interess ta’ persuna oħra u meta dawk
l-ispejjeż ma humiex magħduda fil-valur ta’ xi benefiċċju ieħor
imsemmi f’xi waħda mid-disposizzjonijiet tar-regoli ta’ qabel, il-
persuna msemmija l-ewwel għandha titqies li tipprovdi benefiċċju
lil dik imsemmija l-aħħar.
(2) Il-ħlas jew il-ħlas lura ta’ spejjeż li jirreferi għalihom xi
wieħed mill-paragrafi li ġejjin u li jintefqu fl-1 ta’ Jannar 2001 jew
wara ma għandhomx jitqiesu li jikkostitwixxu benefiċċju mogħti
bis-saħħa ta’ xi impieg jew kariga:
(a) spejjeż li ma tgħoddx għalihom xi disposizzjoni oħra
ta’ dawn ir-regoli u li jkunu minfuqa neċessarjament
fil-produzzjoni ta’ l-income tal-benefiċjarju fil-kwalità
tiegħu ta’ impjegat jew ta’ detentur ta’ kariga;
(b) spejjeż minfuqa minn impjegat fuq l-ordni u fl-interess
esklużiv tal-prinċipal tiegħu u ta’ ħadd aktar meta
dawk l-ispejjeż jitħallsu lura mill-prinċipal biex
jinġiebu rċevuti mgħoddija lilu;
(ċ) l-ispejjeż ta’ safar għal fini ta’ negozju;
(d) l-ispejjeż għal traġitt bejn Malta u Għawdex għal fini
ta’ negozju;
(e) l-ispiża ta’ taħriġ li jkollu x’jaqsam ma’ negozju;
(f) miżati biex impjegati jkunu membri f’korp
20 L.S.123.55 ħ  BENEFIĊĊJI MINN IMPIEG JEW KARIGA
professjonali rikonoxxut bħala tali mill-Kummissarju
meta dak l-impjegat ikun impjegat fil-kwalità  tiegħu
ta’ membru tal-korp professjonali rispettiv jew fejn li
dik is-sħubija tkun kondizzjoni meħtieġa mill-
prinċipal skond il-kuntratt ta’ l-impieg tal-
benefiċjarju;
(g) l-ispiża biex tingħata assikurazzjoni għal finijiet ta’
negozju;
(h) l-ispiża minfuqa minn prinċipal fl-għoti ta’ trasport
organizzat għall-impjegati tiegħu;
(i) rigal mogħti lil impjegat fl-okkażjoni ta’ staġun festiv
jew xi ġrajja bħal dik b’dan li ma jingħatax fi flus
kontanti u b’dana wkoll illi l-valur totali ta’ xi rigali
bħal dawk mogħtija li xi impjegat wieħed f’xi sena
kalendarja ma jaqbiżx Lm50 jew dak l-ammont ogħla
li jista’ jigi approvat mill-Kummissarju;
(j) l-ispiża għall-għoti ta’ assikurazzjoni kontra spejjeż
għal kura medika jew polza ta’ assikurazzjoni li taħtha
jitħallas benefiċċju fil-każ biss ta’ mewt jew korriment
ta’ l-assikurat qabel ma jkun irtira mis-servizz taħt
skema li jkun jista’ jsir użu minnha mill-impjegati
inġenerali; iżda dan il-paragrafu għandu jgħodd ukoll
fejn il-benefiċjarju jkun uffiċjal tal-kumpannija
sakemm il-benefiċċju li jista’ jingħata lil dak il-
benefiċjarju jkun taħt l-istess kondizzjonijiet u fl-
istess parametri jew parametri bħalhom bħal ma jista’
ġeneralment jingħata lill-impjegati;
(k) spejjeż minfuqa minn impjegat, fejn il-ħlas ikun
intalab mingħandu kif muri bi rċevuti li jingħataw lill-
prinċipal, jew mill-prinċipal tiegħu, għall-għoti ta’
servizzi ta’ telefonija fissa jew mobbli, magħduda l-
ispiża għal set tat-telefon, użat mill-impjegat għall-fini
tan-negozju tal-prinċipal;
(l) spejjeż minfuqa fl-għoti ta’ l-użu ta’ computer u
apparat li għandu x’jaqsam u software li jkunu
proprjetà  tal-prinċipal jew li jkunu għandu taħt titolu
ta’ kera u użati minn impjegat għall-fini tan-negozju
tal-prinċipal tiegħu;
(m) spejjeż minfuqa fl-għoti lil impjegat ta’ servizzi ta’ l-
internet, kif murija fi rċevuti mgħoddija lill-prinċipal,
użati mill-impjegat għall-fini tan-negozju tal-
prinċipal;
(n) l-ispiża ta’ l-għoti għal vantaġġ ta’ impjegati ta’
faċilitajiet għal rikreazzjoni jew biex jittieħed ħsieb ta’
tfal fil-post tal-prinċipal jew post mgħoddi għall-użu
tal-prinċipal għal dak il-fini;
(o) premju għal servizz twil mogħti lil impjegat bħala
għarfien ta’ 15-il sena jew iżjed servizz sakemm l-
ispiża relattiva ma taqbiżx Lm50 għal kull sena ta’
servizz u sakemm ma jkunx ingħata premju ieħor
bħalu lill-istess benefiċjarju matul l-10 snin ta’ qabel;
 BENEFIĊĊJI MINN IMPIEG JEW KARIGA ġ L.S.123.55 21
(p) premju mogħti lil impjegat li mhux direttur taħt skema
għal suġġerimenti jew skema li tħeġġeġ is-sigurtà  fuq
il-post tax-xogħol organizzata għall-impjegati kollha
jew l-impjegati kollha f’xi grad jew gradi speċifikati
ta’ impjegati taħt kondizzjonijiet indaqs, b’dana li l-
iskema ma taqax fid-dmirijiet normali ta’ l-impjegati u
l-premju jkun f’ammont raġonevoli;
(q) l-ispiża biex jingħataw lill-impjegati uniformijiet u
lbies ta’ sigurtà  li huma marbuta li jilbsu skond il-
kuntratt ta’ l-impieg tagħhom jew skond xi liġi;
(r) kull ħlas ieħor li ma jsirx bi flus jew infieq jew ħlas
lura li jista’ jigi approvat mill-Kummissarju għall-fini
ta’ din ir-regola.
Safar għal negozju.
(a) "spejjeż ta’ safar" tfisser l-ispiża ta’ vjaġġ għal
destinazzjoni barra minn Malta u lura, magħduda l-
assigurazzjoni li jkollha x’taqsam, l-ispiża ta’ trasport,
alloġġ u ikliet minfuqa minn persuna barra minn Malta
u subsistence allowance raġonevoli;
(b) "fini ta’ negozju" tfisser marketing ta’ negozju jew il-
konklużjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ negozju jew l-
attendenza f’seminars ta’ negozju jew laqgħat ta’
negozju jew fini ieħor li jiġi approvat mill-
Kummissarju għall-fini ta’ dan il-paragrafu;
(ċ) meta l-fini ta’ safar barra minn Malta mhux kollu fini
ta’ negozju ebda parti mill-ispejjeż tas-safar ma
għandhom jitqiesu bħala spejjeż ta’ safar għall-fini ta’
negozju; iżda ma għandux jingħata każ ta’ xi element
privat li jkun negliġibbli jew li jkun biss inċidentali
għall-fini ta’ negozju tas-safar.
(2) F’din ir-regola "subsistence allowance raġonevoli" tfisser
għotja kkalkolata bħala kumpens lill-impjegat għal żieda fuq l-
ispejjeż ta’ l-għajxien waqt li jkun barra minn Malta sakemm dawk
l-ispejjeż ta’ l-għajxien ma jingħatax kumpens tagħhom bil-ħlas
jew ħlas lura ta’ l-ispejjeż l-oħra msemmija fis-subregola (1)(a).
Traġitt bejn Malta 
u Għawdex.
41. Għall-fini tar-regola 39(2)(d) -
(a) "spejjeż għal tragitt bejn Malta u Għawdex" tfisser l-
ispiża ta’ vjaġġ bil-baħar sa waħda minn dawk il-
gżejjer u lura minn impjegat li normalment joqgħod
fil-gżira l-oħra, magħdud il-prezz ta’ ikla għal kull
vjaġġ bħal dak; u meta ż-żjara f’dik il-gżira ddum iktar
minn jum, il-frażi tinkludi wkoll l-ispiża ta’ trasport,
alloġġ u ikliet f’dik il-gżira;
(b) "fini ta’ negozju" għandha l-istess tifsira mogħtija
lilha fil-paragrafu (b), kif suġġett għal-paragrafu (ċ),
tas-subregola (1) tar-regola 40.
Taħriġ li jkollu 
x’jaqsam ma’ 
negozju.
42. Għall-fini tar-regola 39(2)(e) -
(a) "taħriġ li jkollu x’jaqsam ma’ negozju" tfisser kors ta’
taħriġ li jieħu impjegat li jwassal għall-akkwist ta’
22 L.S.123.55 ħ  BENEFIĊĊJI MINN IMPIEG JEW KARIGA
konsumanza jew ħila meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijiet
taħt l-impieg relattiv jew għal żieda fl-effettività  fil-
qadi tad-dmirijiet preżenti jew li għad jistgħu
jingħataw lill-impjegat, iżda li mhux tabilfors iwasslu
għal xi kwalifika formali; u
(b) l-ispejjeż ta’ taħriġ li għandu x’jaqsam ma’ negozju
huma -
(i) il-miżata tal-kors u ta’ l-eżamijiet;
(ii) l-ispiża għal kotba essenzjali u materjal tal-kors;
(iii) meta l-kors jinżamm barra mill-post tax-xogħol
tas-soltu ta’ l-impjegat, l-ispejjeż addizzjonali li
jonfoq biex imur għall-kors u lura;
(iv) jekk il-kors jinżamm barra minn Malta l-ispejjeż
imsemmija fir-regola 40(1)(a).
Assigurazzjoni 
għal-finijiet ta’ 
negozju.
43. Għall-finijiet tar-regola 39(2)(g) "assigurazzjoni għal-
finijiet ta’ negozju" tfisser -
(a) indennizz kontra dejn li għalih uffiċjal ta’ kumpannija
jista’ jinżamm personalment responsabbli skond xi liġi
minħabba l-kariga tiegħu; jew
(b) asigurazzjoni fuq il-ħajja ta’ individwu jew fuq il-
proprjetà  tiegħu meta dik l-assigurazzjoni tkun
meħtieġa sabiex tingħata garanzija għal self jew dejn
ieħor li jkollu x’jaqsam direttament man-negozju tal-
prinċipal ta’ dak l-individwu jew tal-kumpannija jew
soċjetà  li tagħha jkun uffiċjal.
Trasport 
organizzat.
44. Għall-finijiet tar-regola 39(2)(h) "trasport organizzat"
tfisser trasport f’vettura li jkollha post għal 10 passiġġieri jew
aktar, minn postijiet miftiehma biex jinġabru l-impjegati minnhom
sal-post tax-xogħol u lura, li jistgħu ġeneralment jużawh l-
impjegati jew kategorija ta’ impjegati.
Benefiċċji oħra. 45. (1) Ħlief kif provdut espressament xort’oħra f’dawn ir-
regoli kull ħlas fi flus kontanti, sew jekk bi ħlas lura, bonus, ħlas
gratwit, għotja jew xort’oħra, minn persuna lil persuna oħra
għandu, sakemm ma jkunx ingħata kont tiegħu bħala pagi jew
salarji, jitqies bħala li hu benefiċċju mogħti mill-persuna msemmija
l-ewwel lil dik imsemmija l-aħħar u l-valur tiegħu għandu jkun l-
ammont hekk imħallas.
(2) Ħlief kif espressament provdut xort’oħra f’dawn ir-regoli
kull ħaġa, dritt, privileġġ, vantaġġ jew perkaċċ, li ma jkunx fi flus
kontanti, mogħti taħt liema titolu jkun u b’liema mod ikun minn
persuna lil persuna oħra għandu jitqies li jikkostitwixxi benefiċċju
mogħti mill-persuna msemmija l-ewwel lil dik imsemmija l-aħħar u
l-valur ta’ dak il-benefiċċju għandu jkun il-prezz tas-suq ta’dik il-
ħaġa, dritt, privileġġ, vantaġġ jew perkaċċ.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-regoli meta
l-Kummissarju jkun tal-fehma li l-valur ta’ xi benefiċċju huwa
negliġibbli huwa jista’, b’avviż bil-miktub, jordna li dak għandu
jitqies bħala li mhux benefiċċju.
TAQSIMA E - MIXXELLANJI
 BENEFIĊĊJI MINN IMPIEG JEW KARIGA ġ L.S.123.55 23
Dritt li jintalab 
tnaqqis.
46. (1) Ħlief kif provdut espressament f’dawn ir-regoli jew fl-
Atti dwar it-Taxxi, ebda ħaġa li tinsab f’dawn ir-regoli ma għandha
tiftiehem li tagħti lil persuna jew li tneħħilha jedd li titlob tnaqqis
mill-income dwar l-għoti ta’ xi benefiċċju jew xi ħlas fi flus
kontanti jew b’korrispettiv lil xi persuna oħra u l-jedd għal xi
tnaqqis bħal dak għandu jkun regolat bid-disposizzjonijiet rilevanti
ta’ l-Atti dwar it-Taxxi u r-regoli preskritti taħt dawk l-Atti bla
referenza għal dawn ir-regoli.
(2) Ħlief kif provdut espressament f’dawn ir-regoli il-valur ta’
xi benefiċċju stabbilit skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli
għandu jitqies li huwa nett minn kull tnaqqis li kien jista’ altrimenti
jintalab mill-benefiċjarju u ebda tnaqqis ieħor ma jista’ jintalab
dwaru.
Linji direttivi.
benefiċċji msemmija f’dawn ir-regoli li jkunu jinsabu
f’pubblikazzjoni jew ċirkolari ippubblikata mill-Kummissarju jew
taħt l-awtorità  tiegħu u mqassma lil jew disponibbli għal prinċipali
jew persuni li jħallsu t-taxxa inġenerali, għandhom jinqraw u
jiftiehmu ħaġa waħda ma’ dawn ir-regoli u għandu jkollhom l-
istess effett bal dawn ir-regoli safejn mhumiex f’konflitt ma’ xi
regoli preskritti, jew linji direttivi, spjegazzjonijiet jew
istruzzjonijiet pubblikati f’data li tiġi wara u safejn -
(a) jagħtu tifsira ta’ xi frażi jew interpretazzjoni ta’ xi
disposizzjoni li tkun tinsab f’dawn ir-regoli;
(b) jistabbilixxu l-mod kif għandha tiġi applikata xi
disposizzjoni ta’ dawn ir-regoli;
(ċ) jistabbilixxu xi ħaġa li skond dawn ir-regoli tista’ tiġi
stabbilita minn jew tkun suġġetta għall-approvazzjoni
jew id-diskrezzjoni tal-Kummissarju.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subregola (1) ta’ din ir-regola huma
mingħajr preġudizzju għal kull poter tal-Kummissarju li
jistabbilixxi kull ħaġa bil-mod provdut f’xi regola oħra.
Records u 
prospetti.
48. (1) Kull prinċipal u kull kumpannija u soċjetà  li tagħti
proprjetà  jew l-użu ta’ kull proprjetà , jew tħallas fi flus kontanti
jew b’korrispettiv lil xi impjegat jew uffiċjal, għandha żżomm
records xierqa u biżżejjed biex ikun jista’ jigi stabbilit safejn dak
il-ħlas għandu jitqies, jew ma jitqiesx, bħala benefiċċju mogħti
minħabba f’xi impieg jew kariga u x’kategorija u valur għandu
jingħatalu u kif għandu jitqies għall-finijiet tat-taxxa skond dawn
ir-regoli u għandu jibgħat lill-Kummissarju dawk id-
dikjarazzjonijiet, tagħrif u prospetti li jistgħu ikunu meħtiega għall-
imsemmija finijiet f’dik id-data jew dawk id-dati li jistgħu
jissemmew mill-Kummissarju jew li jistgħu jiġu preskritti.
(2) Ir-records, dikjarazzjonijiet, tagħrif u prospetti imsemmija
fis-subregola (1) għandhom jinkludu:
(a) kull record u dikjarazzjoni msemmija espressament
f’xi waħda mid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dawn ir-
regoli;
(b) dawk ir-records, dikjarazzjonijiet, tagħrif u prospetti
oħra li jistgħu jiġu ordnati mill-Kummissarju minn
24 L.S.123.55 ħ  BENEFIĊĊJI MINN IMPIEG JEW KARIGA
żmien għal żmien jew li jistgħu jiġu preskritti.
(3) Ir-records imsemmija f’din ir-regola u d-dokumenti kollha
ta’ appoġġ għandhom jingħataw jew jitqiegħdu għall-ezami tal-
Kummissarju kull meta jiġi hekk mitlub mill-Kummissarju u
għandhom jibqgħu konservati għal żmien mhux inqas minn 6 snin.
(4) Id-disposizzjonijiet ta’ din ir-regola huma mingħajr
preġudizzju għal kull dmir impost fuq kull persuna biex iżżomm
records jew li tagħti records, dikjarazzjonijiet, tagħrif u prospetti
skond kull disposizzjoni ta’, jew kif preskritt taħt, l-Atti dwar it-
Taxxi.
