EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TA’ L-EĠITTU ġ L.S.123.57 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.57
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TA’ L-EĠITTU
14 ta’ Settembru, 2001
L-Avviż Legali 205 ta’ l-2001.
Titolu.
Doppja (Taxxi fuq l-Income) (Ir-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu).
Arranġamenti 
jkollhom effett.
2. B’dan qiegħed jiġi dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-ordni saru mar-Repubblika Għarbija
ta’ l-Eġittu sabiex jagħtu ħelsien minn taxxa doppja
dwar it-taxxi li ġejjin imposti bil-liġijiet tar-
Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu: 
(i) it-taxxa fuq l-income miksuba minn proprjetà
immobbli (inklużi t-taxxa fuq l-art agrikola u t-
taxxa fuq il-bini);
(ii) it-taxxa unifikata fuq l-income ta’ individwi;
(iii) it-taxxa fuq profitti korporattivi;
(iv) id-dazju fuq l-iżvilupp tar-riżorsi finanzjarji ta’
l-Istat; u
(v) taxxi supplimentari imposti bħala perċentwali
tat-taxxi msemmija hawn aktar qabel jew
xort’oħra;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arranġamenti għandu
jkollhom effett;
(ċ) illi l-Ftehim beda jseħħ fis-7 ta’ April, 2001.
2 L.S.123.57 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TA’ L-EĠITTU
SKEDA
FTEHIM
BEJN IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA 
U R-REPUBBLIKA GĦARBIJA TA’ L-EĠITTU
DWAR ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
U L-PREVENZJONI TA’ EVAŻJONI FISKALI
DWAR TAXXI FUQ L-INCOME
IL-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta u l-Gvern tar-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu,
billi jixtiequ jagħmlu Ftehim dwar Ħelsien minn Taxxa Doppja u l-Prevenzjoni ta’
Evażjoni Fiskali dwar Taxxi fuq l-Income, ftehmu kif ġej:
Artikolu 1
GĦAN PERSONALI
Dan il-Ftehim għandu japplika għal persuni li jkunu residenti fi Stat Kontraenti
wieħed jew fit-tnejn li huma.
Artikolu 2
TAXXI KOPERTI
1. It-taxxi eżistenti li għalihom japplika dan il-Ftehim huma:
(a) fl-Eġittu:
(i) it-taxxa fuq l-income miksuba minn proprjetà  immobbli (inklużi t-
taxxa fuq l-art agrikola u t-taxxa fuq il-bini);
(ii) it-taxxa unifikata fuq l-income ta’ individwi;
(iii) it-taxxa fuq profitti korporattivi;
(iv) id-dazju fuq l-iżvilupp tar-riżorsi finanzjarji ta’ l-Istat; u
(v) taxxi supplimentari imposti bħala perċentwali tat-taxxi msemmija
hawn aktar qabel jew xort’oħra;
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ l-Eġittu");
(b) f’Malta:
it-taxxa fuq l-income;
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ Malta").
2. Il-Ftehim għandu japplika wkoll għal kull taxxa identika jew sostanzjalment
simili li jiġu imposti wara d-data meta jiġi ffirmat il-Ftehim b’żieda ma’, jew
minflok, it-taxxi eżistenti. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti
għandhom jgħarrfu lil xulxin b’kull tibdil sostanzjali li jkun sar fil-liġijiet rispettivi
tagħhom dwar it-taxxa.
Artikolu 3
TIFSIRIET ĠENERALI
1. Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra:
(a) il-frażi "Eġittu" tfisser ir-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu u, meta tiġi
użata f’sens ġeografiku, tfisser it-territorju u l-ibħra territorjali tar-
Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu u ż-żona ekonomika esklużiva u l-blata
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TA’ L-EĠITTU ġ L.S.123.57 3
kontinentali tagħha kif imsfissra skond id-dritt internazzjonali;
(b) il-frażi "Malta" tfisser ir-Repubblika ta’ Malta u, meta użata f’sens
ġeografiku, tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-Gżira ta’ Għawdex u l-gżejjer l-
oħra ta’ l-arċipelagu Malti inklużi l-ibħra territorjali tagħhom, u kull
area ’l barra mill-ibħra territorjali ta’ Malta li ġiet jew tista’ minn issa ’l
quddiem tiġi msemmija, skond il-liġi internazzjonali u taħt il-liġi ta’
Malta li tirrigwarda l-blata kontinentali, bħala area li ġewwa fiha d-
drittijiet ta’ Malta għar-rigward ta’ qiegħ il-baħar u s-sottoswol u r-
riżorsi naturali tagħhom jistgħu jiġu eżerċitati;
(ċ) il-frażijiet "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-ieħor" ifissru Malta
jew l-Eġittu, skond ir-rabta tal-kliem;
(d) il-frażi "persuna" tinkludi individwu, kumpannija u kull korp ta’
persuni;
(e) il-frażi "kumpannija" tfisser korp magħqud jew enti li jkunu trattati
bhala korp magħqud għall-iskopijiet ta’ taxxa;
(f) il-frażi "impriża ta’ Stat Kontraenti" u "impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor" ifissru rispettivament impriża ġestita minn residentii ta’ Stat
Kontraenti u impriża ġestita minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(ġ) il-frażi "traffiku internazzjonali" tfisser trasport li jsir b’bastiment jew
inġenji ta’ l-ajru mħaddma minn impriża ta’ Stat Kontraenti, ħlief meta
l-bastiment jew l-inġenji ta’ l-ajru jiġu unikament imħaddma bejn
postijiet fl-Istat Kontraenti l-ieħor;
(ħ) il-frażi "awtorità  kompetenti" tfisser:
(i) fl-Eġittu: il-Ministru tal-Finanzi jew ir-rappreżentant awtorizzat
tiegħu;
(ii) f’Malta: il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu;
(i) il-frażi "ċittadin" tfisser:
(i) individwu li jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Kontraenti;
(ii) persuna legali, soċjetà  jew assoċjazzjoni li tikseb l-istatus tagħha
bħala tali mil-liġijiet li jkunu jseħħu fi Stat Kontraenti.
2. Għar-rigward ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim minn Stat Kontraenti kull
frażi li ma tkunx imfissra fih għandha, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx
xort’oħra, jkollha t-tifsir kif mogħti lilha taħt il-liġi ta’ dak l-Istat għall-finijiet tat-
taxxi li l-Ftehim japplika għalihom.
Artikolu 4
RESIDENTI
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "residenti ta’ Stat Kontraenti" tfisser
kull persuna li, taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat, hija suġġetta għat-taxxa hemmhekk
minħabba d-domiċilju, r-residenza, post tal-maniġġ jew xi kriterju ieħor ta’ xorta
simili. Iżda din il-frażi ma tinkludix lil xi persuna li tkun suġġetta għat-taxxa f’dak l-
Istat għar-rigward biss ta’ income minn għejjun f’dak l-Istat.
2. Meta minħabba d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 individwu jkun residenti
taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-istatus tiegħu għandu jiġi stabbilit kif ġej:
(a) huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li fih ikollu dar
permanenti għad-disposizzjoni tiegħu; jekk huwa jkollu dar permanenti
4 L.S.123.57 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TA’ L-EĠITTU
għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati, huwa għandu jitqies li huwa
residenti ta’ l-Istat li miegħu r-relazzjonijiet personali u ekonomiċi
tiegħu jkunu l-aktar marbuta (ċentru ta’ interessi vitali);
(b) jekk l-Istat li fih huwa jkollu ċ-ċentru ta’ interessi vitali ma jistax jiġi
determinat, jew jekk huwa ma jkollux għad-dispożizzjoni tiegħu dar
permanenti f’ebda Stat, huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li
fih soltu jirrisjedi;
(ċ) jekk huwa soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati jew f’ebda wieħed minnhom,
huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li tiegħu jkun ċittadin;
(d) jekk huwa jkun ċittadin taż-żewġ Stati jew ta’ l-ebda wieħed minnhom,
l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jiddeċiedu l-
każ bi ftehim bejnithom.
3. Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, din għandha għaldaqstant titqies
bħala residenti ta’ l-Istat fejn ikun jinsab il-post effettiv tal-maniġġ tagħha.
Artikolu 5
STABBILIMENT PERMANENTI
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "stabbiliment permanenti" tfisser
post tan-negozju fiss li minnu jitmexxa għalkollox jew f’parti minnu x-xogħol ta’
impriża.
2. Il-frażi "stabbiliment permanenti" tinkludi b’mod speċjali:
(a) post ta’ maniġġ, 
(b) fergħa, 
(ċ) uffiċċju, 
(d) fabbrika, 
(e) ħanut tax-xogħol, u 
(f) minjiera, bir taż-żejt jew tal-gass, barriera jew kull post ieħor ta’
estrazzjoni ta’ riżorsi naturali inkluż sit ta’ offshore drilling.
3. Il-frażi "stabbiliment permanenti" bl-istess mod tħaddan:
(a) art li tkun qegħda tinbena jew kostruzzjoni, proġett ta’ assemblaġġ jew
ta’ stallazzjoni jew attivitajiet superviżorji li jkollhom x’jaqsmu ma’
dan, iżda biss meta dik l-art, dak il-proġett jew dawk l-attivitajiet
ikomplu għal perjodu ta’ aktar minn sitt xhur;
(b) l-għoti ta’ servizzi, inklużi servizzi ta’ konsulenza minn impriża
permezz ta’ impjegati jew persunal ieħor imqabbad mill-impriża
għaldaqstant, iżda biss sakemm attivitajiet ta’ dik ix-xorta ikomplu
(għall-istess proġett jew għal proġett konness) fi Stat Kontraenti għal
perjodu jew perjodi li flimkien iġibu iktar minn sitt xhur f’xi perjodu ta’
tnax-il xahar.
4. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frażi
"stabbiliment permanenti" għandha titqies li ma tinkludix:
(a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop uniku ta’ ħażna jew ta’ wiri ta’ oġġetti
jew merkanzija li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża;
(b) il-manutenzjoni ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’
l-impriża għall-iskop uniku ta’ ħażna jew ta’ wiri;
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TA’ L-EĠITTU ġ L.S.123.57 5
(ċ) il-manutenzjoni ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’
l-impriża għall-iskop uniku ta’ pproċessar minn impriża oħra;
(d) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku ta’ xiri ta’
oġġetti jew merkanzija, jew ta’ ġbir ta’ tagħrif għall-impriża;
(e) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku li tiġi ġestita,
għall-impriża, xi attività  oħra ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja;
(f) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku ta’ xi
kombinazzjoni ta’ attivitajiet imsemmija fis-subparagrafi (a) sa (e),
kemm-il darba l-attività  kollha tal-post tan-negozju fiss li tirriżulta
minn din il-kombinazzjoni tkun waħda ta’ xorta preparatorja jew
awżiljari.
5. Minkejja l-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 2, meta persuna - li ma tkunx
aġent bi status indipendenti li għalih japplika l-paragrafu 7 - tkun qed taġixxi fi Stat
Kontraenti f’isem impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, dik l-impriża għandha titqies
li jkollha stabbiliment permanenti fl-Istat l-ewwel imsemmi għar-rigward ta’ kull
attività  li dik il-persuna tagħmel għal dik l-impriża, jekk dik il-persuna:
(a) ikollha u abitwalment teserċita f’dak l-Istat awtorità  li tagħmel kuntratti
f’isem l-impriża, kemm-il darba l-attivitajiet ta’ dik il-persuna ma
jkunux limitati għal dawk imsemmija fil-paragrafu 4 li, jekk jiġu
eżerċitati minn ġo post tan-negozju fiss, ma jirrendux dan il-post ta’
negozju fiss bħala stabbiliment permanenti taħt il-provvedimenti ta’ dak
il-paragrafu; jew
(b) ma jkollha ebda awtorità  bħal dik, iżda tkun abitwalment iżżomm fl-
Istat l-ewwel imsemmi ħażna ta’ oġġetti jew ta’ merkanzija li minnha
huwa regolarment jikkunsinna oġġetti jew merkanzija f’isem l-impriża.
6. Minkejja d-disposizzjonijiet preċedenti ta’ dan l-Artikolu, impriża ta’ l-
assigurazzjoni ta’ Stat Kontraenti għandha, ħlief għar-rigward ta’ ri-assigurazzjoni
titqies li jkollha stabbiliment permanenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor jekk tkun tiġbor
premiums fit-territorju ta’ dak l-Istat l-ieħor jew tkun tassigura riskji li jkunu sitwati
hemmhekk bil-ħidma ta’ persuna li ma tkunx aġent ta’ status indipendenti li għaliha
japplika l-paragrafu 7.
7. Impriża ta’ Stat Kontraenti ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment
permanenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor biss minħabba li tkun tiġġestixxi negozju f’dak
l-Istat l-ieħor permezz ta’ sensal, aġent b’kummissjoni ġenerali jew kull aġent ieħor
bi status indipendenti, sakemm dawk il-persuni jkunu qed jaġixxu fil-kors ordinarju
tan-negozju tagħhom. Madankollu, meta l-attivitajiet ta’ aġent bħal dak ikunu
għalkollox, jew kważi, dedikati f’isem dik l-impriża, huwa m’għandux jitqies bħala
aġent bi status indipendenti fis-sens mogħti b’dan il-paragrafu. 
8. Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tkun tikkontrolla
jew tkun minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, jew li tkun
tiġġestixxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta’ stabbiliment permanenti
sew xort’oħra), m’għandux fih innifsu jikkostitwixxi lil xi kumpannija waħda jew l-
oħra stabbiliment permanenti tal-kumpannija l-oħra.
Artikolu 6
INCOME MINN PROPRJETÀ  IMMOBBLI
1. Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn proprjetà
immobbli (inkluż income mill-agrikoltura) li jkunu jinsabu fl-Istat Kontraenti l-ieħor
jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
6 L.S.123.57 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TA’ L-EĠITTU
2. Il-frażi "proprjetà  immobbli" għandu jkollha t-tifsira li għandha taħt il-liġi
ta’ l-Istat Kontraenti li fih tkun tinsab il-proprjetà  involuta. Il-frażi għandha f’kull
każ tinkludi proprjetà  aċċessorja għal proprjetà  immobbli, bhejjem f’razzett u
tagħmir li jintuża fl-agrikoltura, drittijiet li għalihom japplikaw il-provvedimenti tal-
liġi ġenerali dwar il-proprjetà  ta’ l-art, l-użufrutt tal-proprjetà  immobbli u drittijiet
dwar ħlasijiet varjabbli jew fissi bħala korrispettiv għal ħidma fi, jew id-dritt li
jinħadmu, jew għall-esplorazzjoni ta’, depożiti minerali, għejjun u riżorsi oħra
naturali; bastimenti, opri tal-baħar u inġenji ta’ l-ajru ma għandhomx jitqiesu bħala
proprjetà  immobbli.
3. Il-provvedimenti tal-paragrafu 1 għandhom ikunu japplikaw għal income li
jinkiseb mill-użu dirett, kiri, jew użu ta’ kull xorta ta’ proprjetà  immobbli.
4. Il-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-income
minn proprjetà  immobbli ta’ impriża u għal income minn proprjetà  immobbli użata
għall-għemil ta’ servizzi personali indipendenti.
Artikolu 7
PROFITTI MINN NEGOZJU
1. Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti għandhom ikunu biss taxxabbli
f’dak l-Istat kemm-il darba l-impriża ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk. Jekk l-impriża tkun
qegħda tmexxi negozju kif hawn aktar qabel imsemmi, il-profitti ta’ l-impriża
jistgħu jiġu intaxxati fl-Istat l-ieħor iżda biss għal dik il-parti minnhom daqskemm
tkun attribwibbli għal dak l-istabbiliment permanenti.
2. Bla ħsara għall-provvedimenti tal-paragrafu 3, meta impriża ta’ Stat
Kontraenti tkun tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qiegħed hemmhekk, għandhom f’kull Stat Kontraenti jiġu
attribwiti lil dak l-istabbiliment permanenti il-profitti li kien ikun mistenni jagħmel
kieku kien impriża distinta u separata li taħdem fl-istess attivitajiet jew oħrajn
bħalhom taħt l-istess kundizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem
indipendentement għalkollox mill-impriża li tagħha tkun stabbiliment permanenti
jew ma’ impriżi assoċjati oħra li tittratta magħhom.
3. Sabiex jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, għandhom ikunu
permessi bħala tnaqqis dawk l-ispejjeż li jsiru għall-għanijiet ta’ l-istabbiliment
permanenti, inklużi l-ispejjeż eżekuttivi u amministrattivi ġenerali li jkunu saru, sew
fl-Istat Kontraenti fejn ikun hemm l-istabbiliment permanenti sew band’oħra. 
4. Sakemm tkun il-konswetudni fi Stat Kontraenti li jistabbilixxi l-profitti li
għandhom jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti minħabba fi tqassim tal-profitti
totali ta’ l-impriża lill-partijiet diversi tagħha, ebda ħaġa fil-paragrafu 2 ma għandha
tipprekludi lil dak l-Istat Kontraenti milli jistabbilixxi l-profitti li għandhom jiġu
intaxxati b’dak it-tqassim skond ma jista’ jkun konswetudinarju; il-metodu ta’
tqassim li jiġi adottat għandu, madankollu, jsir hekk li r-riżultat għandu jkun skond
il-prinċipji li jinsabu f’dan l-Artikolu.
5. Ebda profitti ma għandhom jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti
minħabba biss f’li jsir ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew
merkanzija għall-impriża.
6. Għall-għanijiet tal-paragrafi preċedenti, l-profitti li għandhom jiġu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-istess metodu sena wara l-
oħra kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u suffiċjenti biex dan ma jsirx.
7. Meta l-profitti jkunu jinkludu oġġetti ta’ income li qegħdin jiġu trattati
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TA’ L-EĠITTU ġ L.S.123.57 7
separatament f’Artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, għaldaqshekk il-provvedimenti ta’
dawk l-Artikoli ma jintlaqtux bil-provvedimenti ta’ dan l- Artikolu.
Artikolu 8
TBAĦĦIR U TRASPORT BL-AJRU
1. Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti mit-tħaddim ta’ bastimenti jew
inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-
Istat.
2. Il-provvedimenti tal-paragrafu 1 għandhom ukoll japplikaw għal profitti
mill-parteċipazzjoni f’pool, negozju bi sħab jew aġenzija b’operat internazzjonali.
Artikolu 9
IMPRIŻI ASSOĊJATI
1. Meta:
(a) impriża ta’ Stat Kontraenti tipparteċipa sew direttament sew
indirettament fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor, jew 
(b) l-istess persuni jipparteċipaw sew direttament sew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti u ta’
impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor,
u f’kull każ isiru jew jiġu imposti kondizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji tagħhom li ma jkunux jaqblu ma’ dawk li
kieku kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f’dak il-każ il-profitti li, kieku
ma kienux dawk il-kondizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-impriżi, iżda,
minħabba dawk il-kondizzjonijiet, ma ġewx hekk akkumulati, jistgħu jiġu inklużi
fil-profitti ta’ dik l-impriża u intaxxati skond hekk.
2. Meta Stat Kontraenti ikun jinkludi fil-profitti ta’ impriża ta’ dak l-Istat - u
skond hekk jintaxxa - profitti li fuqhom impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor ġiet
intaxxata f’dak l-Istat l-ieħor u l-profitti hekk inklużi jkunu profitti li kienu
jinqalgħu mill-impriża ta’ l-ewwel Stat li kieku l-kondizzjonijiet magħmula bejn iż-
żewġ impriżi kienu dawk li kienu jsiru bejn żewġ impriżi indipendenti,
għaldaqshekk dak l-Istat l-ieħor jista’ jagħmel it-tibdil li jmiss fl-ammont tat-taxxa
imposta hemmhekk fuq dawk il-profitti. Biex jiġi stabbilit it-tibdil, għandhom
jitqiesu kif dovut il-provvedimenti l-oħra tal-Ftehim u l-awtoritajiet kompetenti ta’
l-Istati Kontraenti għandhom, jekk iħossu jikkonsultaw lil xulxin.
Artikolu 10
DIVIDENDI
1. Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor tista’ tiġi intaxxata f’dak l-Istat.
2. (a) Madankollu, dawk id-dividendi jistgħu ukoll jiġu intaxxati fl-Istat
Kontraenti li tiegħu l-kumpannija li tkun tħallas id-dividendi tkun
residenti u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda:
(i) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-
Eġittu lil residenti ta’ Malta li jkun is-sid benefiċjarju tad-
dividendi, it-taxxa ta’ l-Eġittu hekk imposta m’għandhiex tkun
iżjed minn 10 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi;
8 L.S.123.57 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TA’ L-EĠITTU
(ii) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija li tkun residenti ta’
Malta lil residenti ta’ l-Eġittu li jkun is-sid benefiċjarju tad-
dividendi, it-taxxa ta’ Malta fuq l-ammont gross tad-dividendi
m’għandhiex tkun iżjed minn dik li titħallas fuq il-profitti li
minnhom jitħallsu d-dividendi.
(b) Taħt il-liġi li sseħħ f’Malta, it-taxxa fuq l-income imħallsa jew li
għandha titħallas minn kumpannija, kif riferibbli għal dik il-parti mill-
profitti tagħha li titqassam bħala dividendi, huwa assimilat mat-taxxa
fuq l-income personali ta’ l-azzjonist li jkun qiegħed jirċievi dak id-
dividend. F’idejn l-azzjonist, it-taxxa tinġabar fuq id-dividend gross u
ssir tpaċija ta’ l-ammont ta’ taxxa rilevanti, hekk assimilat, mal-passiv
ta’ taxxa ta’ l-azzjonist fuq l-income tiegħu minn kull sorsi li fuqha
tista’ titħallas taxxa.
Dan il-paragrafu ma jolqotx l-intaxxar tal- kumpannija għar-rigward tal-
profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
3. Il-frażi "dividendi" kif din tintuża f’dan l-Artikolu tfisser income minn
ishma, ishma "jouissance" jew drittijiet "jouissance" , ishma konnessi mal-minjieri
jew mal-fundaturi jew ma’ drittijiet oħra, li ma jkunux pretensjonijiet ta’ debitu, il-
parteċipazzjoni fi profitti, kif ukoll income minn drittijiet korporattivi li jingħata l-
istess trattament fl-intaxxar bħallikieku kien income minn ishma skond il-liġijiet ta’
l-Istat li tiegħu l-kumpannija li tkun qed tagħmel it-tqassim tkun residenti.
4. Il-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-
Istat Kontraenti l-ieħor li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-dividendi,
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li jkun jagħmel
f’dak l-Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn bażi stabbilita sitwata
hemmhekk, u l-holding li dwarhom id-dividendi jkunu mħallsa jkollu x’jaqsam
effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilita. F’dak il-każ
għandhom japplikaw il-provvedimenti ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond
il-każ.
5. Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpannija, ħlief daqskemm dawk id-dividendi
jitħallsu lil residenti ta’ dak l-Istat l-ieħor jew daqskemm il-holding li dwaru
jitħallsu d-dividendi jkun effettivament konness ma’ dak l-istabbiliment permanenti
jew bażi stabbilita sitwati f’dak Istat l-ieħor, lanqas jissuġġetta l-profitti mhux
imqassma tal-kumpannija għal taxxa fuq il-profitti mhux imqassma tal-kumpannija,
ukoll jekk id-dividendi mħallsa jew il-profitti mhux imqassma jkunu kollha kemm
huma jew f’parti minnhom jikkonsistu fi profitti jew income li jinqalgħu f’dak l-Istat
l-ieħor.
Artikolu 11
MGĦAX 
1. Mgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u jitħallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandu jkun taxxabbli biss f’dak Istat l-ieħor.
2. Madankollu, dak l-imgħax jista’ wkoll jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn
joriġina u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda, jekk min jirċevih ikun is-sid
benefiċjarju ta’ l-imgħax it-taxxa hekk mħallsa m’għandhiex taqbeż 10 fil-mija ta’ l-
ammont gross ta’ l-imgħax.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TA’ L-EĠITTU ġ L.S.123.57 9
3. Il-frażi "mgħax" kif din tintuża f’dan l-Artikolu tfisser income minn
pretensjonijiet ta’ debitu ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le u sew jekk
jagħti l-jedd għal sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b’mod partikolari,
income minn titoli tal-gvern u income minn bonds jew debentures, inklużi premiums
u premjijiet marbutin ma’ titoli, bonds jew debentures simili. Il-penalitajiet għal ħlas
tardiv m’għandhomx jitqiesu bħala mgħax għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu.
4. Il-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju ta’ l-imgħax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih jinqala’ l-imgħax, permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jew jagħmel servizzi personali indipendenti f’dak
Istat l-ieħor minn bażi stabbilita sitwata hemmhekk, u l-pretensjoni ta’ debitu li
dwarha jitħallas l-imgħax tkun effettivament konnessa ma’ dak l-istabbiliment
permanenti jew bażi stabbilita. F’każ bħal dak għandhom japplikaw il-
provvedimenti ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ.
5. L-imgħax għandu jitqies li joriġina fi Stat Kontraenti meta min iħallas ikun
dak l-Istat innifsu, sottodiviżjoni politika tiegħu, awtorità  lokali jew residenti ta’ dak
l-Istat. Meta, madankollu, l-persuna li tkun qed tħallas l-imgħax, sew jekk tkun
residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, jkollha fi Stat Kontraenti stabbiliment
permanenti jew bażi fissa li f’konnessjoni magħhom kien sar id-dejn li fuqu jitħallas
l-imgħax, u dak l-imgħax jiġġarrab minn dak l-istabbiliment jew bażi fissa,
għaldaqstant dak l-imgħax għandu jitqies li joriġina fl-Istat fejn ikunu jinsabu l-
istabbiliment permanenti jew il-bażi fissa.
6. Meta, minħabba f’relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
jew bejn it-tnejn li huma u xi persuna oħra, l-ammont ta’ l- imgħax, wara li titqies xi
tkun il-pretensjoni ta’ debitu li dwarha jitħallas, ikun iżjed mill-ammont li kien ikun
miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, il-
provvedimenti ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu japplikaw biss għall-ammont l-
aħħar imsemmi. F’każ bħal dak, il-parti żejda tal-ħlasijiet tibqa’ taxxabbli skond il-
liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, fil-qies tal-provvedimenti l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
7. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2, imgħax li joriġina fi Stat
Kontraenti u li jitħallas lill-Istat Kontraenti l-ieħor, lill-Bank ‚entrali tiegħu, lil
sottodiviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu dwar debentures, jew self li jkun
garantit, assigurat jew iffinanzjat minn Stat Kontraenti, il-Bank ‚entrali tiegħu,
sottodiviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu, jkun eżenti mit-taxxa fl-Istat l-
ewwel imsemmi.
Artikolu 12
ROYALTIES
1. Royalties  li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati biss f’dak Istat l-ieħor.
2. Madankollu, dawk ir-royalties  jistgħu wkoll jiġu intaxxati fl-Istat
Kontraenti fejn joriġinaw u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda jekk min jirċevihom
ikun is-sid benefiċjarju tar-royalties , it-taxxa hekk imħallsa m’għandhiex teċċedi 12
fil-mija ta’ l-ammont gross tar-royalties .
3. Il-frażi "royalties " kif din tintuża f’dan l-Artikolu tfisser ħlasijiet ta’ kull
xorta li jsiru b’korrispettiv għall-użu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu, ta’ kull dritt ta’ l-
awtur ta’ xogħol litterarju, artistiku jew xjentifiku inklużi films ċinematografiċi, jew
films jew tapes użati għax-xandir bir-radju jew bit-televiżjoni, kull privattiva, trade
mark, disinn jew mudell, pjan, formula jew proċess sigrieti, jew għall-użu ta’, jew
id-dritt li jintuża, tagħmir industrijali, kummerċjali jew xjentifiku, jew għal
10 L.S.123.57 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TA’ L-EĠITTU
informazzjoni dwar konoxxenza industrijali, kummerċjali jew xjentifika.
4. Il-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tar-royalties , li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih ir-royalties  jinqalgħu, permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun jagħmel servizzi personali
indipendenti f’dak Istat l-ieħor minn bażi stabbilita sitwata hemmhekk, u d-dritt jew
il- proprjetà  li dwarhom jitħallsu r-royalties  ikunu effettivament konnessi ma’ dak l-
istabbiliment permanenti jew bażi stabbilita. F’dak il-każ għandhom japplikaw il-
provvedimenti ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 14, skond il-każ.
5. Ir-royalties  jitqiesu li joriġinaw fi Stat Kontraenti meta min iħallas ikun dak
l-Istat innifsu, sottodiviżjoni politika tiegħu, awtorità  lokali jew residenti ta’ dak l-
Istat. Meta, madankollu, l-persuna li tkun qed tħallas ir-royalties , sew jekk tkun
residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, jkollha fi Stat Kontraenti stabbiliment
permanenti jew bażi fissa li f’konnessjoni magħhom kienet saret l-obbligazzjoni li
fuqu jitħallsu r-royalties  u dawk ir-royalties  jiġġarbu minn dak l-istabbiliment jew
bażi fissa, għaldaqstant dawk ir-royalties  għandhom jitqiesu li joriġinaw fl-Istat fejn
ikunu jinsabu l-istabbiliment permanenti jew il-bażi fissa.
6. Meta, minħabba r-relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
jew bejnithom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties , fil-qies ta’ x’ikun l-
użu, id-dritt jew l-informazzjoni li jitħallsu għalihom, ikun iżjed mill-ammont li kien
ikun miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni,
il-provvedimenti ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-aħħar
imsemmi. F’dak il-każ, il-parti żejda tal-ħlas għandha tibqa’ taxxabbli skond il-
liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, wara li jitqiesu l-provvedimenti l-oħra ta’ dan il-
Ftehim.
Artikolu 13
QLIGĦ KAPITALI
1. Qligħ li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti mit-trasferiment ta’
proprjetà  immobbli imsemmi fl-Artikolu 6 u sitwat fl-Istat Kontraenti l-ieħor jista’
jiġi intaxxat f’dak Istat l-ieħor.
2. Qligħ mit-trasferiment ta’ ishma ta’ l-istokk kapitali ta’ kumpannija li l-
proprjetà  tagħha tkun direttament jew indirettament prinċipalment tikkonsisti fi
proprjetà  immobbli li tkun tinsab fi Stat Kontraenti tista’ tiġi intaxxata f’dak l-Istat.
3. Qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tagħmel parti mill-proprjetà
tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti jkollha fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jew ta’ proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni għal bażi stabbilita
disponibbli għal residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor bil-għan li
jitwettqu servizzi personali indipendenti, inkluż dak l-income jew qligħ mit-
trasferiment ta’ dak l-istabbiliment permanenti (waħdu jew flimkien ma’ l-impriża
kollha) jew ta’ dik il-bażi stabbilita, jista’ jiġi intaxxat f’dak Istat l-ieħor.
4. Qligħ mit-trasferiment ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru operati fi traffiku
internazzjonali minn impriża ta’ Stat Kontraenti, jew proprjetà  mobbli li tappartjeni
għall-operat ta’ dawk il-bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru, għandhom ikunu taxxabbli
biss f’dak l-Istat.
5. Qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  li ma tkunx dik imsemmija fil-paragrafi
1, 2, 3 u 4 għandu jkun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li tiegħu ikun residenti min
jittrasferixxi.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TA’ L-EĠITTU ġ L.S.123.57 11
Artikolu 14
SERVIZZI PERSONALI INDIPENDENTI
1. Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti għal servizzi
professjonali jew attivitajiet oħra ta’ xorta indipendenti għandu jkun intaxxat biss
f’dak l-Istat. Madankollu, dak l-income jista’ jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor
f’dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) jekk ikollu bażi stabbilita regolarment disponibbli għalih fl-Istat
Kontraenti l-ieħor bil-għan li jwettaq l-attivitajiet tiegħu; f’dak il-każ hi
biss dik il-parti mill-income tiegħu daqskemm tkun attribwibbli lil dik
il-bażi stabbilita li tista’ tiġi intaxxata f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(b) jekk il-qagħda tiegħu fl-Istat Kontraenti l-ieħor tkun għal perjodu jew
għal perjodi li fit-total ikunu jaqbżu l-183 ġurnata f’perjodu ta’ tnax-il
xahar li jibda għaddej jew itemm fis-sena fiskali involuta; f’dak il-każ
hi biss dik il-parti mill-income tiegħu daqskemm tinkiseb mill-attività
tiegħu eserċitata fl-Istat Kontraenti l-ieħor li tista’ tiġi intaxxata f’dak l-
Istat l-ieħor.
2. Il-frażi "servizzi professjonali" tinkludi attivitajiet letterarji, artistiċi,
edukattivi jew ta’ tagħlim li huma speċjalment indipendenti kif ukoll l-attivitajiet
indipendenti ta’ tobba, avukati, inġiniera, periti u accountants.
Artikolu 15
SERVIZZI PERSONALI DIPENDENTI
1. Bla ħsara għall-provvedimenti ta’ l-Artikoli 16, 18 u 19, is-salarji, il-pagi u
kumpens ieħor bħal dak li jinkisbu minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar xi impieg
għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jiġix
eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk eżerċitat, dak il-kumpens
li jinkiseb minnu jista’ jiġi intaxxat f’dak Istat l-ieħor.
2. Minkejja l-provvedimenti tal-paragrafu 1, il-kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor għandu
jkun taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
(a) min jirċevih ikun preżenti fl-Istat l-ieħor għal perjodu jew perjodi li ma
jaqbżux it-total ta’ 183 ġurnata f’perjodu ta’ tnax-il xahar li jibda
għaddej jew itemm fis-sena kalendarja involuta, u
(b) il-kumpens jitħallas minn, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx residenti ta’
l-Istat l-ieħor, u
(ċ) il-kumpens ma jkunx piż fuq l-istabbiliment permanenti, jew bażi
stabbilit li l-prinċipal ikollu fl-Istat l-ieħor.
3. Minkejja l-provvedimenti preċedenti ta’ dan l-Artikolu, il-kumpens li
jinkiseb dwar impieg eżerċitat abbord bastiment jew inġenji ta’ l-ajru operati fi
traffiku internazzjonali minn impriża ta’ Stat Kontraenti jista’ jiġi intaxxat f’dak l-
Istat.
Artikolu 16
DRITTIJIET TAD-DIRETTURI
Id-drittijiet tad-diretturi u ħlasijiet simili oħra li jinkisbu minn residenti ta’ Stat
Kontraenti fil-kapaċità  tiegħu ta’ membru tal-bord ta’ diretturi ta’ kumpannija li
12 L.S.123.57 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TA’ L-EĠITTU
tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
Artikolu 17
ARTISTI U SPORTIVI
1. Minkejja l-provvedimenti ta’ l-Artikoli 14 u 15, income li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti bħala uħud li jagħtu spettaklu, bħal artisti tat-teatru, tal-
films ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni, jew bħala mużiċista, jew bħala
sportiv, mill-attivitajiet personali tiegħu bħala tali li jiġu eżerċitati fl-Istat
Kontraenti l-ieħor, jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Meta income dwar attivitajiet personali eżerċitati minn min jagħti spettaklu
jew sportiv fil-kapaċità  tiegħu bħala tali jinġabar mhux minn min jagħti spettaklu
jew l-isportiv innifsu iżda minn xi persuna oħra, dak l-income jista’, minkejja l-
provvedimenti ta’ l-Artikoli 7, 14 u 15, jiġi intaxxat fl-Istat Stat Kontraenti li fih l-
attivitajiet ta’ min jagħti spettaklu jew ta’ l-isportiv jiġu eżerċitati.
Artikolu 18
PENSJONIJIET U ANNWALITAJIET
1. Pensjonijiet u li joriġinaw fi Stat Kontraenti u jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandhom ikunu taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi.
2. Il-frażi "annwalitajiet" tfisser ammont fiss li jitħallas perjodikament fi
żminijiet fissi, matul il-ħajja jew matul perjodu ta’ żmien speċifikat jew aċċertabbli,
taħt obbligazzjoni li l-ħlasijiet isiru għal korrispettiv adegwat u sħiħ fi flus jew valur
ta’ flus.
Artikolu 19
SERVIZZ TAL-GVERN
1. (a) Salarji, pagi u kull rimunerazzjoni simili oħra mħallsa minn, jew minn
fondi oriġinati minn, Stat Kontraenti jew minn sottodiviżjoni politika
jew minn awtorità  lokali tiegħu lil individwu għar-rigward ta’ servizzi
mogħtijin lil dak l-Istat jew sottodiviżjoni jew awtorità  għandhom ikunu
taxxabbli biss f’dak l-Istat.
(b) Madankollu, dawk is-salarji, pagi u kull rimunerazzjoni simili oħra
għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor jekk is-
servizzi jingħataw f’dak l-Istat u l-individwu jkun residenti f’dak l-Istat
li:
(i) huwa jkun ċittadin ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat unikament sabiex jaqdi dawk
is-servizzi.
2. Il-provvedimenti ta’ l-Artikoli 15, 16 u 18 għandhom japplikaw għal salarji,
pagi u kull rimunerazzjoni simili oħra, u għal pensjonijiet, għar-rigward ta’ servizzi
mogħtijin f’dak li għandu x’jaqsam ma’ negozju li jkun ġestit minn Stat Kontraenti
jew minn sottodiviżjoni politika jew minn awtorità  lokali tiegħu.
Artikolu 20
ĦLASIJIET LI JIRĊIEVU STUDENTI U APPRENDISTI FIL-KUMMERĊ
Kull ħlas li student jew apprendist fil-kummerċ li jkun jew kien minnufih
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TA’ L-EĠITTU ġ L.S.123.57 13
qabel ma jżur Stat Kontraenti residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor u li jkun preżenti
fl-ewwel imsemmi Stat unikament għall-għan ta’ l-edukazzjoni jew it-taħriġ tiegħu,
jirċievi għall-fini tal-mantniment, l-edukazzjoni jew it-taħriġ tiegħu m’għandux jiġi
intaxxat f’dak l-Istat, sakemm dawk il-ħlasijiet joriġinaw minn għejjun li ma jkunux
f’dak l-Istat.
Artikolu 21
INCOME IEĦOR
1. Elementi ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jinqalgħu minn fejn
jinqalgħu, li ma jkunux ittrattati fl-Artikoli ta’ hawn aktar qabel ta’ dan il-Ftehim
għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
2. Il-provvedimenti tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal income, li
ma jkunx income minn proprjetà  immobbli kif imfisser fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu
6, jekk min jirċievi dak l-income, għax ikun residenti ta’ Stat Kontraenti, jiġġestixxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun jinsab
f’dak l-Istat, jew iwettaq f’dak Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn bażi
stabbilita li tkun tinsab hemmhekk, u d-dritt jew il-proprjetà  li dwarhom jitħallas l-
income jkun effettivament konness ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi
fissa, f’dak il-każ għandhom japplikaw il-provvedimenti ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-
Artikolu 14, skond il-każ.
Artikolu 22
ELIMINAZZJONI TA’ TASSAZZJONI DOPPJA
1. Meta residenti ta’ Stat Kontraenti jikseb income li, skond il-provvedimenti
ta’ dan il-Ftehim, jista’ jkun intaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor, l-ewwel Stat
Kontraenti għandu jippermetti bħala tnaqqis mit-taxxa fuq l-income ta’ dak ir-
residenti ammont li jkun daqs it-taxxa fuq l-income mħallsa f’dak l-Istat l-ieħor. Dak
it-tnaqqis m’għandux, madankollu, jeċċedi dik il-parti mit-taxxa fuq l-income, hekk
kif tiġi komputata qabel ma jingħata t-tnaqqis, li jkun attribbwibbli għall-income li
jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Meta skond kull provvediment ta’ dan il-Ftehim, income li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti jkun eżenti mit-taxxa f’dak l-Istat, dak l-Istat jista’
madankollu, fil-kalkolu ta’ l-ammont ta’ taxxa fuq l-income li jifdal ta’ dak ir-
residenti, iqis l-income eżentat.
3. Għall-finijiet ta’ tnaqqis mit-taxxa fuq l-income fi Stat Kontraenti, it-taxxa
mħallsa fl-Istat Kontraenti l-ieħor għandha titqies li tinkludi t-taxxa li kieku
xort’oħra titħallas f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor iżda li tkun ġiet imnaqqsa jew
twarrbet minn dak l-Istat Kontraenti taħt il-provvedimenti legali tiegħu għall-
inċentivi dwar it-taxxa.
Artikolu 23
EBDA DISKRIMINAZZJONI
1. Iċ-ċittadini ta’ Stat Kontraenti ma għandhomx jiġu suġġetti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għal xi tassazzjoni jew għal xi ħtieġa li jkunu konnessi ma’ dan, li
tkun diversa jew ta’ iktar piż mit-tassazzjoni u ħtiegiet konnessi li għalihom ċittadini
ta’ dak l-Istat l-ieħor fl-istess ċirkostanzi, b’mod partikolari għar-rigward ta’
residenza, huma jew jistgħu jkunu suġġetti. Dan il-provvediment għandu, minkejja l-
provvedimenti ta’ l-Artikolu 1, jkun japplika wkoll għal persuni li ma jkunux
residenti ta’ xi wieħed jew taż-żewġ Stati Kontraenti.
14 L.S.123.57 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TA’ L-EĠITTU
2. L-intaxxar fuq stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti jkollha
fl-Istat Kontraenti l-ieħor ma għandux jinġabar inqas favorevolment f’dak Istat l-
ieħor mit-tassazzjoni miġbura fuq impriżi ta’ dak l-Istat l-ieħor li jkun qiegħed
iwettaq l-istess ativitajiet.Dan il-provvediment ma għandux jiftiehem bħala li
jobbliga lil Stat Kontraenti li jikkonċedi lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor xi
allowances, ħelsien u tnaqqis personali għall-għanijiet ta’ ta’ tassazzjoni minħabba
fl-istatus ċivili jew responsabbiltajiet familjari li tikkonċedi lir-residenti tagħha.
3. Ħlief fejn il-provvedimenti tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 9, paragrafu 4 ta’ l-
Artikolu 11, jew paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 12 japplikaw, mgħax, royalties  u ħlasijiet
oħra li jitħallsu minn impriża ta’ Stat Kontraenti lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor għandhom, għall-għan li jiġu stabbilit x’inhuma l-profitti taxxabbli ta’ dik l-
impriża, jiġu mnaqqsa taħt l-istess kondizzjonijiet bħallikieku kienu mħallsa
residenti ta’ l-ewwel imsemmi Stat.
4. Impriżi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom ikun għalkollox jew f’parti
minnu proprjetà  jew taħt il-kontroll, sew dirett sew mhux dirett, minn residenti
wieħed jew iktar ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, ma jkunux suġġetti fl-Istat l-ewwel
imsemmi għal xi tassazzjoni jew ħtieġa konnessa ma’ dan li tkun xort’oħra jew ta’
iktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet konnessi li għalihom ikun jew jistgħu jkunu
suġġetti l-impriżi ta’ l-ewwel imsemmi Stat.
5. Il-provvedimenti ta’ dan l-Artikolu għandhom, minkejja l-provvedimenti ta’
Artikolu 2, japplikaw għal taxxi ta’ kull għamla u deskrizzjoni li jinkwadraw taħt
dan il-Ftehim. 
Artikolu 24
PROĊEDURA GĦAL FTEHIM REĊIPROKU
1. Meta persuna jidhrilha li l-azzjonijiet ta’ xi wieħed jew taż-żewġ Stati
Kontraenti jirriżultawlu jew jistgħu jirriżultawlu f’tassazzjoni li ma tkunx skond il-
provvedimenti ta’ dan il-Ftehim, huwa jista’, irrispettivament mir-rimedji pprovduti
mil-liġi domestika ta’ dawk l-Istati, jippreżenta l-każ tiegħu quddiem l-awtorità
kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu huwa jkun residenti jew, jekk il-każ tiegħu
jkun jaqa’ taħt il-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 23, lil dik ta’ l- Stat Kontraenti li tiegħu
huwa jkun ċittadin. Il-każ għandu jiġi ppreżentat fi żmien tliet snin minn l-ewwel
avviż ta’ l-azzjoni li tirriżulta f’intaxxar li ma jkunx skond il-provvedimenti tal-
Ftehim.
2. L-awtorità  kompetenti għandha tistħarreġ, jekk ikunx jidhrilha li l-
oġġezzjoni tkun ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal għal soluzzjoni
sodisfaċenti, li tirrisolvi l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità  kompetenti ta’ l-
Istat Kontraenti l-ieħor, bil-għan li tiġi evitata tassazzjoni li ma tkunx skond il-
Ftehim. Meta jintlaħaq ftehim dan għandu jiġi implimentat minkejja kull terminu ta’
żmien fil-liġi domestika ta’ l- Istati Kontraenti.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jistħarrġu kif
jirrisolvu permezz ta’ ftehim reċiproku kull diffikultà  jew dubbju li jista’ jitnissel
dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Dawn jistgħu wkoll
jikkonsultaw flimkien għall-eliminazzjoni ta’ tassazzjoni doppja f’dawk il-każijiet li
m’hemm xejn provdut dwarhom fil-Ftehim.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l- Stati Kontraenti jistgħu jikkomunikaw ma’
xulxin direttament bil-għan li jilħqu ftehim fis-sens tal-paragrafi preċedenti. 
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TA’ L-EĠITTU ġ L.S.123.57 15
Artikolu 25
SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jiskambjaw dik l-
informazzjoni li tista’ tkun meħtieġa għat-twettiq tal-provvedimenti ta’ dan il-
Ftehim jew ta’ l-liġijiet domestiċi ta’ l-Istati Kontraenti għar-rigward ta’ taxxi
koperti bil-Ftehim sakemm l-intaxxar li jsir taħtom ma jkunx kuntrarju għall-Ftehim.
L-iskambju ta’ informazzjoni mhuwiex ristrett bl-Artikolu 1. Kull informazzjoni li
tiġi riċevuta mill-Istat Kontraenti għandha tiġi ttrattata bħala waħda sigrieta bl-istess
mod bħall-informazzjoni miksuba taħt il-liġijiet domestiċi ta’ dak l-Istat u għandha
tiġi żvelata biss lil persuni jew awtoritajiet (inklużi qrati u korpi amministrattivi)
involuti fl-istima jew fil-ġbir ta’, l-infurzar jew prosekuzzjoni dwar, jew id-deċizjoni
ta’ appelli dwar, it-taxxi koperti bil-Ftehim. Dawk il-persuni jew awtoritajiet
għandhom jużaw dik l-informazzjoni biss għal dawk l-għanijiet. Huma jistgħu
jiżvelaw l-informazzjoni fi proċeduri tal-qorti bil-miftuħ jew f’deċiżjonijiet
ġudizzjarji.
2. F’ebda każ ma għandhom il-provvedimenti tal-paragrafu 1 jiftiehmu bħala li
jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
(a) li jwettaq miżuri amministrattivi li ma jkunux jaqblu mal-liġijiet u mal-
prattika amministrattiva ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(b) li jagħti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taħt il-liġijiet jew fil-
kors normali ta’ l-amministrazzjoni ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet ta’ sengħa, negozju, industrija,
kummerċ jew professjoni jew proċess tal-kummerċ, jew informazzjoni,
li meta tiġi żvelata din tkun tmur kontra l-ordni pubbliku (ordre public).
Artikolu 26
MEMBRI TA’ MISSJONIJIET DIPLOMATIĊI U KARIGI KONSULARI
Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġġi ta’ membri ta’
missjonijiet diplomatiċi jew karigi konsulari taħt ir-regoli ġenerali tad-dritt
internazzjonali jew taħt il-provvedimenti ta’ kull ftehim speċjali.
Artikolu 27
BIDU FIS-SEĦĦ
1. Kull Stat Kontraenti għandu javża lill-ieħor, permezz tal-kanali diplomatiċi,
dwar meta jkunu ntemmew il-proċeduri meħtieġa skond il-liġi domestika tiegħu
għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
2. Dan il-Ftehim għandu jibda jseħħ fid-data li tiġi l-iktar tard mill-għoti ta’
dawn l-avviżi u għandu malli dan ikollu effett:
(a) fl-Eġittu:
(i) għar-rigward ta’ taxxa li tinżamm minn ras-il għajn, fuq ammonti
mħallsa jew akkreditati fi jew wara l-ewwel jum ta’ Jannar tas-
sena kalendarja li tiġi minnufih wara dik meta l-Ftehim jibda
jseħħ; u
(ii) għar-rigward ta’ taxxi oħra, għas-snin ta’ taxxa li jibdew fi jew
wara l-ewwel jum ta’ Jannar tas-sena kalendarja li tiġi minnufih
16 L.S.123.57 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TA’ L-EĠITTU
wara dik meta l-Ftehim jibda jseħħ;
(b) f’ Malta:
għar-rigward ta’ taxxi fuq l-income miksub matul xi sena kalendarja jew żmien ta’
kontijiet, skond il-każ, li jibda fi jew wara l-ewwel jum ta’ Jannar tas-sena
kalendarja li tiġi minnufih wara d-data meta l-Ftehim jibda jseħħ.
Artikolu 28
TERMINAZZJONI
Dan il-Ftehim għandu jibqa’ jseħħ għal żmien indefinittiv sakemm jiġi terminat
minn Stat Kontraenti il-wieħed jew l-ieħor. Stat Kontraenti il-wieħed jew l-ieħor
jista jittermina l-Ftehim, permezz tal-kanali diplomatiċi, billi jagħti avviż bil-miktub
tat-terminazzjoni mill-inqas sitt xhur qabel tmiem xi sena kalendarja li tibda wara l-
iskadenza ta’ perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. 
F’dik iċ-ċirkostanza, l-Ftehim għandu jtemm milli jibqa’ jseħħ: 
(a) fl-Eġittu:
(i) għar-rigward ta’ taxxa li tinżamm minn ras-il għajn, fuq ammonti
mħallsa jew akkreditati fi jew wara l-ewwel jum ta’ Jannar tas-
sena kalendarja li tiġi minnufih wara dik meta jingħata l-avviż; u
(ii) għar-rigward ta’ taxxi oħra, għas-snin ta’ taxxa li jibdew fi jew
wara l-ewwel jum ta’ Jannar tas-sena kalendarja li tiġi minnufih
wara dik meta jingħata l-avviż;
(b) f’ Malta:
għar-rigward ta’ taxxi fuq l-income miksub matul xi sena kalendarja jew
żmien ta’ kontijiet, skond il-każ, li jibda fi jew wara l-ewwel jum ta’ Jannar
tas-sena kalendarja li tiġi minnufih wara d-data meta jingħata l-avviż.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan mill-
Gvernijiet rispettivi tagħhom, iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGĦMUL fil-Kajr illum is-Sibt 20 ta’ Frar 1999, in duplikat fl-ilsien Ingliż u fl-
ilsien Għarbi, iż-żewġ testi awtentiċi ndaqs. F’każ ta’ diverġenza ta’
interpretazzjoni, jipprevalixxi t-test Ingliż.
Għall-Gvern  Għall-Gvern 
tar-Repubblika ta’ Malta tar-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu
Guido de Marco Amre Moussa
Viċi Prim Ministru Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin
Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin
