EŻENZJONI MIT-TAXXA FUQ L-INCOME U TAXXA FUQ DOKU-
MENTI U TRASFERIMENTI FUQ TRASFERIMENTI TA’ DJAR TA’ 
RESIDENZA MINN SOĊJETAJIET KUMMERĊJALI ġ L.S.123.58 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.58
ORDNI DWAR EŻENZJONI MIT-TAXXA FUQ L-
INCOME U TAXXA FUQ DOKUMENTI U 
TRASFERIMENTI FUQ TRASFERIMENTI TA’ DJAR 
TA’ RESIDENZA MINN SOĊJETAJIET 
KUMMERĊJALI
16 ta’ Ottubru, 2001
L-Avviż Legali 244 ta’ l-2001, kif emendat bl-Avviż Legali 261 ta’ l-
2001.
Titolu u 
applikazzjoni.
1. (1) It-titolu ta’ dan l-Ordni hu l-Ordni dwar Eżenzjoni mit-
Taxxa fuq l-Income u Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti fuq
Trasferimenti ta’ Djar ta’ Residenza minn Soċjetajiet Kummerċjali.
(2) Dan l-Ordni japplika għal kull trasferiment ta’ dar ta’
residenza magħmul minn soċjetà  kummerċjali kostitwita taħt il-
liġijiet ta’ Malta lil individwu permezz ta’ att pubblikat mhux qabel
il-21 ta’ Novembru, 2000 u mhux wara l-31 ta’ Ottubru, 2001 u li
jissodisfa l-kondizzjonijijiet kollha li ġejjin:
(a) min jirċievi bi trasferiment ikun fid-data tat-
trasferiment soċju fl-imsemmija soċjetà  u kien soċju
f’dik is-soċjetà  mingħajr interruzzjoni għall-inqas
mill-20 ta’ Novembru, 2000 sad-data tat-trasferiment;
(b) fl-20 ta’ Novembru, 2000 u sad-data tat-trasferiment
min jirċievi bi trasferiment waħdu jew flimkien ma’
membru jew membri tal-familja tiegħu kellhom
b’kollox direttament jew indirettament għall-inqas
għoxrin fil-mija ta’ l-interessi jew tal-jeddijiet ta’ vot
f’dik is-soċjetà ;
(ċ) fl-20 ta’ Novembru, 2000 u saż-żmien tat-trasferiment
min jirċievi bi trasferiment jew membru tal-familja
tiegħu ikun okkupa mingħajr interruzzjoni d-dar ta’
residenza bħala r-residenza unika u ordinarja tiegħu.
Tifsir.
(a) membru tal-familja ta’ min jirċievi bi trasferiment
tfisser il-konjuġi tiegħu, axxendent jew dixxendent
tiegħu, ħuh jew oħtu, jew dixxendent ta’ ħuh jew oħtu;
(b) "dar ta’ residenza" tinkludi garage imniffed jew li jiġi
taħt dik ir-residenza jew garage ta’ mhux iktar minn
30 metru kwadru li jkun jinsab fil-viċinanza ta’ 500
metru minn dik ir-residenza u li jkun trasferit mill-
istess soċjetà  lil min jirċievi bi trasferiment permezz
ta’ l-istess att flimkien ma’ dik ir-residenza.
2 ġ L.S.123.58
EŻENZJONI MIT-TAXXA FUQ L-INCOME U TAXXA FUQ DOKU-
MENTI U TRASFERIMENTI FUQ TRASFERIMENTI TA’ DJAR TA’ 
RESIDENZA MINN SOĊJETAJIET KUMMERĊJALI
Eżenzjonijiet.
Kap. 123.
3. Mat-trasferiment li dan l-Ordni japplika għalih -
(a) jekk l-użu tad-dar ta’ residenza minn min joqgħod fiha
sad-data tat-trasferiment jitqies li jikkostitwixxi
benefiċċju minħabba fl-impieg jew kariga skond l-
artikolu 4(1)(b) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income,
ebda taxxa ma għandha titħallas taħt dak l-Att fuq il-
valur ta’ dak il-benefiċċju;
(b) jekk it-tasferiment jikkostitwixxi benefiċċju minħabba
f’impieg jew kariga skond l-imsemmi artikolu 4(1)(b)
ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, ebda taxxa ma
għandha titħallas taħt dak l-Att fuq il-valur ta’ dak il-
benefiċċju;
(ċ) ebda qliegħ ma għandu jitqies li jinqala’ mill-imsemmi
trasferiment għall-finijiet ta’ l-artikolu 5 ta’ l-Att dwar
it-Taxxa fuq l-Income;
Kap. 364.
(d) ebda taxxa ma għandha titħallas skond l-artikolu 32 ta’
l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti li
tkun aktar minn Lm2.50 għal kull Lm100 jew parti
minnha tal-valur ta’ trasferiment meqjus bħala l-valur
tat-trasferiment stabbilit skond l-artikolu 4(a).
Eżenzjonijiet 
suġġetti għal 
kondizzjonijiet.
Emendat:
A.L. 261 ta’ l-
2001.
Kap. 372.
4. L-eżenzjonijiet mogħtija b’dan l-Ordni għandhom ikunu
soġġetti għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) il-valur meqjus bħala l-valur tat-trasferiment imsemmi
fl-artikolu 3(d) għandu jkun il-prezz li bih is-soċjetà
tkun akkwistat id-dar ta’ residenza b’żieda ta’ kull
spiża għal benefikati imħallsa mis-soċjetà  qabel il-21
ta’ Novembru, 2000 kif murija fir-records li dik is-
soċjetà  hija meħtieġa li żżomm skond l-artikolu 190
ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa bla ma
jingħata kont lil xi rivalutazzjoni li setgħet saret mis-
soċjetà  tal-valur ta’ l-imsemmija proprjetà ;
Kap. 123.
(b) jekk il-korrispettiv attwali għat-trasferiment ikun
inqas mill-valur tat-trasferiment meqjus bħala l-valur
tat-trasferiment stabbilit kif hawn qabel imsemmi, in-
nuqqas ma għandux jitqies bħala telf għal xi wieħed
mill-finijiet ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income;
(ċ) sabiex jiġi stabbilit il-qligħ kapitali skond l-Att dwar
it-Taxxa fuq l-Income li jinqala’ minn trasferiment
sussegwenti tad-dar ta’ residenza kollha kemm hi jew
f’parti minnha minn min jirċievi bi trasferiment, l-
ispiża ta’ l-akkwist tad-dar ta’ residenza għandha
titqies li tkun il-valur meqjus bħala l-valur tat-
trasferiment kif stabbilit skond il-paragrafu (a), u
minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5(10)(b) u
(ċ) ta’ l-imsemmi Att,  ebda telf kapitali li jirriżulta
minn jew dejn li ma jistax jinġabar magħmul dwar kull
trasferiment ieħor ma għandha ssir tpaċija tiegħu ma’
kull qligħ kapitali stabbilit kif hawn qabel imsemmi;
EŻENZJONI MIT-TAXXA FUQ L-INCOME U TAXXA FUQ DOKU-
MENTI U TRASFERIMENTI FUQ TRASFERIMENTI TA’ DJAR TA’ 
RESIDENZA MINN SOĊJETAJIET KUMMERĊJALI ġ L.S.123.58 3
Kap. 364.
L.S.364.06
(d) meta l-partijiet fit-trasferiment jixtiequ li jieħdu l-
benefiċċju ta’ l-eżenzjonijiet mogħtija b’dan l-Ordni
huma għandhom jagħtu fuq formula provduta mill-
Kummissarju kif murija fl-Iskeda, it-tagħrif kollu
msemmi f’dik il-formula. Id-dikjarazzjonijiet f’dik il-
formola għandhom jiġu ffirmati għan-nom tas-soċjetà
minn individwu debitament awtorizzat għal dak il-fini,
minn min jirċievi bi trasferiment, minn awditur
pubbliku ċertifikat u minn nutar pubbliku kif imsemmi
fl-imsemmija Skeda u l-formula għandha tintbagħat
lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni flimkien ma’ l-
avviż relattiv dwar l-att meħtieġ skond l-artikolu 51 ta’
l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti u
r-Regoli dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti
fiż-żmien preskritt biex jintbagħat dak l-avviż:
Iżda f’każ ta’ trasferiment magħmul qabel id-data
ta’ dan l-Ordni l-imsemmija formula għandha
tintbagħat lill-Kummissarju fit-Taqsima ta’
Trasferiment Kapitali tad-Dipartiment tat-Taxxi
Interni, il-Belt Valletta, mhux aktar tard mill-31 ta’
Ottubru, 2001;
(e) il-partijiet fit-trasferiment għandhom jagħtu lill-
Kummissarju dak it-tagħrif ieħor u dawk id-dokumenti
oħra li huwa jista’ raġonevolment jitlob biex jaċċerta
l-eliġibbiltà  għall-eżenzjonijiet mogħtija b’dan l-
Ordni;
(f) f’każ li xi kondizzjoni murija f’dan l-artikolu ma’ tiġix
sodisfatta jew li xi tagħrif mogħti jew dikjarazzjoni
magħmula għall-finijiet ta’ dan l-Ordni jirriżultaw li
ma jkunux ingħataw sew f’xi aspett materjali, l-
eżenzjonijiet għandhom jintilfu;
(g) dan l-Ordni għandu jkollu dak l-effett retroattiv li jkun
meħtieġ biex jingħata effett għall-eżenzjonijiet
mogħtija fih dwar kull trasferiment li japplika għalih
dan l-Ordni magħmul qabel id-data ta’ dan l-Ordni.
Ma jistax jittieħed 
benefiċċju mill-
eżenzjonijiet biss 
f’parti.
5. Ma jistax jittieħed benefiċċju minn parti mill-eżenzjonijiet
mogħtija b’dan l-Ordni, u meta jittieħed benefiċċju minnhom
b’mod validu il-partijiet kollha fit-trasferiment għandhom jitqiesu
li jkunu aċċettaw il-kondizzjonijiet murija fl-artikolu 4 minkejja
kull rinunzja jew riserva magħmula minn xi persuna.
4 ġ L.S.123.58
EŻENZJONI MIT-TAXXA FUQ L-INCOME U TAXXA FUQ DOKU-
MENTI U TRASFERIMENTI FUQ TRASFERIMENTI TA’ DJAR TA’ 
RESIDENZA MINN SOĊJETAJIET KUMMERĊJALI
SCHEDULE
Tagħrif u dikjarazzjonijiet għall-finijiet ta’ l-Ordni dwar Eżenzjoni mit-Taxxa fuq l-
Income u Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti fuq Trasferimenti ta’ Djar ta’ 
Residenza minn Soċjetajiet Kummerċjali
Taqsima A
Deskrizzjoni tad-dar ta’ residenza u tal-valur tat-trasferiment
Tagħrif li għandu jingħata u dikjarazzjoni li għandha ssir u tiġi ffirmata għan-nom tas-soċjetà  
minn individwu li huwa debitament awtorizzat għal dan il-fini
1. Indirizz .......................................................................................
2. Data ta’ l-akkwist mis-soċjetà  ..............................................
3. Il-prezz li bih il-proprjetà  ġiet akkwistata mis-soċjetà  kif muri fir-records tas-soċjetà
..................................................
4. L-ispiża tal-benefikati kif murija fir-records tas-soċjetà  ........
5. Il-valur meqjus bħala l-valur tat-trasferiment (3 + 4) ....................
6. Il-prezz tat-trasferiment li għandu jitħallas mill-individwu li lilu jsir it-traferiment
.......................................................................................
7. L-eċċess (jekk ikun hemm) tal-valur ta’ trasferiment meqjus (bħal 5) fuq il-
korrispettiv (bħal 6) .......................................................
Niddikjara li t-tagħrif mogħti hawn fuq huwa korrett u li jiena awtorizzat mis-soċjetà  biex
niffirma din id-dikjarazzjoni.
Iffirmat għal u għan-nom tas-soċjetà  minn (isem ta’ l-individwu) ........
Kariga ....................................
Indirizz .................................................................................................
Numru tal-karta ta’ l-identità  ....................................
Firma .....................................
Data ...........................................
Taqsima B
Dikjarazzjoni minn  Awditur Pubbliku Ċertifikat
Niddikjara li t-tagħrif mogħti fit-Taqsima A jikkorrispondi għar-records rilevanti ta’
................................................................ għas-sena finanzjarja li tagħlaq fi
.............................................. .
Iffirmat minn (isem l-Awditur Pubbliku Ċertifikat) ................................
Indirizz ..................................................................................................
Firma ...............................................
Timbru uffiċjali ........................................
Data ......................................................
EŻENZJONI MIT-TAXXA FUQ L-INCOME U TAXXA FUQ DOKU-
MENTI U TRASFERIMENTI FUQ TRASFERIMENTI TA’ DJAR TA’ 
RESIDENZA MINN SOĊJETAJIET KUMMERĊJALI ġ L.S.123.58 5
Taqsima Ċ
Deskrizzjoni ta’ l-ineteressi u d-drittijiet tal-vot fis-soċjetà
Dikjarazzjoni li għandha ssir u tiġi ffirmata għan-nom tas-soċjetà  minn individwu li huwa 
debitament awtorizzat għal dan il-fini u minn min jirċievi bi trasferiment
Iffirmat għal u għan-nom tas-soċjetà  minn (isem ta’ l-individwu) .............
Firma .......................................
Isem ta’ min jirċievi bi trasferiment ........................................
Indirizz .................................................................................................
Numru tal-karta ta’ l-identità  .................................................................
Firma .............................................
Data ....................................................
Taqsima D
Dikjarazzjoni dwar ir-residenza
Dikjarazzjoni li għandha ssir u tigi ffirmata għan-nom tas-soċjetà  minn individwu li huwa 
debitament awtorizzat għal dak il-fini u minn min jirċievi bi trasferiment
Niddikjaraw li fl-20 ta’  Novembru, 2000 u sal-lum ....................... ...............................
kien/et/u jokkupa/tokkupa/jokkupaw id-dar ta’ residenza in kwistjoni  bħala r-residenza unika
u ordinarja tiegħu/tagħha/tagħhom  u li l-imsemmi/ja okkupant/a/i jiġi/tiġi/jiġu minn min
jirċievi bi trasferiment kif ser jingħad: ..........................................................................
Iffirmat għal u għan-nom tas-soċjetà  minn (isem ta’ l-individwu): .......
Firma...................................
Isem ta’ min jirċievi bi trasferiment ........................................
Indirizz.................................................................................................
Numru tal-karta ta’ l-identità  .......................................
Firma .......................................................
Data .............................
Isem is-soċju Deskrizzjoni ta’ l-
interessi miżmuma 
minnu
Jeddijiet għal vot 
(murija bħala 
perċentaġġ tal-
jeddijiet kollha tal-
vot)
Kif jiġi minn min 
jirċievi bi 
trasferiment (jekk 
jiġi minnu)
6 ġ L.S.123.58
EŻENZJONI MIT-TAXXA FUQ L-INCOME U TAXXA FUQ DOKU-
MENTI U TRASFERIMENTI FUQ TRASFERIMENTI TA’ DJAR TA’ 
RESIDENZA MINN SOĊJETAJIET KUMMERĊJALI
Taqsima E
Dikjarazzjoni minn Nutar Pubbliku
Niddikjara li d-dikjarazzjonijiet fit-Taqsimiet A, Ċ u D ġew iffirmati quddiemi wara li jien,
Nutar, fissirt lill-persuni li ffirmaw l-import tagħhom u ta’ l-Ordni dwar Eżenzjoni mit-Taxxa
fuq l-Income u Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti fuq Trasferimenti ta’ Djar ta’ Residenza
minn Soċjetajiet Kummerċjali.
Iffirmat minn (isem in-Nutar Pubbliku) ..................................................
Indirizz .............................................................................................
Firma ..............................................
Timbru Uffiċjali ......................................
Data ...................................
