EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAS-SIRJA ġ L.S.123.59 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.59
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAS-SIRJA
16 ta’ Ottubru, 2000
L-Avviż Legali 246 ta’ l-2001.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Repubblika Għarbija tas-Sirja.
Arranġamenti 
jkollhom effett.
2. B’dan qiegħed jiġi dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-ordni saru mar-Repubblika Għarbija
tas-Sirja sabiex jagħtu ħelsien minn taxxa doppja dwar
it-taxxi li ġejjin imposti bil-liġijiet tar-Repubblika
Għarbija tas-Sirja: 
(i) it-taxxa fuq l-income fuq il-profitti kummerċjali,
industrijali u mhux kummerċjali;
(ii) it-taxxa fuq l-income fuq is-salarji u l-pagi;
(iii) it-taxxa fuq l-income fuq persuni mhux
residenti;
(iv) it-taxxa fuq l-income fuq dħul minn kapital
mobbli u immobbli; u
(v) surcharges imposti bħala percentwali tat-taxxi
fuq imsemmija jew f'kull għamla jew rata oħra;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arranġamenti għandu
jkollhom effett;
(ċ) illi l-Ftehim beda jseħħ fis-16 ta' Ottubru, 2000.
2 L.S.123.59 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAS-SIRJA
SKEDA
FTEHIM BEJN IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA
U R-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAS-SIRJA
DWAR ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
U L-PREVENZJONI TA’ EVAŻJONI FISKALI
DWAR TAXXI FUQ L-INCOME
Il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta u l-Gvern tar-Repubblika Għarbija tas-Sirja,
billi jixtiequ jagħmlu Ftehim dwar Ħelsien minn Taxxa Doppja u l-Prevenzjoni ta’
Evażjoni Fiskali dwar Taxxi fuq l-Income, ftehmu kif ġej:
Artikolu 1
GĦAN PERSONALI
Dan il-Ftehim għandu japplika għal persuni li jkunu residenti fi Stat
Kontraenti wieħed jew fit-tnejn li huma.
Artikolu 2
TAXXI KOPERTI
1. Dan il-ftehim għandu japplika għat-taxxi fuq l-income imposti f’isem Stat
Kontraenti jew l-awtoritajiet lokali tiegħu, irrispettivament mill-mod kif dawn
jinġabru.
2. Għandhom jitqiesu bħala taxxi fuq l-income it-taxxi kollha  imposti fuq l-
income totali, jew fuq elementi ta’ income, inklużi taxxi fuq dħul mill-bejgħ ta’
proprjetà  mobbli jew immobbli, taxxi fuq l-ammonti totali ta’ pagi jew salarji
mħallsa minn principali kif ukoll taxxi fuq l-apprezzament kapitali.
3. It-taxxi eżistenti li għalihom japplika dan il-Ftehim huma b’mod partikolari:
(a) f’Malta:
it-taxxa fuq l-income;
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa ''it-taxxa ta’ Malta'');
(b) fis-Sirja:
it-taxxa fuq l-income fuq il-profitti kummerċjali, industrijali u mhux
kummerċjali;
it-taxxa fuq l-income fuq is-salarji u l-pagi;
it-taxxa fuq l-income fuq persuni mhux residenti;
it-taxxa fuq l-income fuq dħul minn kapital mobbli u immobbli;
surcharges imposti bħala perċentwali tat-taxxi fuq imsemmija jew
f’kull għamla jew rata oħra;
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa ''it-taxxa tas-Sirja'').
4. Il-Ftehim għandu japplika wkoll għal kull taxxa identika jew sostanzjalment
simili li jiġu imposti  wara d-data meta jiġi ffirmat il-Ftehim b’żieda ma’, jew
minflok, it-taxxi eżistenti.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti
għandhom jgħarrfu lil xulxin b'kull tibdil sostanzjali li jkun sar fil-liġijiet rispettivi
tagħhom dwar it-taxxa.
Artikolu 3
TIFSIRIET ĠENERALI
1. Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAS-SIRJA ġ L.S.123.59 3
teħtieġx xort’oħra:
(a) il-frażijiet ''Stat Kontraenti'' u ''l-Istat Kontraenti l-ieħor'' ifissru Malta
jew is-Sirja, skond ir-rabta tal-kliem;
(b) il-frażi ''Malta'' tfisser ir-Repubblika ta’ Malta u, meta użata f’sens
ġeografiku, tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-Gżira ta’ Għawdex u l-gżejjer l-
oħra ta’ l-arċipelagu Malti, inklużi l-ibħra territorjali tagħhom, u kull
area ’l barra mill-ibħra territorjali  ta’ Malta li ġiet jew tista’ minn issa
’l quddiem tiġi msemmija, skond il-liġi internazzjonali u taħt il-liġi ta’
Malta li tirrigwarda l-blata kontinentali, bħala area li ġewwa fiha d-
drittijiet ta’ Malta għar-rigward ta’ qiegħ il-baħar u s-sottoswol u r-
riżorsi naturali tagħhom jistgħu jiġu eżerċitati;
(ċ) il-frażi ''Sirja'' tfisser, fis-sens ġeografiku tagħha, it-territorju tar-
Repubblika Għarbija tas-Sirja, inklużi l-ibħra territorjali tagħha, l-
ispazju ta’ l-ajru tagħha, il-blata kontinentali, s-sottoswol u kull area
oħra ’l barra mill-ibħra territorjali tas-Sirja li fihom, skond id-dritt
internazzjonali, s-Sirja teserċita drittijiet sovrani għall-fini ta’ l-
estrazzjoni u l-esplorazzjoni  tar-riżorsi naturali, vitali u minerarji u kull
dritt ieħor fuq qiegħ il-baħar u s-sottoswol tiegħu u l-ibħra sovrajaċenti;
(d) il-frażi ''persuna'' tinkludi individwu, kumpannija u kull korp ta’
persuni;
(e) il-frażi ''ċittadin'' tfisser:
(i) individwu li jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Kontraenti;
(ii) persuna legali, soċjetà  jew assoċjazzjoni li tikseb l-istatus tagħha
bħala tali mil-liġijiet li jkunu jseħħu fi Stat Kontraenti;
(f) il-frażi ''kumpannija'' tfisser korp magħqud, jew enti li jkun trattat,
għall-iskopijiet ta’ taxxa, bħala korp magħqud;
(g) il-frażi ''impriża ta’ Stat Kontraenti'' u ''impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor'' ifissru rispettivament impriża ġestita minn residenti ta’ Stat
Kontraenti u impriża ġestita minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(h) il-frażi ''traffiku internazzjonali'' tfisser trasport li jsir b'bastiment jew
inġenji ta’ l-ajru mħaddma minn impriża ta’ Stat Kontraenti, ħlief meta
l-bastiment jew l-inġenji ta’ l-ajru jiġu unikament imħaddma bejn
postijiet fl-Istat Kontraenti l-ieħor;
(i) il-frażi ''awtorità  kompetenti'' tfisser:
(i) fil-każ ta’ Malta, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu;
(ii) fil-każ tas-Sirja, il-Ministru tal-Finanzi jew ir-rappreżentant
awtorizzat tiegħu.
2. Għar-rigward ta’ l-applikazzjoni tal-Ftehim minn Stat Kontraenti kull frażi
li ma tkunx imfissra fih għandu jkollha t-tifsir kif mogħti lilha taħt il-liġijiet tat-
taxxa ta’ dak l-Istat li l-Ftehim japplika għalihom, liema tifsir għandu jipprevalixxi
fuq it-tifsir provdut għal dik il-frażi f’fergħat oħra tal-liġi ta’ dak l-Istat.
Artikolu 4
RESIDENTI
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi ''residenti ta’ Stat Kontraenti'' tfisser
kull persuna li, taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat, hija suġġetta għat-taxxa hemmhekk
minħabba d-domiċilju, r-residenza, post tal-maniġġ jew xi kriterju ieħor ta’ xorta
simili.  Iżda din il-frażi m’għandhiex tinkludi lil xi persuna li tkun suġġetta għat-
4 L.S.123.59 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAS-SIRJA
taxxa f’dak l-Istat għar-rigward biss ta’ income minn għejjun f’dak l-Istat.
2. Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 individwu jkun residenti
taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-istatus tiegħu għandu jiġi stabbilit kif ġej:
(a) huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li fih ikollu dar
permanenti għad-disposizzjoni tiegħu; jekk huwa jkollu dar permanenti
għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati, huwa għandu jitqies li huwa
residenti ta’ l-Istat li miegħu r-relazzjonijiet personali u ekonomiċi
tiegħu ikunu l-aktar marbuta (ċentru ta’ interessi vitali);
(b) jekk l-Istat li fih huwa jkollu ċ-ċentru ta’ interessi vitali ma jistax jiġi
determinat, jew jekk huwa ma jkollux għad-disposizzjoni tiegħu dar
permanenti f’ebda Stat, huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li
fih soltu jirrisjedi;
(ċ) jekk huwa soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati jew f’ebda wieħed minnhom,
huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti li jkun
ċittadin tiegħu;
(d) jekk huwa jkun ċittadin taż-żewġ Stati jew ta’ l-ebda wieħed minnhom,
l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jiddeċiedu l-
każ bi ftehim bejniethom.
3. Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, din għandha għaldaqstant titqies
bħala residenti ta’ l-Istat fejn ikun jinsab il-post effettiv tal-maniġġ tagħha.
Artikolu 5
STABBILIMENT PERMANENTI
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi ''stabbiliment permanenti'' tfisser
post tan-negozju fiss li minnu jitmexxa għalkollox jew f’parti minnu x-xogħol ta’
impriża.
2. Il-frażi ''stabbiliment permanenti'' tinkludi b'mod speċjali:
(a) post ta’ maniġġ;
(b) fergħa;
(ċ) uffiċċju;
(d) fabbrika;
(e) ħanut tax-xogħol;
(f) minjiera, bir taż-żejt jew tal-gass, barriera jew kull post ieħor ta’
estrazzjoni ta’ riżorsi naturali inkluż sit ta’ offshore drilling; u
(g) postijiet li jintużaw bħala ħwienet.
3. Art li tkun qegħda tinbena jew kostruzzjoni jew proġett ta’ assemblaġġ
jikkostitwixxu stabbiliment permanenti biss jekk idumu għal aktar minn sitt xhur.
4. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frażi
''stabbiliment permanenti'' għandha titqies li ma tinkludix:
(a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop uniku ta’ ħażna jew ta’ wiri ta’ oġġetti
jew merkanzija li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża;
(b) il-manutenzjoni ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’
l-impriża għall-iskop uniku ta’ ħażna jew ta’ wiri;
(ċ) il-manutenzjoni ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’
l-impriża għall-iskop uniku ta’ proċessar minn impriża oħra;
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAS-SIRJA ġ L.S.123.59 5
(d) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku ta’ xiri ta’
oġġetti jew merkanzija jew ta’ ġbir ta’ tagħrif għall-impriża;
(e) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku li tiġi ġestita,
għall-impriża, xi attività  oħra ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja;
(f) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku  ta’ xi
kombinazzjoni ta’ attivitajiet imsemmija fis-subparagrafi (a) sa (e),
kemm-il darba l-attività  kollha tal-post tan-negozju fiss li tirriżulta
minn din il-kombinazzjoni tkun waħda ta’ xorta preparatorja jew
awżiljari.
5. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, meta persuna - li ma tkunx
aġent bi status indipendenti li għalih japplika l-paragrafu 6 - tkun qed taġixxi u
jkollha, u tkun soltu teżerċita, fi Stat Kontraenti awtorità  biex tagħmel kuntratti
f’isem l-impriża, dik l-impriża għandha titqies li jkollha stabbiliment permanenti
f’dak l-Istat għar-rigward ta’ kull attività  li dik il-persuna tagħmel għal dik l-
impriża, kemm-il darba l-attivitajiet ta’ dik il-persuna ma jkunux limitati għal dawk
imsemmija fil-paragrafu 4 li, jekk jiġu eżerċitati minn ġo post tan-negozju fiss, ma
jirrendux dan il-post ta’ negozju fiss bħala stabbiliment permanenti taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dak il-paragrafu.
6. Impriża ta’ Stat Kontraenti ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment
permanenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor biss minħabba li tkun tiġġestixxi negozju f’dak
l-Istat l-ieħor permezz ta’ sensal, aġent b’kummissjoni ġenerali jew kull aġent ieħor
bi status indipendenti, sakemm dawk il-persuni jkunu qed jaġixxu fil-kors ordinarju
tan-negozju tagħhom. Madankollu, meta l-attivitajiet ta’ aġent bħal dak ikunu
għalkollox, jew kważi, dedikati f’isem dik l-impriża, huwa ma jitqiesx li jkun aġent
bi status indipendenti fis-sens mogħti b’dan il-paragrafu. 
7. Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tkun tikkontrolla
jew tkun ikkontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor, jew li tkun tiġġestixxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta'
stabbiliment permanenti sew xort’oħra), m’għandux fih innifsu jikkostitwixxi lil xi
kumpannija waħda jew l-oħra stabbiliment permanenti tal-kumpannija l-oħra.
Artikolu 6
INCOME MINN PROPRJETÀ  IMMOBBLI
1. Income minn proprjetà  immobbli (inkluż income mill-agrikoltura jew ħidma
fil-boskijiet) jista’ jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn tkun tinsab dik il-proprjetà
immobbli.
2. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi ''proprjetà  immobbli'' għandu jkollha
t-tifsira li għandha taħt il-liġi ta’ l-Istat Kontraenti li fih tkun tinsab il-proprjetà
involuta;  il-frażi għandha f’kull każ tinkludi proprjetà  aċċessorja għal proprjetà
immobbli, bhejjem f’razzett u tagħmir li jintuża fl-agrikoltura u fil-ħidma fil-
boskijiet, drittijiet li għalihom japplikaw id-disposizzjonijiet tal-liġi ġenerali dwar
il-proprjetà  ta' l-art, l-użufrutt tal-proprjetà  immobbli u drittijiet dwar ħlasijiet
varjabbli jew fissi bħala korrispettiv għal ħidma fi, jew id-dritt li jinħadmu, jew
għall-esplorazzjoni ta’, depożiti minerali, għejjun u riżorsi oħra naturali;  bastimenti,
opri tal-baħar u inġenji ta’ l-ajru ma għandhomx jitqiesu bħala proprjetà  immobbli.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom ikunu japplikaw għal income
li jinkiseb mill-użu dirett, kiri, jew użu ta’ kull xorta ta’ proprjetà  immobbli.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-
income minn proprjetà  immobbli ta’ impriża u għal income minn proprjetà  immobbli
użata għall-għemil ta’ servizzi personali indipendenti.
6 L.S.123.59 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAS-SIRJA
5. Meta persuna jkollha ishma jew xi drittijiet oħra f’xi kumpannija, trust jew
istituzzjoni paragunabbli u bis-saħħa ta’ dan tkun intitolata li tgawdi proprjetà
immobbli li tkun tinsab fi Stat Kontraenti u li tinżamm minn dik il-kumpannija, trust
jew istituzzjoni paragunabbli, l-income mill-użu dirett, kiri jew użu f’xi għamla oħra
ta’ dak id-dritt ta’ tgawdija minn dik il-persuna jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat
minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7 u 14.
Artikolu 7
PROFITTI MINN NEGOZJU
1. Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti għandhom ikunu biss taxxabbli
f’dak l-Istat kemm-il darba l-impriża ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk. Jekk l-impriża tkun
qegħda tmexxi negozju kif hawn aktar qabel imsemmi, il-profitti ta’ l-impriża
jistgħu jiġu intaxxati fl-Istat Kontraenti l-ieħor iżda biss għal dik il-parti minnhom
daqskemm tkun attribwibbli għal dak l-istabbiliment permanenti.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3, meta impriża ta’ Stat
Kontraenti tkun tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qiegħed hemmhekk, għandhom f’kull Stat Kontraenti jiġu
attribwiti lil dak l-istabbiliment permanenti il-profitti li kien ikun mistenni jagħmel
kieku kien impriża distinta u separata li taħdem fl-istess attivitajiet jew oħrajn
bħalhom taħt l-istess kundizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem
indipendentement għalkollox mill-impriża li tagħha tkun stabbiliment permanenti
jew ma’ impriżi assocjati oħra li tkun tittratta magħhom.
3. Sabiex jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, għandhom ikunu
permessi bħala tnaqqis dawk l-ispejjeż li jsiru għall-għanijiet ta’ l-istabbiliment
permanenti, inklużi l-ispejjeż eżekuttivi u amministrattivi ġenerali li jkunu saru, sew
fl-Istat li fih ikun hemm l-istabbiliment permanenti sew band’oħra. 
4. Sakemm tkun il-konswetudni fi Stat Kontraenti li jistabbilixxi l-profitti li
għandhom jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti minħabba fi tqassim tal-profitti
totali ta’ l-impriża lill-partijiet diversi tagħha, ebda ħaġa fil-paragrafu 2 ma għandha
tipprekludi lil dak l-Istat Kontraenti milli jistabbilixxi l-profitti li għandhom jiġu
intaxxati b’dak it-tqassim skond ma jista’ jkun konswetudinarju;  il-metodu ta’
tqassim li jiġi adottat għandu, madankollu, jsir hekk li r-riżultat għandu jkun skond
il-prinċipji li jinsabu f’dan l-Artikolu.
5. Ebda profitti ma għandhom jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti
minħabba biss f’li jsir ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew
merkanzija għall-impriża.
6. Għall-għanijiet tal-paragrafi preċedenti ta’ dan l-Artikolu, l-profitti li
għandhom jiġu attribwiti lill-istabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-
istess metodu sena wara l-oħra kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u
suffiċjenti biex dan ma jsirx.
7. Meta l-profitti jkunu jinkludu oġġetti ta’ income  li qegħdin jiġu trattati
separatament fl-Artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, għaldaqshekk id-disposizzjonijiet ta’
dawk l-Artikoli ma jintlaqtux bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
8. Id-disposizzjonijiet ta’ dan  l-Artikolu  ma għandhomx jolqtu d-
disposizzjonijiet tal-liġi ta’ l-Istat Kontraenti dwar l-intaxxar ta’ profitti mill-
kummerċ ta’ l-assigurazzjoni.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAS-SIRJA ġ L.S.123.59 7
Artikolu 8
TBAĦĦIR U TRASPORT BL-AJRU
1. Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti mit-tħaddim ta’ bastimenti jew
inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-
Istat.  Dawk il-profitti għandhom jinkludu profitti li jinkisbu mill-impriża minn
attivitajiet oħra, u partikolarment mill-użu, manutenzjoni jew kiri ta’ containers li
jintużaw fit-trasport ta’ oġġetti jew merkanzija fit-traffiku internazzjonali, sakemm
dawk l-attivitajiet ikunu incidentali għat-tħaddim ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru
fit-traffiku internazzjonali mill-impriża.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom ukoll japplikaw għal profitti
mill-parteċipazzjoni f’pool, negozju bi sħab jew aġenzija b’operat internazzjonali.
3. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma jinkludux profitti li impriża ta’
Stat Kontraenti tagħmel bil-ħlas ta’ kummissjonijiet fuq il-bejgħ li jsir, fl-Istat
Kontraenti l-ieħor, ta’ biljetti ta’ l-ivvjaġġar bl-ajru u l-baħar li jkunu jappartjenu lil
impriżi oħra.
Artikolu 9
IMPRIŻI ASSOĊJATI
1. Meta:
(a) impriża ta’ Stat Kontraenti tipparteċipa sew direttament sew
indirettament fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor, jew 
(b) l-istess persuni jipparteċipaw sew direttament sew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti u ta’
impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor,
u f’kull każ isiru jew jiġu imposti kondizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji tagħhom li ma jkunux jaqblu ma’ dawk li
kieku kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f’dak il-każ il-profitti li, kieku
ma kienux dawk il-kondizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-impriżi, iżda,
minħabba dawk il-kondizzjonijiet, ma ġewx hekk akkumulati, jistgħu jiġu inklużi
fil-profitti ta’ dik l-impriża u intaxxati skond hekk.
2. Meta Stat Kontraenti ikun jinkludi fil-profitti ta’ impriża ta’ dak l-Istat - u
skond hekk jintaxxa - profitti li fuqhom impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor ġiet
intaxxata f’dak l-Istat l-ieħor u l-profitti hekk inklużi jkunu profitti li kienu
jinqalgħu mill-impriża ta’ l-ewwel Stat li kieku l-kondizzjonijiet magħmula bejn iż-
żewġ impriżi kienu dawk li kienu jsiru bejn żewġ impriżi indipendenti,
għaldaqshekk dak l-Istat l-ieħor jista’ jagħmel it-tibdil li jmiss fl-ammont tat-taxxa
imposta hemmhekk fuq dawk il-profitti jekk dak l-Istat l-ieħor ikun iqis it-tibdil
ġustifikat.  Biex jiġi stabbilit it-tibdil, għandhom jitqiesu kif dovut id-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati
Kontraenti għandhom jekk ikun hekk meħtieġ jikkonsultaw lil xulxin.
Artikolu 10
DIVIDENDI
1. Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor tista’ tiġi intaxxata f’dak l-Istat.
2. Dividendi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu ukoll jiġu intaxxati fl-Istat
Kontraenti li tiegħu l-kumpannija li tkun tħallas id-dividendi tkun residenti u skond
il-liġijiet ta’ dak l-Istat.  Madankollu, it-taxxa totali ta’ Malta jew tas-Sirja fuq il-
8 L.S.123.59 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAS-SIRJA
profitti ta’ kumpannija u d-dividendi mqassma minn dik il-kumpannija, skond il-każ,
m’għandhiex teċċedi l-massimu tat-taxxa li titħallas fuq il-profitti tal-kumpannija li
minnhom jitħallsu d-dividendi.
3. Il-frażi ''dividendi'' kif din tintuża f’dan l-Artikolu tfisser income minn kull
għamla ta’ ishma, jew drittijiet oħra, li ma jkunux pretensjonijiet ta’ debitu, il-
parteċipazzjoni fi profitti, kif ukoll income minn drittijiet korporattivi li jingħata l-
istess trattament fl-intaxxar bħallikieku kien income minn ishma skond il-liġijiet ta’
l-Istat li tiegħu l-kumpannija li tkun qed tagħmel it-tqassim tkun residenti.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-
Istat Kontraenti l-ieħor li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-dividendi,
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li jkun jagħmel
f’dak l-Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn bażi stabbilita sitwata
hemmhekk, u l-holding li dwarhom id-dividendi jkunu mħallsa jkollu x’jaqsam
effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilita.  F’dak il-każ
għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond
il-każ.
5. Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpannija, ħlief daqskemm dawk id-dividendi
jitħallsu lil residenti ta’ dak l-Istat l-ieħor jew daqskemm il-holding li dwaru
jitħallsu d-dividendi jkun effettivament konness ma’ dak l-istabbiliment permanenti
jew bażi stabbilita sitwati f’dak Istat l-ieħor, lanqas jissuġġetta l-profitti mhux
imqassma tal-kumpannija għal taxxa fuq il-profitti mhux imqassma tal-kumpannija,
ukoll jekk id-dividendi mħallsa jew il-profitti mhux imqassma jkunu kollha kemm
huma jew f’parti minnhom jikkonsistu fi profitti jew income li jinqalgħu f’dak l-Istat
l-ieħor.
Artikolu 11
MGĦAX 
1. Mgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u jitħallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandu jkun taxxabbli biss f’dak Istat l-ieħor.
2. Madankollu, dak l-imgħax jista’ wkoll jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn
joriġina u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda, jekk is-sid benefiċjarju ta’ l-imgħax
ikun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor it-taxxa hekk mħallsa m’għandhiex
taqbeż 10 fil-mija ta’ l-ammont gross ta’ l-imgħax.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2, kull mgħax bħal dak imsemmi
fil-paragrafu 1 għandu jkun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li min jirċevih ikun
residenti fih, jekk is-sid beneficjarju ta’ l-imgħax ikun resident ta’ dak l-Istat, u jekk
titwettaq xi waħda minn dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) min jirċevih ikun Stat Kontraenti, jew xi awtorità  lokali tiegħu, jew
korp statutorju ta’ l-wieħed jew l-oħra, inkluż il-bank ċentrali ta’ dak l-
Istat;  jew dak l-imgħax jitħallas minn Stat Kontraenti, jew mill-
awtoritajiet lokali tiegħu, jew minn korp statutorju ta’ l-wieħed jew l-
oħrajn;  jew
(b) dak l-imgħax jitħallas għar-rigward ta’ xi pretensjoni ta'’debitu jew self
li jkun garantit, assigurat jew appoġġat minn Stat Kontraenti jew minn
xi persuna oħra li taġixxi f’isem Stat Kontraenti.
4. Il-frażi ''mgħax'' kif din tintuża f’dan l-Artikolu tfisser income minn
pretensjonijiet ta’ debitu ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le u sew jekk
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAS-SIRJA ġ L.S.123.59 9
jagħti  xi jedd għal sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b’mod partikolari,
income minn titoli tal-gvern u income minn bonds jew debentures, inklużi premiums
u premjijiet marbutin ma’ titoli, bonds jew debentures simili. Il-penalitajiet għal ħlas
tardiv m’għandhomx jitqiesu bħala mgħax għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu.
5. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju ta’ l-imgħax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih jinqala’ l-imgħax, permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jew jagħmel servizzi personali indipendenti f’dak
Istat l-ieħor minn bażi stabbilita sitwata hemmhekk, u l-pretensjoni ta’ debitu li
dwarha jitħallas l-imgħax tkun effettivament konnessa ma’ dak l-istabbiliment
permanenti jew bażi stabbilita. F’każ bħal dak għandhom japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ.
6. L-imgħax għandu jitqies li joriġina fi Stat Kontraenti meta l-persuna li tkun
qed tħallas l-imgħax, sew jekk tkun residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, jkollha
fi Stat Kontraenti stabbiliment permanenti jew bażi fissa li f’konnessjoni magħhom
kien sar id-dejn li fuqu jitħallas l-imgħax u dak l-imgħax jiġġarrab, minn dak l-
istabbiliment jew bażi fissa.
7. Meta, minħabba f’relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
jew bejn it-tnejn li huma u xi persuna oħra, l-ammont ta’ l-imgħax, wara li titqies xi
tkun il-pretensjoni ta’ debitu li dwarha jitħallas, ikun iżjed mill-ammont li kien ikun
miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu japplikaw biss għall-ammont l-
aħħar imsemmi.  F’każ bħal dak, il-parti żejda tal-ħlasijiet tibqa’ taxxabbli skond il-
liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, fil-qies tad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 12
ROYALTIES
1. Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati biss f’dak Istat l-ieħor.
2. Madankollu, dawk ir-royalties jistgħu wkoll jiġu intaxxati fl-Istat
Kontraenti fejn joriġinaw u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, imma t-taxxa hekk
mħallsa m’għandhiex teċċedi 18 fil-mija ta’ l-ammont gross tar-royalties imsemmi
fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti
għandhom bi ftehim reciproku jiffissaw il-mod kif japplikaw dawn il-
limitazzjonijiet.
3. Il-frażi ''royalties'' kif din tintuża f’dan l-Artikolu tfisser ħlasijiet ta’ kull
xorta li jsiru b’korrispettiv għall-użu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu, ta’ kull dritt ta’ l-
awtur ta’ xogħol litterarju, artistiku jew xjentifiku inklużi films ċinematografiċi, jew
tapes għax-xandir bit-televiżjoni jew bir-radju, kull privattiva, trade mark, disinn
jew mudell, pjan, jew tagħmir industrijali jew xjentifiku, jew għal informazzjoni
dwar konoxxenza industrijali jew xjentifika.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tar-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih ir-royalties jinqalgħu, permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun jagħmel servizzi personali
indipendenti f’dak l-Istat l-ieħor minn bażi stabbilita sitwata hemmhekk, u d-dritt
jew il-proprjetà  li dwarhom jitħallsu r-royalties ikunu effettivament konnessi ma’
dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilita.  F’dak il-każ għandhom
japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 14, skond il-każ.
5. Ir-royalties jitqiesu li joriġinaw fi Stat Kontraenti meta min iħallas ikun dak
l-Istat Kontraenti nnifsu, awtorità  lokali jew residenti ta’ dak l-Istat Kontraenti.
10 L.S.123.59 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAS-SIRJA
Meta, madankollu, l-persuna li tkun qed tħallas ir-royalties, sew jekk tkun residenti
ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, ikollha fi Stat Kontraenti stabbiliment permanenti
jew bażi fissa li f’konnessjoni magħhom kienet saret l-obbligazzjoni li fuqu jitħallsu
r-royalties u dawk ir-royalties jiġġarbu minn dak l-istabbiliment jew bażi fissa,
għaldaqstant dawk ir-royalties għandhom jitqiesu li joriġinaw fl-Istat Kontraenti fejn
ikunu jinsabu l-istabbiliment permanenti jew il-bażi fissa.
6. Meta, minħabba r-relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
jew bejniethom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties, fil-qies ta’ x’ikun
l-użu, id-dritt jew l-informazzjoni li jitħallsu għalihom, ikun iżjed mill-ammont li
kien ikun miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-
relazzjoni, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-
ammont l-aħħar imsemmi.  F’dak il-każ, il-parti żejda tal-ħlasijiet għandha tibqa’
taxxabbli skond il-liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, wara li jitqiesu d-disposizzjonijiet
l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 13
QLIGĦ KAPITALI
1. Qligħ li jinkiseb mit-trasferiment ta’ proprjetà  immobbli jista’ jiġi intaxxat
fl-Istat Kontraenti fejn tkun tinsab dik il-proprjetà  immobbli.
2. Qligħ mit-trasferiment ta’ ishma jew interessi paragunabbli f’kumpannija li
l-attiv ikun għalkollox jew prinċipalment jikkonsisti fi proprjetà  immobbli, jista’ jiġi
intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn ikun jinsab l-attiv jew l-attiv principali tal-
kumpannija.
3. Qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tagħmel parti mill-proprjetà
tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti jkollha fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jew ta’ proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni għal bażi stabbilita
disponibbli għal residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor bil-għan li
jitwettqu servizzi personali indipendenti, inkluż dak il-qligħ mit-trasferiment ta’ dak
l-istabbiliment permanenti (waħdu jew flimkien ma’ l-impriża kollha) jew ta’ dik il-
bażi stabbilita, jista’ jiġi intaxxat f’dak Istat l-ieħor.
4. Qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  immobbli li tkun tagħmel parti mill-
proprjetà  kummercjali ta’ intrapriża ta’ Stat Kontraenti u li tkun tikkonsisti
f’bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru operati fi traffiku internazzjonali jew proprjetà
mobbli li tkun tappartjeni għall-operat ta’ dawk il-bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru
għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat Kontraenti.
5. Qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  li ma tkunx dik imsemmija fil-paragrafi
1, 2, 3 u 4 għandu jkun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li tiegħu ikun residenti min
jittrasferixxi.
Artikolu 14
SERVIZZI PERSONALI INDIPENDENTI
1. Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti għal servizzi
professjonali jew attivitajiet oħra ta’ xorta indipendenti għandu jkun intaxxat biss
f’dak l-Istat.  Madankollu, dak l-income jista’ jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor
f’dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) jekk ikollu bażi stabbilita regolarment disponibbli għalih fl-Istat
Kontraenti l-ieħor bil-għan li jwettaq l-attivitajiet tiegħu; f’dak il-każ hi
biss dik il-parti mill-income tiegħu daqskemm tkun attribwibbli lil dik
il-bażi stabbilita li tista’ tiġi intaxxata f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(b) jekk il-qagħda tiegħu fl-Istat Kontraenti l-ieħor tkun għal perjodu jew
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAS-SIRJA ġ L.S.123.59 11
għal perjodi li fit-total ikunu jaqbżu l-183 ġurnata f’perjodu ta’ tnax-il
xahar li jibda għaddej jew itemm fis-sena fiskali involuta; f’dak il-każ
hi biss dik il-parti mill-income tiegħu daqskemm tinkiseb mill-attività
tiegħu eserċitata fl-Istat Kontraenti l-ieħor li tista’ tiġi intaxxata f’dak l-
Istat l-ieħor.
2. Il-frażi ''servizzi professjonali'' tinkludi attivitajiet letterarji, artistiċi,
edukattivi jew ta’ tagħlim li huma speċjalment indipendenti kif ukoll l-attivitajiet
indipendenti  ta’ tobba, avukati, inġiniera, periti u accountants.
Artikolu 15
SERVIZZI PERSONALI DIPENDENTI
1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 16, 18 u 19, is-salarji, il-pagi
u kumpens ieħor bħal dawk li jinkisbu minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar xi
impieg għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jiġix
eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk eżerċitat, dak il-kumpens
li jinkiseb minnu jista’ jiġi intaxxat f’dak Istat l-ieħor.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor għandu
jkun taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk iseħħu dawn il-kondizzjonijiet
kollha:
(a) min jirċevih ikun preżenti fl-Istat l-ieħor għal perjodu jew perjodi li ma
jaqbżux it-total ta’ 183 ġurnata f’perjodu ta’ 12-il xahar li jibda għaddej
jew itemm fis-sena kalendarja involuta;
(b) il-kumpens jitħallas minn, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx residenti ta’
l-Istat l-ieħor; u
(ċ) il-kumpens ma jkunx piż fuq l-istabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li l-prinċipal ikollu fl-Istat l-ieħor.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet preċedenti ta’ dan l-Artikolu, il-kumpens li
jinkiseb dwar impieg eżerċitat abbord bastiment jew inġenji ta’ l-ajru operati fi
traffiku internazzjonali minn impriża ta’ Stat Kontraenti jista’ jiġi intaxxat f’dak l-
Istat.
Artikolu 16
DRITTIJIET TAD-DIRETTURI
Id-drittijiet tad-diretturi u ħlasijiet simili oħra li jinkisbu minn residenti ta’
Stat Kontraenti fil-kapaċità  tiegħu ta’ membru tal-bord ta’ diretturi ta’ kumpannija li
tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
Artikolu 17
ARTISTI U SPORTIVI
1. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 14 u 15, income li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti bħala uħud li jagħtu spettaklu, bħal artisti tat-teatru, tal-
films ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni, jew bħala mużiċista, jew bħala
sportiv, mill-attivitajiet personali tiegħu bħala tali li jiġu eżerċitati fl-Istat
Kontraenti l-ieħor, jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Meta income dwar attivitajiet personali eżerċitati minn min jagħti spettaklu
jew sportiv fil-kapaċità  tiegħu bħala tali jinġabar mhux minn min jagħti spettaklu
jew l-isportiv innifsu iżda minn xi persuna oħra, sew jekk residenti ta’ Stat
Kontraenti sew jekk le, dak l-income jista’, minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli
7, 14 u 15, jiġi intaxxat fl-Istat Stat Kontraenti li fih l-attivitajiet ta’ min jagħti
12 L.S.123.59 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAS-SIRJA
spettaklu jew ta’ l-isportiv jiġu eżerċitati.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, income miksub minn
residenti ta’ Stat Kontraenti bħala artist jew sportiv mill-attivitajiet personali li bħala
tali jeżerċita fl-Istat Kontraenti l-ieħor għandu jkun intaxxat biss fl-Istat l-ewwel
imsemmi jekk dawk l-attivitajiet fl-Istat l-ieħor jkunu principalment sostnuti minn
fondi pubblici ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi jew ta’ l-awtoritajiet lokali tiegħu.
Artikolu 18
PENSJONIJIET
1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 19,
pensjonijiet u kumpens ieħor simili li jitħallsu lil residenti ta’ Stat Kontraenti
minħabba f’xi impieg imgħoddi għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, pensjonijiet u ħlasijiet oħra taħt
il-leġislazzjoni tas-sigurtà  socjali ta' Stat Kontraenti għandhom ikun intaxxati biss
f’dak l-Istat.
3. Ebda ħaġa li tinsab fil-paragrafi 1 u 2 m’għandha taffettwa d-
disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Stat Kontraenti li jirrigwardaw l-eżenzjoni ta’
pensjonijiet mit-taxxa.
Artikolu 19
SERVIZZ TAL-GVERN
1. (a) Kull salarju, paga u rimunerazzjoni simili, minbarra pensjoni, mħallsa
minn Stat Kontraenti jew minn awtorità  lokali tiegħu lil individwu għar-
rigward ta’ servizzi mogħtijin lil dak l-Istat jew awtorità  għandhom
ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
(b) Madankollu, kull salarju, paga u rimunerazzjoni simili għandhom ikunu
taxxabbli biss f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor jekk is-servizzi jingħataw
f’dak l-Istat u l-individwu jkun residenti f’dak l-Istat li:
(i) huwa jkun ċittadin ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat unikament sabiex jaqdi dawk
is-servizzi.
2. (a) Kull pensjoni mħallsa minn, jew li toħroġ minn fond maħluq minn, Stat
Kontraenti jew minn awtorità  lokali tiegħu lil individwu għar-rigward
ta’ servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew awtorità  għandhom ikunu
taxxabbli biss f’dak l-Istat.
(b) Madankollu, dik il-pensjoni għandha tkun taxxabbli biss fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jekk l-individwu jkun residenti ta’, u ċittadin ta’, dak
l-Istat.
3. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15, 16 u 18 għandhom japplikaw għal kull
salarju, paga u rimunerazzjoni simili u għal pensjonijiet, għar-rigward ta’ servizzi
mogħtijin f’dak li għandu x’jaqsam ma’ negozju li jkun ġestit minn Stat Kontraenti
jew minn awtorità  lokali tiegħu.
4. Ebda ħaġa li tinsab fil-paragrafu 2 m’għandha taffettwa d-disposizzjonijiet
tal-liġi ta’ Stat Kontraenti li jirrigwardaw l-eżenzjoni ta’ pensjonijiet mit-taxxa.
Artikolu 20
STUDENTI 
Kull ħlas li student jew apprendist fil-kummerċ li jkun jew kien minnufih
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAS-SIRJA ġ L.S.123.59 13
qabel ma jżur Stat Kontraenti residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor u li jkun preżenti
fl-ewwel imsemmi Stat unikament għall-għan ta’ l-edukazzjoni jew it-taħriġ tiegħu
jirċievi għall-fini ta’ mantniment, l-edukazzjoni jew it-taħriġ tiegħu ma jkunx
taxxabbli f’dak l-Istat, sakemm dawk il-ħlasijiet joriġinaw minn għejjun li ma
jkunux f’dak l-Istat.
Artikolu 21
INCOME IEĦOR
1. Elementi ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jinqalgħu minn fejn
jinqalgħu, li ma jkunux ittrattati fl-Artikoli ta’ hawn aktar qabel ta’ dan il-Ftehim
għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal income, li
ma jkunx income minn proprjetà  immobbli kif imfisser fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu
6, jekk min jirċievi dak l-income, għax ikun residenti ta’ Stat Kontraenti, jiġġestixxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun jinsab
f’dak l-Istat, jew iwettaq f’dak Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn bażi
stabbilita li tkun tinsab hemmhekk u d-dritt jew il-proprjetà  li dwarhom jitħallas l-
income jkun effettivament konness ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi
fissa.  F’dak il-każ għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’
l-Artikolu 14, skond il-każ.
Artiklu 22
ELIMINAZZJONI TA’ TASSAZZJONI DOPPJA
1. Meta residenti ta’ Stat Kontraenti jikseb income li, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, jista’ jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor,
għaldaqstant l-ewwel Stat Kontraenti għandu jippermetti bħala tnaqqis mit-taxxa fuq
l-income ta’ dak ir-residenti ammont li jkun daqs it-taxxa fuq l-income imħallsa fl-
Istat Kontraenti l-ieħor; dak it-tnaqqis m’għandux, madankollu, jecċedi dik il-parti
mit-taxxa fuq l-income, kif din tinħadem qabel ma jingħata t-tnaqqis, kif attribwibbli
għall-income li jista’ jkun intaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor.
2. Meta, skond xi disposizzjoni ta’ dan il-Ftehim, l-income li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti jkun eżenti mit-taxxa f’dak l-Istat, dak l-Istat jista’
madankollu fil-kalkolu ta’ l-ammont ta’ taxxa fuq l-income li jifdal ta’ dak ir-
residenti, iqis l-income eżentat.
Artikolu 23
EBDA DISKRIMINAZZJONI
1. Iċ-ċittadini ta’ Stat Kontraenti ma għandhomx jiġu suġġetti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għal xi tassazzjoni jew għal xi ħtieġa li jkunu konnessi ma’ dan, li
tkun diversa jew ta’ iktar piż mit-tassazzjoni u ħtigiet konnessi li għalihom ċittadini
ta’ dak l-Istat l-ieħor fl-istess ċirkostanzi, b’mod partikolari għar-rigward ta’
residenza, huma jew jistgħu jkunu suġġetti. 
2. L-intaxxar ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti jkollha
fl-Istat Kontraenti l-ieħor ma għandux jinġabar inqas favorevolment f’dak Istat l-
ieħor mit-tassazzjoni miġbura fuq impriżi ta’ dak l-Istat l-ieħor li jkun qiegħed
iwettaq l-istess attivitajiet. Din id-disposizzjoni ma għandhiex tiftiehem bħala li
tobbliga lil Stat Kontraenti li jikkonċedi lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor xi
allowances, ħelsien u tnaqqis personali għall-għanijiet ta’ tassazzjoni minħabba fl-
istatus ċivili jew responsabbiltajiet familjari li tikkonċedi lir-residenti tagħha.
3. Ħlief fejn d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 9, il-paragrafu 7
ta’ l-Artikolu 11, jew il-paragrafu 6 ta’ l-Artikolu 12 japplikaw, mgħax, royalties u
14 L.S.123.59 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAS-SIRJA
ħlasijiet oħra li jitħallsu minn impriża ta’ Stat Kontraenti lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandhom, għall-għan li jiġu stabbilit x’inhuma l-profitti
taxxabbli ta’ dik l-impriża, jiġu mnaqqsa taħt l-istess kondizzjonijiet bħallikieku
kienu mħallsa lil residenti ta’ l-ewwel imsemmi Stat.
4. Impriżi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom ikun għalkollox jew f’parti
minnu proprjetà  jew taħt il-kontroll, sew dirett sew mhux dirett, minn residenti
wieħed jew iktar ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, ma jkunux suġġetti fl-Istat l-ewwel
imsemmi għal xi tassazzjoni jew ħtieġa konnessa ma’ dan li tkun xort’oħra jew ta’
iktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet konnessi li għalihom ikun jew jistgħu jkunu
suġġetti l-impriżi  ta’ l-ewwel imsemmi Stat.
Artikolu 24
PROĊEDURA GĦAL FTEHIM REĊIPROKU
1. Meta persuna jidhrilha li l-azzjonijiet ta’ xi wieħed jew taż-żewġ Stati
Kontraenti jirriżultawlu jew jistgħu jirriżultawlu f’tassazzjoni li ma tkunx skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, huwa jista’, irrispettivament mir-rimedji
pprovduti mil-liġi domestika ta’ dawk l-Istati, jippreżenta l-każ tiegħu quddiem l-
awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu huwa jkun residenti jew, jekk il-
każ tiegħu jkun jaqa’ taħt il-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 23, lil dik ta’ l-Istat
Kontraenti li tiegħu huwa jkun ċittadin. Il-każ għandu jiġi ppreżentat fi żmien tliet
snin minn l-ewwel avviż ta’ l-azzjoni li tirriżulta f’intaxxar li ma jkunx skond id-
disposizzjonijiet tal-Ftehim.
2. L-awtorità  kompetenti għandha tistħarreġ, jekk ikunx jidhrilha li l-
oġġezzjoni tkun ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal għal soluzzjoni
sodisfaċenti, li tirrisolvi l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità  kompetenti ta’ l-
Istat Kontraenti l-ieħor, bil-għan li tiġi evitata tassazzjoni li ma tkunx skond il-
Ftehim. Meta jintlaħaq ftehim dan għandu jiġi implimentat minkejja kull terminu ta’
żmien fil-liġi domestika ta’ l- Stati Kontraenti.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jistħarrġu kif
jirrisolvu permezz ta’ ftehim reċiproku kull diffikultà  jew dubbju li jista’ jitnissel
dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Dawn jistgħu wkoll
jikkonsultaw flimkien għall-eliminazzjoni ta’ tassazzjoni doppja f’dawk il-każijiet li
m’hemm xejn provdut dwarhom fil-Ftehim.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistgħu jikkomunikaw ma’
xulxin direttament bil-għan li jilħqu ftehim fis-sens tal-paragrafi preċedenti ta’ dan
l-Artikolu. Meta jkun jidher rakkomandabbli sabiex jintlaħaq ftehim li jkun hemm
skambju verbali ta’ opinjonijiet, dak l-iskambju jkun jista’ jsir permezz ta’
kummissjoni magħmula mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti.
5. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistgħu bi ftehim reċiproku
jaqblu dwar il-mod kif għandu japplika dan il-Ftehim.
Artikolu 25
SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jiskambjaw dik l-
informazzjoni li tista’ tkun meħtieġa għat-twettiq tad-disposizzjonijiet ta’ dan il-
Ftehim jew tal-liġijiet domestiċi ta’ l-Istati Kontraenti għar-rigward ta’ taxxi koperti
bil-Ftehim sakemm l-intaxxar li jsir taħthom ma jkunx kuntrarju għall-Ftehim.  L-
iskambju ta’ informazzjoni mhuwiex ristrett bl-Artikolu 1.  Kull informazzjoni li tiġi
riċevuta mill-Istat Kontraenti għandha tiġi ttrattata bħala waħda sigrieta bl-istess
mod bħall-informazzjoni miksuba taħt il-liġijiet domestiċi ta’ dak l-Istat u għandha
tiġi żvelata biss lil persuni jew awtoritajiet (inklużi qrati u korpi amministrattivi)
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAS-SIRJA ġ L.S.123.59 15
involuti fl-istima jew fil-ġbir ta’, l-infurzar jew prosekuzzjoni dwar, jew id-deċiżjoni
ta’ appelli dwar, it-taxxi koperti bil-Ftehim. Dawk il-persuni jew awtoritajiet
għandhom jużaw dik l-informazzjoni biss għal dawk l-għanijiet. Huma jistgħu
jiżvelaw l-informazzjoni fi proċeduri tal-qorti bil-miftuħ jew f’deċiżjonijiet
ġudizzjarji.
2. F’ebda każ ma għandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 jiftiehmu
bħala li jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
(a) li jwettaq miżuri amministrattivi li ma jkunux jaqblu mal-liġijiet u mal-
prattika amministrattiva ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(b) li jagħti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taħt il-liġijiet jew fil-
kors normali ta’ l-amministrazzjoni ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet ta’ sengħa, negozju, industrija,
kummerċ jew professjoni jew proċess tal-kummerċ, jew informazzjoni,
li meta tiġi żvelata din tkun tmur kontra l-ordni pubbliku (ordre public).
Artikolu 26
MEMBRI TA’ MISSJONIJIET DIPLOMATIĊI JEW KARIGI KONSULARI
Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġġi ta’ membri ta’
missjonijiet diplomatiċi jew karigi konsulari taħt ir-regoli ġenerali tad-dritt
internazzjonali jew taħt id-disposizzjonijiet ta’ kull ftehim speċjali.
Artikolu 27
BIDU FIS-SEĦĦ
1. L-Istati Kontraenti għandhom javżaw lil xulxin, permezz tal-kanali
diplomatiċi, meta jkunu seħħu l-ħtiġiet legali għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
Dan il-Ftehim għandu jibda jseħħ tletin jum wara d-data ta’ l-aħħar minn dawn l-
avviżi.
2. Id-disposizzjonijiet tal-Ftehim għandu jkollhom effett għar-rigward ta’ taxxi
fuq l-income miksub matul xi sena kalendarja jew żmien ta’ kontijiet, skond il-każ, li
jibda fi jew wara l-ewwel jum ta’ Jannar li jiġi minnufih wara d-data meta l-Ftehim
jibda jseħħ.
Artikolu 28
TERMINAZZJONI
1. Dan il-Ftehim għandu jibqa’ jseħħ sakemm ma jiġix terminat minn Stat
Kontraenti.  Wara perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, Stat
Kontraenti il-wieħed jew l-ieħor jista jittermina l-Ftehim billi jagħti avviż bil-
miktub tat-terminazzjoni, permezz tal-kanali diplomatiċi, mill-inqas sitt xhur qabel
tmiem xi sena kalendarja.
2. F’dik iċ-ċirkostanza, l-Ftehim għandu jtemm milli jibqa’ jseħħ għar-rigward
ta’ taxxi fuq l-income miksub matul xi sena kalendarja jew żmien ta’ kontijiet, skond
il-każ, li jibda fi jew wara l-ewwel jum ta’ Jannar li jiġi minnufih wara d-data meta
jingħata l-avviż tat-terminazzjoni.
B'XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan,
iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGĦMUL f’Damasku, illum 22 ta’ Frar, 1999 fl-ilsien Ingliż.
Guido de Marco M. Khaled Al Mahayni
16 L.S.123.59 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA FUQ L-
INCOME MAR-REPUBBLIKA GĦARBIJA TAS-SIRJA
Viċi Prim Ministru Ministru tal-Finanzi
u Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin
Għall-Gvern  Għall-Gvern 
tar-Repubblika ta’ Malta tar-Repubblika Għarbija tas-Sirja
