INCOME MINN INVESTIMENT ġ L.S.123.60 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.60
REGOLAMENTI DWAR INCOME MINN 
INVESTIMENT
1 ta’ Jannar, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 51 ta’ l-2002, kif emendat bl-Avviż Legali 186 ta’ l-
2003.
Titolu.
Income minn Investiment.
Rendikont lill-
Kummissarju.
Emendat:
A.L. 186 ta’ l-
2003.
Kap. 123.
2. Kull min jagħmel ħlas ta’ income minn investiment
għandu, sa l-erbatax-il jum li jiġi wara l-aħħar tax-xahar li matulu
jkun għamel ħlasijiet ta’ income minn investiment, flimkien mar-
rimessa tat-taxxa mnaqqsa taħt l-artikolu 33(1) ta’ l-Att dwar it-
Taxxa fuq l-Income, hanhekk iżjed ’il quddiem imsejjah "l-Att",
jibgħat rendikont lill-Kummissarju li jkun jinkludi d-dettalji murija
fl-Iskeda A.
Reġistrazzjoni ta’ 
min iħallas.
Miżjud:
A.L. 186 ta’ l-
2003.
3. (1) Kull min jassumi l-obbligazzi ta’ min iħallas income
ta’ investiment wara d-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti
għandu jirreġistra ismu għand il-Kummissarju fi żmien xahrejn
mill-ġurnata meta, iżda mhux qabel ħmistax-il ġurnata minn meta,
jsir il-ħlas attwali.
(2) Kull persuna oħra li tkun min iħallas income minn
investiment għandha tirreġistra isimha għand il-Kummissarju fi
żmien xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-regolamenti.
(3) Ir-reġistrazzjoni msemmija f’dan ir-regolament għandha
ssir fuq il-formola preskritta fi Skeda B.
Ċertifikat ta’ 
reġistrazzjoni.
Miżjud:
A.L. 186 ta’ l-
2003.
4. Meta l-Kummissarju jkun sodisfatt bir-reġistrazzjoni
magħmula skond ir-regolament 3, huwa għandu jikkonferma dik ir-
reġistrazzjoni billi joħroġ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni.
2 L.S.123.60 ħ INCOME MINN INVESTIMENT
Kont ta’ kull xahar li għandu jingħata lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni
minn kull min iħallas income minn investiment
1. Isem u indirizz ta’ min iħallas ......................................................................
.....................................................................................................................
2. Xahar li jtemm .............................................................................................
3. Totali għal kull tip ta’ income minn investiment speċifikat fl-artikoli 41(a) u
41A(a) ta’ l-Att imħallas matul ix-xahar u totali ta’ taxxa miżmuma fuq kull tip
(skond ma japplika), speċifikat skond il-munita u b’distinzjoni bejn income minn
investiment li joriġina f’Malta u income minn investiment li joriġina barra minn
Malta, kif murija separatament bħala income minn investiment imħallas lil:
(a) fondi preskritti, kif imfisser fl-artikolu 41A(b) ta’ l-Att, u li fuqhom
tkun tnaqqset taxxa bir-rata ta’ għaxar ċenteżmi fil-lira;
(b) fondi preskritti, kif imfisser fl-artikolu 41A(b) ta’ l-Att, u li fuqhom
tkun tnaqqset taxxa bir-rata ta’ ħmistax-il ċenteżmu fil-lira;
(ċ) riċevituri resident f’Malta, li ma jkunux fondi preskritti, u li fuqhom
tkun tnaqqset taxxa bir-rata ta’ ħmistax-il ċenteżmu fil-lira;
(d) riċevituri resident f’Malta li, taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 35
ta’ l-Att, għazlu li jitħallsu mingħajr ebda tnaqqis ta’ taxxa;
(e) persuni mhux residenti f’Malta;
(f) persuna, li ma tkunx persuna mhux residenti f’Malta, li ma tkunx
riċevitriċi kif imfisser fl-artikolu 41(ċ) ta’ l-Att.
4. Total ta’ taxxa rimborżata jew akkreditata lil ricevituri u li tkun ġiet
imnaqqsa bi żball f’xi xahar li jkun ġie qabel, jew skond ma jkun awtorizzat mill-
Kummissarju:
(a) kontijiet denominati skond il-lira Maltija;
(b) kontijiet denominati f’muniti oħra, skond ma jkun specifikat għal kull
munita.
5. Data ............................................................................................................
6. Firma ...........................................................................................................
7. Isem sħiħ .....................................................................................................
8. Kariga .........................................................................................................
Sostitwita:
A.L. 186 ta’ l-2003. SKEDA A(Regolament 2)
INCOME MINN INVESTIMENT ġ L.S.123.60 3
Dipartiment tat-Taxxi Interni
Reġistrazzjoni ta’ kull min iħallas fuq income minn investiment
Jien, li qiegħed hawn taħt niffirma, qiegħed b’dan nirreġistra bħala min
iħallas income minn investiment għall-finijiet tad-disposizzjonijiet dwar income
minn investiment li hemm fl-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, u niddikjara li:
- assumejt l-obbligi ta’ min iħallas kif imfisser taħt id-Disposizzjonijiet
dwar Income minn Investiment ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income;
- naf bil-ħtiġiet kollha taħt l-Atti dwar it-Taxxa fuq l-Income għar-
rigward ta’ l-obbligi hawn qabel imsemmija; u
- flejt il-kontenut ta’ dan il-prospett u, safejn naf jien u skond ma jidhirli,
dan huwa veru, korrett u komplet
1. Isem u indirizz ta’ min iħallas ......................................................................
.....................................................................................................................
2. Numru ta’ Reġistrazzjoni tat-Taxxa fuq l-Income .........................................
3. Numru ROC (meta dan ikun japplika) ..........................................................
4. Isem ta’ l-Uffiċjal Prinċipali ........................................................................
5. Kariga .........................................................................................................
6. Firma ...........................................................................................................
7. Data ............................................................................................................
SKEDA B Sostitwita:A.L. 186 ta’ l-2003.
(Regolament 3)
