EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA ġ L.S.123.63 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.63
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA
6 ta’ Marzu, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 105 ta’ l-2002, kif emendat bl-Avviż Legali 250 ta; l-
2002.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Repubblika Portugiża.
Arranġamenti 
jkollhom effett.
Emendat:
A.L. 250 ta’ l-
2002.
2. B’dan qiegħed jiġi dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-ordni saru mar-Repubblika
Portugiża sabiex jagħtu ħelsien minn taxxa doppja
dwar it-taxxi li ġejjin imposti bil-liġijiet tar-
Repubblika Portugiża: 
(i) it-taxxa fuq l-income personali (Imposto sobre o
Rendimento das Pessoas Singulares - IRS);
(ii) it-taxxa fuq l-income korporattiva (Imposto
sobre o Rendimento das Pessoas Colectivas -
IRC); u
(iii) is-soprataxxa lokali fuq it-taxxa fuq l-income
korporattiva (Derrama);
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arranġamenti għandu
jkollhom effett;
(ċ) illi l-Ftehim beda jseħħ fis-5 ta' April, 2002.
2 L.S.123.63 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA
SKEDA
FTEHIM BEJN MALTA
U R-REPUBBLIKA PORTUGIŻA
DWAR ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
U L-PREVENZJONI TA’ EVAŻJONI FISKALI
DWAR TAXXI FUQ L-INCOME
Il-Gvern ta’ Malta u l-Gvern tar-Repubblika Portugiża, billi jixtiequ jagħmlu
Ftehim dwar Ħelsien minn Taxxa Doppja u l-Prevenzjoni ta’ Evażjoni Fiskali dwar
Taxxi fuq l-income, ftehmu kif ġej:
KAPITOLU I
SKOP TAL-FTEHIM
Artikolu 1
SKOP PERSONALI
Dan il-Ftehim għandu japplika għal persuni li jkunu residenti fi Stat
Kontraenti wieħed jew fit-tnejn li huma.
Artikolu 2
TAXXI KOPERTI
1. Dan il-ftehim għandu japplika għat-taxxi fuq l-income imposti f’isem Stat
Kontraenti jew f’isem is-sottodiviżjonijiet politiċi jew amministrattivi jew l-
awtoritajiet lokali tiegħu, irrispettivament mill-mod kif dawn jinġabru.
2. Għandhom jitqiesu bħala taxxi fuq l-income it-taxxi kollha imposti fuq l-
income totali, jew fuq elementi ta’ income, inklużi taxxi fuq dħul mill-bejgħ ta’
proprjetà  mobbli jew immobbli, taxxi fuq l-ammonti totali ta’ pagi jew salarji
mħallsa mill-impriżi kif ukoll taxxi fuq l-apprezzament kapitali.
3. It-taxxi eżistenti li għalihom japplika dan il-Ftehim huma b’mod partikolari:
(a) fil-każ tal-Portugall:
(i) it-taxxa fuq l-income personali (Imposto sobre o Rendimento das
Pessoas Singulares - IRS);
(ii) it-taxxa fuq l-income korporattiva (Imposto sobre o Rendimento
das Pessoas Colectivas - IRC); u
(iii) is-soprataxxa lokali fuq it-taxxa fuq l-income korporattiva
(Derrama);
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa ''it-taxxa Portugiża'');
(b) fil-każ ta’ Malta:
it-taxxa fuq l-income;
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa ''it-taxxa ta’ Malta'').
4. Il-Ftehim għandu japplika wkoll għal kull taxxa identika jew sostanzjalment
simili li jiġu imposti  wara d-data meta jiġi ffirmat il-Ftehim b’żieda ma’, jew
minflok, it-taxxi eżistenti. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti
għandhom jgħarrfu lil xulxin b'kull tibdil sostanzjali li jkun sar fil-liġijiet rispettivi
tagħhom dwar it-taxxa.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA ġ L.S.123.63 3
KAPITOLU II
TIFSIRIET
Artikolu 3
TIFSIRIET ĠENERALI
1. Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra:
(a) il-frażi ''Portugall'' tfisser it-territorju tar-Repubblika Portugiża li tinsab
fil-Kontinent Ewropew, l-arċipelagi ta’ l-Ażores u Madeira, l-ibħra
territorjali rispettivi u kull żona oħra li fuqhom, skond il-liġijiet tal-
Portugall u d-dritt internazzjonali, r-Repubblika Portugiża għandha l-
ġurisdizzjoni tagħha jew id-drittijiet sovrani tagħha għar-rigward ta’ l-
esplorazzjoni u l-esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali ta’ qiegħ il-baħar u
s-sottoswol, u ta’ l-ibħra sovrajaċenti;
(b) il-frażi ''Malta'' tfisser ir-Repubblika ta’ Malta u, meta użata f’sens
ġeografiku, tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-Gżira ta’ Għawdex u l-gżejjer l-
oħra ta’ l-arċipelagu Malti inklużi l-ibħra territorjali tagħhom, u kull
area ’l barra mill-ibħra territorjali ta’ Malta li ġiet imsemmija jew li
tista’ hawn aktar ’il quddiem tiġi msemmija, skond id-dritt
internazzjonali u taħt il-liġi ta’ Malta għar-rigward tal-blata
kontinentali, bħala area li fiha jistgħu jiġu eserċitati d-drittijiet ta’ Malta
għar-rigward ta’ qiegħ il-baħar u s-sottoswol u r-riżorsi naturali
tagħhom;
(ċ) il-frażijiet ''Stat Kontraenti'' u ''l-Istat Kontraenti l-ieħor'' ifissru l-
Portugall jew Malta, skond ma tkun teħtieġ ir-rabta tal-kliem;
(d) il-frażi ''persuna'' tinkludi individwu, kumpannija u kull korp ieħor ta’
persuni;
(e) il-frażi ''kumpannija'' tfisser korp magħqud, jew enti li jkunu trattati
bħala korp magħqud għall-iskopijiet ta’ taxxa;
(f) il-frażi ''impriża ta’ Stat Kontraenti'' u ''impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor'' ifissru rispettivament impriża ġestita minn residenti ta’ Stat
Kontraenti u impriża ġestita minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(g) il-frażi ''traffiku internazzjonali'' tfisser trasport li jsir b’bastiment jew
inġenji ta’ l-ajru mħaddma minn impriża ta’ Stat Kontraenti, ħlief meta
l-bastiment jew l-inġenji ta’ l-ajru jiġu unikament imħaddma bejn
postijiet fl-Istat Kontraenti l-ieħor;
(h) il-frażi ''awtorità  kompetenti'' tfisser:
(i) fil-Portugall, il-Ministru tal-Finanzi, id-Direttur Ġenerali tat-
Tassazzjoni (Director-General dos Impostos) jew ir-rappreżentant
awtorizzat tagħhom;
(ii) f’Malta, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu;
(i) il-frażi ''ċittadin'' tfisser:
(i) individwu li jkollu n-nazzjonalità  ta’ Stat Kontraenti;
(ii) persuna legali, soċjetà  jew assoċjazzjoni li tikseb l-istatus tagħha
bħala tali mil-liġijiet li jkunu jseħħu fi Stat Kontraenti;
2. Għar-rigward ta’ l-applikazzjoni tal-Ftehim f’kull żmien minn Stat
Kontraenti, kull frażi li ma tkunx imfissra fih għandu jkollha, kemm-il darba r-rabta
4 L.S.123.63 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA
tal-kliem ma tkunx teħtieġ xort’oħra, t-tifsira mogħtija lilha f’dak il-waqt taħt il-liġi
ta’ dak għall-finijiet tat-taxxi li dwarhom ikun japplika l-Ftehim, hekk li kull tifsir
taħt il-liġijiet tat-taxxa li jkunu fis-seħħ f’dak l-Istat jkun jipprevalixxi fuq xi tifsira
mogħtija lil dik il-frażi taħt liġijiet oħra ta’ dak l-Istat.
Artikolu 4
RESIDENTI
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi ''residenti ta’ Stat Kontraenti'' tfisser
kull persuna li, taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat, hija suġġetta għat-taxxa hemmhekk
minħabba d-domiċilju, r-residenza, post tal-maniġġ jew xi kriterju ieħor ta’ xorta
simili, u tinkludi wkoll lil dak l-Istat u lil xi sottodiviżjoni politika jew
amministrattiva tiegħu jew awtorità  lokali tiegħu. Din il-frażi, madankollu, ma
tinkludix lil xi persuna li tkun suġġetta għat-taxxa f’dak l-Istat għar-rigward biss ta’
income minn għejjun f’dak l-Istat.
2. Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 individwu jkun residenti
taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-istatus tiegħu għandu jiġi stabbilit kif ġej:
(a) huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li fih ikollu dar
permanenti għad-disposizzjoni tiegħu; jekk huwa jkollu dar permanenti
għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati, huwa għandu jitqies li huwa
residenti ta’ l-Istat li miegħu r-relazzjonijiet personali u ekonomiċi
tiegħu ikunu l-aktar marbuta (ċentru ta’ interessi vitali);
(b) jekk l-Istat li fih huwa jkollu ċ-ċentru ta’ interessi vitali ma jistax jiġi
determinat, jew jekk huwa ma jkollux għad-disposizzjoni tiegħu dar
permanenti f’ebda Stat, huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li
fih soltu jirrisjedi;
(ċ) jekk huwa soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati jew f’ebda wieħed minnhom,
huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li jkun ċittadin tiegħu;
(d) jekk huwa jkun ċittadin taż-żewġ Stati jew ta’ l-ebda wieħed minnhom,
l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jiddeċiedu l-
każ bi ftehim bejniethom.
3. Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, għaldaqstant hija titqies li tkun
residenti biss ta’ l-Istat fejn ikun jinsab il-post ta’ maniġġ effettiv tagħha.
Artikolu 5
STABBILIMENT PERMANENTI
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi ''stabbiliment permanenti'' tfisser
post tan-negozju fiss li minnu jitmexxa għalkollox jew f’parti minnu x-xogħol ta’
impriża.
2. Il-frażi ''stabbiliment permanenti'' tinkludi b'mod speċjali:
(a) post ta’ maniġġ;
(b) fergħa;
(ċ) uffiċċju;
(d) fabbrika;
(e) ħanut tax-xogħol; u
(f) minjiera, bir taż-żejt jew tal-gass, barriera jew kull post ieħor ta’
estrazzjoni ta’ riżorsi naturali inkluż sit ta’ offshore drilling.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA ġ L.S.123.63 5
3. Il-frażi ''stabbiliment permanenti'' hekk ukoll tinkludi:
(a) art li tkun qegħda tinbena, proġett ta’ kostruzzjoni, assemblaġġ jew
stallazzjoni jew attivitajiet ta’ sorveljanza li jkollhom x’jaqsmu ma’
dan, iżda biss meta dik l-art, dak il-proġett jew dawk l-attivitajiet
ikomplu għal perjodu ta’ iżjed minn disa’ xhur;
(b) l-għoti ta’ servizzi, inklużi servizzi ta’ konsulenza, minn impriża
permezz ta’ impjegati jew persunal ieħor imqabbad mill-impriża
għaldaqstant, iżda biss sakemm dawk l-attivitajiet ikomplu (għall-istess
proġett jew għal wieħed konness) fi Stat Kontraenti għal perjodu jew
perjodi li flimkien iġibu iżjed minn disa’ xhur matul xi perjodu ta’ tnax-
il xahar li jkun.
4. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frażi
''stabbiliment permanenti'' għandha titqies li ma tinkludix:
(a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop uniku ta’ ħażna jew ta’ wiri ta’ oġġetti
jew merkanzija li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża;
(b) il-manutenzjoni ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’
l-impriża għall-iskop uniku ta’ ħażna, wiri jew kunsinna;
(ċ) il-manutenzjoni ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’
l-impriża għall-iskop uniku ta’ proċessar minn impriża oħra;
(d) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku ta’ xiri ta’
oġġetti jew merkanzija jew ta’ ġbir ta’ tagħrif, għall-impriża;
(e) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku li tiġi ġestita,
għall-impriża, xi attività  oħra ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja;
(f) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku  ta’ xi
kombinazzjoni ta’ attivitajiet imsemmija fis-subparagrafi (a) sa (e),
kemm-il darba l-attività  kollha tal-post tan-negozju fiss li tirriżulta
minn din il-kombinazzjoni tkun waħda ta’ xorta preparatorja jew
awżiljari.
5. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, meta persuna - li ma tkunx
aġent bi status indipendenti li għalih japplika l-paragrafu 6 - tkun qed taġixxi u
jkollha, u tkun soltu teżerċita, fi Stat Kontraenti awtorità  biex tagħmel kuntratti
f’isem l-impriża, dik l-impriża għandha titqies li jkollha stabbiliment permanenti
f’dak l-Istat għar-rigward ta’ kull attività  li dik il-persuna tagħmel għal dik l-
impriża, kemm-il darba l-attivitajiet ta’ dik il-persuna ma jkunux limitati għal dawk
imsemmija fil-paragrafu 4 li, jekk jiġu eżerċitati minn ġo post tan-negozju fiss, ma
jirrendux dan il-post ta’ negozju fiss bħala stabbiliment permanenti taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dak il-paragrafu.
6. Impriża ta’ Stat Kontraenti ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment
permanenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor unikament għaliex tkun tiġġestixxi negozju
f’dak l-Istat l-ieħor permezz ta’ sensal, aġent b’kummissjoni ġenerali jew kull aġent
ieħor bi status indipendenti, sakemm dawk il-persuni jkunu qed jaġixxu fil-kors
ordinarju tan-negozju tagħhom.
7. Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tkun tikkontrolla
jew tkun ikkontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor, jew li tkun tiġġestixxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta'
stabbiliment permanenti sew xort’oħra), m’għandux fih innifsu jikkostitwixxi lil xi
kumpannija waħda jew l-oħra stabbiliment permanenti tal-kumpannija l-oħra.
6 L.S.123.63 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA
KAPITOLU III
TASSAZZJONI FUQ L-INCOME
Artikolu 6
INCOME MINN PROPRJETÀ  IMMOBBLI
1. Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn proprjetà
immobbli (inkluż income mill-agrikoltura jew ħidma fil-boskijiet) li jkunu jinsabu
fl-Istat Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Il-frażi ''proprjetà  immobbli'' għandu jkollha t-tifsira li għandha taħt il-liġi
ta’ l-Istat Kontraenti li fih tkun tinsab il-proprjetà  involuta.  Il-frażi għandha f’kull
każ tinkludi proprjetà  aċċessorja għal proprjetà  immobbli, bhejjem f’razzett u
tagħmir li jintuża fl-agrikoltura jew fil-ħidma fil-boskijiet, drittijiet li għalihom
japplikaw id-disposizzjonijiet tal-liġi ġenerali dwar il-proprjetà  ta’ l-art, l-użufrutt
tal-proprjetà  immobbli u d-drittijiet dwar ħlasijiet varjabbli jew fissi bħala
korrispettiv għal ħidma fi, jew id-dritt li jinħadmu, jew għall-esplorazzjoni ta’,
depożiti minerali, għejjun u riżorsi oħra naturali; bastimenti, opri tal-baħar u inġenji
ta’ l-ajru ma għandhomx jitqiesu bħala proprjetà  immobbli.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom ikunu japplikaw għal income
li jinkiseb mill-użu dirett, kiri, jew użu ta’ kull xorta ta’ proprjetà  immobbli.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-
income minn proprjetà  immobbli ta’ impriża u għal income minn proprjetà  immobbli
użata għall-għemil ta’ servizzi personali indipendenti.
5. Id-disposizzjonijiet ta’ qabel għandhom ikunu wkoll japplikaw għal income
ġej minn proprjetà  mobbli, jew income ġej minn servizzi li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-
użu jew il-jedd li tintuża proprjetà  immobbli, li, taħt il-liġi tat-taxxa ta’ l-Istat
Kontraenti li fiha tkun tinsab il-proprjetà , tkun assimilata ma’ l-income li jkun ġej
mill-proprjetà  immobbli
Artikolu 7
PROFITTI MINN NEGOZJU
1. Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti għandhom ikunu biss taxxabbli
f’dak l-Istat kemm-il darba l-impriża ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk. Jekk l-impriża tkun
qegħda tmexxi negozju kif hawn aktar qabel imsemmi, il-profitti ta’ l-impriża
jistgħu jiġu intaxxati fl-Istat Kontraenti l-ieħor iżda biss għal dik il-parti minnhom
daqskemm tkun attribwibbli għal dak l-istabbiliment permanenti.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3, meta impriża ta’ Stat
Kontraenti tkun tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun jinsab hemmhekk, għandhom f’kull Stat Kontraenti jiġu attribwiti
lil dak l-istabbiliment permanenti l-profitti li kien ikun mistenni jagħmel kieku kien
impriża distinta u separata li taħdem fl-istess attivitajiet jew oħrajn bħalhom taħt l-
istess kundizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem indipendentement għalkollox
mill-impriża li tagħha tkun stabbiliment permanenti jew ma’ impriżi assocjati oħra li
tkun tittratta magħhom.
3. Sabiex jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, għandhom ikunu
permessi bħala tnaqqis dawk l-ispejjeż li jsiru għall-għanijiet ta’ l-istabbiliment
permanenti, inklużi l-ispejjeż eżekuttivi u amministrattivi ġenerali li jkunu saru, sew
fl-Istat li fih ikun jinsab l-istabbiliment permanenti sew band’oħra. 
4. Sakemm tkun il-konswetudni fi Stat Kontraenti li jistabbilixxi l-profitti li
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA ġ L.S.123.63 7
għandhom jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti minħabba fi tqassim tal-profitti
totali ta’ l-impriża lill-partijiet diversi tagħha, ebda ħaġa fil-paragrafu 2 ma għandha
tipprekludi lil dak l-Istat Kontraenti milli jistabbilixxi l-profitti li għandhom jiġu
intaxxati b’dak it-tqassim skond ma jista’ jkun konswetudinarju;  il-metodu ta’
tqassim li jiġi adottat għandu, madankollu, jkun tali li r-riżultat għandu jkun skond
il-prinċipji li jinsabu f’dan l-Artikolu.
5. Ebda profitti ma għandhom jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti
minħabba biss f’li jsir ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew
merkanzija għall-impriża.
6. Għall-għanijiet tal-paragrafi preċedenti, l-profitti li għandhom jiġu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-istess metodu sena wara l-
oħra kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u suffiċjenti biex dan ma jsirx.
7. Meta l-profitti jkunu jinkludu oġġetti ta’ income  li qegħdin jiġu trattati
separatament fl-Artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, għaldaqshekk id-disposizzjonijiet ta’
dawk l-Artikoli ma għandhomx jintlaqtu bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 8
TBAĦĦIR U TRASPORT BL-AJRU
1. Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti mit-tħaddim ta’ bastimenti jew
inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-
Istat.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom ukoll japplikaw għal profitti
mill-parteċipazzjoni f’pool, negozju bi sħab jew aġenzija b’operat internazzjonali.
3. Kull meta jkun hemm kumpanniji minn pajjiżi differenti li jkunu qablu li
jiġġestixxu flimkien il-kummerċ ta’ trasport bl-ajru bħala konsorzju jew f’xi għamla
ta’ assoċjazzjoni bħal dik, id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom ikunu
japplikaw għal dak is-sehem mill-profitti tal-kosorzju jew ta’ l-assoċjazzjoni fil-qies
li jkun jikkorrispondi għall-parteċipazzjoni f’dak il-konsorzju jew f’dik l-
assoċjazzjoni minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti.
Artikolu 9
IMPRIŻI ASSOĊJATI
1. Meta:
(a) impriża ta’ Stat Kontraenti tipparteċipa direttament jew indirettament
fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor, jew 
(b) l-istess persuni jipparteċipaw direttament jew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti u ta’
impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor,
u f’kull każ isiru jew jiġu imposti kondizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji tagħhom li ma jkunux jaqblu ma’ dawk li
kieku kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f’dak il-każ il-profitti li, kieku
ma kienux dawk il-kondizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-impriżi,
imma, minħabba f’dawk il-kondizzjonijiet, ma ġewx hekk akkumulati, jistgħu jiġu
inklużi fil-profitti ta’ dik l-impriża u intaxxati skond hekk.
2. Meta Stat Kontraenti ikun jinkludi fil-profitti ta’ impriża ta’ dak l-Istat - u
skond hekk jintaxxa - profitti li fuqhom impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor ġiet
intaxxata f’dak l-Istat l-ieħor u l-profitti hekk inklużi jkunu profitti li kienu
jinqalgħu mill-impriża ta’ l-ewwel Stat li kieku l-kondizzjonijiet magħmula bejn iż-
8 L.S.123.63 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA
żewġ impriżi kienu dawk li kienu jsiru bejn żewġ impriżi indipendenti,
għaldaqshekk dak l-Istat l-ieħor jista’ jagħmel it-tibdil li jmiss fl-ammont tat-taxxa
imposta hemmhekk fuq dawk il-profitti. Biex jiġi stabbilit it-tibdil, għandhom
jitqiesu kif dovut id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim u l-awtoritajiet
kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jekk ikun hekk meħtieġ jikkonsultaw lil
xulxin.
Artikolu 10
DIVIDENDI
1. Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor tista’ tiġi intaxxata f’dak l-Istat.
2. Madankollu, dawk id-dividendi jistgħu wkoll jiġu intaxxati fl-Istat
Kontraenti fejn il-kumpannija li tħallas id-dividendi tkun residenti tiegħu u skond il-
liġijiet ta’ dak l-Istat, imma:
(a) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija li tkun residenti tal-
Portugall lil residenti ta’ Malta li jkun is-sid benefiċjarju ta’ dawk id-
dividendi, t-taxxa Portugiża hekk imposta m’għandhiex tkun iżjed
minn: 
(i) 15 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi;
(ii) 10 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi jekk is-sid
benefiċjarju jkun kumpannija li, għal perjodu mhux interrott ta’
sentejn qabel ma jitħallas id-dividend, jkollha direttament mill-
inqas 25 fil-mija ta’ l-istokk kapitali (kapital soċjali) tal-
kumpannija li tkun qed tħallas id-dividendi;
(b) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija li tkun residenti ta’ Malta
lil residenti tal-Portugall li jkun is-sid benefiċjarju ta’ dawk id-
dividendi, it-taxxa ta’ Malta fuq l-ammont gross tad-dividendi
m’għandux ikun iżjed minn dak li jitħallas fuq il-profitti li minnhom
jitħallsu d-dividendi.
L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom bi ftehim
reċiproku jaqblu fuq kif għandhom jiġu applikati dawn il-limitazzjonijiet.
Dan il-paragrafu m’għandux ikun jolqot it-tassazzjoni tal-kumpannija għar-
rigward tal-profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
3. Il-frażi ''dividendi'' kif din tintuża f’dan l-Artikolu tfisser income minn
ishma, jew drittijiet oħra, li ma jkunux pretensjonijiet ta’ debitu, il-parteċipazzjoni fi
profitti, kif ukoll income minn ishma ''jouissance'' jew drittijiet ''jouissance'', ishma
konnessi mal-minjieri jew mal-fundaturi jew ma’ drittijiet oħra, kif ukoll income li
jingħata l-istess trattament fl-intaxxar bħallikieku kien income minn ishma skond il-
liġijiet ta’ l-Istat li tiegħu l-kumpannija li tkun qed tagħmel it-tqassim tkun residenti.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-
Istat Kontraenti l-ieħor li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-dividendi,
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li jkun jagħmel
f’dak l-Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn bażi stabbilita sitwata
hemmhekk, u l-holding li dwarhom id-dividendi jkunu mħallsa jkollu x’jaqsam
effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilita.  F’dak il-każ
għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond
il-każ.
5. Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA ġ L.S.123.63 9
income mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpannija, ħlief daqskemm dawk id-dividendi
jitħallsu lil residenti ta’ dak l-Istat l-ieħor jew daqskemm il-holding li dwaru
jitħallsu d-dividendi jkun effettivament konness ma’ dak l-istabbiliment permanenti
jew ma’ bażi stabbilita sitwati f’dak Istat l-ieħor, lanqas jissuġġetta l-profitti mhux
imqassma tal-kumpannija għal taxxa fuq il-profitti mhux imqassma tal-kumpannija,
ukoll jekk id-dividendi mħallsa jew il-profitti mhux imqassma jkunu kollha kemm
huma jew f’parti minnhom jikkonsistu fi profitti jew income li jinqalgħu f’dak l-Istat
l-ieħor.
Artikolu 11
MGĦAX 
1. Mgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u jitħallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandu jkun taxxabbli biss f’dak Istat l-ieħor.
2. Madankollu, dak l-imgħax jista’ wkoll jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn
dan joriġina u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, imma jekk is-sid benefiċjarju ta’ l-
imgħax ikun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor it-taxxa hekk mitluba
m’għandhiex teċċedi 10 fil-mija ta’ l-ammont gross ta’ l-imgħax. L-awtoritajiet
kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom bi ftehim reċiproku jaqblu dwar kif tkun
tapplika din il-limitazzjoni.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2, mgħax li joriġina fi Stat
Kontraenti jkun eżenti mit-taxxa f’dak l-Istat jekk dan jinkiseb mill-Istat Kontraenti
l-ieħor jew minn sottodiviżjoni amministrattiva jew awtorità  lokali tiegħu jew minn
xi enti li kollha kemm hi tkun il-proprjetà  u taħt il-kontroll ta’ dak l-Istat jew
sottodiviżjoni amministrattiva jew awtorità  lokali.
4. Il-frażi ''mgħax'' kif inhi wżata f’dan l-Artikolu tfisser income minn
pretensjonijiet ta’ debitu ta’ kull xorta, sew jekk assigurati b’ipoteka sew jekk le, u
sew jekk jkollhomx dritt li jipparteċipaw fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b’mod
partikolari, income minn titoli tal-gvern u income minn bonds jew debentures,
inklużi premiums u premjijiet marbutin ma’ dawk it-titoli, bonds jew debentures.
Ħlasijiet ta’ penali għal ħlas tardiv ma jitqiesux bħala mgħax għall-finijiet ta’ dan l-
Artikolu.
5. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju ta’ l-imgħax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih jinqala’ l-imgħax, permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jew jagħmel servizzi personali indipendenti f’dak
Istat l-ieħor minn bażi stabbilita sitwata hemmhekk, u l-pretensjoni ta’ debitu li
dwarha jitħallas l-imgħax tkun effettivament konnessa ma’ dak l-istabbiliment
permanenti jew bażi stabbilita. F’każ bħal dak għandhom japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ.
6. Għandu jitqies li joriġina mgħax fi Stat Kontraenti meta min iħallas ikun
residenti ta’ dak l-Istat.  Meta, madankollu, l-persuna li tkun qed tħallas l-imgħax,
sew jekk tkun residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, jkollha fi Stat Kontraenti
stabbiliment permanenti jew bażi fissa li f’konnessjoni miegħu tkun inkisbet il-
qagħda ta’ debitu li fuqu jitħallas l-imgħax, u dak l-imgħax jinġarr minn dak l-
istabbiliment permanenti jew minn dik il-bażi fissa, allura dak l-imgħax għandu
jitqies bħala li joriġina fl-Istat fejn ikunu jinsabu l-istabbiliment permanenti jew bażi
fissa.
7. Meta, minħabba f’relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
jew bejn it-tnejn li huma u xi persuna oħra, l-ammont ta’ l-imgħax, wara li titqies xi
tkun il-pretensjoni ta’ debitu li dwarha jitħallas, ikun iżjed mill-ammont li kien ikun
10 L.S.123.63 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA
miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu japplikaw biss għall-ammont l-
aħħar imsemmi.  F’każ bħal dak, il-parti żejda tal-ħlasijiet tibqa’ taxxabbli skond il-
liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, fil-qies tad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 12
ROYALTIES
1. Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati biss f’dak Istat l-ieħor.
2. Madankollu, dawk ir-royalties jistgħu jiġu intaxxati wkoll fl-Istat
Kontraenti fejn jinqalgħu u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, imma jekk min jirċevihom
ikun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, it-taxxa hekk imposta m’għandhiex tkun
iżjed minn 10 fil-mija ta’ l-ammont gross ta’ royalties.  L-awtoritajiet kompetenti ta’
l-Istati Kontraenti għandhom bi ftehim reċiproku jirranġaw dwar il-mod kif tapplika
din il-limitazzjoni.
3. Il-frażi ''royalties'' kif din tintuża f’dan l-Artikolu tfisser ħlasijiet ta’ kull
xorta li jsiru b’korrispettiv għall-użu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu, ta’ xi dritt ta’ l-
awtur ta’ xogħol letterarju, artistiku jew xjentifiku inklużi films ċinematografiċi,
privattiva, trade mark, disinn jew mudell, pjan, formula jew proċess sigrieti, jew
għall-użu ta’, jew id-dritt li jintuża, tagħmir industrijali, kummerċjali jew xjentifiku,
jew għal informazzjoni dwar konoxxenza industrijali, kummerċjali jew xjentifika.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tar-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih jinqalgħu r-royalties, permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun jagħmel servizzi personali
indipendenti f’dak l-Istat l-ieħor minn bażi stabbilita sitwata hemmhekk, u d-dritt
jew il-proprjetà  li dwarhom jitħallsu r-royalties ikunu effettivament konnessi ma’
dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilita.  F’dak il-każ għandhom
japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 14, skond il-każ.
5. Royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fi Stat Kontraenti meta min
iħallashom ikun residenti ta’ dak l-Istat.  Meta, madankollu, l-persuna li tħallas ir-
royalties, sew jekk tkun residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk ma tkunx, ikollha fi
Stat Kontraenti stabbiliment permanenti jew bażi stabbilit li dwaru jkun ittieħed l-
obbligu li jitħallsu r-royalties, u dawk ir-royalties ikunu r-responsabbiltà  ta' dak l-
istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit, allura dawk ir-royalties għandhom
jitqiesu li jinqalgħu fl-Istat li fih ikun qiegħed l-istabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit.
6. Meta, minħabba r-relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
effettiv jew bejniethom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties, fil-qies ta’
x’ikun l-użu, id-dritt jew l-informazzjoni li jitħallsu għalihom, ikun iżjed mill-
ammont li kien ikun miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’
dik ir-relazzjoni, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss
għall-ammont l-aħħar imsemmi. F’dak il-każ, il-parti żejda tal-ħlasijiet għandha
tibqa’ taxxabbli skond il-liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, wara li jitqiesu d-
disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 13
QLIGĦ KAPITALI
1. Qligħ li jinkiseb minn resident ta’ Stat Kontraenti mit-trasferiment ta’
proprjetà  immobbli msemmi fl-Artikolu 6 u li tkun tinsab fl-Istat Kontraenti l-ieħor
jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA ġ L.S.123.63 11
2. Qligħ li jinkiseb mit-trasferiment ta’ ishma jew jeddijiet komparabbli
f’kumpannija, li jkollha l-assi tagħha jikkonsistu għalkollox jew prinċipalment fi
proprjetà  immobbli, jista’ jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn ikun jinsab l-attiv jew
l-attiv prinċipali ta’ dik il-kumpannija.
3. Qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tagħmel parti mill-proprjetà
tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti jkollha fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jew ta’ proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni għal bażi stabbilita
disponibbli għal residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor bil-għan li
jitwettqu servizzi personali indipendenti, inkluż dak il-qligħ mit-trasferiment ta’ dak
l-istabbiliment permanenti (waħdu jew flimkien ma’ l-impriża kollha) jew ta’ dik il-
bażi stabbilita, jista’ jiġi intaxxat f’dak Istat l-ieħor.
4. Qligħ li jinkiseb mit-trasferiment ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru li
jitħaddmu fi traffiku internazzjonali minn impriża ta’ Stat Kontraenti, jew minn
proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni għat-tħaddim ta’ dawk il-bastimenti jew inġenji
ta’ l-ajru, għandhom jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat.
5. Qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  li ma tkunx dik imsemmija fil-paragrafi
1, 2, 3 u 4 għandu jkun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li t-trasferent jkun residenti
tiegħu.
6. Għar-rigward ta’ qligħ li jinkiseb minn konsorzju ta’ trasport bl-ajru jew
minn xi għamla bħal dik ta’ assoċjazzjoni ffurmata minn kumpanniji ġejjin minn
pajjiżi differenti, d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 4 għandhom japplikaw biss għal
dik il-parti mill-qligħ li tikkorrispondi għall-parteċipazzjoni li jkollha f’dak il-
konsorzju jew assoċjazzjoni, kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti.
Artikolu 14
SERVIZZI PERSONALI INDIPENDENTI
1. Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti għal servizzi
professjonali jew attivitajiet oħra ta’ xorta indipendenti għandu jkun intaxxat biss
f’dak l-Istat.  Madankollu, dak l-income jista’ jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor
f’dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) jekk ikollu bażi stabbilita regolarment disponibbli għalih fl-Istat
Kontraenti l-ieħor bil-għan li jwettaq l-attivitajiet tiegħu; f’dak il-każ hi
biss dik il-parti mill-income tiegħu daqskemm tkun attribwibbli lil dik
il-bażi stabbilita li tista’ tiġi intaxxata f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(b) jekk il-qagħda tiegħu fl-Istat Kontraenti l-ieħor tkun għal perjodu jew
għal perjodi li fit-total ikunu jaqbżu l-183 ġurnata f’perjodu ta’ tnax-il
xahar li jibda għaddej jew itemm fis-sena fiskali inkwistjoni. F’dak il-
każ hi biss dik il-parti mill-income tiegħu daqskemm tinkiseb mill-
attività  mwettqa f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor li tista’ tiġi intaxxata
f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Il-frażi ''servizzi professjonali'' tinkludi attivitajiet letterarji, artistiċi,
edukattivi jew ta’ tagħlim li huma speċjalment indipendenti kif ukoll l-attivitajiet
indipendenti  ta’ tobba, avukati, inġiniera, periti u accountants.
Artikolu 15
SERVIZZI PERSONALI DIPENDENTI
1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 16, 18 u 19, is-salarji, il-pagi
u kumpens ieħor bħal dak li jinkisbu minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar xi
impieg għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jiġix
eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk eżerċitat, dak il-kumpens
12 L.S.123.63 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA
li jinkiseb minnu jista’ jiġi intaxxat f’dak Istat l-ieħor.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor għandu
jkun taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
(a) min jirċevih ikun preżenti fl-Istat l-ieħor għal perjodu jew perjodi li ma
jaqbżux it-total ta’ 183 ġurnata f’perjodu ta’ 12-il xahar li jibda għaddej
jew itemm fis-sena kalendarja involuta; u
(b) il-kumpens jitħallas minn, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx residenti ta’
l-Istat l-ieħor; u
(ċ) il-kumpens ma jkunx piż fuq l-istabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li l-prinċipal ikollu fl-Istat l-ieħor.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet preċedenti ta’ dan l-Artikolu, il-kumpens li
jinkiseb dwar impieg eżerċitat abbord bastiment jew inġenji ta’ l-ajru operati fi
traffiku internazzjonali minn impriża ta’ Stat Kontraenti jista’ jiġi intaxxat f’dak l-
Istat.
4. Meta residenti ta’ Stat Kontraenti jikseb kumpens għar-rigward ta’ impieg li
jkun eserċitat abbord ta’ inġenji ta’ l-ajru li jkun imħaddem fit-traffiku
internazzjonali minn konsorzju ta’ trasport bl-ajru jew minn xi għamla bħal dik ta’
assoċjazzjoni ffurmata minn kumpanniji ġejjin minn pajjiżi differenti, inkluża
kumpannija li tkun residenti ta’ dak l-Istat, dak il-kumpens għandu jkun biss
taxxabbli f’dak l-Istat.
Artikolu 16
DRITTIJIET TAD-DIRETTURI
Id-drittijiet tad-diretturi u ħlasijiet simili oħra li jinkisbu minn residenti ta’
Stat Kontraenti fil-kapaċità  tiegħu ta’ membru tal-bord ta’ diretturi ta’ kumpannija li
tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
Artikolu 17
ARTISTI U SPORTIVI
1. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7, 14 u 15, income li jinkiseb
minn residenti ta’ Stat Kontraenti bħala uħud li jagħtu spettaklu, bħal artisti tat-
teatru, tal-films ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni, jew bħala mużiċista,
jew bħala sportiv, mill-attivitajiet personali tiegħu bħala tali li jiġu eżerċitati fl-Istat
Kontraenti l-ieħor, jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Meta income dwar attivitajiet personali eżerċitati minn min jagħti spettaklu
jew sportiv fil-kapaċità  tiegħu bħala tali jinġabar mhux minn min jagħti spettaklu
jew l-isportiv innifsu iżda minn xi persuna oħra, dak l-income jista’, minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7, 14 u 15, jiġi intaxxat fl-Istat Stat Kontraenti li fih
jiġu eserċitati l-attivitajiet ta’ min jagħti spettaklu jew ta’ l-isportiv.
Artikolu 18
PENSJONIJIET U ĦLASIJIET TAS-SIGURTÀ  SOĊJALI
1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 19,
pensjonijiet u kumpens ieħor simili li jitħallsu lil residenti ta’ Stat Kontraenti
minħabba f’xi impieg imgħoddi għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, pensjonijiet u ħlasijiet oħra li
jingħataw taħt il-leġislazzjoni tas-sigurtà  socjali ta' Stat Kontraenti jistgħu jiġu
intaxxati f’dak l-Istat.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA ġ L.S.123.63 13
Artikolu 19
SERVIZZ TAL-GVERN
1. (a) Kull salarju, paga u rimunerazzjoni simili, minbarra pensjoni, mħallsa
minn Stat Kontraenti jew minn sottodiviżjoni politika jew
amministrattiva jew minn awtorità  lokali tiegħu lil individwu għar-
rigward ta’ servizzi mogħtijin lil dak l-Istat jew sottodiviżjoni jew
awtorità  għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
(b) Madankollu, kull salarju, paga u kumpens simili għandhom ikunu
taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti l-ieħor jekk is-servizzi jingħataw f’dak
l-Istat u l-individwu jkun residenti f’dak l-Istat li:
(i) jkun ċittadin ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat unikament sabiex jagħti
dawk is-servizzi.
2. (a) Kull pensjoni mħallsa minn, jew li toħroġ minn fond maħluq minn, Stat
Kontraenti jew minn sottodiviżjoni politika jew amministrattiva jew
minn awtorità  lokali tiegħu lil individwu għar-rigward ta’ servizzi
mogħtija lil dak l-Istat jew sottodiviżjoni jew awtorità  għandhom ikunu
taxxabbli biss f’dak l-Istat.
(b) Madankollu, dik il-pensjoni għandha tkun taxxabbli biss fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jekk l-individwu jkun residenti ta’, u ċittadin ta’, dak
l-Istat.
3. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15, 16 u 18 għandhom japplikaw għal kull
salarju, paga u kumpens simili u għal pensjonijiet, għar-rigward ta’ servizzi
mogħtijin f’dak li għandu x’jaqsam ma’ negozju li jkun ġestit minn Stat Kontraenti
jew minn sottodiviżjoni politika jew amministrattiva jew minn awtorità  lokali
tiegħu.
Artikolu 20
STUDENTI U APPRENDISTI KUMMERĊJALI
Student, jew apprendist kummerċjali li jkun preżenti fi Stat Kontraenti
unikament għall-fini ta’ l-edukazzjoni jew it-taħriġ tiegħu u li jkun, jew minnufih
qabel ma kien hekk preżenti kien, residenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor, ikun eżenti
mit-taxxa fl-Istat l-ewwel imsemmi fuq ħlasijiet li jirċievi minn barra dak l-Istat l-
ewwel imsemmi għall-finijiet tal-manteniment, l-edukazzjoni jew it-taħriġ tiegħu.
Artikolu 21
INCOME IEĦOR
1. Elementi ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jinqalgħu minn fejn
jinqalgħu, li ma jkunux ittrattati fl-Artikoli ta’ hawn aktar qabel ta’ dan il-Ftehim
għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal income, li
ma jkunx income minn proprjetà  immobbli kif imfisser fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu
6, jekk min jirċievi dak l-income, għax ikun residenti ta’ Stat Kontraenti, jiġġestixxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun jinsab
f’dak l-Istat, jew iwettaq f’dak Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn bażi
stabbilita li tkun tinsab hemmhekk u d-dritt jew il-proprjetà  li dwarhom jitħallas l-
income jkun effettivament konness ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi
stabbilita. F’dak il-każ għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew
ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ.
14 L.S.123.63 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA
KAPITOLU IV
ELIMINAZZJONI TA’ TASSAZZJONI DOPPJA
Artiklu 22
ELIMINAZZJONI TA’ TASSAZZJONI DOPPJA
1. Fil-każ tal-Portugall it-tassazzjoni doppja għandha tiġi eliminata kif ġej:
(a) Meta residenti tal-Portugall jikseb income li, skond id-disposizzjonijiet
ta’ dan il-Ftehim, jista’ jkun intaxxat f’Malta, ir-Repubblika Portugiża
għandha tippermetti bħala tnaqqis mit-taxxa fuq l-income ta’ dak ir-
residenti ammont daqsinsew it-taxxa fuq l-income li titħallas f'Malta.
Dak it-tnaqqis ma għandux, madankollu, jaqbeż dik il-parti mit-taxxa
fuq l-income kif din tinħadem qabel ma jingħata t-tnaqqis, li jkun
attribwibbli għall-income li jista’ jiġi intaxxat f’Malta;  u
(b) Meta skond xi disposizzjoni tal-Ftehim income li jinkiseb minn
residenti tal-Portugall ikun eżenti mit-taxxa f’dan l-Istat, il-Portugall
jista’ madankollu, meta jkun qed jikkalkola l-ammont ta’ taxxa fuq l-
income li jifdal ta’ dak ir-residenti, iqis l-income eżentat.
2. Fil-każ ta’ Malta, it-tassazzjoni doppja għandha tiġi eliminata kif ġej:
Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Malta dwar l-għoti bi kreditu
għat-taxxa ta’ Malta għar-rigward tat-taxxa barranija, meta, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, ikun hemm inklużi fi stima ta’ Malta income
minn sorsi fil-Portugall, it-taxxa Portugiża fuq dak l-income għandha tiġi permessa
bħala kreditu għat-taxxa ta’ Malta relattiva li titħallas dwarhom.
3. Għall-finijiet ta’ għoti bi kreditu tat-taxxa li titħallas fil-Portugall jew
f’Malta, skond ma tkun teħtieġ ir-rabta tal-kliem, dan għandu jitqies li jinkludi t-
taxxa li tkun xort’oħra titħallas fi Stat Kontraenti imma li tkun ġiet imnaqqsa jew
imwarrba temporanjament minn dak l-Istat taħt id-disposizzjonijiet legali tiegħu
dwar inċentivi tat-taxxa li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-iżvilupp ekonomiku.
Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu għandhom ikunu japplikaw għall-
ewwel seba’ snin li matulhom ikun japplika dan il-Ftehim. Dan il-perjodu jista’
jittawwal bi ftehim reċiproku bejn l-awtoritajiet kompetenti.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jikkonsultaw lil xulxin bil-għan
li jidentifikaw l-inċentivi tat-taxxa li japplikaw fiż-żewġ Stati Kontraenti li jistgħu
jikkwalifikaw għall-fini ta' dan il-paragrafu.
4. Meta l-Ftehim ikun jipprovdi li xi income li joriġina fi Stat kontraenti
għandu jinħeles mit-taxxa f’dak l-Istat, sew kollu kemm hu sew f’parti minnu, u, taħt
il-liġi li tkun fis-seħħ fl-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-income ikun suġġett għat-
taxxa b’riferenza għall-ammont tagħha li jiġi mogħti lura lil jew li jiġi riċevut f’dak
l-Istat l-ieħor u mhux b’riferenza għall-ammont sħiħ tiegħu, għaldaqstant il-ħelsien
li għandu jiġi permess fl-Istat l-ewwel imsemmi għandu japplika biss għal dak is-
sehem mill-income li jiġi mogħti lura lil jew li jiġi riċevut fl-Istat l-ieħor.
KAPITOLU V
DISPOSIZZJONIJIET SPEĊJALI
Artikolu 23
EBDA DISKRIMINAZZJONI
1. Iċ-ċittadini ta’ Stat Kontraenti ma għandhomx jiġu suġġetti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għal xi tassazzjoni jew għal xi ħtieġa li jkunu konnessi ma’ dan, li
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA ġ L.S.123.63 15
tkun diversa jew ta’ iktar piż mit-tassazzjoni u ħtigiet konnessi li għalihom ċittadini
ta’ dak l-Istat l-ieħor fl-istess ċirkostanzi, b’mod partikolari għar-rigward ta’
residenza, huma jew jistgħu jkunu suġġetti. Din id-disposizzjoni għandha, minkejja
d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1, tkun tapplika wkoll għal persuni li ma jkunux
residenti ta’ xi Stat Kontraenti wieħed jew it-tnejn li huma.
2. L-intaxxar ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti jkollha
fl-Istat Kontraenti l-ieħor ma għandux jinġabar inqas favorevolment f’dak Istat l-
ieħor mit-tassazzjoni miġbura fuq impriżi ta’ dak l-Istat l-ieħor li jkun qiegħed
iwettaq l-istess attivitajiet. Din id-disposizzjoni ma għandhiex tiftiehem bħala li
tobbliga lil Stat Kontraenti li jikkonċedi lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor xi
allowances, ħelsien u tnaqqis personali għall-għanijiet ta’ tassazzjoni minħabba fl-
istatus ċivili jew responsabbiltajiet familjari li tikkonċedi lir-residenti tagħha.
3. Ħlief fejn d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 9, il-paragrafu 7
ta’ l-Artikolu 11, jew il-paragrafu 6 ta’ l-Artikolu 12 japplikaw, mgħax, royalties u
ħlasijiet oħra li jitħallsu minn impriża ta’ Stat Kontraenti lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandhom, għall-għan li jiġu stabbilit x’inhuma l-profitti
taxxabbli ta’ dik l-impriża, jiġu mnaqqsa taħt l-istess kondizzjonijiet bħallikieku
kienu mħallsa lil residenti ta’ l-ewwel imsemmi Stat.
4. Impriżi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom ikun għalkollox jew f’parti
proprjetà  jew taħt il-kontroll, sew dirett sew mhux dirett, ta’ resident wieħed jew
aktar ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, ma jkunux suġġetti fl-Istat l-ewwel imsemmi għal
xi tassazzjoni jew ħtieġa konnessa ma’ dan li tkun xort’oħra jew ta’ iktar piż mit-
tassazzjoni u ħtiġiet konnessi li għalihom ikun jew jistgħu jkunu assoġġettati l-
impriżi  ta’ l-ewwel imsemmi Stat.
5. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu  għandhom ikunu japplikaw għal taxxi
ta’ kull xorta u deskrizzjoni li jkunu s-suġġett ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 24
PROĊEDURA GĦAL FTEHIM REĊIPROKU
1. Meta persuna jidhrilha li l-azzjonijiet ta’ xi wieħed jew taż-żewġ Stati
Kontraenti jirriżultawlu jew jistgħu jirriżultawlu f’tassazzjoni li ma tkunx skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, huwa jista’, irrispettivament mir-rimedji
pprovduti mil-liġi domestika ta’ dawk l-Istati, jippreżenta l-każ tiegħu quddiem l-
awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu huwa jkun residenti jew, jekk il-
każ tiegħu jkun jaqa’ taħt il-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 23, lil dik ta’ l-Istat
Kontraenti li tiegħu huwa jkun ċittadin. Il-każ għandu jiġi ppreżentat fi żmien tliet
snin minn l-ewwel avviż ta’ l-azzjoni li tirriżulta f’intaxxar li ma jkunx skond id-
disposizzjonijiet tal-Ftehim.
2. L-awtorità  kompetenti għandha tistħarreġ, jekk ikunx jidhrilha li l-
oġġezzjoni tkun ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal għal soluzzjoni
sodisfaċenti, li tirrisolvi l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità  kompetenti ta’ l-
Istat Kontraenti l-ieħor, bil-għan li tiġi evitata tassazzjoni li ma tkunx skond il-
Ftehim. Meta jintlaħaq ftehim dan għandu jiġi implimentat minkejja kull terminu ta’
żmien fil-liġi domestika ta’ l- Stati Kontraenti.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jistħarrġu kif
jirrisolvu permezz ta’ ftehim reċiproku kull diffikultà  jew dubbju li jista’ jitnissel
dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Dawn jistgħu wkoll
jikkonsultaw flimkien għall-eliminazzjoni ta’ tassazzjoni doppja f’dawk il-każijiet li
m’hemm xejn provdut dwarhom fil-Ftehim.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistgħu jikkomunikaw ma’
xulxin direttament, inkluż permezz ta’ kummissjoni konġunta li tkun tikkonsisti
16 L.S.123.63 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA
minnhom infushom jew mir-rappreżentanti tagħhom, bil-għan li jilħqu ftehim fis-
sens tal-paragrafi preċedenti.
Artikolu 25
SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jiskambjaw dik l-
informazzjoni li tista’ tkun meħtieġa għat-twettiq tad-disposizzjonijiet ta’ dan il-
Ftehim jew tal-liġijiet domestiċi ta’ l-Istati Kontraenti għar-rigward ta’ taxxi koperti
bil-Ftehim sakemm l-intaxxar li jsir taħthom ma jkunx kuntrarju għall-Ftehim.  L-
iskambju ta’ informazzjoni mhuwiex ristrett bl-Artikolu 1.  Kull informazzjoni li tiġi
riċevuta mill-Istat Kontraenti għandha tiġi ttrattata bħala waħda sigrieta bl-istess
mod bħall-informazzjoni miksuba taħt il-liġijiet domestiċi ta’ dak l-Istat u għandha
tiġi żvelata biss lil persuni jew awtoritajiet (inklużi qrati u korpi amministrattivi)
involuti fl-istima jew fil-ġbir ta’, l-infurzar jew prosekuzzjoni dwar, jew id-deċiżjoni
ta’ appelli dwar, it-taxxi koperti bil-Ftehim. Dawk il-persuni jew awtoritajiet
għandhom jużaw dik l-informazzjoni biss għal dawk l-għanijiet. Huma jistgħu
jiżvelaw l-informazzjoni fi proċeduri tal-qorti bil-miftuħ jew f’deċiżjonijiet
ġudizzjarji.
2. F’ebda każ ma għandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 jiftiehmu
bħala li jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
(a) li jwettaq miżuri amministrattivi li ma jkunux jaqblu mal-liġijiet u mal-
prattika amministrattiva ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(b) li jagħti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taħt il-liġijiet jew fil-
kors normali ta’ l-amministrazzjoni ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet ta’ sengħa, negozju, industrija,
kummerċ jew professjoni jew proċess tal-kummerċ, jew informazzjoni,
li meta tiġi żvelata din tkun tmur kontra l-ordni pubbliku (ordre public).
Artikolu 26
MEMBRI TA’ MISSJONIJIET DIPLOMATIĊI U KARIGI KONSULARI
Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġġi ta’ membri ta’
missjonijiet diplomatiċi jew karigi konsulari taħt ir-regoli ġenerali tad-dritt
internazzjonali jew taħt id-disposizzjonijiet ta’ kull ftehim speċjali.
Artikolu 27
LIMITAZZJONI TA’ ĦELSIEN
Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim m’għandhomx ikunu japplikaw għal
persuni li jkollhom jedd għal xi benefiċċju ta’ taxxa speċjali taħt:
(a) xi liġi ta’ xi wieħed mill-Istati Kontraenti li jkun ġie identifikat fi
Skambju ta’ Noti bejn l-Istati Kontraenti;  jew
(b) xi liġi sostanzjalment simili li ssir sussegwentement.
KAPITOLU VI
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 28
BIDU FIS-SEĦĦ
1. L-Istati Kontraenti għandhom javżaw lil xulxin meta jkunu tħarsu l-ħtiġiet
kostituzzjonali għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA ġ L.S.123.63 17
2. Dan il-Ftehim għandu jibda jseħħ tletin jum wara d-data li jasal l-aħħar
wieħed mill-avviżi msemmija fil-paragrafu 1 u d-disposizzjonijiet tiegħu għandu
jkollhom effett:
(a) fil-Portugall:
(i) għar-rigward ta’ taxxi li jinżammu minn ras il-għajn, meta dak li
joriġinaw minnu jseħħ fl-ewwel jum ta’ Jannar jew wara dik id-
data tas-sena li tiġi minnufih wara s-sena li fiha dan il-Ftehim
jibda jseħħ;
(ii) għar-rigward ta’ taxxi oħra dwar income li joriġina f’xi sena
fiskali li tibda fi jew wara l-ewwel jum ta’ Jannar fis-sena li tiġi
minnufih wara s-sena li fiha dan il-Ftehim jibda jseħħ;
(b) f’Malta, għar-rigward ta’ taxxi li jinġabru għal xi sena ta’ stima li tibda
fi jew wara l-ewwel jum ta’ Jannar tat-tieni sena kalendarja minnufih
wara s-sena li fiha l-Ftehim jibda jseħħ.
Artikolu 29
TERMINAZZJONI
Dan il-Ftehim għandu jibqa’ jseħħ sakemm jiġi terminat minn xi Stat
Kontraenti. Sew Stat Kontraenti wieħed sew l-ieħor jistgħu jitterminaw il-Ftehim,
permezz tal-kanali diplomatiċi, billi jagħtu avviż tat-terminazzjoni mill-inqas sitt
xhur qabel tmiem xi sena kalendarja li tibda minnufih wara li jiskadi perjodu ta’
ħames snin mid-data meta l-Ftehim jibda jseħħ.  F’dak il-każ, il-Ftehim għandu
jtemm milli jibqa' jseħħ:
(a) fil-Portugall:
(i) għar-rigward ta’ taxxi li jinżammu minn ras il-għajn, meta dak li
joriġinaw minnu jseħħ fl-ewwel jum ta’ Jannar jew wara dik id-
data tas-sena li tiġi minnufih wara d-data meta l-perjodu
speċifikat f’dak l-avviż ta’ terminazzjoni jiskadi; 
(ii) għar-rigward ta’ taxxi oħra dwar income li joriġina f’xi sena
fiskali li tibda fi jew wara l-ewwel jum ta’ Jannar minnufih wara
d-data meta l-perjodu speċifikat f’dak l-avviż ta’ terminazzjoni
jiskadi;
(b) f’Malta, għar-rigward ta’ taxxi li jinġabru għal xi sena ta’ stima li tibda
fi jew wara l-ewwel jum ta’ Jannar tat-tieni sena kalendarja minnufih
wara d-data meta l-perjodu speċifikat f’dak l-avviż ta’ terminazzjoni
jiskadi.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan mill-
Gvernijiet rispettivi tagħhom, iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGĦMUL f’Lisbona, illum 26 ta’ Jannar, 2001, f’żewġ oriġinali fl-ilsien Ingliż
u Portugiż, iż-żewġ testi awtentiċi ndaqs.
Għall-Gvern ta’ Malta Għall-Gvern tar-Repubblika Portugiża
Joe Borg Jaime Gama
Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin
18 L.S.123.63 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA
PROTOKOLL
Fil-waqt ta’ l-iffirmar tal-Ftehim bejn Malta u r-Repubblika Portugiża għal
Ftehim dwar Ħelsien minn Taxxa Doppja u l-Prevenzjoni ta' Evażjoni Fiskali dwar
Taxxi fuq l-Income, iż-żewġ partijiet qablu dwar dawn id-disposizzjonijiet li ġejjin,
li jifformaw parti integrali minn dan il-Ftehim:
1. Dwar l-Artikolu 10
Taħt il-liġi ta’ Malta fis-seħħ, it-taxxa fuq l-income mħallsa minn
kumpannija, bħalma din tirreferi għal dik il-parti tal-profitti tagħha li jiġu mqassma
bħala dividendi, hija assimilata flimkien mat-taxxa fuq l-income personali ta’ l-
azzjonist li jkun qed jirċievi dak id-dividend. F’idejn l-azzjonist, titħallas it-taxxa
fuq id-dividend wara li jiġi miżjud mat-taxxa mħallsa mill-kumpannija fuq il-profitti
li minnhom jitħallas dak id-dividend u l-ammont rilevanti ta’ taxxa, hekk assimilat,
isir it-tpaċija tiegħu mal-passiv fit-taxxa ta’ l-azzjonist fuq l-income tiegħu minn
kull oriġini li fuqha tista’ titħallas it-taxxa.
B’riferenza għall-Artikolu 10, jiftiehem li paragrafu 2(b) tiegħu għandu jkun
applikabbli biss sakemm is-sistema hawn qabel imsemmija tibqa’ fis-seħħ.  Jekk dan
jinbidel ir-rata ta’ taxxa msemmija fil-paragrafu 2(a) għandha tkun tapplika f’Malta
dwar dividendi li jitħallsu minn kumpannija li tkun residenti ta’ Malta lil residenti
tal-Portugall.
2. Dwar l-Artikolu 14
Għar-rigward ta’ income imsemmi fil-paragrafu 1, dan jista’ jiġi intaxxat fl-
Istat Kontraenti l-ieħor jekk il-kumpens għas-servizzi mogħtija f’dak l-Istat l-ieħor
jinkiseb minn residenti ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi u jkun jeċċedi l-ekwivalenti ta’
30,000 ewro matul is-sena fiskali.
3. Dwar l-Artikolu 22
a) Jiftiehem li taħt leġislazzjoni li bħalissa tinsab fis-seħħ, il-Portugall ma
jestendix il-ħelsien għal taxxa sottostanti dwar taxxa mħallsa minn kumpannija fuq
profitti li minnhom jitħallsu dividendi lil persuni mhux residenti. Jekk jiġri li l-
Portugall jestendi l-ħelsien għat-taxxa sottostanti taħt id-disposizzjonijiet tat-taxxa
domestika tagħha għal persuni mhux residenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom
jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jestendu dak il-ħelsien għal taxxa sottostanti għal
dividendi mħallsa minn kumpannija resident f'Malta lil kumpannija residenti fil-
Portugall.  Dawk il-konsultazzjonijiet għandhom isiru mhux iżjed tard minn sitt xhur
mid-data tal-bidu fis-seħħ tal-leġislazzjoni;
b) Fil-każ ta' dividendi mħallsa minn kumpannija residenti f'Malta lil residenti
tal-Portugall, id-dividend nett għandu jiżdied fil-Portugall mar-rati stipulati fl-
Artikolu 10(2)(a)(i) jew (ii), skond ma japplika, maħduma b’riferenza għall-ammont
nett tad-dividendi.  Il-ħelsien mit-taxxa li titħallas fil-Portugall għandha tkun
limitata għat-taxxa Portugiża fuq dak l-ammont li jiġi hekk miżjud.
4. Dwar l-Artikolu 23
Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3 ma jostakolawx l-applikazzjoni ta’ xi
disposizzjoni tal-leġislazzjoni dwar it-taxxi ta’ Stat Kontraenti dwar it-tnaqqis ta’
mgħax li jkun fis-seħħ fid-data tal-firma ta’ dan il-Ftehim (fejn ikun hemm inkluż xi
tibdil futur tad-disposizzjonijiet li ma jkunux jibdlu x-xorta ġenerali).
5. Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-ftehim ma għandhomx jiġu interpretati bħala li
jillimitaw b’xi mod l-eżenzjonijiet, it-tnaqqis, il-krediti jew kull ħelsien ieħor li
jkunu jew li se jiġu konċessi:
(a) bil-liġi ta’ l-Istat Kontraenti għall-fini ta’ l-istima tat-taxxi imposti
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA ġ L.S.123.63 19
minn dak l-Istat;  jew
(b) b’xi Ftehim ieħor iffirmat minn xi wieħed mill-Istati Kontraenti.
MAGĦMUL f’Lisbona, illum 26 ta’ Jannar, 2001, f’żewġ oriġinali fl-ilsien Ingliż
u Portugiż, iż-żewġ testi awtentiċi ndaqs.
Għall-Gvern ta’ Malta Għall-Gvern tar-Repubblika Portugiża
Joe Borg Jaime Gama
Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin
