EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAT-TUNIŻIJA ġ L.S.123.64 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.64
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-REPUBBLIKA TAT-TUNIŻIJA
6 ta’ Awissu, 2002
L-Avviż Legali 225 ta’ l-2002.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Repubblika tat-Tuniżija.
Arranġamenti 
jkollhom effett.
2. B’dan qiegħed jiġi dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-ordni saru mar-Repubblika tat-
Tunizija sabiex jagħtu ħelsien minn taxxa doppja dwar
it-taxxi li gejjin imposti bil-ligijiet tar-Repubblika tat-
Tunizija:
- it-taxxa fuq l-income; u
- it-taxxa korporattiva;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arrangamenti għandu
jkollhom effett;
(ċ) illi l-Ftehim beda jseħħ fil-31 ta’ Diċembru, 2001.
2 L.S.123.64 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAT-TUNIŻIJA
SKEDA
FTEHIM BEJN MALTA
U R-REPUBBLIKA TAT-TUNIŻIJA
DWAR ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
U L-PREVENZJONI TA’ EVAŻJONI FISKALI
DWAR TAXXI FUQ L-INCOME
Il-Gvern ta’ Malta u l-Gvern tar-Repubblika tat-Tuniżija, billi jixtiequ jagħmlu
Ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja u l-prevenzjoni ta’ evazjoni fiskali dwar
taxxi fuq l-income, ftehmu kif gej:
KAPITOLU I
SKOP TAL-FTEHIM
Artikolu 1
GĦAN PERSONALI
Dan il-Ftehim għandu japplika għal persuni li jkunu residenti fi Stat
Kontraenti wieħed jew fit-tnejn li huma.
Artikolu 2
TAXXI KOPERTI
1. Dan il-ftehim għandu japplika għat-taxxi fuq l-income imposti f’isem Stat
Kontraenti jew is-sottodivizjonijiet politiċi tiegħu jew l-awtoritajiet lokali tiegħu,
irrispettivament mill-mod kif dawn jinġabru.
2. Għandhom jitqiesu bħala taxxi fuq l-income it-taxxi kollha imposti fuq l-
income totali, jew fuq elementi ta’ income, inkluzi taxxi fuq dħul mill-bejgħ ta’
proprjetà  mobbli jew immobbli, taxxi fuq l-ammonti totali ta’ pagi jew salarji kif
ukoll taxxi fuq l-apprezzament kapitali.
3. It-taxxi eżistenti li għalihom japplika dan il-Ftehim huma:
(a) fil-kaz tat-Tuniżija:
- it-taxxa fuq l-income;
- it-taxxa korporattiva;
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa tat-Tuniżija");
(b) fil-kaz ta’ Malta:
- it-taxxa fuq l-income;
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ Malta").
4. Il-Ftehim għandu japplika wkoll għal kull taxxa identika jew sostanzjalment
simili li jiġu imposti wara d-data meta jiġi ffirmat il-Ftehim b’żieda ma’, jew
minflok, it-taxxi eżistenti. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti
għandhom jgħarrfu lil xulxin b’kull tibdil sostanzjali li jkun sar fil-liġijiet rispettivi
tagħhom dwar it-taxxa.
5. Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Artikolu dan il-Ftehim ma
għandux japplika għal taxxa mħallsa jew li titħallas f’Malta skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (13) ta’ l-artikolu 56 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-
Income (Kap. 123) għar-rigward ta’ l-income taxxabbli ta’ persuna li tkun taħdem
fil-produzzjoni tal-petroleum li jiġi prodott gewwa Malta, jew xi disposizzjoni
sostanzjalment simili li tiġi imposta wara d-data tal-firma ta’ dan il-Ftehim.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAT-TUNIŻIJA ġ L.S.123.64 3
KAPITOLU II
TIFSIRIET
Artikolu 3
TIFSIRIET
1. Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim:
(a) il-frażijiet "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-ieħor" ifissru it-
Tuniżija jew Malta, skond ir-rabta tal-kliem;
(b) il-frażi "Tuniżija" tfisser ir-Repubblika tat-Tuniżija;
(ċ) il-frażi "Malta" tfisser ir-Repubblika ta’ Malta;
(d) il-frażi "persuna" tinkludi individwu, kumpannija u kull korp ta’
persuni;
(e) il-frażi "kumpannija" tfisser korp magħqud, jew enti li jkun ittrattat
bħala korp magħqud għall-iskopijiet ta’ taxxa;
(f) il-frażi "impriża ta’ Stat Kontraenti" u "impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor" ifissru rispettivament impriża ġestita minn residenti ta’ Stat
Kontraenti u impriża ġestita minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(g) il-frażi "ċittadin" tfisser:
- individwu li jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Kontraenti;
- persuna legali, soċjetà , assoċjazzjoni u kull entità  oħra li tikseb l-
istatus tagħha bħala tali mil-liġijiet li jkunu jseħħu fi Stat
Kontraenti;
(h) il-frażi "traffiku internazzjonali" tfisser it-trasport li jsir b’bastiment,
inġenji ta’ l-ajru jew vettura tat-triq mħaddma minn impriża li jkollha l-
post effettiv ta’ maniġġ tagħha fi Stat Kontraenti, ħlief meta l-
bastiment, l-inġenji ta’ l-ajru jew il-vettura tat-triq jiġu unikament
imħaddma bejn postijiet fl-Istat Kontraenti l-ieħor; u
(i) il-frażi "awtorità  kompetenti" tfisser:
- fil-każ tat-Tuniżija, il-Ministru tal-Finanzi jew ir-rappreżentant
awtorizzat tiegħu;
- fil-każ ta’ Malta, il-Ministru responsabhli għall-finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu.
2. Għar-rigward ta’ l-applikazzjoni tal-Ftehim minn Stat Kontraenti kull frażi
li ma tkunx imfissra fih għandu jkollha, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx
teħtieġ xort’oħra, t-tifsir kif mogħti lilha taħt il-liġi ta’ dak l-Istat dwar it-taxxi li l-
Ftehim japplika għalihom.
Artikolu 4
RESIDENTI
1. Għall-fmijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frazi "residenti ta’ Stat Kontraenti" tfisser
kull persuna li, taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat, hija suġġetta għat-taxxa hemmhekk
minħabba d-domiċilju, r-residenza, post ta’ inkorporazzjoni, post tal-maniġġ jew xi
kriterju ieħor ta’ xorta simili.
2. Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu l-individwu jkun residenti
taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-istatus tiegħu għandu jigi stabbilit kif ġej:
(a) huwa għandu jitqies li jkun residenti unikament ta’ l-Istat Kontraenti li
fih ikollu dar permanenti għad-disposizzjoni tiegħu; jekk huwa jkollu
4 L.S.123.64 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAT-TUNIŻIJA
dar permanenti għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati, huwa għandu
jitqies li huwa residenti unikament ta’ l-Istat Kontraenti li miegħu r-
relazzjonijiet personali u ekonomiċi tiegħu ikunu l-aktar marbuta
(ċentru ta’ interessi vitali);
(b) jekk l-Istat li fih huwa jkollu ċ-ċentru ta’ interessi vitali ma jistax jiġi
determinat, jew jekk huwa ma jkollux għad-disposizzjoni tiegħu dar
permanenti f’ebda Stat, huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li
fih soltu jirrisjedi;
(ċ) jekk huwa soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati jew f’ebda wieħed minnhom,
huwa għandu jitqies li jkun residenti unikament ta’ l-Istat Kontraenti li
jkun ċittadin tiegħu;
(d) jekk huwa jkun ċittadin taż-żewġ Stati jew ta’ l-ebda wieħed minnhom,
l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jiddeċiedu l-
każ bi ftehim bejnithom.
3. Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, din għandha għaldaqstant titqies
bħala residenti ta’ l-Istat fejn ikun jinsab il-post effettiv tal-maniġġ tagħha.
Artikolu 5
STABBILIMENT PERMANENTI
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "stabbiliment permanenti" tfisser
post tan-negozju fiss li minnu jitmexxa għalkollox jew f’parti minnu x-xogħol ta’
impriża.
2. Il-frażi "stabbiliment permanenti" tinkludi b’mod speċjali:
(a) post ta’ maniġġ,
(b) fergħa,
(ċ) uffiċċju,
(d) fabbrika,
(e) ħanut tax-xogħol,
(f) minjiera, bir taż-żejt jew tal-gass, barriera jew kull post ieħor ta’
estrazzjoni ta’ riżorsi naturali inkluż sit ta’ offshore drilling, u
(g) art li tkun qegħda tinbena jew proġett ta’ kostrozzjoni jew assemblaġġ
jew attivitajiet ta’ sorveljanza meta dik l-art, dak il-progett jew dik l-
attività  jdumu għal aktar minn sitt xhur.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frazi
"stabbiliment permanenti" għandha titqies li ma tinkludix:
(a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop uniku ta’ ħażna jew ta’ wiri ta’ oġġetti
jew merkanzija li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża;
(b) il-manutenzjoni ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’
l-impriża għall-iskop uniku ta’ ħażna, wiri jew kunsinna;
(ċ) il-manutenzjoni ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’
l-impriża għall-iskop uniku ta’ proċessar minn impriża oħra;
(d) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku ta’
pubbliċità ;
(e) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku li jiġu
eserċitati attivitajiet oħra ta’ xorta prepatatorja jew awżiljarja għall-
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAT-TUNIŻIJA ġ L.S.123.64 5
impriza;
(f) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku ta’ xi
kombinazzjoni ta’ attivitajiet imsemmija fis-subparagrafi (a) sa (e),
kemm-il darba l-attività  kollha tal-post tan-negozju fiss li tirriżulta
minn din il-kombinazzjoni tkun waħda ta’ xorta preparatorja jew
awżiljari.
4. Impriża ta’ Stat Kontraenti għandha titqies li jkollha stabbiliment
permanenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor jekk:
(a) ikun qed jintuża mill-impriża tagħmir biżżejjed daqskemm ikun meħtieġ
biex tiġġestixxi l-attivitajiet tagħha f’dak l-Istat l-ieħor; jew
(b) tiġġestixxi attivitajiet superviżorji f’dak l-Istat f’dak li għandu x’jaqsam
ma’ l-użu ta’ tagħmir imsemmi fis-subparagrafu (a).
5. Meta persuna - li ma tkunx aġent bi status indipendenti li għalih japplika l-
paragrafu 6 - tkun qed taġixxi fi Stat Kontraenti, għan-nom ta’ l-impriza ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor, dik l-impriża għandha titqies li jkollha stabbiliment permanenti
fl-Istat Kontraenti l-ewwel imsemmi, jekk dik il-persuna:
(a) jkollha u tkun soltu teserċita fl-Istat Kontraenti l-ewwel imsemmi,
awtorità  biex tagħmel kuntratti f’isem l-impriża, kemm-il darba l-
attivitajiet tagħha ma jkunux limitati għax-xiri ta’ oggetti jew
merkanzija għall-impriża;
(b) ma jkollha ebda awtorità  bħal dik, imma tkun soltu żżomm fl-Istat l-
ewwel imsemmi ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li minnha tikkunsinna
regolarment oggetti jew merkanzija f’isem l-impriża;
(ċ) ma jkollha ebda awtorità  bħal dik, imma tkun soltu tilqa’ ordnijiet fl-
Istat l-ewwel imsemmi għal kollox jew kważi għal kollox għal dik l-
impriża jew għal dik l-impriża u impriżi oħra kkontrollati minnha jew li
jkollhom interess ta’ kontroll fiha.
6. Impriża ta’ Stat Kontraenti ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment
permanenti fi Stat Kontraenti biss minħabba li tkun tiġġestixxi negozju f’dak l-Istat
l-ieħor permezz ta’ sensal, aġent b’kummissjoni ġenerali jew kull aġent ieħor bi
status indipendenti, meta dawk il-persuni jkunu qed jaġixxu fil-kors ordinarju tan-
negozju tagħhom.
Madankollu, meta l-attivitajiet ta’ aġent bħal dak ikunu għalkollox, jew
kważi għalkollox, dedikati f’isem dik l-impriża, huwa ma jitqiesx li jkun aġent bi
status indipendenti jekk it-transazzjonijiet bejn l-aġent u l-impriża ma jkunux saru
taħt arm’s length conditions.
7. Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tkun tikkontrolla
jew tkun kontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor,
jew li tkun tiġġestixxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta' stabbiliment
permanenti sew xort’oħra), m’għandux fih innifsu jikkostitwixxi lil xi kumpannija
waħda jew l-oħra stabbiliment permanenti tal-kumpannija l-oħra.
KAPITOLU III
TASSAZZJONI TA’ INCOME
Artikolu 6
INCOME MINN PROPRJETÀ  IMMOBBLI
1. Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn proprjetà
immobbli li tkun tinsab fl-Istat Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-
6 L.S.123.64 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAT-TUNIŻIJA
ieħor.
2. Il-frażi "proprjetà  immobbli" għandu jkollha t-tifsira li għandha taħt il-liġi
ta’ l-Istat Kontraenti li fih tkun tinsab il-proprjetà  involuta. Il-frażi għandha f’kull
każ tinkludi proprjetà  aċċessorja għal proprjetà  immobbli, bhejjem f’razzett u
tagħmir li jintuża fl-agrikoltura u fil-ħidma fil-boskijiet, drittijiet li għalihom
japplikaw il-provvedimenti tal-liġi ġenerali dwar il-proprjetà  ta’ l-art, l-użufrutt tal-
proprjetà  immobbli u drittijiet dwar ħlasijiet varjabbli jew fissi bħala korrispettiv
għal ħidma fi, jew id-dritt li jinħadmu, jew għall-esplorazzjoni ta’, depożiti minerali,
għejjun u rizorsi oħra naturali. Bastimenti, opri tal-baħar u inġenji ta’ l-ajru ma
għandhomx jitqiesu bħala proprjetà  immobbli.
3. Il-provvedimenti tal-paragrafu 1 għandhom ikunu japplikaw għal income li
jinkiseb mill-użu dirett, kiri, jew użu ta’ kull xorta ta’ proprjetà  immobbli.
4. Il-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-income
minn proprjetà  immobbli ta’ impriża u għal income minn proprjetà  immobbli użata
għall-għemil ta’ servizzi personali indipendenti.
Artikolu 7
PROFITTI MINN NEGOZJU
1. L-income jew il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti għandhom ikunu biss
taxxabbli f’dak l-Istat kemm-il darba l-impriża ma tmexxix negozju fl-Istat
Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk.
Jekk l-impriża tkun qegħda tmexxi negozju kif hawn aktar qabel imsemmi, l-income
jew il-profitti ta’ l-impriża jistgħu jiġu intaxxati fl-Istat Kontraenti l-ieħor iżda biss
għal dik il-parti minnhom daqskemm tkun attribwibbli għal dak l-istabbiliment
permanenti.
2. Bla ħsara għall-provvedimenti tal-paragrafu 3, meta impriża ta’ Stat
Kontraenti tkun tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qiegħed hemmhekk, għandhom f’kull Stat Kontraenti jiġu
attribwiti lil dak l-istabbiliment permanenti l-income jew il-profitti li kien ikun
mistenni jagħmel kieku kien impriża distinta u separata li taħdem fl-istess attivitajiet
jew oħrajn bħalhom taħt l-istess kundizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem
indipendentement għalkollox mill-impriża li tagħha tkun stabbiliment permanenti
jew ma’ impriżi assoċjati oħra li tkun tittratta magħhom.
3. Meta jkunu qegħdin jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti,
għandhom ikunu permessi bħala tnaqqis dawk l-ispejjeż li jsiru għall-għanijiet tan-
negozju ta’ l-istabbiliment permanenti, inklużi l-ispejjeż eżekuttivi u amministrattivi
ġenerali li jkunu saru, sew fl-Istat li fih ikun hemm l-istabbiliment permanenti sew
band’oħra.
4. Sakemm tkun il-konswetudni fi Stat Kontraenti li jistabbilixxi l-profitti li
għandhom jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti minħabba fi tqassim tal-profitti
totali ta’ l-impriża lill-partijiet diversi tagħha, ebda ħaġa fil-paragrafu 2 ma għandha
tipprekludi lil dak l-Istat Kontraenti milli jistabbilixxi l-profitti li għandhom jiġu
intaxxati b’dak it-tqassim skond ma jista’ jkun konswetudinarju; il-metodu ta’
tqassim li jiġi adottat għandu, madankollu, jsir hekk li r-riżultat għandu jkun skond
il-prinċipji li jinsabu f’dan l-Artikolu.
5. Għall-għanijiet tal-paragrafi preċedenti ta’ dan l-Artikolu, l-profitti li
għandhom jiġu attribwiti lill-istabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-
istess metodu sena wara l-oħra kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u
suffiċjenti biex dan ma jsirx.
6. Il-provvedimenti ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu japplikaw ukoll għall-
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAT-TUNIŻIJA ġ L.S.123.64 7
parteċipazzjoni ta’ xi soċju fil-profitti ta’ assoċjazzjoni ta’ persuni (sociè tè  de
personnes) inkluża soċjetà  de facto (socjè tè  de fait) u arrranġament f’parteċipazzjoni
(association en participation).
7. Meta l-profitti jkunu jinkludu oġġetti ta’ income li qegħdin jiġu trattati
separatament f’Artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, għaldaqshekk il-provvedimenti ta’
dawk l-Artikoli ma jintlaqtux bil-provvedimenti ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 8
TRAFFIKU INTERNAZZJONALI
1. Il-profitti li jinkisbu mit-tħaddim ta’ bastimenti, inġenji ta’ l-ajru jew vetturi
fit-toroq fi traffiku internazzjonali għandhom ikunu taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti
fejn ikun jinsab il-post ta’ maniġġ effettiv ta’ l-impriża.
2. Jekk il-post ta’ maniġġ effettiv ta’ impriża tat-tbaħħir tkun abbord xi
bastiment jew biċċa tal-baħar, għaldaqstant din titqies bħala li tkun tinsab fi Stat
Kontraenti fejn ikun jinsab il-port domestiku tal-bastiment jew tal-biċċa tal-baħar,
jew, jekk ma jkunx hemm port domestiku bħal dak, fl-Istat Kontraenti li tiegħu l-
operatur tal-bastiment jew tal-biċċa tal-baħar ikun residenti.
3. Dawk il-profitti li jinkisbu mit-tħaddim ta’ bastimenti, inġenji ta’ l-ajru jew
vetturi fit-toroq bejn postijiet li jkunu sitwati fi Stat Kontraenti huma taxxabbli biss
f’dak l-Istat.
4. Il-provvedimenti tal-paragrafu 1 għandhom ukoll japplikaw għal profitti
mill-parteċipazzjoni f’pool, negozju bi sħab jew aġenzija b’operat internazzjonali.
Artikolu 9
IMPRIŻI ASSOĊJATI
1. Meta
(a) impriża ta’ Stat Kontraenti tipparteċipa sew direttament sew
indirettament fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriċa ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor, jew
(b) l-istess persuni jipparteċipaw sew direttament sew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti u ta’
impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor,
u f’kull każ isiru jew jiġu imposti kondizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji tagħhom li ma jkunux jaqblu ma’ dawk li
kieku kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f’dak il-każ l-income u l-
profitti li, kieku ma kienux dawk il-kondizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda
mill-impriżi, iżda, minħabba dawk il-kondizzjonijiet, ma ġewx hekk akkumulati,
jistgħu jiġu inklużi fl-income u l-profitti ta’ dik l-impriża u intaxxati skond hekk.
2. Meta Stat Kontraenti ikun jinkludi l-profitti ta’ impriża ta’ dak l-Istat - u
skond hekk jintaxxa - profitti li fuqhom impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor ġiet
intaxxata f’dak l-Istat l-ieħor u l-profitti hekk inklużi jkunu profitti li kienu
jinqalgħu minn dik l-impriża ta’ l-ewwel Stat li kieku l-kondizzjonijiet magħmula
bejn iż-żewġ impriżi kienu dawk li kienu jsiru bejn żewġ impriżi indipendenti,
għaldaqshekk dak l-Istat l-ieħor jista’ jagħmel it-tibdil li jmiss fl-ammont tat-taxxa
imposta hemmhekk fuq dawk il-profitti. Biex jiġi stabbilit it-tibdil, għandhom
jitqiesu kif dovut il-provvedimenti l-oħra ta’ dan il-Ftehim u l-awtoritajiet
kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jekk ikun hekk meħtieġ jikkonsultaw lil
xulxin.
8 L.S.123.64 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAT-TUNIŻIJA
Artikolu 10
DIVIDENDI
1. Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor tista’ tiġi intaxxata f’dak l-Istat.
2. Madankollu, dawk id-dividendi jistgħu ukoll jiġu intaxxati fl-Istat
Kontraenti li tiegħu l-kumpannija li tkun tħallas id-dividendi tkun residenti, u skond
il-liġijiet ta’ dak l-Istat, imma jekk ir-riċevitur ikun is-sid benefiċjarju tad-dividendi,
t-taxxa li hekk tinġabar m’għandhiex teċċedi 10 fil-mija mill-ammont gross tad-
dividendi.
3. Minkejja l-provvedimenti tal-paragrafu 2, meta taħt il-liġi ta’ Malta
azzjonist li jkun qed jirċievi dividend ikun intitolat għal tpaċija li ssir kontra t-taxxa
tiegħu f’ammont li jkun jikkorrispondi għat-taxxa mħallsa jew li jkollha titħallas
mill-kumpannija għar-rigward tal-profitti mqassma lilu bħala tali dividend,
għaldaqstant it-taxxa ta’ Malta fuq id-dividendi tista’ teċċedi r-rata stabbilita fil-
paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu imma ma għandhiex tkun teċċedi dik li għandha
titħallas fuq il-profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi u, f’kull każ, ma għandhiex
teċċedi 35 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi. Il-provvedimenti ta’ dan il-
paragrafu għandhom ikunu japplikaw biss sakemm Malta ma tintroduċix it-taxxa
korporattiva jew xi taxxa simili.
4. Il-frażi "dividendi" kif din tintuża f’dan l-Artikolu tfisser income minn kull
għamla ta’ ishma, jew drittijiet oħra, li ma jkunux pretensjonijiet ta’ debitu, il-
parteċipazzjoni fi profitti, kif ukoll income minn drittijiet korporattivi li jingħata l-
istess trattament fl-intaxxar bħallikieku kien income minn ishma skond il-liġijiet ta’
l-Istat li tiegħu l-kumpannija li tkun qed tagħmel it-tqassim tkun residenti.
5. Il-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-
Istat Kontraenti l-ieħor li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-dividendi,
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li jkun jagħmel
f’dak l-Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn bażi stabbilita sitwata
hemmhekk, u l-holding li dwarhom id-dividendi jkunu mħallsa jkollu x’jaqsam
effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilita. F’dak il-każ
għandhom japplikaw il-provvedimenti ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond
il-każ.
6. Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpannija, ħlief daqskemm dawk id-dividendi
jitħallsu lil residenti ta’ dak l-Istat l-ieħor jew daqskemm il-holding li dwaru
jitħallsu d-dividendi jkun effettivament konness ma’ dak l-istabbiliment permanenti
jew bażi stabbilita sitwati f’dak Istat l-ieħor, lanqas jissuġġetta l-profitti mhux
imqassma tal-kumpannija għal taxxa fuq il-profitti mhux imqassma tal-kumpannija,
ukoll jekk id-dividendi mħallsa jew il-profitti mhux imqassma jkunu kollha kemm
huma jew f’parti minnhom jikkonsistu fi profitti jew income li jinqalgħu f’dak l-Istat
l-ieħor.
Artikolu 11
MGĦAX
1. Mgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u jitħallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandu jkun taxxabbli biss f’dak Istat l-ieħor.
2. Madankollu, dak l-imgħax jista’ wkoll jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn
joriġina u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda, jekk ir-riċevent ikun is-sid
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAT-TUNIŻIJA ġ L.S.123.64 9
benefiċjarju ta’ l-imgħax, it-taxxa hekk mħallsa m’għandhiex teċċedi 12 fil-mija ta’
l-ammont gross ta’ l-imgħax.
3. Minkejja l-provvedimenti tal-paragrafu 2, kull mgħax li joriġina fi Stat
Kontraenti għandu jkun eżenti mit-taxxa f’dak l-Istat jekk dan jinkiseb mill-Gvern
ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jew minn xi awtorità  lokali tiegħu.
4. Il-frażi "mgħax" kif din tintuża f’dan l-Artikolu tfisser income minn
pretensjonijiet ta’ debitu ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le u sew jekk
jagħti xi jedd għal sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b’mod partikolari,
income minn titoli tal-gvern u income minn bonds jew debentures, inklużi premiums
u premjijiet marbutin ma’ titoli, bonds jew debentures simili. Il-penalitajiet għal ħlas
tardiv m’għandhomx jitqiesu bħala mgħax għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu.
5. Il-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju ta’ l-imgħax, li jkun residenti ta’ Stat Kontracnti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih jinqala’ l-imgħax, permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jew jagħmel servizzi personali indipendenti f’dak
Istat l-ieħor minn bażi stabbilita sitwata hemmhekk, u l-pretensjoni ta’ debitu li
dwarha jitħallas l-imgħax tkun effettivament konnessa ma’ dak l-istabbiliment
permanenti jew bażi stabbilita. F’każ bħal dak għandhom japplikaw il-
provvedimenti ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ.
6. L-imgħax għandu jitqies li joriġina fi Stat Kontraenti meta min ikun qed
iħallas l-imgħax ikun l-Istat innifsu, sottodiviżjoni politika, awtorità  lokali jew
residenti ta’ dak l-Istat. Meta, madankollu, l-persuna li tkun qed tħallas l-imgħax,
sew jekk tkun residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, jkollha fi Stat Kontraenti
stabbiliment permanenti jew bażi fissa li f’konnessjoni magħhom kien sar id-dejn li
fuqu jitħallas l-imgħax u dak l-imgħax jiġġarrab, minn dak l-istabbiliment jew bażi
fissa, għaldaqstant dak l-imgħax għandu jitqies li joriġina fl-Istat fejn ikun jinsab l-
istabbiliment permanenti jew il-bażi fissa.
7. Meta, minħabba f’relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
jew bejn it-tnejn li huma u xi persuna oħra, l-ammont ta' l-imgħax, wara li titqies xi
tkun il-pretensjoni ta’ debitu li dwarha jitħallas, ikun iżjed mill-ammont li kien ikun
miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, il-
provvedimenti ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu japplikaw biss għall-ammont l-
aħħar imsemmi. F’każ bħal dak, il-parti żejda tal-ħlasijiet tibqa’ taxxabbli skond il-
liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, fil-qies tal-provvedimenti l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 12
ROYALTIES
1. Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati biss f’dak Istat l-ieħor.
2. Madankollu, dawk ir-royalties jistgħu wkoll jiġu intaxxati fl-Istat
Kontraenti fejn joriġinaw u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, imma jekk ir-riċevent
ikun is-sid benefiċjarju ta’ dawk ir-royalties it-taxxa hekk mħallsa m’għandhiex
teċċedi 12 fil-mija ta’ l-ammont gross tar-royalties.
3. Il-frażi "royalties" kif din tintuża f’dan l-Artikolu tfisser ħlasijiet ta’ kull
xorta li jsiru b’korrispettiv għall-uzu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu, ta’ kull dritt ta’ l-
awtur ta’ xogħol litterarju, artistiku jew xjentifiku (inklużi films ċinematografiċi u
oħrajn jew tapes għax-xandir bit-televiżjoni jew bir-radju), kull privattiva, trade
mark, disinn jew mudell, pjan, formula sigrieta jew proċess, jew għall-użu ta’
tagħmir industrijali, kummerċjali, agrikolu, jew xjentifiku, jew għad-dritt li dan
jintuża, jew għal informazzjoni dwar konoxxenza industrijali, kummerċjali jew
xjentifika jew għal studji tekniċi jew ekonomiċi jew għal assistenza teknika.
10 L.S.123.64 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAT-TUNIŻIJA
4. Il-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tar-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih ir-royalties jinqalgħu, permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun jagħmel servizzi personali
indipendenti f’dak Istat l-ieħor minn bażi stabbilita sitwata hemmhekk, u d-dritt jew
il-proprjetà  li dwarhom jitħallsu r-royalties ikunu effettivament konnessi ma’ dak l-
istabbiliment permanenti jew bażi stabbilita. F’dak il-każ għandhom japplikaw il-
provvedimenti ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 14, skond il-każ.
5. Ir-royalties jitqiesu li joriġinaw fi Stat Kontraenti meta min iħallas ikun dak
l-Istat innifsu, sottodiviżjoni politika, awtorità  lokali jew residenti ta’ dak l-Istat.
Meta, madankollu, l-persuna li tkun qed tħallas ir-royalties, sew jekk tkun residenti
ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, jkollha fi Stat Kontraenti stabbiliment permanenti
jew bażi fissa li f’konnessjoni magħhom kienet saret l-obbligazzjoni li fuqu jitħallsu
r-royalties, u dawk ir-royalties jiġġarbu minn dak l-istabbiliment jew bażi fissa,
għaldaqstant dawk ir-royalties għandhom jitqiesu li joriginaw fl-Istat fejn ikunu
jinsabu l-istabbiliment permanenti jew il-bażi fissa.
6. Meta, minħabba r-relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
jew bejnithom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties, fil-qies ta’ x’ikun l-
użu, id-dritt jew l-informazzjoni li jitħallsu għalihom, ikun iżjed mill-ammont li kien
ikun miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni,
il-provvedimenti ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-aħħar
imsemmi. F’dak il-każ, il-parti żejda tal-ħlasijiet għandha tibqa’ taxxabbli skond il-
liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, wara li jitqiesu l-provvedimenti l-oħra ta’ dan il-
Ftehim.
Artikolu 13
TRASFERIMENT TA’ PROPRJETÀ
1. Income jew qligħ li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti mit-
trasferiment ta’ proprjetà  immobbli msemmi fl-Artikolu 6 u li jkun jinsab fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat.
2. Income jew qligħ mit-trasferiment ta’ ishma jew interessi paragunabbli
f’kumpannija li l-attiv ikun għalkollox jew prinċipalment jikkonsisti fi proprjetà
immobbli, jista’ jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn ikun jinsab dak l-attiv.
3. Income jew qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tagħmel parti mill-
proprjetà  tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor jew ta’ proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni għal
bażi stabbilita disponibbli għal residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-
ieħor bil-għan li jitwettqu servizzi personali indipendenti, inkluż dak il-qligħ mit-
trasferiment ta’ dak l-istabbiliment permanenti (waħdu jew flimkien ma’ l-impriża
kollha) jew ta’ dik il-bażi stabbilita, jista’ jiġi intaxxat f’dak Istat l-ieħor.
4. Income jew qligħ li jinkiseb minn impriża ta’ Stat Kontraenti mit-
trasferiment ta’ bastimenti, inġenji ta’ l-ajru jew vetturi fit-triq għandhom ikunu
taxxabbli biss f’dak l-Istat Kontraenti fejn ikun jinsab il-post ta’ maniġġ effettiv.
5. Income jew qligħ mit-trasferiment ta’ kull proprjetà  jew attiv, li ma jkunux
dawk imsemmija fil-paragrafi 1, 2, 3 u 4 għandhom ikunu taxxabbli biss fl-Istat
Kontraenti li tiegħu ikun residenti min jittrasferixxi.
Artikolu 14
SERVIZZI PERSONALI INDIPENDENTI
1. Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti għal servizzi
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAT-TUNIŻIJA ġ L.S.123.64 11
professjonali jew attivitajiet oħra ta’ xorta indipendenti għandu jkun intaxxat biss
f’dak l-Istat ħlief f’dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin, meta dak l-income jista’ jiġi ukoll
intaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor:
(a) jekk ikollu disponibbli bażi stabbilita fl-Istat Kontraenti l-ieħor bil-għan
li jwettaq l-attivitajiet tiegħu; f’dak il-każ hi biss dik il-parti mill-
income tiegħu daqskemm tkun attribwibbli lil dik il-bażi stabbilita li
tista’ tiġi intaxxata f’dak l-Istat l-ieħor;
(b) jekk il-qagħda tiegħu fl-Istat Kontraenti l-ieħor tkun għal perjodu jew
għal perjodi li fit-total ikunu jaqbżu l-183 ġurnata f’perjodu ta’ tnax-il
xahar; f’dak il-każ hi biss dik il-parti mill-income tiegħu daqskemm
tinkiseb mill-attività  tiegħu eserċitata fl-Istat Kontraenti l-ieħor li tista’
tiġi intaxxata f’dak l-Istat l-ieħor; jew
(ċ) jekk il-kumpens għas-servizzi tiegħu fl-Istat Kontraenti l-ieħor tinkiseb
minn residenti ta’ dak l-Istat u tkun teċċedi 5000 Dollari ta’ l-Istati
Uniti jew l-ekwivalenti tagħhom matul is-sena kalendarja, minkejja li l-
qagħda tiegħu f’dak l-Istat tkun għal perjodu jew perjodi li b’kollox
jammontaw għal inqas minn 183 ġurnata matul dik is-sena.
2. Il-frażi "servizzi professjonali" tinkludi attivitajiet letterarji, artistiċi,
edukattivi jew ta’ tagħlim li huma speċjalment indipendenti kif ukoll l-attivitajiet
indipendenti ta’ tobba, dentisti, avukati, inġiniera, periti u accountants.
Artikolu 15
SERVIZZI PERSONALI DIPENDENTI
1. Bla ħsara għall-provvedimenti ta’ l-Artikoli 16, 18 u 19, is-salarji, il-pagi u
kumpens ieħor bħal dak li jinkisbu minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar xi impieg
għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jiġix
eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk eżerċitat, dak il-kumpens
li jinkiseb minnu jista’ jiġi intaxxat f’dak Istat l-ieħor.
2. Minkejja l-provvedimenti tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-kumpens li
jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg eżerċitat fl-Istat Kontraenti
l-ieħor għandu jkun taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
(a) min jircevih ikun preċenti fl-Istat l-ieħor għal perjodu jew perjodi li ma
jaqbżux it-total ta’ 183 ġurnata f’perjodu ta’ 12 il-xahar, u
(b) il-kumpens jitħallas minn, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx residenti ta’
l-Istat l-ieħor, u
(ċ) il-kumpens ma jkunx piż fuq l-istabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li l-prinċipal ikollu fl-Istat l-ieħor.
3. Minkejja l-provvedimenti preċedenti ta’ dan l-Artikolu, il-kumpens li
jinkiseb dwar impieg eżerċitat abbord xi bastiment, inġenju ta’ l-ajru jew vettura fit-
toroq operati fi traffiku internazzjonali jista’ jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn
ikun jinsab il-post ta’ maniġġ effettiv ta’ l-impriża.
Artikolu 16
DRITTIJIET TAD-DIRETTURI
Id-drittijiet tad-diretturi u ħlasijiet simili oħra li jinkisbu minn residenti ta’
xi Stat Kontraenti fil-kapaċità  tiegħu ta’ membru tal-bord ta’ diretturi, jew ta’ korp
paragunabbli ieħor jissejjaħ kif jissejjaħ, ta’ kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
12 L.S.123.64 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAT-TUNIŻIJA
Artikolu 17
ARTISTI U SPORTIVI
1. Minkejja l-provvedimenti ta’ l-Artikoli 14 u 15, income li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti bħala uħud li jagħtu spettaklu, bħal artisti tat-teatru, tal-
films ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni, jew bħala mużiċista, jew bħala
sportiv, mill-attivitajiet personali tiegħu bħala tali li jiġu eżerċitati fl-Istat
Kontraenti l-ieħor, jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor.
2. Meta income dwar attivitajiet personali eżerċitati minn min jagħti spettaklu
jew sportiv fil-kapaċità  tiegħu bħala tali jinġabar mhux minn min jagħti spettaklu
jew l-isportiv innifsu iżda minn xi persuna oħra, dak l-income jista’, minkejja l-
provvedimenti ta’ l-Artikoli 7, 14 u 15, jiġi intaxxat fl-Istat Stat Kontraenti li fih l-
attivitajiet ta’ min jagħti spettaklu jew ta’ l-isportiv jiġu eżerċitati.
Artikolu 18
PENSJONIJIET
1. Bla ħsara għall-provvedimenti tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 19, pensjonijiet
u kumpens ieħor simili li jitħallsu lil residenti ta’ Stat Kontraenti minħabha f’xi
impieg imgħoddi għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
2. Minkejja l-provvedimenti tal-paragrafu 1, pensjonijiet imħallsa u ħlasijiet
oħra li jsiru taħt xi skema pubblika li tkun tagħmel parti mis-sistema tas-sigurtà
soċjali ta’ Stat Kontraenti għandhom ikunu intaxxati f’dak l-Istat. Iżda t-taxxa li
hekk titħallas ma għandhiex teccedi 10 fil-mija ta’ l-ammont gross tal-pensjonijiet
jew tal-ħlasijiet l-oħra.
Artikolu 19
SERVIZZ TAL-GVERN
1. (a) Kull salarju, paga u kumpens simili, minbarra pensjoni, mħallsa minn
Stat Kontraenti jew sottodiviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu lil
individwu għar-rigward ta’ servizzi mogħtijin lil dak l-Istat jew
sottodiviżjoni politika jew awtorità  għandhom ikunu taxxabbli biss
f’dak l-Istat.
(b) Madankollu, kull salarju, paga u kumpens simili għandhom ikunu
taxxabbli biss f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor jekk is-servizzi jingħataw
f’dak l-Istat u l-individwu jkun residenti f’dak l-Istat li:
(i) huwa jkun ċittadin ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat unikament għall-finijiet li
jaqdi dawk is-servizzi.
2. (a) Kull pensjoni mħallsa minn, jew li toħroġ minn fond maħluq minn, Stat
Kontraenti jew sottodiviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu lil
individwu għar-rigward ta’ servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew
sottodiviżjoni jew awtorità  għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
Madankollu t-taxxa li hekk titħallas ma għandhiex teċċedi 10 fil-mija ta’
l-ammont gross tal-pensjonijiet.
(b) Madankollu, dik il-pensjoni għandha tkun taxxabbli biss fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jekk l-individwu jkun residenti ta’, u ċittadin ta’, dak
l-Istat.
3. Il-provvedimenti ta’ l-Artikoli 15, 16 u 18 għandhom japplikaw għal kull
salarju, paga u kumpens simili u għal pensjonijiet, għar-rigward ta’ servizzi
mogħtijin f’dak li għandu x’jaqsam ma’ negozju li jkun ġestit minn Stat Kontraenti
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAT-TUNIŻIJA ġ L.S.123.64 13
jew sottodiviżjoni politika jew awtorità  lokali tiegħu.
Artikolu 20
STUDENTI U APPRENDISTI KUMMERĊJALI
Student jew apprendist fil-kummerċ li jkun preżenti fi Stat Kontraenti
unikament għall-għan ta’ l-edukazzjoni jew it-taħriġ tiegħu u li jkun, jew minnufih
qabel ma kien hekk preżenti kien, residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor ikun eżenti
mit-taxxa fl-ewwel imsemmi Stat fuq ħlasijiet li kien jirċievi barra minn dak l-Istat l-
ewwel imsemmi għall-finijiet tal-manteniment, l-edukazzjoni jew it-taħriġ tiegħu.
Artikolu 21
INCOME IEĦOR
1. Elementi ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jinqalgħu minn fejn
jinqalgħu, li ma jkunux ittrattati fl-Artikoli ta’ hawn aktar qabel ta’ dan il-Ftehim
għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
2. Il-provvedimenti tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal income, li
ma jkunx income minn proprjetà  immobbli kif imfisser fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu
6, jekk min jirċievi dak l-income, għax ikun residenti ta’ Stat Kontraenti, jiġġestixxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun jinsab
f’dak l-Istat, jew iwettaq f’dak Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn bażi
stabbilita li tkun tinsab hemmhekk u d-dritt jew il-proprjetà  li dwarhom jitħallas l-
income jkun effettivament konness ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi
fissa. F’dak il-każ għandhom japplikaw il-provvedimenti ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-
Artikolu 14, skond il-każ.
KAPITOLU IV
ELIMINAZZJONI TA’ TASSAZZJONI DOPPJA
Artikolu 22
ELIMINAZZJONI TA’ TASSAZZJONI DOPPJA
1. Meta residenti ta’ Stat Kontraenti jikseb income li, skond il-provvedimenti
ta’ dan il-Ftehim, jista’ jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor, l-ewwel Stat
Kontraenti għandu jippermetti bħala kreditu mit-taxxa fuq l-income relattiva ta’ dak
ir-residenti ammont li jkun daqs it-taxxa fuq l-income imħallsa f’dak l-Istat
Kontraenti l-ieħor. Madankollu dak il-kreditu m’għandux jeċċedi dik il-parti mit-
taxxa li tkun attribwibbli għal dan l-income.
2. Għall-finijiet ta’ għoti bi kreditu taħt il-paragrafu 1, it-taxxa li titħallas fi
Stat Kontraenti għandha titqies li tinkludi t-taxxa li kieku xort’oħra titħallas f’dak l-
Istat Kontraenti imma li tkun giet imnaqqsa jew imwarrba minn dak l-Istat taħt il-liġi
domestika tiegħu. Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, mgħax u royalties għandhom
jitqiesu li jkunu tħallsu bir-rati stipulati fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 11 u l-
paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 12 rispettivament.
3. Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tħallas dividend lil
persuna residenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor, il-kreditu f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor
għandu jqis (b’żjieda ma’ kull taxxa li dwarha jista’ jitħalla li jsir kreditu taħt il-
paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu) it-taxxa mħallsa jew dik li kieku titħallas mill-
kumpannija l-ewwel imsemmija, li dwarha jitħallas dak id-dividend, imma li kien
imnaqqas jew imwarrab minn dak l-Istat taħt il-liġi domestika tiegħu.
Madankollu dak il-kreditu ma għandux jeċċedi dik il-parti tat-taxxa li hi
attribwibbli għal dawn id-dividendi. Ebda taxxa ma għandha titħallas minn
azzjonisti fuq dawk id-dividendi meta dawn jerġgħu jiġu mqassma mill-ġdid.
14 L.S.123.64 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAT-TUNIŻIJA
4. Meta l-Ftehim ikun jipprovdi li xi income li joriġina fi Stat kontraenti
għandu jinħeles mit-taxxa f’dak l-Istat, sew kollu kemm hu sew f’parti minnu, u, taħt
il-liġi li tkun fis-seħħ fl-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-income ikun suġġett għat-
taxxa b’riferenza għall-ammont tiegħu li jiġi mogħti lura lil jew li jiġi riċevut f’dak
l-Istat l-ieħor u mhux b’riferenza għall-ammont sħiħ tiegħu, għaldaqstant il-ħelsien
li għandu jiġi permess fl-Istat l-ewwel imsemmi għandu jkun japplika biss għal dak
is-sehem mill-income li jiġi mogħti lura lill-Istat l-ieħor jew li jiġi riċevut mill-Istat
l-ieħor.
KAPITOLU V
PROVVEDIMENTI SPEĊJALI
Artikolu 23
EBDA DISKRIMINAZZJONI
1. Iċ-ċittadini ta’ Stat Kontraenti ma għandhomx jiġu suġġetti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għal xi tassazzjoni jew għal xi ħtieġa li jkunu konnessi ma’ dan, li
tkun diversa jew ta’ iktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet konnessi li għalihom ċittadini
ta’ dak l-Istat l-ieħor fl-istess ċirkostanzi, b’mod partikolari għar-rigward ta’
residenza, huma jew jistgħu jkunu suġġetti.
2. L-intaxxar ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti jkollha
fl-Istat Kontraenti l-ieħor ma għandux jinġabar inqas favorevolment f’dak l-Istat l-
ieħor mit-tassazzjoni miġbura fuq impriżi ta’ dak l-Istat l-ieħor li jkun qiegħed
iwettaq l-istess ativitajiet. Dan il-provvediment ma għandux jiftiehem bħala li
jobbliga lil Stat Kontraenti li jikkonċedi lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor xi
allowances, ħelsien u tnaqqis personali għall-għanijiet ta’ tassazzjoni minħabha fl-
istatus ċivili jew responsabbiltajiet familjari li tikkonċedi lir-residenti tagħha.
3. Ħlief fejn il-provvedimenti tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 9, paragrafu 7 ta’ l-
Artikolu 11, jew paragrafu 6 ta’ l-Artikolu 12 japplikaw, mgħax, royalties u ħlasijiet
oħra li jitħallsu minn impriża ta’ Stat Kontraenti lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor għandhom, għall-għan li jiġu stabbiliti x’inhuma l-profitti taxxabbli ta’ dik l-
impriża, jiġu mnaqqsa taħt l-istess kondizzjonijiet bħallikieku kienu mħallsa
residenti ta’ l-ewwel imsemmi Stat.
4. Impriżi ta' Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom ikun għalkollox jew f’parti
minnu proprjetà  jew taħt il-kontroll, sew dirett sew mhux dirett, minn residenti
wieħed jew iktar ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, ma jkunux suġġetti fl-Istat l-ewwel
imsemmi għal xi tassazzjoni jew ħtiega konnessa ma’ dan li tkun xort’oħra jew ta’
iktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet konnessi li għalihom ikun jew jistgħu jkunu
suġġetti l-impriżi ta’ l-ewwel imsemmi Stat.
5. Il-provvedimenti ta’ dan l-Artikolu għandhom, minkejja l-provvedimenti ta’
l-Artikolu 2, ikunu japplikaw għal taxxi ta’ kull xorta u deskrizzjoni li jkunu
jifformaw is-suġġett ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 24
PROĊEDURA GĦAL, FTEHIM REĊIPROKU
1. Meta persuna jidhrilha li l-azzjonijiet ta’ xi wieħed jew taż-żewġ Stati
Kontraenti jirriżultawlu jew jistgħu jirriżultawlu f’tasszzjoni li ma tkunx skond il-
provvedimenti ta’ dan il-Ftehim, huwa jista’, irrispettivament mir-rimedji pprovduti
mil-liġi domestika ta’ dawk l-Istati, jippreżenta l-każ tiegħu quddiem l-awtorità
kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu huwa jkun residenti jew, jekk il-każ tiegħu
jkun jaqa’ taħt il-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 23, lil dik ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu
huwa jkun ċittadin. Il-każ għandu jigi ppreżentat fi żmien tliet snin minn l-ewwel
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAT-TUNIŻIJA ġ L.S.123.64 15
avviż ta’ l-azzjoni li tirriżulta f’intaxxar li ma jkunx skond il-provvedimenti tal-
Ftehim.
2. L-awtorità  kompetenti għandha tistħarreg jekk ikunx jidhrilha li l-
oġġezzjoni tkun ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal għal soluzzjoni
sodisfaċenti, li tirrisolvi l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità  kompetenti ta’ l-
Istat Kontraenti l-ieħor, bil-għan li tiġi evitata tassazzjoni li ma tkunx skond il-
Ftehim. Meta jintlaħaq ftehim dan għandu jiġi implimentat minkejja kull terminu ta’
żmien fil-liġi domestika ta’ l-Istati Kontraenti.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jistħarrġu kif
jirrisolvu permezz ta’ ftehim reċiproku kull diffikultà  jew dubbju li jista’ jitnissel
dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Dawn jistgħu wkoll
jikkonsultaw flimkien għall-eliminazzjoni ta’ tassazzjoni doppja f’dawk il-każijiet li
m’hemm xejn provdut dwarhom fil-Ftehim.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistgħu jikkomunikaw ma’
xulxin direttament bil-għan li jilħqu ftehim fis-sens tal-paragrafi preċedenti. Meta
jkun jidher rakkomandabbli sabiex jintlaħaq ftehim li jkun hemm skambju verbali ta’
opinjonijiet, dak l-iskambju jkun jista’ jsir permezz ta’ Kummissjoni magħmula
minn rappreċentanti ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti.
Artikolu 25
SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jiskambjaw dik l-
informazzjoni li tista’ tkun meħtieġa għat-twettiq tal-provvedimenti ta’ dan il-
Ftehim jew tal-liġijiet domestiċi ta’ l-Istati Kontraenti għar-rigward ta’ taxxi koperti
bil-Ftehim sakemm l-intaxxar li jsir taħtom ma jkun kuntrarju għall-Ftehim. Kull
informazzjoni li tiġi riċevuta mill-Istat Kontraenti għandha tiġi ttrattata bħala waħda
sigrieta bl-istess mod bħall-informazzjoni miksuba taħt il-liġijiet domestiċi ta’ dak l-
Istat u għandha tiġi żvelata biss lil persuni jew awtoritajiet (inklużi qrati u korpi
amministrattivi) involuti fl-istima jew fil-ġbir ta’, l-infurzar jew prosekuzzjoni dwar,
jew id-deċiżjoni ta’ appelli dwar, it-taxxi koperti bil-Ftehim. Dawk il-persuni jew
awtoritajiet għandhom jużaw dik l-informazzjoni biss għal dawk l-għanijiet. Huma
jistgħu jiżvelaw l-informazzjoni fi proċeduri tal-qorti bil-miftuħ jew f’deċiżjonijiet
ġudizzjarji.
2. F’ebda każ ma għandhom il-provvedimenti tal-paragrafu 1 jiftiehmu bħala li
jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
(a) li jwettaq miżuri amministrattivi li ma jkunux jaqblu mal-liġijiet u mal-
prattika amministrattiva ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(b) li jagħti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taħt il-liġijiet jew fil-
kors normali ta’ l-amministrazzjoni ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet ta’ sengħa, negozju, industrija,
kummerċ jew professjoni jew proċess tal-kummerċ, jew informazzjoni,
li meta tiġi żvelata din tkun tmur kontra l-ordni pubbliku (ordre public).
Artikolu 26
MEMBRI TA’ MISSJONIJIET DIPLOMATIĊI U KARIGI KONSULARI
Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġġi ta’ membri ta’
missjonijiet diplomatiċi jew karigi konsulari taħt ir-regoli ġenerali tad-dritt
internazzjonali jew taħt il-provvedimenti ta’ kull ftehim speċjali.
16 L.S.123.64 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAT-TUNIŻIJA
Artikolu 27
BIDU FIS-SEĦĦ
L-Istati Kontraenti għandhom javżaw lil xulxin li jkunu ntemmu l-proċeduri
meħtieġa mil-liġi tagħhom għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Dan il-Ftehim
għandu jibda jseħħ tletin jum wara d-data ta’ l-aħħar minn dawn l-avviżi. Dawn id-
disposizzjonijiet għandu jkollhom effett:
(i) għar-rigward ta’ taxxi li jinżammu minn ras il-għajn, fuq income
imħallas jew akkreditat fl-ewwel jew wara l-ewwel jum ta’ Jannar
tas-sena kalendarja li tiġi minnufih wara dik is-sena meta l-
Ftehim jibda jseħħ; u
(ii) għar-rigward ta’ taxxi oħra fuq l-income li jinkiseb matul xi sena
kalendarja jew żmien ta’ kontijiet, skond il-każ, li jibda għaddej
minn jew wara l-ewwel jum ta’ Jannar minnufih wara d-data meta
l-Ftehim jibda jseħħ.
Artikolu 28
TERMINAZZJONI
Dan il-Ftehim għandu jibqa’ jseħħ indefinittivament imma Stat Kontraenti
il-wieħed jew l-ieħor jista’, fi jew wara t-tletin jum ta’ Ġunju ta’ xi sena kalendarja
mill-ħames sena li tiġi wara dik meta l-Ftehim jibda jseħħ, jagħti lill-Istat Kontraenti
l-ieħor, permezz tal-kanali diplomatiċi, avviż bil-miktub tat-terminazzjoni. F’dik iċ-
ċirkostanza, dan il-Ftehim għandu jtemm milli jibqa’ jseħħ kif ġej:
(i) għar-rigward ta’ taxxi li jinżammu minn ras il-għajn, fuq income
imħallas jew akkreditat fl-ewwel jew wara l-ewwel jum ta’ Jannar
tas-sena kalendarja li tiġi minnufih wara dik is-sena meta jingħata
l-avviż; u
(ii) għar-rigward ta’ taxxi oħra fuq l-income li jinkiseb matul xi sena
kalendarja jew żmien ta’ kontijiet, skond il-każ, li jibda għaddej
minn jew wara l-ewwel jum ta’ Jannar minnufih wara d-data meta
jingħata l-avviż.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan mill-
gvernijiet rispettivi tagħhom, iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGĦMUL in duplikat fil-Belt Valletta, illum il-31 ta’ Mejju tas-sena elfejn fl-
ilsien Għarbi, Franċiż u Ingliż u, fil-każ li jkun hemm xi diverġenza fl-
interpretazzjoni, għandhom jipprevalixxu t-testi bl-Ingliż u bil-Franċiż.
 Dr. Joe Borg Mr Habib Ben Yahia
Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin
GĦALL-GVERN TA’ MALTA GĦALL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAT-
TUNIŻIJA
PROTOKOLL
Fil-waqt tal-firma tal-Ftehim bejn il-Gvem tar-Repubblika tat-Tuniżija u l-
Gvern ta’ Malta għall-Evitar tat-Tassazzjoni Doppja u l-Prevenzjoni ta’ Evażjoni
Fiskali dwar Taxxi fuq l-Income, iż-żewġ partijiet qablu dwar dawn il-
provvedimenti li ġejjin, li għandhom jifformaw parti integrali mill-Ftehim:
1. B’riferenza għall-Artikolu 7, kull Stat Kontraenti għandu jintaxxxa l-profitt
mill-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni skond id-disposizzjonijiet tal-liġi tiegħu stess.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAT-TUNIŻIJA ġ L.S.123.64 17
2. B’riferenza għall-Artikolu 22, jiftiehem li l-provvedimenti tal-paragrafu 3
tiegħu għandhom ikunu wkoll japplikaw għal tqassim li jsir mill-profitti ta’
kumpannija ta’ Stat Kontraenti attribwibbli lil stabbiliment permanenti fl-Istat
Kontraenti l-iehor.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan mill-
gvernijiet rispettivi tagħhom, iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGĦMUL in duplikat fil-Belt Valletta, illum il-31 ta’ Mejju tas-sena elfejn fl-
ilsien Għarbi, Franċiż u Ingliż u, fil-każ li jkun hemm xi diverġenza fl-
interpretazzjoni, għandhom jipprevalixxu t-testi bl-Ingliż u bil-Franċiż.
 Dr. Joe Borg Mr Habib Ben Yahia
Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin
GĦALL-GVERN TA’ MALTA GĦALL-GVERN TAR-REPUBBLIKA TAT-
TUNIŻIJA
