EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS ġ L.S.123.65 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.65
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MA’ BARBADOS
3 ta’ Settembru, 2002
L-Avviż Legali 249 ta’ l-2002.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income ma’ Barbados.
Arranġamenti 
jkollhom effett.
2. B’dan qiegħed jiġi dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-ordni saru mal-Barbados sabiex
jagħtu ħelsien minn taxxa doppja dwar it-taxxi li ġejjin
imposti bil-liġijiet tal-Barbados:
(i) it-taxxa fuq l-income (inkluża t-taxxa fuq l-
income premium);
(ii) it-taxxa korporattiva (inkluża t-taxxa fuq il-
profitti tal-fergħat);  u
(iii) it-taxxa fuq petroleum winning operations;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arranġamenti għandu
jkollhom effett;
(ċ) illi l-Ftehim beda jseħħ fid-19 ta’ Ġunju, 2002.
2 L.S.123.65 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS
SKEDA
FTEHIM BEJN MALTA U L-BARBADOS
DWAR-ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
U L-PREVENZJONI TA’ EVAĠJONI FISKALI
DWAR TAXXI FUQ L-INCOME
Il-Gvern ta’ Malta u l-Gvern tal-Barbados, billi jixtiequ jagħmlu Ftehim
dwar ħelsien minn taxxa doppja u l-prevenzjoni ta’ evażjoni fiskali dwar taxxi fuq l-
income,  ftehmu kif ġej:
ARTIKOLU 1
APPLIKAZZJONI TAL-FTEHIM
Dan il-Ftehim għandu japplika għal persuni li jkunu residenti fi Stat
Kontraenti wieħed jew fit-tnejn li huma.
ARTIKOLU 2
TAXXI KOPERTI
1. Dan il-ftehim għandu japplika għat-taxxi fuq l-income imposti minn Stat
Kontraenti, irrispettivament mill-mod kif dawn jinġabru.
2. Għandhom jitqiesu bħala taxxi fuq l-income it-taxxi kollha  imposti fuq l-
income totali, jew fuq elementi ta’ income, inklużi taxxi fuq dħul mill-bejgħ ta’
proprjetà  mobbli jew immobbli u taxxi fuq l-ammonti totali ta’ pagi jew salarji
mħallsa mill-impriżi.
3. It-taxxi eżistenti li għalihom japplika dan il-Ftehim huma:
a) fil-Barbados:
(i) it-taxxa fuq l-income (inkluża t-taxxa fuq l-income premium);
(ii) it-taxxa korporattiva (inkluża t-taxxa fuq il-profitti tal-fergħat);  u
(iii) it-taxxa fuq petroleum winning operations;
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa tal-Barbados");
b) f’Malta:
it-taxxa fuq l-income;
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ Malta").
4. Il-Ftehim għandu japplika wkoll għal kull taxxa identika jew sostanzjalment
simili li jiġu imposti  wara d-data meta jiġi ffirmat il-Ftehim b’żieda ma’, jew
minflok, it-taxxi eżistenti.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti
għandhom jgħarrfu lil xulxin b’kull tibdil sinifikanti li jkun sar fil-liġijiet rispettivi
tagħhom dwar it-taxxa.
ARTIKOLU 3
TIFSIRIET ĠENERALI
1. Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx
teħtieġ xort’oħra:
a) il-frażi "Barbados" tfisser il-gżira tal-Barbados u l-ibħra territorjali
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS ġ L.S.123.65 3
rispettivi, inkluża kull area oħra ’l barra minn dawk l-ibħra territorjali li
skond id-dritt internazzjonali u l-liġijiet tal-Barbados tkun area fejn id-
drittijiet tal-Barbados għar-rigward ta’ qiegħ il-baħar u s-sottoswol u
tar-riżorsi naturali tagħhom jistgħu jiġu eżerċitati;
b) il-frażi "Malta" tfisser the Repubblika ta’ Malta u, meta użata f’sens
ġeografiku, tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-Gżira ta’ Għawdex u l-gżejjer l-
oħra ta’ l-arċipelagu Malti inklużi l-ibħra territorjali tagħhom, kif ukoll
kull area ta’ qiegħ il-baħar, is-sottoswol tiegħu u l-kolonna ta’ baħar
sovrajaċenti u adjaċenti għall-ibħra territorjali, fejn ir-Repubblika ta’
Malta għandha drittijiet sovrani, ġurisdizzjoni, jew kontroll skond id-
dritt internazzjonali u d-dritt nazzjonali tagħha, inkluża l-leġislazzjoni
tagħha għar-rigward ta’ l-esplorazzjoni tal-blata kontinentali u l-
esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali tagħha;
ċ) il-frażijiet "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-ieħor" ifissru l-
Barbados jew Malta, skond ma tkun teħtieġ ir-rabta tal-kliem;
d) il-frażi "persuna" tinkludi individwu, kumpannija u kull korp ieħor ta’
persuni;
e) il-frażi "kumpannija" tfisser korp magħqud jew enti li jkunu trattati
bhala korp magħqud għall-iskopijiet ta’ taxxa;
f) il-frażijiet "impriża ta’ Stat Kontraenti" u "impriża ta’ l-Istat Kontraenti
l-ieħor" ifissru rispettivament impriża ġestita minn residenti ta’ Stat
Kontraenti u impriża ġestita minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
ġ) il-frażi "traffiku internazzjonali" tfisser trasport li jsir b’bastiment jew
inġenji ta’ l-ajru mħaddma minn impriża ta’ Stat Kontraenti, ħlief meta
l-bastiment jew l-inġenji ta’ l-ajru jiġu unikament imħaddma bejn
postijiet fl-Istat Kontraenti l-ieħor;
ħ) il-frażi "awtorità  kompetenti" tfisser: 
(i) fil-Barbados, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu;
(ii) f’Malta, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu;
i) il-frażi "ċittadin" tfisser:
i) għar-rigward tal-Barbados:
(a) individwu li jkun ċittadin tal-Barbados;
(b) persuna legali, soċjetà  jew assoċjazzjoni li tikseb l-istatus
tagħha bħala tali mil-liġijiet li jkunu jseħħu fil-Barbados;
ii) għar-rigward ta’ Malta:
(a) individwu li jkollu n-nazzjonalità  ta’ Malta;
(b) persuna legali, soċjetà  jew assoċjazzjoni li tikseb l-istatus
tagħha bħala tali mil-liġijiet li jkunu jseħħu f’Malta.
2. Għar-rigward ta’ l-applikazzjoni tal-Ftehim f’kull żmien minn Stat
Kontraenti, kull frażi li ma tkunx imfissra fih għandu jkollha, kemm-il darba r-rabta
tal-kliem ma tkunx teħtieġ xort’oħra, t-tifsira mogħtija lilha f’dak il-waqt taħt il-liġi
ta’ dak l-Istat għall-finijiet tat-taxxi li dwarhom ikun japplika l-Ftehim, hekk li kull
tifsir taħt il-liġijiet tat-taxxa li jkunu fis-seħħ f’dak l-Istat ikun jipprevalixxi fuq xi
tifsira mogħtija lil dik il-frażi taħt liġijiet oħra ta’ dak l-Istat.
4 L.S.123.65 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS
ARTIKOLU 4
RESIDENTI
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "residenti ta’ Stat Kontraenti" tfisser
kull persuna li, taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat, hija suġġetta għat-taxxa hemmhekk
minħabba d-domiċilju, r-residenza, post tal-maniġġ jew xi kriterju ieħor ta’ xorta
simili.  Din il-frażi, madankollu, ma tinkludix lil xi persuna li tkun suġġetta għat-
taxxa f’dak l-Istat għar-rigward biss ta’ income minn għejjun f’dak l-Istat.
2. Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 individwu jkun residenti
taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-istatus tiegħu għandu jiġi stabbilit kif ġej:
a) huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li fih ikollu dar
permanenti għad-disposizzjoni tiegħu; jekk huwa jkollu dar permanenti
għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati, huwa għandu jitqies li huwa
residenti biss ta’ l-Istat li miegħu r-relazzjonijiet personali u ekonomiċi
tiegħu ikunu l-aktar marbuta (ċentru ta’ interessi vitali);
b) jekk l-Istat li fih huwa jkollu ċ-ċentru ta’ interessi vitali ma jistax jiġi
determinat, jew jekk huwa ma jkollux għad-disposizzjoni tiegħu dar
permanenti f’ebda Stat, huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li
fih soltu jirrisjedi;
ċ) jekk huwa soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati jew f’ebda wieħed minnhom,
huwa għandu jitqies li jkun residenti biss ta’ l-Istat li jkun ċittadin
tiegħu;
d) jekk huwa jkun ċittadin taż-żewġ Stati jew ta’ l-ebda wieħed minnhom,
l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jiddeċiedu l-
każ bi ftehim bejnithom.
3. Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, għaldaqstant hija titqies li tkun
residenti biss ta’ l-Istat li fih ikun jinsab il-post ta’ maniġġ effettiv tagħha.
ARTIKOLU 5
STABBILIMENT PERMANENTI
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "stabbiliment permanenti" tfisser
post tan-negozju fiss li minnu jitmexxa għalkollox jew f’parti minnu x-xogħol ta’
impriża.
2. Il-frażi "stabbiliment permanenti" tinkludi b’mod speċjali:
a) post ta’ maniġġ;
b) fergħa;
ċ) uffiċċju;
d) fabbrika;
e) ħanut tax-xogħol;  u
f) minjiera, bir taż-żejt jew tal-gass, barriera jew kull post ieħor ta’
estrazzjoni ta’ riżorsi naturali inkluż sit ta’ offshore drilling.
3. Il-frażi "stabbiliment permanenti" għandha tkun tinkludi wkoll:Ð
a) art li tkun qegħda tinbena, proġett ta’ kostruzzjoni, assemblaġġ jew
stallazzjoni jew attivitajiet ta’ sorveljanza li jkollhom x’jaqsmu ma’
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS ġ L.S.123.65 5
dan, iżda biss meta dik l-art, dak il-proġett jew dawk l-attivitajiet
ikomplu għal perjodu ta’ iżjed minn sitt xhur;
b) l-għoti ta’ servizzi, inklużi servizzi ta’ konsulenza, minn impriża
permezz ta’ impjegati jew persunal ieħor imqabbad mill-impriża
għaldaqstant, iżda biss sakemm dawk l-attivitajiet ikomplu (għall-istess
proġett jew għal wieħed konness) fi Stat Kontraenti għal perjodu jew
perjodi li flimkien iġibu iżjed minn sitt xhur matul xi perjodu ta’ tnax-il
xahar li jkun.
4. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frażi
"stabbiliment permanenti" għandha titqies li ma tinkludix:
a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop uniku ta’ ħażna jew ta’ wiri ta’ oġġetti
jew merkanzija li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża;
b) il-manutenzjoni ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’
l-impriża għall-iskop uniku ta’ ħażna, wiri jew kunsinna;
ċ) il-manutenzjoni ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’
l-impriża għall-iskop uniku ta’ pproċessar minn impriża oħra;
d) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku ta’ xiri ta’
oġġetti jew merkanzija, jew ta’ ġbir ta’ tagħrif, għall-impriża;
e) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku li tiġi ġestita,
għall-impriża, xi attività  oħra ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja;
f) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku  ta’ xi
kombinazzjoni ta’ attivitajiet imsemmija fis-subparagrafi a) sa e),
kemm-il darba l-attività  kollha tal-post tan-negozju fiss li tirriżulta
minn din il-kombinazzjoni tkun waħda ta’ xorta preparatorja jew
awżiljari.
5. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, meta persuna - li ma tkunx
aġent bi status indipendenti li għalih japplika l-paragrafu 6 - tkun qed taġixxi u
jkollha, u tkun soltu teserċita, fi Stat Kontraenti awtorità  biex tagħmel kuntratti
f’isem l-impriża, dik l-impriża għandha titqies li jkollha stabbiliment permanenti
f’dak l-Istat għar-rigward ta’ kull attività  li dik il-persuna tagħmel għal dik l-
impriża, kemm-il darba l-attivitajiet ta’ dik il-persuna ma jkunux limitati għal dawk
imsemmija fil-paragrafu 4 li, jekk jiġu eserċitati minn ġo post tan-negozju fiss, ma
jirrendux dan il-post ta’ negozju fiss bħala stabbiliment permanenti taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dak il-paragrafu.
6. Impriża ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment permanenti fi Stat
Kontraenti unikament għaliex tkun tiġġestixxi negozju f’dak l-Istat permezz ta’
sensal, aġent b’kummissjoni ġenerali jew kull aġent ieħor bi status indipendenti,
sakemm dawk il-persuni jkunu qed jaġixxu fil-kors ordinarju tan-negozju tagħhom.
Madankollu, meta l-attivitajiet ta’ dak l-aġent ikunu dedikati għalkollox jew kważi
għalkollox għal dik l-impriża, huwa ma jitqiesx bħala aġent ta’ status indipendenti
fil-parametri tat-tifsir mogħti f’dan il-paragrafu.
7. Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tkun tikkontrolla
jew tkun ikkontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor, jew li tkun tiġġestixxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta’
stabbiliment permanenti sew xort’oħra), m’għandux fih innifsu jikkostitwixxi lil xi
kumpannija waħda jew l-oħra stabbiliment permanenti tal-kumpannija l-oħra.
6 L.S.123.65 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS
ARTIKOLU 6
INCOME MINN PROPRJETà  IMMOBBLI
1. Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn proprjetà
immobbli (inkluż income mill-agrikoltura jew ħidma fil-boskijiet) li jkunu jinsabu
fl-Istat Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Il-frażi "proprjetà  immobbli" għandu jkollha t-tifsira li għandha taħt il-liġi
ta’ l-Istat Kontraenti li fih tkun tinsab il-proprjetà  involuta.  Il-frażi għandha f’kull
każ tinkludi proprjetà  aċċessorja għal proprjetà  immobbli, bhejjem f’razzett u
tagħmir li jintuża fl-agrikoltura, drittijiet li għalihom japplikaw id-disposizzjonijiet
tal-liġi ġenerali dwar il-proprjetà  ta’ l-art, l-użufrutt tal-proprjetà  immobbli u d-
drittijiet dwar ħlasijiet varjabbli jew fissi bħala korrispettiv għal ħidma fi, jew id-
dritt li jinħadmu, jew għall-esplorazzjoni ta’, depożiti minerali, għejjun u riżorsi
oħra naturali;  bastimenti, opri tal-baħar u inġenji ta’ l-ajru ma għandhomx jitqiesu
bħala proprjetà  immobbli.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal income li
jinkiseb mill-użu dirett, kiri, jew użu ta’ kull xorta ta’ proprjetà  immobbli.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-
income minn proprjetà  immobbli ta’ impriża u għal income minn proprjetà  immobbli
użata għall-għemil ta’ servizzi personali indipendenti.
ARTIKOLU 7
PROFITTI MINN NEGOZJU
1. Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti għandhom ikunu biss taxxabbli
f’dak l-Istat kemm-il darba l-impriża ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun jinsab hemmhekk. Jekk l-impriża tkun
qegħda tmexxi negozju kif hawn aktar qabel imsemmi, il-profitti ta’ l-impriża
jistgħu jiġu intaxxati fl-Istat l-ieħor iżda biss għal dik il-parti minnhom daqskemm
tkun attribwibbli għal dak l-istabbiliment permanenti.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, meta impriża ta’ Stat
Kontraenti li jkollha stabbiliment permanenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor tkun qed
tiġġestixxi attivitajiet kummercjali f’dak l-Istat l-ieħor xort’oħra milli permezz ta’
stabbiliment permanenti ta’ l-istess xorta jew waħda simili bħall-attivitajiet
kummercjali ġestiti mill-istabbiliment permanenti, ghaldaqstant il-profitti ta’ dawk
l-attivitajiet jistghu jkunu attribwibbli ghall-istabbiliment permanenti kemm-il darba
l-impriża ma turix li dawk l-attivitajiet ma setgħux ġew reġonevolment  ġestiti mill-
istabbiliment permanenti.
3. Bla ħsara għald-disposizzjonijiet tal-paragrafu 4, meta impriża ta’ Stat
Kontraenti tkun qed tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’
stabbiliment permanenti li jkun jinsab hemmhekk, għandhom f’kull Stat Kontraenti
jiġu attribwiti lil dak l-istabbiliment permanenti l-profitti li kien ikun mistenni
jagħmel kieku kien impriża distinta u separata li taħdem fl-istess attivitajiet jew
oħrajn bħalhom taħt l-istess kundizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem
indipendentement għalkollox mill-impriża li tagħha tkun stabbiliment permanenti.
4. Sabiex jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, għandhom ikunu
permessi bħala tnaqqis dawk l-ispejjeż li jsiru għall-għanijiet ta’ l-istabbiliment
permanenti, inklużi l-ispejjeż eżekuttivi u amministrattivi ġenerali li jkunu saru, sew
fl-Istat li fih ikun jinsab l-istabbiliment permanenti sew band’oħra.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS ġ L.S.123.65 7
5. Sakemm tkun il-konswetudni fi Stat Kontraenti li jistabbilixxi l-profitti li
għandhom jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti minħabba fi tqassim tal-profitti
totali ta’ l-impriża lill-partijiet diversi tagħha, ebda ħaġa fil-paragrafu 3 ma għandha
tipprekludi lil dak l-Istat Kontraenti milli jistabbilixxi l-profitti li għandhom jiġu
intaxxati b’dak it-tqassim skond ma jista’ jkun konswetudinarju;  il-metodu ta’
tqassim li jiġi adottat għandu, madankollu, jkun tali li r-riżultat għandu jkun skond
il-prinċipji li jinsabu f’dan l-Artikolu.
6. Ebda profitti ma għandhom jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti
minħabba biss f’li jsir ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew
merkanzija għall-impriża.
7. Għall-għanijiet tal-paragrafi preċedenti, l-profitti li għandhom jiġu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-istess metodu sena wara l-
oħra kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u suffiċjenti biex dan ma jsirx.
8. Meta l-profitti jkunu jinkludu oġġetti ta’ income  li qegħdin jiġu ttrattati
separatament f’Artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, għaldaqshekk id-disposizzjonijiet ta’
dawk l-Artikoli ma għandhomx jintlaqtu bid-disposizzjonijiet ta’ dan l- Artikolu.
ARTIKOLU 8
TBAĦĦIR U TRASPORT BL-AJRU
1. Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti mit-tħaddim ta’ bastimenti jew
inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-
Istat. 
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom ukoll japplikaw għal profitti
mill-parteċipazzjoni f’pool, negozju bi sħab jew aġenzija b’operat internazzjonali.
ARTIKOLU 9
IMPRIĠI ASSOĊJATI
1. Meta:
a) impriża ta’ Stat Kontraenti tipparteċipa direttament jew indirettament
fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor, jew
b) l-istess persuni jipparteċipaw direttament jew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti u ta’
impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, 
u f’kull każ isiru jew jiġu imposti kondizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji tagħhom li ma jkunux jaqblu ma’ dawk li
kieku kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f’dak il-każ il-profitti li, kieku
ma kienux għal dawk il-kondizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-impriżi,
imma, minħabba f’dawk il-kondizzjonijiet, ma ġewx hekk akkumulati, jistgħu jiġu
inklużi fil-profitti ta’ dik l-impriża u intaxxati skond hekk.
2. Meta Stat Kontraenti ikun jinkludi fil-profitti ta’ impriża ta’ dak l-Istat - u
skond hekk jintaxxa - profitti li fuqhom impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor ġiet
intaxxata f’dak l-Istat l-ieħor u l-profitti hekk inklużi jkunu profitti li kienu
jinqalgħu mill-impriża ta’ l-ewwel Stat li kieku l-kondizzjonijiet magħmula bejn iż-
żewġ impriżi kienu dawk li kienu jsiru bejn żewġ impriżi indipendenti,
għaldaqshekk dak l-Istat l-ieħor jista’ jagħmel it-tibdil li jmiss fl-ammont tat-taxxa
imposta hemmhekk fuq dawk il-profitti.  Biex jiġi stabbilit dak it-tibdil, għandhom
8 L.S.123.65 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS
jitqiesu kif dovut id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim u l-awtoritajiet
kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jekk ikun hekk meħtieġ jikkonsultaw lil
xulxin.
ARTIKOLU 10
DIVIDENDI
1. Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor tista’ tiġi intaxxata fl-Istat l-ieħor.
2. Madankollu, dawk id-dividendi jistgħu wkoll jiġu intaxxati fl-Istat
Kontraenti fejn il-kumpannija li tħallas id-dividendi tkun residenti tiegħu u skond il-
liġijiet ta’ dak l-Istat, imma:
a) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija li tkun residenti tal-
Barbados lil residenti ta’ Malta li jkun is-sid benefiċjarju ta’ dawk id-
dividendi, t-taxxa tal-Barbados hekk imposta m’għandhiex tkun iżjed
minn:
(i) 5 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi jekk is-sid
benefiċjarju jkun kumpannija li jkollha direttament mill-inqas 5
fil-mija tal-kapitali tal-kumpannija li tkun qed tħallas id-
dividendi;
(ii) 15 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi fil-każijiet l-oħra
kollha;
b) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija li tkun residenti ta’ Malta
lil residenti tal-Barbados li jkun is-sid benefiċjarju ta’ dawk id-
dividendi, it-taxxa ta’ Malta fuq l-ammont gross tad-dividendi
m’għandhiex tkun iżjed minn dak li jitħallas fuq il-profitti li minnhom
jitħallsu d-dividendi.
Dan il-paragrafu m’għandux ikun jolqot it-tassazzjoni tal-kumpannija għar-
rigward tal-profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
3. Il-frażi "dividendi" kif din tintuża f’dan l-Artikolu tfisser income minn
ishma, jew drittijiet oħra, li ma jkunux pretensjonijiet ta’ debitu, il-parteċipazzjoni fi
profitti, kif ukoll income minn drittijiet korporattivi oħra li jingħata l-istess
trattament fl-intaxxar bħallikieku kien income minn ishma skond il-liġijiet ta’ l-Istat
li tiegħu l-kumpannija li tkun qed tagħmel it-tqassim tkun residenti.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-
Istat Kontraenti l-ieħor li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-dividendi,
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li jkun jagħmel
f’dak l-Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn bażi stabbilita sitwata
hemmhekk, u l-holding li dwarhom id-dividendi jkunu mhallsa jkollu x’jaqsam
effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilita.  F’dak il-każ
għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond
il-każ.
5. Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpannija, ħlief daqskemm dawk id-dividendi
jitħallsu lil residenti ta’ dak l-Istat l-ieħor jew daqskemm il-holding li dwaru
jitħallsu d-dividendi jkun effettivament konness ma’ stabbiliment permanenti jew
ma’ bażi stabbilita sitwati f’dak Istat l-ieħor, lanqas jissuġġetta l-profitti mhux
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS ġ L.S.123.65 9
imqassma tal-kumpannija għal taxxa fuq il-profitti mhux imqassma tal-kumpannija,
ukoll jekk id-dividendi mħallsa jew il-profitti mhux imqassma jkunu kollha kemm
huma jew f’parti minnhom jikkonsistu fi profitti jew income li jinqalgħu f’dak l-Istat
l-ieħor.
6. Meta kumpannija, li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti li jkollha stabbiliment
permanenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor, tikseb profitti jew income minn dak l-
istabbiliment permanenti, kull flus mibgħuta jew meqjusa li jintbagħtu ta’ dawk il-
profitti jew income mill-istabbiliment permanenti lill-kumpannija li tkun residenti
ta’ l-Istat Kontraenti l-ewwel imsemmi jistgħu, minkejja kull provvediment ieħor ta’
dan il-Ftehim, jiġu intaxxati skond il-liġi ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, imma r-rata
ta’ taxxa imposta fuq dawk il-flus mibgħuta ma għandhiex tkun teċċedi 5 fil-mija.
ARTIKOLU 11
IMGĦAX
1. Imgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u li jitħallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi intaxxat biss f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Madankollu, dak l-imgħax jista’ wkoll jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn
dan joriġina u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, imma jekk min jircievi jkun is-sid
benefiċjarju ta’ dak ta’ l-imgħax, it-taxxa hekk mitluba m’għandhiex teċċedi 5 fil-
mija ta’ l-ammont gross ta’ l-imgħax. 
3. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2, imgħax li joriġina fi Stat
Kontraenti u li jitħallas lill-Gvern ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, jew lil xi aġenzija
jew istrumentalità  taghha, jkun eżenti mit-taxxa f’dak l-Istat Kontraenti l-ewwel
imsemmi.  Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-frażi "Gvern" tinkludi l-Bank
Ċentrali ta’ Barbados, il-Bank Ċentrali ta’ Malta, u kull istituzzjoni simili oħra li
jista’ jkun hemm ftehim dwarha minn żmien għal żmien mill-awtoritajiet kompetenti
ta’ l-Istati Kontraenti.
4. Il-frażi "imgħax" kif inhi wżata f’dan l-Artikolu tfisser income minn
pretensjonijiet ta’ debitu ta’ kull xorta, sew jekk assigurati b’ipoteka sew jekk le, u
sew jekk ikollhomx dritt li jipparteċipaw fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b’mod
partikolari, income  minn titoli tal-Gvern u income minn bonds jew debentures,
inklużi premiums u premjijiet relatati ma’ dawk it-titoli, bonds jew debentures.
Ħlasijiet ta’ penali għal ħlas tardiv ma jitqiesux bħala imgħax għall-finijiet ta’ dan l-
Artikolu.
5. Il-provvedimenti tal-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju ta’ l-imgħax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih jinqala’ l-imgħax, permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jew jagħmel servizzi personali indipendenti f’dak
Istat l-ieħor minn bażi stabbilita sitwata hemmhekk, u l-pretensjoni ta’ debitu li
dwarha jitħallas l-imgħax tkun effettivament konnessa ma’ dak l-istabbiliment
permanenti jew bażi stabbilita. F’każ bħal dak għandhom japplikaw il-
provvedimenti ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ.
6. Għandu jitqies li joriġina imgħax fi Stat Kontraenti meta min iħallas ikun
dak l-Istat innifsu, sottodiviżjoni politika, awtorità  lokali jew residenti ta’ dak l-
Istat.  Meta, madankollu, l-persuna li tkun qed tħallas l-imgħax, sew jekk tkun
residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, jkollha fi Stat Kontraenti stabbiliment
permanenti jew bażi fissa li f’konnessjoni miegħu tkun inkisbet il-qagħda ta’ debitu
li fuqu jitħallas l-imgħax, u dak l-imgħax jinġarr minn dak l-istabbiliment
permanenti jew minn dik il-bażi fissa, allura dak l-imgħax għandu jitqies bħala li
joriġina fl-Istat fejn ikunu jinsabu l-istabbiliment permanenti jew bażi fissa.
10 L.S.123.65 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS
7. Meta, minħabba f’relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
jew bejn it-tnejn li huma u xi persuna oħra, l-ammont ta’ l-imgħax, wara li titqies xi
tkun il-pretensjoni ta’ debitu li dwarha jitħallas, ikun iżjed mill-ammont li kien ikun
miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu japplikaw biss għall-ammont l-
aħħar imsemmi.  F’każ bħal dak, il-parti żejda tal-ħlasijiet tibqa’ taxxabbli skond il-
liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, fil-qies tad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 12
ROYALTIES
1. Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak Istat l-ieħor.
2. Madankollu, dawk ir-royalties jistgħu jiġu intaxxati wkoll fl-Istat
Kontraenti fejn jinqalgħu u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, imma jekk min jirċevihom
ikun is-sid benefiċjarju tar-royalties, it-taxxa hekk imposta m’għandhiex tkun iżjed
minn 5 fil-mija ta’ l-ammont gross tar-royalties.
3. Il-frażi "royalties" kif din tintuża f’dan l-Artikolu tfisser ħlasijiet ta’ kull
xorta li jsiru b’korrispettiv għall-użu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu, ta’ xi dritt ta’ l-
awtur ta’ xogħol letterarju, artistiku jew xjentifiku inklużi films ċinematografiċi,
privattiva, trade mark, disinn jew mudell, pjan, formula jew proċess sigrieti, jew
għal informazzjoni dwar konoxxenza industrijali, kummerċjali jew xjentifika.
4. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, royalties dwar id-drittijiet
ta’ l-awtur għar-rigward ta’ l-użu, jew id-dritt ta’ l-użu ta’ xi xogħol litterarju,
artistiku jew xjentifiku (inklużi royalties dwar films ċinematografiċi) li joriġinaw fi
Stat Kontraenti u jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jkunu eżenti mit-
taxxa fl-Istat l-ewwel imsemmi.
5. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tar-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih jinqalgħu ir-royalties, permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun jagħmel servizzi personali
indipendenti f’dak Istat l-ieħor minn bażi stabbilita sitwata hemmhekk, u d-dritt jew
il-proprjetà  li dwarhom jitħallsu r-royalties ikunu effettivament konnessi ma’ dak l-
istabbiliment permanenti jew bażi stabbilita.  F’dak il-każ, għandhom japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 14, skond il-każ.
6. Royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fi Stat Kontraenti meta min
iħallashom ikun dak l-Istat innifsu, sottodiviżjoni politika, awtorità  lokali jew
residenti ta’ dak l-Istat.  Meta, madankollu, l-persuna li tħallas ir-royalties, sew jekk
tkun residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk ma tkunx, ikollha fi Stat Kontraenti
stabbiliment permanenti jew bażi stabbilit li dwaru jkun ittieħed l-obbligu li jitħallsu
r-royalties, u dawk ir-royalties ikunu r-responsabbiltà  ta’ dak l-istabbiliment
permanenti jew bażi stabbilit, allura dawk ir-royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu
fl-Istat li fih ikun qiegħed l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit.
7. Meta, minħabba r-relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
effettiv jew bejnithom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties, fil-qies ta’
x’ikun l-użu, d-dritt jew l-informazzjoni li jitħallsu għalihom, ikun iżjed mill-
ammont li kien ikun miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’
dik ir-relazzjoni, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss
għall-ammont l-aħħar imsemmi.  F’dak il-każ, il-parti żejda tal-ħlasijiet għandha
tibqa’ taxxabbli skond il-liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, wara li jitqiesu d-
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS ġ L.S.123.65 11
disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
ARTIKOLU 13
QLIGĦ KAPITALI
1. Qligħ li jinkiseb minn resident ta’ Stat Kontraenti mit-trasferiment ta’
proprjetà  immobbli msemmi fl-Artikolu 6 u li tkun tinsab fl-Istat Kontraenti l-ieħor
jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Qligħ li jinkiseb mit-trasferiment ta’ ishma jew jeddijiet komparabbli
f’kumpannija li jkollha l-assi tagħha jikkonsistu direttament jew indirettament
prinċipalment fi proprjetà  immobbli li tkun tinsab fi Stat Kontraenti jista’ jiġi
intaxxat f’dak l-Istat.
3. Qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tagħmel parti mill-proprjetà
tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti jkollha fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jew ta’ proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni għal bażi stabbilita
disponibbli għal residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor bil-għan li
jitwettqu servizzi personali indipendenti, inkluż dak il-qligħ mit-trasferiment ta’ dak
l-istabbiliment permanenti (waħdu jew flimkien ma’ l-impriża kollha) jew ta’ dik il-
bażi stabbilita, jista’ jiġi intaxxat f’dak Istat l-ieħor.
4. Qligħ li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti mit-trasferiment ta’
bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru li jitħaddmu fi traffiku internazzjonali, jew minn
proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni għat-tħaddim ta’ dawk il-bastimenti jew inġenji
ta’ l-ajru, għandhom jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat.
5. Qligħ li jinkiseb mit-trasferiment ta’ proprjetà  li ma tkunx dik imsemmija
fil-paragrafi 1, 2, 3 u 4, għandha tkun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li t-trasferent
ikun residenti tiegħu.
ARTIKOLU 14
SERVIZZI PERSONALI INDIPENDENTI
1. Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti għal servizzi
professjonali jew attivitajiet oħra ta’ xorta indipendenti għandu jkun intaxxat biss
f’dak l-Istat.  Madankollu, dak l-income jista’ wkoll jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti
l-ieħor f’dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin:
a) jekk ikollu bażi stabbilita regolarment disponibbli għalih fl-Istat
Kontraenti l-ieħor bil-għan li jwettaq l-attivitajiet tiegħu; f’dak il-każ hi
biss dik il-parti mill-income tiegħu daqskemm tkun attribwibbli lil dik
il-bażi stabbilita li tista’ tiġi intaxxata f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor;
jew
b) jekk il-qagħda tiegħu fl-Istat Kontraenti l-ieħor tkun għal perjodu jew
għal perjodi li fit-total ikunu jaqbżu l-183 ġurnata f’perjodu ta’ 12-il
xahar li jibda għaddej jew itemm fis-sena kalendarja inkwistjoni;  f’dak
il-każ, hi biss dik il-parti mill-income tiegħu daqskemm tinkiseb mill-
attività  mwettqa f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor matul il-perjodu jew
perjodi hawn qabel imsemmija li tista’ tiġi intaxxata f’dak l-Istat l-
ieħor.
2. Il-frażi "servizzi professjonali" tinkludi attivitajiet letterarji, artistiċi,
edukattivi jew ta’ tagħlim li huma speċjalment indipendenti kif ukoll l-attivitajiet
indipendenti  ta’ tobba, avukati, inġiniera, periti, dentisti u accountants.
12 L.S.123.65 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS
ARTIKOLU 15
SERVIZZI PERSONALI DIPENDENTI
1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 16, 18 u 19, is-salarji, il-pagi
u kumpens ieħor bħal dak li jinkisbu minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar xi
impieg għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jiġix
eserċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor.  Jekk l-impieg jiġi hekk eserċitat, dak il-
kumpens li jinkiseb minnu jista’ jiġi intaxxat f’dak Istat l-ieħor.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg eserċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor għandu
jkun taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
a) min jirċevih ikun preżenti fl-Istat l-ieħor għal perjodu jew perjodi li ma
jaqbżux it-total ta’ 183 ġurnata f’perjodu ta’ 12 il-xahar li jibda għaddej
jew itemm fis-sena kalendarja involuta, u
b) il-kumpens jitħallas minn, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx residenti ta’
l-Istat l-ieħor, u
ċ) il-kumpens ma jkunx piż fuq stabbiliment permanenti jew bażi stabbilit
li l-prinċipal ikollu fl-Istat l-ieħor.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet preċedenti ta’ dan l-Artikolu, il-kumpens li
jinkiseb dwar impieg eserċitat abbord bastiment jew inġenji ta’ l-ajru operati fi
traffiku internazzjonali minn residenti ta’ Stat Kontraenti jista’ jiġi intaxxat f’dak l-
Istat.
ARTIKOLU 16
DRITTIJIET TAD-DIRETTURI
Id-drittijiet tad-diretturi u ħlasijiet simili oħra li jinkisbu minn residenti ta’
Stat Kontraenti fil-kapaċità  tiegħu ta’ membru tal-bord ta’ diretturi ta’ kumpannija li
tkun residenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
ARTIKOLU 17
ARTISTI U SPORTIVI
1. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 14 u 15, income li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti bħala uħud li jagħtu spettaklu, bħal artisti tat-teatru, tal-
films ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni, jew bħala mużiċista, jew bħala
sportiv, mill-attivitajiet personali tiegħu bħala tali li jiġu eserċitati fl-Istat
Kontraenti l-ieħor, jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Meta income dwar attivitajiet personali eserċitati minn min jagħti spettaklu
jew sportiv fil-kapaċità  tiegħu bħala tali jinġabar mhux minn min jagħti spettaklu
jew l-isportiv innifsu imma minn xi persuna oħra, dak l-income jista’, minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7, 14 u 15, jiġi intaxxat fl-Istat Stat Kontraenti li fih
jiġu eserċitati l-attivitajiet ta’ min jagħti spettaklu jew ta’ l-isportiv.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx ikunu japplikaw ghal
income li jinkiseb minn attivitajiet li jsiru fi Stat Kontraenti minn min jagħti
spettaklu jew sportivi jekk il-viżta f’dak l-Istat tkun sostanzjalment appoġġata
b’fondi pubbliċi ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jew sottodiviżjoni politika jew awtorità
lokali tiegħu.  F’tali każ l-income għandu jkun taxxabbli biss fl-Istat fejn ikun
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS ġ L.S.123.65 13
residenti min jagħti spettaklu jew l-isportiv.
ARTIKOLU 18
PENSJONIJIET U ĦLASIJIET TAS-SIGURTÀ  SOĊJALI
1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 19,
pensjonijiet u kumpens ieħor simili li jitħallsu lil residenti ta’ Stat Kontraenti
minħabba f’xi impieg imgħoddi għandhom ikunu taxxabbli  biss f’dak l-Istat.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ paragrafu 1, pensjonijiet u ħlasijiet oħra li
jingħataw taħt il-leġislazzjoni tas-sigurtà  soċjali ta’ Stat Kontraenti  għandhom
ikunu biss taxxabbli f’dak l-Istat.
ARTIKOLU 19
SERVIZZ TAL-GVERN
1. Kull salarju, paga u kumpens ieħor simili, minbarra pensjoni, mħallsa minn
Stat Kontraenti jew minn sottodiviżjoni politika jew minn awtorità  lokali tiegħu lil
individwu għar-rigward ta’ servizzi mogħtijin lil dak l-Istat jew sottodiviżjoni jew
awtorità  għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-kumpens għandu jkun
taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti l-ieħor jekk is-servizzi jingħataw f’dak l-Istat u l-
individwu jkun residenti ta’ dak l-Istat  li
(i) jkun ċittadin ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat unikament sabiex jagħti
dawk is-servizzi.
3. Kull pensjoni mhallsa minn, jew li toħroġ minn fond maħluq minn, Stat
Kontraenti jew minn sottodiviżjoni politika jew minn awtorità  lokali tiegħu lil xi
individwu għar-rigward ta’ servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew sottodiviżjoni jew
awtorità -
(a) għandha tkunu taxxabbli biss f’dak l-Istat; u
(b) għandha tkun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti l-ieħor jekk l-individwu
jkun residenti u ċittadin ta’ dak l-Istat.
4. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15, 16, 17 u 18 għandhom japplikaw għal
kull kumpens inklużi salarji, pagi u ħlasijiet simili, u għal pensjonijiet, għar-rigward
ta’ servizzi mogħtijin f’dak li għandu x’jaqsam ma’ negozju li jkun ġestit minn Stat
Kontraenti jew minn sottodiviżjoni politika jew minn awtorità  lokali tiegħu.
ARTIKOLU 20
STUDENTI U ALLJEVI
Ħlasijiet li student, jew alljev, li jkun jew li kien minnufih qabel ma jżur Stat
Kontraenti residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor u li jkun preżenti fl-Istat l-ewwel
imsemmi unikament għall-fini ta’ l-edukazzjoni jew it-taħriġ tiegħu, li huwa jirċievi
għall-finijiet tal-manteniment, l-edukazzjoni jew it-taħriġ tiegħu ma għandhomx jiġu
intaxxati f’dak l-Istat, sakemm dawk il-ħlasijiet joriġinaw minn għejjun barra minn
dak l-Istat.
14 L.S.123.65 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS
ARTIKOLU 21
INCOME IEĦOR
1. Elementi ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, li ma jkunux ittrattati
fl-Artikoli ta’ hawn aktar qabel ta’ dan il-Ftehim għandhom ikunu taxxabbli biss
f’dak l-Istat.  Madankollu, jekk dak l-income jinkiseb minn għejjun fl-Istat
Kontraenti l-ieħor, dan jista’ wkoll jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal income, li
ma jkunx income minn proprjetà  immobbli kif imfisser fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu
6, jekk min jirċievi dak l-income, għax ikun residenti ta’ Stat Kontraenti, jiġġestixxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun jinsab
f’dak l-Istat, jew iwettaq f’dak Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn bażi
stabbilita li tkun tinsab hemmhekk, u d-dritt jew il-proprjetà  li dwarhom jitħallas l-
income jkunu effettivament konnessi ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi
stabbilita.  F’dak il-każ għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew
ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ.
ARTIKOLU 22
ELIMINAZZJONI TA’ TASSAZZJONI DOPPJA
1. Fil-każ tal-Barbados, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġijiet tal-
Barbados dwar l-għoti ta’ kreditu kontra t-taxxa tal-Barbados ta’ taxxa li titħallas
f’territorju barra mill-Barbados, it-tassazzjoni doppja għandha tiġi eliminata kif ġej:
a) taxxa li titħallas taħt il-liġijiet ta’ Malta u skond il-Ftehim, sew
direttament sew bi tnaqqis, fuq profitti jew income minn għejjun ġewwa
Malta (esklużi, fil-każ ta’ taxxa fuq dividendi li titħallas għar-rigward
tal-profitti li minnhom jitħallas id-dividend), għandha titħalla bi kreditu
kontra kull taxxa tal-Barbados maħduma b’riferenza għall-istess profitti
jew income li dwarhom tinħadem it-taxxa ta’ Malta;
b) fil-każ ta’ dividend imħallas minn kumpannija li tkun residenti ta’
Malta lil kumpannija li tkun residenti tal-Barbados u li jkollha
direttament mill-inqas 5 fil-mija mill-kapital tal-kumpannija li tkun qed
tħallas id-dividend, il-kreditu msemmi fis-subparagrafu (a) għandu
jikkunsidra, it-taxxa ta’ Malta li għandha titħallas mill-kumpannija li
tħallas id-dividend dwar il-profitti li minnhom jitħallas dak id-dividend;
u
ċ) il-kreditu, madankollu, ma għandu f’ebda każ ikun jeċċedi l-parti mit-
taxxa, kif maħduma qabel ma jingħata l-kreditu, li tkun tapplika għall-
income li jista’ jiġi intaxxat f’Malta.
2. Fil-każ ta’ Malta, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Malta dwar l-
għoti bi kreditu għat-taxxa ta’ Malta għar-rigward tat-taxxa barranija, it-tassazzjoni
doppja għandha tiġi eliminata kif ġej:
meta, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, ikun hemm inklużi fi
stima ta’ Malta income minn sorsi fil-Barbados, it-taxxa tal-Barbados fuq dak l-
income għandu jiġi permess bhala kreditu għat-taxxa ta’ Malta relattiva li titħallas
dwarhom.
3. Għall-finijiet ta’ għoti bi kreditu tat-taxxa li titħallas fi Stat Kontraenti,
skond ma tkun teħtieġ ir-rabta tal-kliem, dan għandu jitqies li jinkludi t-taxxa li tkun
xort’oħra titħallas fi Stat Kontraenti imma li tkun ġiet imnaqqsa jew imwarrba minn
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS ġ L.S.123.65 15
dak l-Istat taħt id-disposizzjonijiet legali tiegħu dwar inċentivi tat-taxxa li jkunu
jeżistu fil-waqt tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim jew disposizzjonijiet legali dwar
inċentivi tat-taxxa li jistgħu jsiru b’liġi aktar tard u li l-awtoritajiet kompetenti
jaqblu li jkunu ta’ xorta sostanzjalment simili.Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-
paragrafu għandhom ikunu japplikaw għall-ewwel għaxar snin li matulhom ikun
effettiv dan il-Ftehim.  Dan il-perjodu jista’ jittawwal bi ftehim reċiproku bejn l-
awtoritajiet kompetenti.
ARTIKOLU 23
EBDA DISKRIMINAZZJONI
1. Iċ-ċittadini ta’ Stat Kontraenti ma għandhomx jiġu suġġetti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għal xi tassazzjoni jew għal xi ħtieġa li jkunu konnessi ma’ dan, li
tkun diversa jew ta’ iktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet konnessi li għalihom ċittadini
ta’ dak l-Istat l-ieħor fl-istess ċirkostanzi u b’mod partikolari, għar-rigward ta’
residenza, huma jew jistgħu jkunu suġġetti.   Din id-disposizzjoni għandha, minkejja
d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1, tkun tapplika wkoll għal persuni li ma jkunux
residenti ta’ xi Stat Kontraenti wieħed jew tat-tnejn li huma.
2. L-intaxxar ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti jkollha
fl-Istat Kontraenti l-ieħor ma għandux jinġabar inqas favorevolment f’dak Istat l-
ieħor mit-tassazzjoni miġbura fuq impriżi ta’ dak l-Istat l-ieħor li jkun qiegħed
iwettaq l-istess ativitajiet.  Din id-disposizzjoni ma għandhiex tiftiehem bħala li
tobbliga lil Stat Kontraenti li jikkonċedi lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor xi
allowances, ħelsien u tnaqqis personali għall-għanijiet ta’ tassazzjoni minħabba fl-
istatus ċivili jew ir-responsabbiltajiet familjari li tikkonċedi lir-residenti tagħha.
3. Ħlief fejn id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 9, tal-paragrafu
7 ta’ l-Artikolu 11, jew tal-paragrafu 7 ta’ l-Artikolu 12 japplikaw, imgħax, royalties
u ħlasijiet oħra li jitħallsu minn impriża ta’ Stat Kontraenti lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandhom, għall-fini li jiġu stabbilit x’inhuma l-profitti taxxabbli
ta’ dik l-impriża, jiġu mnaqqsa taħt l-istess kondizzjonijiet bħallikieku dawn kienu
mħallsa lil residenti ta’ l-ewwel imsemmi Stat.
4. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jiftiehmu bħala li
jipprevjenu lill-Barbados milli tapplika t-taxxa tagħha fuq profitti mill-fergħat bir-
rata speċifikata taħt l-Income Tax Act jew fuq il-profitti ta’ negozji żgħar bir-rata
speċifikata taħt is-Small Business Development Act.
5. Impriżi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom ikun għalkollox jew f’parti
minnu proprjetà  jew taħt il-kontroll, sew dirett sew mhux dirett, minn residenti
wieħed jew iktar ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, ma jkunux suġġetti fl-Istat l-ewwel
imsemmi għal xi tassazzjoni jew ħtieġa konnessa ma’ dan li tkun xort’oħra jew ta’
iktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet konnessi li għalihom ikun jew jistgħu jkunu
assoġġettati l-impriżi  ta’ l-Istat l-ewwel imsemmi.
6. Dan l-Artikolu għandu japplika għal taxxi li jkunu s-soġġett ta’ dan il-
Ftehim.
ARTIKOLU 24
PROĊEDURA GĦAL FTEHIM REĊIPROKU
1. Meta persuna jidhrilha li l-azzjonijiet ta’ xi wieħed jew taż-żewġ Stati
Kontraenti jirriżultawlu jew jistgħu jirriżultawlu f’tassazzjoni li ma tkunx skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, huwa jista’, irrispettivament mir-rimedji
16 L.S.123.65 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS
pprovduti mil-liġi domestika ta’ dawk l-Istati, jippreżenta l-każ tiegħu quddiem l-
awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu huwa jkun residenti jew, jekk il-
każ tiegħu jkun jaqa’ taħt il-paragrafu 1 ta’ l-artikolu 23, lil dik ta’ l-Istat Kontraenti
li tiegħu huwa jkun ċittadin. Il-każ għandu jiġi ppreżentat fi żmien tliet snin minn l-
ewwel avviż ta’ l-azzjoni li tirriżulta f’intaxxar li ma jkunx skond id-
disposizzjonijiet tal-Ftehim.
2. L-awtorità  kompetenti għandha tistħarreġ, jekk ikunx jidhrilha li l-
oġġezzjoni tkun ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal għal soluzzjoni
sodisfċenti, li tirrisolvi l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor, bil-għan li tiġi evitata tassazzjoni li ma tkunx skond il-Ftehim.
Meta jintlaħaq ftehim dan għandu jiġi implimentat minkejja kull terminu ta’ żmien
fil-liġi domestika ta’ l-Istati Kontraenti.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jistħarrġu kif
jirrisolvu permezz ta’ ftehim reċiproku kull diffikultà  jew dubbju li jista’ jitnissel
dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Dawn jistgħu wkoll
jikkonsultaw flimkien għall-eliminazzjoni ta’ tassazzjoni doppja f’dawk il-każijiet li
m’hemm xejn provdut dwarhom fil-Ftehim.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistgħu jikkomunikaw ma’
xulxin direttament bil-għan li jilħqu ftehim fis-sens tal-paragrafi preċedenti.
ARTIKOLU 25
SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jiskambjaw dik l-
informazzjoni li tistra’ tkun meħtieġa għat-twettiq tad-disposizzjonijiet ta’ dan il-
Ftehim jew tal-liġijiet domestiċi ta’ l-Istati Kontraenti għar-rigward ta’ taxxi koperti
bil-Ftehim sakemm l-intaxxar li jsir taħtom ma jkun kuntrarju għall-Ftehim.  L-
iskambju ta’ informazzjoni mhuwiex ristrett bl-artikolu 1.  Kull informazzjoni li tiġi
riċevuta mill-Istat Kontraenti għandha tiġi ttrattata bħala waħda sigrieta bl-istess
mod bħall-informazzjoni miksuba taħt il-liġijiet domestiċi ta’ dak l-Istat u għandha
tiġi żvelata biss lil persuni jew awtoritajiet (inklużi qrati u korpi amministrattivi)
involuti fl-istima jew fil-ġbir ta’, l-infurzar jew prosekuzzjoni dwar, jew id-deċizjoni
ta’ appelli dwar, it-taxxi koperti bil-Ftehim. Dawk il-persuni jew awtoritajiet
għandhom jużaw dik l-informazzjoni biss għall-għanijiet hawn imsemmija. Huma
jistgħu jiżvelaw l-informazzjoni fi proċeduri tal-qorti bil-miftuħ jew f’deċiżjonijiet
ġudizzjarji.
2. F’ebda każ ma għandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 jiftiehmu
bħala li jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
a) li jwettaq miżuri amministrattivi li ma jkunux jaqblu mal-liġijiet u mal-
prattika amministrattiva ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
b) li jagħti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taħt il-liġijiet jew fil-
kors normali ta’ l-amministrazzjoni ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor;
ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet ta’ sengħa, negozju, industrija,
kummerċ jew professjoni jew proċess tal-kummerċ, jew informazzjoni,
li meta tiġi żvelata din tkun tmur kontra l-ordni pubbliku.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MA’ BARBADOS ġ L.S.123.65 17
ARTIKOLU 26
MEMBRI TA’ MISSJONIJIET DIPLOMATIĊI U KARIGI KONSULARI
Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġġi ta’ membri ta’
missjonijiet diplomatiċi jew karigi konsulari taħt ir-regoli ġenerali tad-dritt
internazzjonali jew taħt id-disposizzjonijiet ta’ kull ftehim speċjali.
ARTIKOLU 27
BIDU FIS-SEĦĦ
1. L-Istati Kontraenti għandhom javżaw lil xulxin, permezz ta’ kanali
diplomatiċi, meta jkunu tħarsu l-ħtiġiet legali għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. 
2. Dan il-Ftehim għandu jibda jseħħ tletin jum wara d-data li jasal l-aħħar
wieħed mill-avviżi msemmija fil-paragrafu 1 u d-disposizzjonijiet tiegħu għandu
jkollhom effett għar-rigward ta’ taxxi fuq l-income li jinkisbu matul xi sena
kalendarja jew perjodu ta’ kontijiet, skond il-każ, li jibdew fl-ewwel jum ta’ Jannar
jew wara dik id-data li jiġu minnufih wara d-data li fiha jibda jseħħ il-Ftehim.
ARTIKOLU 28
TERMINAZZJONI
Dan il-Ftehim għandu jibqa’ jseħħ sakemm jiġi terminat minn xi Stat
Kontraenti.  Sew Stat Kontraenti wieħed sew l-ieħor jistgħu jitterminaw il-Ftehim,
permezz tal-kanali diplomatiċi, billi jagħtu avviż tat-terminazzjoni mill-inqas sitt
xhur qabel tmiem xi sena kalendarja li tibda minnufih wara li jiskadi perjodu ta’
ħames snin mid-data meta l-Ftehim jibda jseħħ.  F’dak il-każ, il-Ftehim għandu
jtemm milli jibqa’ jseħħ għar-rigward ta’ taxxi fuq l-income li jinkisbu matul xi sena
kalendarja jew perjodu ta’ kontijiet, skond il-każ, li jibdew fl-ewwel jum ta’ Jannar
jew wara dik id-data li jiġu minnufih wara d-data li fiha jibda jseħħ il-Ftehim.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan mill-
Gvernijiet rispettivi tagħhom, iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGĦMUL f’Londra, illum 5 ta’ Diċembru, 2001, f’żewġ oriġinali fl-ilsien
Ingliż.
Għall-Gvern ta’ Malta Għall-Gvern tal-Barbados
E.T. Dr George Bonello du Puis E.T. Mr Peter Patrick Simmons
