EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA ġ L.S.123.66 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.66
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAL-MALASJA
1 ta’ Settembru, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 281 ta’ l-2002.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mal-Malasja.
Arranġamenti 
jkollhom effett.
2. B’dan qiegħed jiġi dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-ordni saru mal-Malasja sabiex
jagħtu ħelsien minn taxxa doppja dwar it-taxxi li ġejjin
imposti bil-liġijiet tal-Malasja:
(i) it-taxxa fuq l-income;
(ii) it-taxxa fuq l-income supplimentari, jiġifieri, t-
taxxa fuq l-iżvilupp; u
(iii) it-taxxa fuq l-income mill-petroleum;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arranġamenti għandu
jkollhom effett;
(ċ) illi l-Ftehim beda jseħħ fl-1 ta’ Settembru, 2000.
2 L.S.123.66 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA
SKEDA
FTEHIM
BEJN MALTA U L-MALASJA
DWAR ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
Malta u l-Malasja, billi jixtiequ jagħmlu Ftehim dwar Ħelsien minn Taxxa
Doppja, ftehmu kif ġej:
Artikolu 1
Għan personali
Dan il-Ftehim għandu japplika għal persuni li jkunu residenti fi Stat
Kontraenti wieħed jew fit-tnejn li huma.
Artikolu 2
Taxxi koperti
1. Dan il-Ftehim għandu japplika għal taxxi fuq l-income imposti minn Stat
Kontraenti, irrispettivament mill-mod kif dawn jinġabru.
2. It-taxxi eżistenti li huma soġġetti għal dan il-Ftehim huma:
(a) fil-Malasja:
(i) it-taxxa fuq l-income;
(ii) it-taxxa fuq l-income supplimentari, jiġifieri, t-taxxa fuq l-
iżvilupp; u
(iii) it-taxxa fuq l-income mill-petroleum;
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa tal-Malasja");
(b) f’Malta:
 it-taxxa fuq l-income;
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ Malta").
3. Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Artikolu, dan il-Ftehim ma
għandux japplika għal taxxa li tkun tħallset jew li titħallas f’Malta bir-rata li hemm
provdut dwarha fis-subartikolu (13) ta’ l-artikolu 56 ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-
Income (Kap. 123).
4. Il-Ftehim għandu japplika wkoll għal kull taxxa fuq l-income identika jew
sostanzjalment simili li tiġi imposta wara d-data meta jiġi ffirmat dan il-Ftehim
b’żieda ma’, jew minflok, it-taxxi eżistenti. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat
Kontraenti għandhom jgħarrfu lil xulxin b’kull tibdil importanti li jkun sar fil-liġijiet
rispettivi tagħhom dwar it-taxxa.
Artikolu 3
Tifsiriet ġenerali
1. F’dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx teħtieġ xort’oħra:
(a) il-frażi "Malasja" tfisser it-territorji tal-Federazzjoni tal-Malasja, l-
ibħra territorjali tal-Malasja u qiegħ il-baħar u s-sottoswol ta’ l-ibħra
territorjali, u tinkludi kull area li testendi lil hinn mil-limiti ta’ l-ibħra
territorjali tal-Malasja, u qiegħ il-baħar u s-sottoswol ta’ kull area bħal
dik, li ġew jew li jistgħu jiġu msemmija minn issa ’l quddiem taħt il-
liġijiet tal-Malasja u skond id-dritt internazzjonali bħala area li fuqha l-
Malasja għandha drittijiet sovrani għall-finijiet ta’ l-esplorazzjoni għal,
u l-esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali, kemm dawk li jgħixu kemm dawk
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA ġ L.S.123.66 3
li ma jgħixux;
(b) il-frażi "Malta" meta użata f’sens ġeografiku, tfisser il-Gżira ta’ Malta,
il-Gżira ta’ Għawdex u l-gżejjer l-oħra ta’ l-arċipelagu Malti inklużi l-
ibħra territorjali tagħhom, u kull area ’l barra mill-baħar territorjali ta’
Malta skond il-liġi internazzjonali li ġiet jew tista’ minn issa ’l quddiem
tiġi msemmija, taħt il-liġi ta’ Malta li tirrigwarda l-Blata Kontinentali,
bħala area li ġewwa fiha d-drittijiet ta’ Malta għar-rigward ta’ qiegħ il-
baħar u s-sottoswol u r-riżorsi naturali tagħhom jistgħu jiġu eżerċitati;
(ċ) il-frażijiet "Stat Kontraenti" u "l-Istat Kontraenti l-ieħor" ifissru il-
Malasja jew Malta, skond ir-rabta tal-kliem;
(d) il-frażi "persuna" tinkludi individwu, kumpannija u kull korp ta’ persuni
ttrattati bħala persuna għall-finijiet ta’ taxxa;
(e) il-frażi "kumpannija" tfisser korp magħqud jew enti li jkunu trattati
bhala korp magħqud għall-iskopijiet ta’ taxxa;
(f) il-frażi "impriża ta’ Stat Kontraenti" u "impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor" ifissru rispettivament impriża ġestita minn residentii ta’ Stat
Kontraenti u impriża ġestita minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(g) il-frażi "taxxa" tfisser it-taxxa tal-Malasja jew it-taxxa ta’ Malta, skond
ir-rabta tal-kliem;
(h) il-frażi "ċittadin" tfisser:
(i) individwu li jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Kontraenti;
(ii) persuna legali, soċjetà , assoċjazzjoni u kull entità  oħra li tikseb l-
istatus tagħha bħala tali mil-liġijiet li jkunu jseħħu fi Stat
Kontraenti;
(i) il-frażi "traffiku internazzjonali" tfisser trasport li jsir b’bastiment jew
inġenji ta’ l-ajru mħaddma minn impriża ta’ Stat Kontraenti, ħlief meta
l-bastiment jew l-inġenji ta’ l-ajru jiġu unikament imħaddma bejn
postijiet fl-Istat Kontraenti l-ieħor;
(j) il-frażi "awtorità  kompetenti" tfisser:
(i) fil-każ tal-Malasja, il-Ministru tal-Finanzi jew ir-rappreżentant
awtorizzat tiegħu; u
(ii) fil-każ ta’ Malta, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu.
2. Fl-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim minn Stat Kontraenti kull frażi li ma
tkunx imfissra fih għandha, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx teħtieġ
xort’oħra, ikollha t-tifsir kif mogħti lilha taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat għall-finijiet
tat-taxxi li dan il-Ftehim japplika għalihom.
Artikolu 4
Residenti
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "residenti ta’ Stat Kontraenti"
tfisser:
 (a) fil-każ tal-Malasja, persuna li tkun residenti fil-Malasja għall-finijiet
tat-taxxa tal-Malasja; u
(b) fil-każ ta’ Malta, persuna li tkun residenti f’Malta għall-finijiet tat-
taxxa ta’ Malta.
2. Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 individwu jkun residenti
taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-istatus tiegħu għandu jiġi stabbilit skond dawn ir-
4 L.S.123.66 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA
regoli li ġejjin:
(a) huwa għandu jitqies li jkun residenti unikament ta’ l-Istat li fih ikollu
dar permanenti għad-disposizzjoni tiegħu. Jekk huwa jkollu dar
permanenti għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati, huwa għandu
jitqies li huwa residenti unikament ta’ l-Istat li miegħu r-relazzjonijiet
personali u ekonomiċi tiegħu ikunu l-aktar marbuta (ċentru ta’ interessi
vitali);
(b) jekk l-Istat li fih huwa jkollu ċ-ċentru ta’ interessi vitali ma jistax jiġi
determinat, jew jekk huwa ma jkollux għad-disposizzjoni tiegħu dar
permanenti f’ebda Stat, huwa għandu jitqies li jkun residenti unikament
ta’ l-Istat li fih soltu jirrisjedi;
(ċ) jekk huwa soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati jew f’ebda wieħed minnhom,
huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li tiegħu jkun ċittadin;
(d) jekk huwa jkun ċittadin taż-żewġ Stati jew ta’ l-ebda wieħed minnhom,
l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jiddeċiedu l-
każ bi ftehim bejnithom.
3. Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, din għandha għaldaqstant titqies
bħala residenti unikament ta’ l-Istat fejn ikun jinsab il-post effettiv tal-maniġġ
tagħha.
Artikolu 5
Stabbiliment permanenti
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "stabbiliment permanenti" tfisser
post tan-negozju fiss li minnu jitmexxa għalkollox jew f’parti minnu x-xogħol ta’
impriża.
2. Il-frażi "stabbiliment permanenti" għandha tinkludi b’mod speċjali:
(a) post ta’ maniġġ,
(b) fergħa,
(ċ) uffċċju,
(d) fabbrika,
(e) ħanut tax-xogħol, u
(f) minjiera, bir taż-żejt jew tal-gass (inkluż sit ta’ offshore drilling),
barriera jew kull post ieħor ta’ estrazzjoni ta’ riżorsi naturali inklużi s-
siġar li jagħtu l-injam jew prodotti oħra tal-foresta;
(g) razzett jew qasam;
(h) art li tkun qegħda tinbena jew kostruzzjoni, stallazzjoni jew proġett ta’
assemblaġġ li jeżisti għal iżjed minn tnax-il xahar.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frażi
"stabbiliment permanenti" għandha titqies li ma tinkludix:
(a) l-użu ta’ faċilitajiet unikament għall-iskop ta’ ħażna, wiri jew kunsinna
ta’ oġġetti jew merkanzija li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża;
(b) il-manutenzjoni ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’
l-impriża unikament għall-iskop ta’ ħażna, wiri jew kunsinna;
(ċ) il-manutenzjoni ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’
l-impriża għall-iskop uniku ta’ proċessar minn impriża oħra;
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA ġ L.S.123.66 5
(d) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku ta’ xiri ta’
oġġetti jew merkanzija, jew ta’ ġbir ta’ tagħrif għall-impriża;
(e) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku li tiġi ġestita,
għall-impriża, xi attività  oħra ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja.
4. Impriża ta’ Stat Kontraenti għandha titqies bħala li jkollha stabbiliment
permanenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor jekk:
(a) twettaq attivitajiet ta’ sorveljanza f’dak l-Istat l-ieħor għal iżjed minn
tnax-il xahar b’konnessjoni ma’ kostruzzjoni, stallazzjoni jew proġett
ta’ assemblaġġ li jkun qieghed isir f’dak l-Istat l-ieħor; jew
(b) jkun hemm tagħmir sostanzjali f’dak l-Istat l-ieħor li jkun qiegħed
jintuża jew jiġi installat minn, għal jew skond kuntratt ma’ l-impriża.
5. Persuna (li ma tkunx sensal, aġent b’kummissjoni ġenerali jew xi aġent
ieħor bi status indipendenti li għalih japplika l-paragrafu 6 li tkun qed taġixxi fi Stat
Kontraenti f’isem impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor għandha titqies li tkun
stabbiliment permanenti fl-Istat l-ewwel imsemmi, jekk dik il-persuna:
(a) ikollha, u abitwalment teserċita fl-Istat l-ewwel imsemmi, awtorità  li
tagħmel kuntratti f’isem l-impriża, kemm-il darba l-attivitajiet tagħha
ma jkunux limitati għax-xiri ta’ oġġetti jew merkanzija għall-impriża;
jew
(b) tkun abitwalment iżżomm fl-Istat l-ewwel imsemmi ħażna ta’ oġġetti
jew ta’ merkanzija li jkunu jappartjenu lill-impriża li minnha hija
regolarment taqdi ordnijiet f’isem l-impriża;
(ċ) tkun timmanifattura jew tipprocessa fl-Istat l-ewwel imsemmi għall-
impriża oġġetti jew merkanzija li jkunu jappartjenu lill-impriża.
6. Impriża ta’ Stat Kontraenti ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment
permanenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor biss minħabba li tkun tiġġestixxi negozju f’dak
l-Istat l-ieħor permezz ta’ sensal, aġent b’kummissjoni ġenerali jew kull aġent ieħor
bi status indipendenti, meta dawk il-persuni jkunu qed jaġixxu fil-kors ordinarju tan-
negozju tagħhom.
Madankollu, meta l-attivitajiet ta’ aġent bħal dak ikunu għalkollox, jew
kważi għalkollox, dedikati f’isem dik l-impriża, huwa m’għandux jitqies bħala aġent
bi status indipendenti jekk it-transazzjonijiet bejn l-aġent u l-impriża ma jkunux saru
taħt arm's length conditions.
7. Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tkun tikkontrolla
jew tkun kontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor,
jew li tkun tiġġestixxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta’ stabbiliment
permanenti sew xort’oħra), m’għandux fih innifsu jikkostitwixxi lil xi kumpannija
waħda jew l-oħra stabbiliment permanenti tal-kumpannija l-oħra.
Artikolu 6
Income minn proprjetà  immobbli
1.   Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn proprjetà
immobbli li jkunu jinsabu fl-Istat Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-
ieħor.
2. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi "proprjetà  immobbli" għandha
titfisser skond il-liġijiet ta’ l-Istat Kontraenti li fih tkun tinsab il-proprjetà  involuta.
Il-frażi għandha f’kull każ tinkludi proprjetà  aċċessorja għal proprjetà  immobbli,
bhejjem f’razzett u tagħmir li jintuża fl-agrikoltura u fil-ħidma fil-boskijiet, drittijiet
li għalihom japplikaw id-disposizzjonijiet tal-liġi ġenerali dwar il-proprjetà  ta’ l-art,
6 L.S.123.66 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA
l-użufrutt tal-proprjetà  immobbli u drittijiet dwar ħlasijiet varjabbli jew fissi bħala
korrispettiv għal ħidma fi, jew id-dritt li jinħadmu, depożiti minerali, bjar taż-żejt
jew tal-gass (inkluż sit ta’ offshore drilling), barrieri u postijiet oħra mnejn issir l-
estrazzjoni ta’ riżorsi naturali inklużi siġar li minnhom isir l-injam jew prodotti oħra
ġejjin mill-foresti. Bastimenti, opri tal-baħar u inġenji ta’ l-ajru ma għandhomx
jitqiesu bħala proprjetà  immobbli.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom ikunu japplikaw għal income
li jinkiseb mill-użu dirett, kiri, jew użu ta’ kull xorta ta’ proprjetà  immobbli.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-
income minn proprjetà  immobbli ta’ impriża u għal income minn proprjetà  immobbli
użata għall-għemil ta’ servizzi personali indipendenti.
Artikolu 7
Profitti minn negozju
1. Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti għandhom ikunu biss taxxabbli
f’dak l-Istat kemm-il darba l-impriża ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk. Jekk l-impriża tkun
qegħda tmexxi negozju kif hawn aktar qabel imsemmi, il-profitti ta’ l-impriża
jistgħu jiġu intaxxati fl-Istat l-ieħor imma biss fuq dik il-parti minnhom daqskemm
tkun attribwibbli għal dak l-istabbiliment permanenti.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3, meta impriża ta’ Stat
Kontraenti tkun tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qiegħed hemmhekk, għandhom f’kull Stat Kontraenti jiġu
attribwiti lil dak l-istabbiliment permanenti il-profitti li kien ikun mistenni jagħmel
kieku kien impriża distinta u separata li taħdem fl-istess attivitajiet jew oħrajn
bħalhom taħt l-istess kondizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem
indipendentement għalkollox mill-impriża li tagħha tkun stabbiliment permanenti.
3. Sabiex jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, għandhom ikunu
permessi bħala tnaqqis dawk l-ispejjeż inklużi spejjeż amministrattivi eżekuttivi u
ġenerali, li jkunu jistgħu jitnaqqsu li kieku l-istabbiliment permanenti kien impriża
indipendenti, fil-qies li dawn ikunu raġonevolment allokabbli ghall-istabbiliment
permanenti, sew jekk isiru fl-Istat Kontraenti fejn ikun hemm l-istabbiliment
permanenti sew band’oħra.
4. Jekk l-informazzjoni disponibbli għall-awtorità  kompetenti ma jkunx
adegwat biex jistabbilixxi l-profitti li għandhom jiġu attribwiti lill-istabbiliment
permanenti ta’ impriża, ebda ħaġa f’dan l-Artikolu ma għandha tolqot l-
applikazzjoni ta’ xi liġi ta’ dak l-Istat għar-rigward ta’ kif tiġi stabbilita t-taxxa li
għandha titħallas minn persuna bl-eżerċiżżju ta’ diskrezzjoni jew bl-għemil ta’ stima
mill-awtorità  kompetenti, iżda l-liġi għandha tiġi applikata, sakemm l-informazzjoni
disponibbli għall-awtorità  kompetenti tkun tippermetti, skond il-prinċipju li jinsab
f’dan l-Artikolu.
5. Ebda profitti ma għandhom jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti
minħabba biss f’li jsir ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew
merkanzija għall-impriża.
6. Għall-għanijiet tal-paragrafi preċedenti, l-profitti li għandhom jiġu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-istess metodu sena wara l-
oħra kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u suffiċjenti biex dan ma jsirx.
7. Meta l-profitti jkunu jinkludu oġġetti ta’ income li qegħdin jiġu trattati
separatament f’Artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, għaldaqshekk id-disposizzjonijiet ta’
dawk l-Artikoli ma jintlaqtux bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA ġ L.S.123.66 7
Artikolu 8
Tbaħħir u trasport bl-ajru
1. Il-profitti li jinkisbu minn impriża ta’ Stat Kontraenti mit-tħaddim ta’
bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali għandhom ikunu taxxabbli
biss f’dak l-Istat.
2. Il-paragrafu 1 għandu wkoll japplika għas-sehem mill-profitti mit-tħaddim
ta’ bastimenti jew ta’ inġenji ta’ l-ajru li jinkisbu minn residenti ta’ Stat Kontraenti
mill-parteċipazzjoni f’pool, negozju bi sħab jew aġenzija b’operat internazzjonali.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Artikolu, il-profitti mit-tħaddim
ta’ bastiment fi traffiku internazzjonali li jinkiseb minn kumpannija li tkun residenti
ta’ Malta u li jkollha iżjed minn 25 fil-mija mill-kapital tagħha li jkun, direttament
jew mhux, jappartjeni lil persuni li ma jkunux residenti f’Malta, jistgħu jiġu
intaxxati fil-Malasja kemm-il darba l-kumpannija ma ġġibx prova li l-profitti li
jinkisbu mit-tħaddim ta’ dak il-bastiment ikunu soġġetti għat-taxxa ta’ Malta
mingħajr ma jitqies ebda ħelsien minnha skond ma hemm provdut fl-artikolu 86 ta’
l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili (Kap. 234) jew f’xi disposizzjoni identika jew
simili.
Artikolu 9
Impriżi assoċjati
Meta:
(a) impriża ta’ Stat Kontraenti tipparteċipa sew direttament sew
indirettament fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor, jew
(b) l-istess persuni jipparteċipaw sew direttament sew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti u ta’
impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor,
u f’kull każ isiru jew jiġu imposti kondizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji tagħhom li ma jkunux jaqblu ma’ dawk li
kieku kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f’dak il-każ il-profitti li, kieku
ma kienux dawk il-kondizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-impriżi, iżda,
minħabba dawk il-kondizzjonijiet, ma ġewx hekk akkumulati, jistgħu jiġu inklużi
fil-profitti ta’ dik l-impriża u intaxxati skond hekk.
Artikolu 10
Dividendi
1. Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor tista’ tiġi intaxxata f’dak l-Istat.
2. Dividendi li jitħallsu minn kumpannija li tkun residenti tal-Malasja lil
residenti ta’ Malta li jkun is-sid benefiċjarju tad-dividendi għandhom ikunu eżenti
minn kull taxxa fil-Malasja li jkollha titħallas fuq dividendi b’żjieda mat-taxxa li
jkollha titħallas għar-rigward tal-kumpannija. Ebda ħaġa f’dan il-paragrafu ma
għandha tolqot id-disposizzjonijiet tal-liġi tal-Malasja li taħtha t-taxxa dwar
dividend mħallsa minn kumpannija li tkun residenti tal-Malasja li minnha t-taxxa
tal-Malasja tkun ġiet, jew tkun tqieset li ġiet, imnaqqsa tkun tista’ tiġi aġġustata
b’riferenza għar-rata ta’ taxxa adatta għas-sena ta’ stima tal-Malasja li tiġi minnufih
wara dik li fiha jkun tħallas id-dividend.
3. (a) Dividendi li jitħallsu minn kumpannija li tkun residenti ta’ Malta lil
residenti tal-Malasja li jkun is-sid benefiċjarju tad-dividendi jistgħu
8 L.S.123.66 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA
jkunu soġġetti għat-taxxa ta’ Malta fuq l-ammont gross ta’ dawk id-
dividendi, imma t-taxxa li hekk titħallas m’għandhiex tkun iżjed minn
dik li titħallas fuq il-profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
(b) Meta dawk id-dividendi jitħallsu minn profitti li tagħmel kumpannija u
li jkunu soġġetti għat-taxxa b’rata mnaqqsa ta’ taxxa taħt
disposizzjonijiet speċjali intiżi biex iġibu ’l quddiem l-investimenti
meħtieġa għall-iżvilupp ekonomiku ta’ Malta, ir-rata tat-taxxa ta’ Malta
fuq id-dividendi ma għandhiex tkun iżjed minn dik ir-rata mnaqqsa.
4. Il-frażi "dividendi" kif din tintuża f’dan l-Artikolu tfisser income minn
ishma jew minn drittijiet oħra, li ma jkunux pretensjonijiet ta’ debitu, il-
parteċipazzjoni fi profitti, kif ukoll income minn drittijiet korporattivi li jingħata l-
istess trattament fl-intaxxar bħallikieku kien income minn ishma skond il-liġijiet ta’
l-Istat li tiegħu l-kumpannija li tkun qed tagħmel it-tqassim tkun residenti.
5. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3 m’għandhomx japplikaw jekk is-
sid benefiċjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju
fl-Istat Kontraenti l-ieħor li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-
dividendi, permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, u l-holding
li dwarhom id-dividendi jkunu mhallsa jkollu x’jaqsam effettivament ma’ dak l-
istabbiliment permanenti. F’dak il-każ, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’
l-Artikolu 7.
6. Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb income jew
profitti mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpannija lil persuni li ma jkunux residenti ta’ dak l-
Istat l-ieħor, jew jassoġġetta l-profitti mhux imqassma tal-kumpannija għal taxxa fuq
il-profitti mhux imqassma, ukoll jekk id-dividendi mħallsa jew il-profitti mhux
imqassma jkunu kollha kemm huma jew f’parti minnhom jikkonsistu f’income jew fi
profitti li jinqalgħu f’dak l-Istat l-ieħor.
Artikolu 11
Mgħax
1. Mgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u jitħallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandu jkun taxxabbli biss f’dak Istat l-ieħor.
2. Madankollu, dak l-imgħax jista’ jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn joriġina
u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, imma jekk min jirċevih ikun is-sid benefiċjarju ta’
l-imgħax, it-taxxa hekk imħallsa m’għandhiex taqbeż 15 fil-mija ta’ l-ammont gross
ta’ l-imgħax.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 2, kull imgħax li residenti ta’
Malta jkollu jedd benefiċjarju għalih għandu jkun eżenti mit-taxxa tal-Malasja jekk
is-self jew addebitament ieħor li dwaru jitħallas l-imgħax ikun self approvat kif
imfisser fl-artikolu 2(1) ta’ l-Income Tax Act, 1967 tal-Malasja (kif emendat).
4. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3, il-Gvern ta’ Stat Kontraenti
jkun eżenti mit-taxxa fl-Istat Kontraenti l-ieħor għar-rigward ta’ mgħax li jinkiseb
mill-Gvern minn dak l-istat l-ieħor.
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 4, il-frażi "Gvern":
(a) fil-każ tal-Malasja tfisser il-Gvern tal-Malasja u għandha tinkludi:
(i)  il-gvern ta’ l-Istati;
(ii)  l-awtoritajiet lokali;
(iii) il-korpi statutorji;
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA ġ L.S.123.66 9
(iv)  il-Bank Negara Malaysia;
(v) dawk l-istituzzjonijiet, li għandhom il-kapital tagħhom proprjetà
assoluta tal-Gvern tal-Malasja jew tal-gvernijiet ta’ l-Istati, jew
ta’ l-awtoritajiet lokali jew tal-korpi statutorji tagħhom, skond ma
jista’ jiġi miftiehem minn żmien għal żmien bejn l-awtoritajiet
kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti;
(b) fil-każ ta’ Malta tfisser il-Gvern ta’ Malta u għandha tinkludi:
(i)  il-Bank Ċentrali ta’ Malta;
(ii) il-Korporazzjoni għal Ġvilupp ta’ Malta;
(iii) il-korpi statutorji;
(iv) dawk l-istituzzjonijiet, li għandhom il-kapital tagħhom proprjetà
assoluta tal-Gvern ta’ Malta, skond ma jista’ jiġi miftiehem minn
żmien għal żmien bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati
Kontraenti.
6. Il-frażi "mgħax" kif din tintuża f’dan l-Artikolu tfisser income minn
pretensjonijiet ta’ debitu ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le u sew jekk
jagħti l-jedd għal sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b’mod partikolari,
income minn titoli tal-gvern u income minn bonds jew debentures.
7. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3 m’għandhomx japplikaw jekk is-
sid benefiċjarju ta’ l-imgħax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih jinqala’ l-imgħax, permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, u l-pretensjoni ta’ debitu li dwarha jitħallas l-imgħax
tkun effettivament konnessa ma’ dak l-istabbiliment permanenti. F’każ bħal dak
għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7.
8. L-imgħax għandu jitqies li joriġina fi Stat Kontraenti meta min iħallas ikun
dak l-Istat innifsu, sottodiviżjoni politika tiegħu, awtoritˆ lokali jew korp statutorju
tagħhom jew residenti ta’ dak l-Istat. Meta, madankollu, l-persuna li tkun qed tħallas
l-imgħax, sew jekk tkun residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, jkollha fi Stat
Kontraenti stabbiliment permanenti li f’konnessjoni miegħu kien sar id-dejn li fuqu
jitħallas l-imgħax, u dak l-imgħax jiġġarrab minn dak l-istabbiliment permanenti,
għaldaqstant dak l-imgħax għandu jitqies li joriġina fl-Istat fejn ikun jinsab l-
istabbiliment permanenti.
9. Meta, minħabba f’relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
jew bejn it-tnejn li huma u xi persuna oħra, l-ammont ta’ mgħax imħallas, wara li
titqies xi tkun il-pretensjoni ta’ debitu li dwarha jitħallas, ikun iżjed mill-ammont li
kien ikun miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-
relazzjoni, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu japplikaw biss
għall-ammont l-aħħar imsemmi. F’każ bħal dak, il-parti żejda tal-ħlasijiet tibqa’
taxxabbli skond il-liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, fil-qies tad-disposizzjonijiet l-
oħra ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 12
Royalties
1. Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak Istat l-ieħor.
2. Madankollu, dawk ir-royalties jistgħu wkoll jiġu intaxxati fl-Istat
Kontraenti fejn joriġinaw u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda jekk min jirċevihom
ikun is-sid benefiċjarju tar-royalties, it-taxxa hekk imħallsa m’għandhiex teċċedi 15
fil-mija ta’ l-ammont gross tar-royalties.
10 L.S.123.66 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA
3. Il-frażi "royalties" kif tintuża f’dan l-Artikolu tfisser ħlasijiet ta’ kull xorta
fil-qies li dawn isiru b’korrispettiv għal:
(a) l-użu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu, ta’ kull
(i) dritt ta’ l-awtur, privattiva, disinn jew mudell, pjan, formula jew
proċess sigrieti, trade mark, jew xi proprjetà  jew dritt bħal dawk;
(ii) tagħmir industrijali, kummerċjali jew xjentifiku; jew
(iii) films ċinematografiċi jew tapes użati għax-xandir bir-radju jew
bit-televiżjoni;
(b) l-għoti ta’ konoxxenza jew informazzjoni xjentifika, teknika,
industrijali jew kummerċjali;
(ċ) l-għoti ta’ kull għajnuna li tkun anċillari u sussidjarja għal, u li tiġi
pprovduta bħala mezz li tkun tista’ ssir l-applikazzjoni jew it-tgawdija
ta’, kull proprjetà  jew dritt bħal dawk imsemmija fis-subparagrafu
(a)(i), kull tagħmir bħal dak imsemmi fis-subparagrafu (a)(ii), jew kull
konoxxenza jew informazzjoni bħal dawk imsemmija fis-subparagrafu
(b).
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tar-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih ir-royalties jinqalgħu, permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, u d-dritt jew il-proprjetà  li dwarhom
jitħallsu r-royalties ikunu effettivament konnessi ma’ dak l-istabbiliment
permanenti. F’dak il-każ għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7.
5. Ir-royalties jitqiesu li joriġinaw fi Stat Kontraenti meta min iħallas ikun dak
l-Istat innifsu, sottodiviżjoni politika tiegħu, awtorità  lokali jew korp statutorju
tagħhom jew residenti ta’ dak l-Istat. Meta, madankollu, l-persuna li tkun qed tħallas
dawk ir-royalties, sew jekk tkun residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, jkollha fi
Stat Kontraenti stabbiliment permanenti li f’konnessjoni miegħu kienet saret l-
obbligazzjoni li fuqu jitħallsu r-royalties u dawk ir-royalties jiġġarbu minn dak l-
istabbiliment, għaldaqstant dawk ir-royalties għandhom jitqiesu li joriġinaw fl-Istat
fejn ikun jinsab l-istabbiliment permanenti.
6. Meta, minħabba r-relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
jew bejnithom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties imħallsa jew
akkreditati, fil-qies ta’ x’ikun l-użu, id-dritt jew l-informazzjoni li jitħallsu jew jiġu
akkreditati għalihom, ikun iżjed mill-ammont li kien ikun miftiehem bejn min iħallas
u s-sid benefi_jarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-aħħar imsemmi. F’dak il-każ, il-
parti żejda tar-royalties imħallsa jew akkreditati għandha tibqa’ taxxabbli skond il-
liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, wara li jitqiesu d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-
Ftehim.
Artikolu 13
Drittijiet tekniċi
1. Drittijiet tekniċi li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u jitħallsu lil residenti ta’ l-
Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak Istat l-ieħor.
2. Madankollu, dawk id-drittijiet tekniċi jistgħu wkoll jiġu intaxxati fl-Istat
Kontraenti fejn joriġinaw, u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat; iżda jekk min jirċevihom
ikun is-sid benefiċjarju tad-drittijiet tekniċi, it-taxxa hekk imħallsa m’għandhiex
teċċedi 10 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-drittijiet tekniċi.
3. Il-frażi "drittijiet tekniċi" kif tintuża f’dan l-Artikolu tfisser ħlasijiet ta’ kull
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA ġ L.S.123.66 11
xorta lil xi persuna, minbarra lil persuna impjegata mal-persuna li tkun qed tagħmel
il-ħlasijiet, b’korrispettiv għal servizzi ta’ xorta teknika, maniġerjali jew ta’
konsulenza.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx
japplikaw jekk is-sid benefiċjarju tad-drittijiet tekniċi, li jkun residenti ta’ Stat
Kontraenti, ikun qed imexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih jinqalgħu d-
drittijiet tekniċi permezz ta’ stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun
qed iwettaq servizzi personali f’dak l-Istat indipendenti l-ieħor, u d-drittijiet tekniċi
ikunu effettivament konnessi ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew servizzi. F’dak
il-każ, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu
15, skond il-każ.
5. Id-drittijiet tekniċi jitqiesu li joriġinaw fi Stat Kontraenti meta min iħallas
ikun dak l-Istat innifsu, sottodiviżjoni politika tiegħu, awtoritˆ lokali jew korp
statutorju tagħhom jew residenti ta’ dak l-Istat. Meta, madankollu, l-persuna li tkun
qed tħallas dawk id-drittijiet tekniċi, sew jekk tkun residenti ta’ Stat Kontraenti sew
jekk le, jkollha fi Stat Kontraenti stabbiliment permanenti li f’konnessjoni miegħu
kienet saret l-obbligazzjoni li fuqu jitħallsu d-drittijiet tekniċi, u dawk id-drittijiet
tekniċi jiġġarbu minn dak l-istabbiliment, għaldaqstant dawk id-drittijiet tekniċi
għandhom jitqiesu li joriġinaw fl-Istat fejn ikun jinsab l-istabbiliment permanenti.
6. Meta, minħabba r-relazzjoni speċjali bejn min iħallas u min jircievi jew
bejnithom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont ta’ drittijiet tekniċi mħallsa, għal
liema raġuni tkun, ikun iżjed mill-ammont li kien ikun miftiehem bejn min iħallas u
s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-aħħar imsemmi. F’dak il-każ, il-
parti żejda tal-ħlasijiet għandha tibqa’ taxxabbli skond il-liġi ta’ kull Stat
Kontraenti, wara li jitqiesu d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 14
Trasferiment ta’ proprjetà
1.  Income jew qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  immobbli kif imfisser fil-
paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 6 jista’ jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn tkun tinsab dik
il-proprjetà .
2.   Income jew qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tagħmel parti
mill-proprjetà  tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti
jkollha fl-Istat Kontraenti l-ieħor jew ta’ proprjetà  mobbli li tkun disponibbli għal
residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor bil-għan li jitwettqu servizzi
professjonali, inkluż dak l-income jew qligħ mit-trasferiment ta’ dak l-istabbiliment
permanenti (waħdu jew flimkien ma’ l-impriża kollha) jista’ jiġi intaxxat f’dak Istat
l-ieħor. Madankollu, income jew qligħ mit-trasferiment ta’ bastimenti jew inġenji ta’
l-ajru operati minn impriża ta’ Stat Kontraenti fi traffiku internazzjonali u proprjetà
mobbli li tappartjeni għall-operat ta’ dawk il-bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru
għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat li l-impriża tkun residenti tiegħu.
3. Income jew qligħ mit-trasferiment ta’ ishma ta’ kumpannija, li l-proprjetà
tagħha tkun prinċipalment tikkonsisti fi proprjetà  immobbli li tkun tinsab fi Stat
Kontraenti, tista’ tiġi intaxxata f’dak l-Istat. Income jew qligħ mit-trasferiment ta’ xi
interess f’soċjetà  jew fi trust, li l-proprjetà  tagħha tkun prinċipalment tikkonsisti fi
proprjetà  immobbli li tkun tinsab fi Stat Kontraenti, tista’ tiġi intaxxata f’dak l-Istat.
4. Income jew qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  jew attiv li ma jkunux dawk
imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu taxxabbli biss fl-
Istat Kontraenti li tiegħu ikun residenti min jittrasferixxi.
12 L.S.123.66 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA
Artikolu 15
Servizzi personali indipendenti
1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 13, income li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti għal servizzi professjonali jew attivitajiet oħra
indipendenti ta’ xorta simili għandhom ikunu intaxxati biss f’dak l-Istat.
Madankollu, jekk dak l-income jinkiseb mill-Istat Kontraenti l-ieħor dan jista’ jiġi
intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor jekk:
(a) il-qagħda tiegħu f’dak l-Istat l-ieħor tkun għal perjodu jew għal perjodi
li fit-total ikunu jammontaw għal jew jaqbżu l-183 ġurnata matul xi
sena kalendarja; jew
(b) ir-rimunerazzjoni għas-servizzi tiegħu f’dak l-Istat l-ieħor jew tinkiseb
minn residenti ta’ dak l-Istat jew tiġġarrab minn stabbiliment
permanenti li l-persuna li tkun qed tħallas ir-rimunerazzjoni jkollha
f’dak l-Istat u f’kull każ tkun taqbeż l-ekwivalenti fil-munita ta’ dak l-
Istat ta’ ħamest elef dollaru Amerikan (US $ 5,000) matul is-sena
kalendarja.
2. Il-frażi "servizzi professjonali" tinkludi, b’mod speċjali, attivitajiet
letterarji, artistiċi, edukattivi jew ta’ tagħlim li huma speċjalment indipendenti kif
ukoll l-attivitajiet indipendenti ta’ tobba, avukati, inġiniera, periti u accountants.
Artikolu 16
Servizzi personali dipendenti
1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 17, 19, 20, 21 u 22 is-salarji,
il-pagi u kumpens ieħor bħal dak li jinkisbu minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar
xi impieg għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma
jiġix eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk eżerċitat, dak il-
kumpens li jinkiseb minnu jista’ jiġi intaxxat f’dak Istat l-ieħor.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor għandu
jkun taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
(a) min jirċevih ikun preżenti fl-Istat l-ieħor għal perjodu jew perjodi li ma
jaqbżux it-total ta’ 183 ġurnata matul is-sena kalendarja involuta, u
(b) il-kumpens jitħallas minn, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx residenti ta’
l-Istat l-ieħor, u
(ċ) il-kumpens ma jkunx piż fuq l-istabbiliment permanenti li l-prin_ipal
ikollu fl-Istat l-ieħor.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet preċedenti ta’ dan l-Artikolu, il-kumpens dwar
impieg eżerċitat abbord bastiment jew inġenji ta’ l-ajru operati fi traffiku
internazzjonali minn impriża ta’ Stat Kontraenti, jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat.
Artikolu 17
Drittijiet tad-diretturi
  Id-drittijiet tad-diretturi u ħlasijiet simili oħra li jinkisbu minn residenti ta’
Stat Kontraenti fil-kapaċità  tiegħu ta’ membru tal-bord ta’ diretturi, jew ta’ korp
komparabbli ieħor ikun kif ikun imsemmi, ta’ kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor, jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA ġ L.S.123.66 13
Artikolu 18
Artisti u atleti
1. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15 u 16, income li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti bħala uħud li jagħtu spettaklu, bħal artisti tat-teatru, tal-
films ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni, jew bħala mużiċista, jew bħala
atleta, mill-attivitajiet personali tiegħu bħala tali li jiġu eżerċitati fl-Istat Kontraenti
l-ieħor, jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Meta dwar attivitajiet personali eżerċitati minn min jagħti spettaklu jew
atleta fil-kapaċità  tiegħu bħala tali jinġabar mhux minn min jagħti spettaklu jew l-
atleta innifsu iżda minn xi persuna oħra, dak l-income jista’, minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7, 15 u 16, jiġi intaxxat fl-Istat Stat Kontraenti li fih l-
attivitajiet ta’ min jagħti spettaklu jew ta’ l-atleta jiġu eżerċitati.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal
rimunerazzjoni jew profitti li jinkisbu minn attivitajiet eżerċitati fi Stat Kontraenti
jekk il-viżta f’dak l-Istat tkun direttament jew mhux appoġġata għalkollox jew
sostanzjalment mill-flejjes pubbliċi ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, sottodiviżjoni
politika, awtoritˆ lokali jew korp statutorju tagħhom.
Artikolu 19
Pensjonijiet u annwalitajiet
1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 20, kull
pensjoni u rimunerazzjoni simili oħra għal impieg ta’ qabel jew kull annwalità  li
toriġina fi Stat Kontraenti u titħallas lil xi residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor
għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Pensjonijiet u ħlasijiet oħra li jingħataw taħt il-leġislazzjoni ta’ l-
assigurazzjoni soċjali ta’ Stat Kontraenti għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-
Istat.
3. Il-frażi "annwalitajiet" tfisser ammont fiss li jitħallas perjodikament fi
żminijiet fissi, matul il-ħajja jew matul perjodu ta’ żmien speċifikat jew aċċertabbli,
taħt obbligazzjoni li l-ħlasijiet isiru għal korrispettiv adegwat u sħiħ fi flus jew valur
ta’ flus.
Artikolu 20
Servizz tal-gvern
1. (a) Rimunerazzjoni, li ma tkunx pensjoni, mħallsa minn Stat Kontraenti jew
minn sottodiviżjoni politika jew minn awtorità  lokali jew minn korp
statutorju tagħhom lil xi individwu għar-rigward ta’ servizzi mogħtijin
lil dak l-Istat jew sottodiviżjoni politika jew awtorità  lokali jew korp
statutorju tagħhom għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
(b) Madankollu, dik ir-rimunerazzjoni għandha tkun taxxabbli biss f’dak l-
Istat Kontraenti l-ieħor jekk is-servizzi jingħataw f’dak l-Istat u l-
individwu jkun residenti f’dak l-Istat li:
 (i) huwa jkun ċittadin ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat unikament sabiex iwettaq
dawk is-servizzi.
2. Pensjonijiet u ħlasijiet oħra mħallsa taħt il-leġislazzjoni ta’ l-assigurazzjoni
soċjali ta’ Stat Kontraenti għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
3. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 16, 17 u 19 għandhom japplikaw għal kull
rimunerazzjoni u pensjonijiet, għar-rigward ta’ servizzi mogħtija f’dak li għandu
14 L.S.123.66 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA
x’jaqsam ma’ negozju jew kummerċ ġestiti minn Stat Kontraenti jew minn
sottodiviżjoni politika jew minn awtorità  lokali jew minn korp statutorju tagħhom.
Artikolu 21
Studenti u alljevi
Individwu li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti minnufih qabel ma jagħmel
viżta lill-Istat Kontraenti l-ieħor u li jkun temporanjament preżenti fl-Istat l-ieħor
unikament:
(a) bħala student f’università , kulleġġ jew skola rikonoxxuti jew
istituzzjoni edukattiva rikonoxxuta simili oħra f’dak l-Istat l-ieħor;
(b) bħala apprendist kummerċjali jew tekniku; jew
(ċ) bħala persuna li tirċievi għotja, allowance jew premju għall-fini ewlieni
ta’ studju, riċerka jew taħriġ mill-gvern ta’ xi Stat wieħed jew l-ieħor
jew minn xi organizzazzjoni xjentifika, edukattiva, reliġjuża jew
karitattevoli jew taħt xi programm ta’ assistenza teknika magħmul mill-
Gvern ta’ xi Stat wieħed jew l-ieħor,
ikun eżenti mit-taxxa f’dak l-Istat l-ieħor fuq:
(a) kull ħlas li jirċievi minn barra l-pajjiż għall-finijiet tal-manteniment, l-
edukazzjoni, l-istudju, r-riċerka jew it-taħriġ tiegħu;
(b) l-ammont ta’ dik l-għotja, allowance jew premju; u
(ċ) kull rimunerazzjoni li ma tkunx teċċedi l-ekwivalenti fil-munita ta’ dak
l-Istat l-ieħor ta’ elfejn dollaru Amerikan (US $ 2,000) għar-rigward ta’
servizzi f’dak l-Istat l-ieħor sakemm is-servizzi jsiru f’dak li għandu
x’jaqsam ma’ l-istudju, riċerka jew taħriġ tiegħu jew ikunu meħtieġa
għall-finijiet tal-manteniment tiegħu.
Artikolu 22
Għalliema u riċerkaturi
1. Individwu li jkun residenti fi Stat Kontraenti minnufih qabel ma jagħmel
żjara lill-Istat Kontraenti l-ieħor, u li, fuq stedina ta’ xi università , kulleġġ, skola jew
istituzzjoni edukattiva simili oħra, jinviżta lil dak l-Istat l-ieħor għal perjodu li ma
jeċċedix is-sentejn unikament għall-fini ta’ tagħlim jew riċerka jew it-tnejn flimkien
f’dik l-istituzzjoni edukattiva jkun eżenti mit-taxxa f’dak l-Istat l-ieħor fuq kull
rimunerazzjoni ghal dak it-tagħlim jew riċerka jew it-tnejn li huma.
2. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal income minn riċerka jekk dik ir-
riċerka ssir primarjament għall-benefiċċju privat ta’ xi persuna speċifika jew persuni
speċifiċi.
Artikolu 23
Income mhux espressament imsemmi
Elementi ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti li mhux espressament
imsemmija fl-Artikoli preċedenti ta’ dan il-Ftehim għandhom ikunu taxxabbli biss
f’dak l-Istat Kontraenti ħlief li jekk dak l-income jinkiseb minn għejjun fl-Istat
Kontraenti l-ieħor, dan jista’ wkoll jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
Artikolu 24
Eliminazzjoni ta’ tassazzjoni doppja
1. Bla ħsara għal-liġijiet tal-Malasja dwar l-għoti bi kreditu kontra t-taxxa tal-
Malasja ta’ taxxa pagabbli f’xi pajjiż li ma jkunx il-Malasja, it-taxxa ta’ Malta li
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA ġ L.S.123.66 15
titħallas taħt il-liġijiet ta’ Malta u skond dan il-Ftehim minn residenti tal-Malasja
dwar income miksub minn Malta għandu jiġi permess bħala kreditu kontra t-taxxa
tal-Malasja li titħallas għar-rigward ta’ dak l-income. Dak il-kreditu m’għandux,
madankollu, jeċċedi dik il-parti tat-taxxa tal-Malasja, kif tiġi komputata qabel ma
jingħata l-kreditu, li tkun tapplika għal dak l-element ta’ income.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-frażi "taxxa ta’ Malta li titħallas" għandha
titqies li tinkludi l-ammont ta’ taxxa ta’ Malta li kienet, taħt il-liġijiet ta’ Malta u
skond dan il-Ftehim, titħallas fuq income miksub minn għejjun f’Malta li kieku l-
income ma jkunx ġie intaxxat b’rata mnaqqsa jew eżentat mit-taxxa ta’ Malta skond:
(a) l-Ordinanza ta’ l-1959 dwar l-Għajnuna lill-Industrji, u l-Att ta’ l-1988
dwar l-Iżvilupp Industrjali, daqskemm dawn kienu fis-seħħ fi, u ma
ġewx modifikati mid-data meta jkun ġie ffirmat dan il-Ftehim jew ikunu
ġew modifikati biss f’xi dettall minuri sabiex ma tintlaqatx ix-xorta
ġenerali tagħhom; jew
(b) kull disposizzjoni oħra li tista’ tkun sussegwentement imdaħħla f’Malta
b’modifika jew b’żjieda mal-liġijiet li jeżistu dwar inċentivi speċjali
sakemm dawn ikun hemm qbil dwarhom mill-awtoritajiet kompetenti
ta’ l-Istati Kontraenti bħala li jkunu ta’ xorta sostanzjalment simili.
3. Bla ħsara għal-liġijiet ta’ Malta dwar l-għoti bi kreditu kontra t-taxxa ta’
Malta ta’ taxxa li titħallas f’xi pajjiż li ma jkunx Malta, it-taxxa tal-Malasja li
titħallas taħt il-liġijiet tal-Malasja u skond dan il-Ftehim minn residenti ta’ Malta
dwar income li jinkiseb mill-Malasja għandha tiġi permessa bħala kreditu kontra t-
taxxa ta’ Malta li titħallas dwar dak l-income. Il-kreditu ma għandux, madankollu,
jeċċedi dik il-parti tat-taxxa ta’ Malta, kif din tinħadem qabel ma jingħata l-kreditu,
li tkun tapplika għal dak l-element ta’ income.
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-frażi "taxxa tal-Malasja li titħallas" għandha
titqies li tinkludi l-ammont ta’ taxxa tal-Malasja li kienet, taħt il-liġijiet ta’ Malasja
u skond dan il-Ftehim, titħallas fuq income miksub minn għejjun fil-Malasja li kieku
l-income ma jkunx ġie intaxxat b’rata mnaqqsa jew eżentat mit-taxxa tal-Malasja
skond:
(a) l-Income Tax Act, 1967 u l-Promotion of Investment Act, 1986
daqskemm dawn kienu fis-seħħ fi, u ma ġewx modifikati mid-data meta
jkun ġie ffirmat dan il-Ftehim jew ikunu ġew modifikati biss f’xi dettall
minuri sabiex ma tintlaqatx ix-xorta ġenerali tagħhom; jew
(b) kull disposizzjoni oħra li tista’ tkun sussegwentement imdaħħla fil-
Malasja b’modifika jew b’żjieda mal-liġijiet li jeżistu dwar inċentivi
speċjali sakemm dawn ikun hemm qbil dwarhom mill-awtoritajiet
kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti bħala li jkunu ta’ xorta sostanzjalment
simili; u
(ċ) mgħax li għalih japplika l-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 11 li kieku dak l-
imgħax ma ġiex eżentat mit-taxxa tal-Malasja skond dak il-paragrafu.
5. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, meta royalties miksuba minn residenti ta’
Malta jkunu, bħall-kiri ta’ films, soġġetti għad-dazju fuq il-kiri ta’ films fotografiċi
fil-Malasja, dak id-dazju għandu jitqies bħala taxxa tal-Malasja.
Artikolu 25
Ebda diskriminazzjoni
1. Iċ-ċittadini ta’ Stat Kontraenti ma għandhomx jiġu soġġetti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għal xi tassazzjoni jew ħtieġa konnessa ma’ dan, li tkun diversa
jew ta’ iktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet konnessi li għalihom ċittadini ta’ dak l-Istat
16 L.S.123.66 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA
l-ieħor fl-istess ċirkostanzi huma jew jistgħu jkunu soġġetti.
2. L-intaxxar fuq stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti jkollha
fl-Istat Kontraenti l-ieħor ma għandux jinġabar inqas favorevolment f’dak Istat l-
ieħor mit-tassazzjoni miġbura fuq impriżi ta’ dak l-Istat l-ieħor li jkun qiegħed
iwettaq l-istess attivitajiet.
3. Impriżi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom ikun għalkollox jew f’parti
minnu proprjetà  jew taħt il-kontroll, sew dirett sew mhux dirett, minn residenti
wieħed jew iktar ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, ma jkunux suġġetti fl-Istat l-ewwel
imsemmi għal xi tassazzjoni jew ħtieġa konnessa ma’ dan li tkun xort’oħra jew ta’
iktar piż mit-tassazzjoni u ħtieġiet konnessi li għalihom ikun jew jistgħu jkunu
soġġetti l-impriżi ta’ dak l-ewwel imsemmi Stat.
4. Ebda ħaġa f’dan l-Artikolu ma għandha tiftiehem bħala li tobbliga:
(a) lil Stat Kontraenti li jagħti lil individwi li jkunu residenti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor xi allowance personali, ħelsien u tnaqqis għal finijiet
ta’ taxxa minħabba fi status ċivili, responsabbiltajiet familjari jew kull
ċirkostanza personali oħra li soltu jagħti lir-residenti tiegħu stess;
(b) lil Malasja li tagħti lil ċittadini ta’ Malta mhux residenti fil-Malasja kull
tali allowance personali, ħelsien u tnaqqis għal finijiet ta’ taxxa li huma
skond il-liġi disponibbli fid-data meta jiġi ffirmat dan il-Ftehim biss lil
ċittadini tal-Malasja li ma jkunux residenti fil-Malasja.
5. F’dan l-Artikolu, il-frażi "tassazzjoni" tfisser taxxi li dan il-Ftehim japplika
għalihom.
Artikolu 26
Proċedura għal ftehim reċiproku
1. Meta residenti ta’ Stat Kontraenti jkun jidhirlu li l-azzjonijiet ta’ xi wieħed
jew taż-żewġ Stati Kontraenti jirriżultawlu jew jistgħu jirriżultawlu f’tassazzjoni li
ma tkunx skond dan il-Ftehim, huwa jista’, minkejja r-rimedji pprovduti bil-liġijiet
ta’ tassazzjoni ta’ dawk l-Istati, jippreżenta l-każ tiegħu quddiem l-awtorità
kompetenti ta’ l-Istat li huwa jkun residenti fih jew, jekk il-każ tiegħu jkun jaqa’ taħt
il-paragrafu 1 ta’ l-artikolu 25, lil dik ta’ l-Istat li tiegħu huwa jkun ċittadin. Il-każ
għandu jiġi ppreżentat fi żmien tliet snin minn l-ewwel avviż ta’ l-azzjoni li tirriżulta
f’intaxxar li ma jkunx skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.
2. L-awtorità  kompetenti għandha tistħarreġ, jekk l-oġġezzjoni tkun tidher
waħda ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal għal soluzzjoni adatta, li
tirrisolvi l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor, bil-għan li tiġi evitata tassazzjoni li ma tkunx skond dan il-Ftehim. Meta
jintlaħaq ftehim dan għandu jiġi implimentat minkejja kull terminu ta’ żmien fil-liġi
domestika ta’ l-Istati Kontraenti.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jistħarrġu kif
jirrisolvu permezz ta’ ftehim reċiproku kull diffikultà  jew dubbju li jista’ jitnissel
dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Dawn jistgħu wkoll
jikkonsultaw flimkien għall-eliminazzjoni ta’ tassazzjoni doppja f’dawk il-każijiet li
m’hemm xejn provdut dwarhom f’dan il-Ftehim.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistgħu jikkomunikaw ma’
xulxin direttament bil-għan li jilħqu ftehim fis-sens tal-paragrafi preċedenti.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA ġ L.S.123.66 17
Artikolu 27
Skambju ta’ informazzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jiskambjaw dik l-
informazzjoni li tista’ tkun meħtieġa għat-twettiq ta’ dan il-Ftehim għall-prevenzjoni
jew il-kxif ta’ evażjoni jew evitar ta’ taxxi koperti b’dan il-Ftehim. Kull
informazzjoni li tiġi hekk mibdula għandha tiġi ttrattata bħala waħda sigrieta u
għandha tiġi żvelata biss lil persuni jew awtoritajiet (inkluża qorti jew awtorità  ta’
reviżjoni) involuti fl-istima, il-ġbir, l-infurzar jew il-prosekuzzjoni dwar, jew id-
deċizjoni ta’ appelli dwar it-taxxi li jaqgħu taħt dan il-Ftehim. Dawk il-persuni jew
awtoritajiet għandhom jużaw dik l-informazzjoni biss għal dawk l-għanijiet. Huma
jistgħu jiżvelaw l-informazzjoni fi proċeduri tal-qorti bil-miftuħ jew f’deċiżjonijiet
ġudizzjarji.
2. F’ebda każ ma għandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 jiftiehmu
bħala li jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
(a) li jwettaq miżuri amministrattivi li ma jkunux jaqblu mal-liġijiet jew
mal-prattika amministrattiva ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(b) li jagħti partikolaritajiet li ma jkunux ottenibbli taħt il-liġijiet jew fil-
kors normali ta’ l-amministrazzjoni ta’ dak jew ta’ l-Istat l-ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet ta’ sengħa, negozju, industrija,
kummerċ jew professjoni jew proċess tal-kummerċ, jew informazzjoni,
li meta tiġi żvelata din tkun tmur kontra l-ordni pubbliku.
Artikolu 28
Persuni diplomatiċi u uffiċjali konsulari
Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġġi fiskali ta’ persuni
diplomatiċi jew uffiċjali konsulari taħt ir-regoli ġenerali tad-dritt internazzjonali jew
taħt id-disposizzjonijiet ta’ kull ftehim speċjali.
Artikolu 29
Bidu fis-seħħ
1. Il-Gvernijiet ta’ l-Istati Kontraenti għandhom javżaw lil xulxin li jkunu ġew
imħarsa l-ħtiġiet kostituzzjonali għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
2. Dan il-Ftehim għandu jibda jseħħ tletin jum wara d-data ta’ l-aħħar mill-
avviżi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u d-disposizzjonijiet tiegħu
jkollhom effett għar-rigward ta’ taxxi għal xi sena ta’ stima li tibda fi jew wara l-
ewwel ta’ Jannar fit-tieni sena kalendarja li tiġi wara s-sena meta l-Ftehim jibda
jseħħ.
Artikolu 30
Terminazzjoni
Dan il-Ftehim għandu jibqa’ jkollu effett għal żmien indefinittiv, imma Stat
Kontraenti il-wieħed jew l-ieħor jista’ jittermina l-Ftehim, permezz tal-kanali
diplomatiċi, billi jagħti lill-Istat Kontraenti l-ieħor avviż bil-miktub tat-
terminazzjoni fi jew qabel it-30 ta’ Ġunju ta’ xi sena kalendarja li tibda wara l-
iskadenza ta’ perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
F’dik iċ-ċirkostanza, l-Ftehim għandu jtemm milli jibqa’ jseħħ dwar taxxi għas-sena
ta’ stima li tibda fl-ewwel ta’ Jannar fit-tieni sena kalendarja li tiġi minnufih wara s-
sena meta jingħata l-avviż u għas-snin ta’ stima li jiġu wara.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan,
mill-Gvernijiet rispettivi tagħhom, iffirmaw dan il-Ftehim.
18 L.S.123.66 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAL-MALASJA
MAGĦMUL f’Kingston, Ġamajka, illum 3 ta’ Ottubru 1995, kull wieħed fl-ilsien
Ingliż u fl-ilsien Bahasa Malaysia, iż-żewġ testi awtentiċi ndaqs.
Għall-Gvern tal-Malasja Għall-Gvern ta’ Malta
Wong see Wah John Dalli
Deputat Ministru tal-Finanzi Ministru tal-Finanzi
PROTOKOLL
(1) Fil-waqt ta’ l-iffirmar tal-ftehim bejn il-Gvern tal-Malasja u l-Gvern ta’
Malta għall-ħelsien mit-Taxxa u l-Prevenzjoni ta’ l-Evażjoni Fiskali għar-rigward
ta’ Taxxi fuq l-Income, iż-zewġ Gvernijiet ftehmu li dawn id-disposizzjonijiet li
ġejjin għandhom jifformaw parti integrali mill-Ftehim:
(2) Għar-rigward ta’ Artikolu 7 dwar ‘Profitti minn Negozju’:
Ebda ħaġa f’ dan il-Ftehim ma għandha tolqot it-tħaddim ta’ xi liġi ta’ xi
Stat Kontraenti dwar it-tassazzjoni ta’ l-income jew il-profitti minn kummerċ ta’ l-
assigurazzjoni sakemm jekk il-liġi rilevanti li tkun fis-seħħ f’xi Stat Kontraenti l-
wieħed jew l-ieħor tiġi emendata (xort’oħra milli f’ xi dettall minuri hekk li ma
jkunx jolqot ix-xorta ġenerali tagħha) l-Istati għandhom jikkonsultaw lil xulxin bil-
għan li jaqblu dwar kull emenda li ssir f’ dan il-paragrafu u li tista’ tkun adatta.
(3) Għar-rigward ta’ Artikolu 10 ‘Dividendi’ :
Taħt il-liġi ta’ Malta fis-seħħ, it-taxxa fuq l-income imħallsa minn
kumpannija, bħalma jirreferi għal dik il-parti mill-profitti tagħha li titqassam bħala
dividendi, hija assimilata mat-taxxa fuq l-income personali ta’ l-azzjonist li jkun qed
jirċievi dak id-dividend. Meta jkun għand l-azzjonist titħallas fuq id-dividend it-
taxxa grossa u l-ammont ta’ taxxa rilevanti, hekk assimilat, ssir tpaċija tiegħu kontra
l-passiv tat-taxxa ta’ l-azzjonist fuq l-income tiegħu minn kull għajn li fuqha
titħallas it-taxxa.
(4) Għar-rigward paragrafu 4 ta’ Artikolu 13 ÔDrittijiet Tekniċi’ qiegħed
jiftiehem li fejn paragrafu 1 (a) jew (b) ta’ Artikolu 15 japplika, għandhom
japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ Artikolu 15.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan,
mill-Gvernijiet rispettivi tagħhom, iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGĦMUL f’Kingston, Ġamajka, illum 3 ta’ Ottubru 1995, kull wieħed fl-
ilsien Ingliż u fl-ilsien Bahasa Malaysia, iż-żewġ testi awtentiċi ndaqs. 
Għall-Gvern tal-Malasja Għall-Gvern ta’ Malta
Wong see Wah John Dalli
Deputat Ministru tal-Finanzi Ministru tal-Finanzi
