EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA ġ L.S.123.67 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.67
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ 
TAXXA DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA
22 ta’ Jannar, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 114 ta’ l-2003.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Repubblika ta’ l-Estonja).
Arranġamenti 
jkollhom effett.
2. B’dan qiegħed jiġi dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-ordni saru mar-Repubblika ta’ l-
Estonja sabiex jagħtu ħelsien minn taxxa doppja dwar
it-taxxi li ġejjin imposti bil-liġijiet tar-Repubblika ta’
l-Estonja:
- it-taxxa fuq l-income (tulumaks);
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arranġamenti għandu
jkollhom effett;
(ċ) illi l-Ftehim beda jseħħ fit-22 ta’ Jannar, 2003.
2 L.S.123.67 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA
SKEDA
FTEHIM
BEJN IL-GVERN TA’ MALTA
U L-GVERN TAR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA
GĦALL-EVITAR TA’ TAXXA DOPPJA
U L-PREVENZJONI TA’ EVAĠJONI FISKALI
DWAR TAXXI FUQ L-INCOME
Il-Gvern ta’ Malta u l-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Estonja, billi jixtiequ
jagħmlu Ftehim għall-evitar ta’ taxxa doppja u l-prevenzjoni ta’ evażjoni fiskali
dwar taxxi fuq l-income, ftehmu kif ġej:
Artikolu 1
PERSUNI KOPERTI
Dan il-Ftehim għandu japplika għal persuni li jkunu residenti fi Stat
Kontraenti wieħed jew fit-tnejn li huma.
Artikolu 2
TAXXI KOPERTI
1. Dan il-ftehim għandu japplika għat-taxxi fuq l-income imposti f’isem Stat
Kontraenti jew l-awtoritajiet lokali tiegħu, irrispettivament mill-mod kif dawn
jinġabru.
2. Għandhom jitqiesu bħala taxxi fuq l-income it-taxxi kollha imposti fuq l-
income totali, jew fuq elementi ta’ income, inklużi taxxi fuq kull qliegħ mit-
trasferiment ta’ proprjetà  mobbli jew immobbli.
3. It-taxxi eżistenti li għalihom japplika dan il-Ftehim huma b’mod partikolari:
(a) l-Estonja:
it-taxxa fuq l-income (tulumaks);
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa ''it-taxxa ta’ l-Estonja'');
(b) f’Malta:
it-taxxa fuq l-income;
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa ''it-taxxa ta’ Malta'').
4. Il-Ftehim għandu japplika wkoll għal kull taxxa identika jew sostanzjalment
simili li jiġu imposti wara d-data meta jiġi ffirmat dan il-Ftehim b’żieda ma’, jew
minflok, it-taxxi eżistenti. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti
għandhom jgħarrfu lil xulxin b’kull tibdil sostanzjali li jkun sar fil-liġijiet dwar it-
taxxa rispettivi tagħhom.
Artikolu 3
TIFSIRIET GENERALI
1. Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtiegx xort’oħra:
(a) il-frażi ''Estonja'' tfisser ir-Repubblika ta’ l-Estonja u, meta tintuża
f’sens ġeografiku, tfisser it-territorju ta’ l-Estonja u kull area oħra
adjaċenti ma’ l-ibħra territorjali ta’ l-Estonja li fi ħdanhom taħt l-liġijiet
ta’ l-Estonja u skond id-dritt internazzjonali, id-drittijiet ta’ l-Estonja
jistgħu jiġu eżerċitati għar-rigward ta’ qiegħ il-baħar u s-sottoswol u r-
riżorsi naturali relattivi;
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA ġ L.S.123.67 3
(b) il-frażi ''Malta'' tfisser the Repubblika ta’ Malta u, meta użata f’sens
ġeografiku, tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-Gżira ta’ Għawdex u l-gżejjer l-
oħra ta’ l-arċipelagu Malti inklużi l-ibħra territorjali tagħhom, kif ukoll
kull area ta’ qiegħ il-baħar, is-sottoswol tiegħu u l-kolonna ta’ baħar
sovrajaċenti u adjaċenti għall-ibħra territorjali, fejn ir-Repubblika ta’
Malta għandha drittijiet sovrani, ġurisdizzjoni, jew kontroll skond id-
dritt internazzjonali u d-dritt nazzjonali tagħha, inkluża l-leġislazzjoni
tagħha għar-rigward ta’ l-esplorazzjoni tal-blata kontinentali u l-
esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali tagħha;
(ċ) il-frażijiet ''Stat Kontraenti'' u ''l-Istat Kontraenti l-ieħor'' ifissru Estonja
jew Malta skond ir-rabta tal-kliem;
(d) il-frażi ''persuna'' tinkludi individwu, kumpannija u kull korp ta’ persuni
ieħor;
(e) il-frażi ''kumpannija'' tfisser kull korp magħqud jew kull enti li jkun
trattat bhala korp magħqud għall-iskopijiet ta’ taxxa;
(f) il-frażi ''impriża ta’ Stat Kontraenti'' u ''impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor'' ifissru rispettivament impriża ġestita minn residenti ta’ Stat
Kontraenti u impriża ġestita minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(g) il-frażi ''traffiku internazzjonali'' tfisser kull trasport b’bastiment jew
b’inġenji ta’ l-ajru, mħaddma minn impriża ta’ Stat Kontraenti, ħlief
meta l-bastiment jew l-inġenji ta’ l-ajru jiġu unikament imħaddma bejn
postijiet fl-Istat Kontraenti l-ieħor;
(h) il-frażi ''awtorità  kompetenti'' tfisser:
(i) fl-Estonja, il-Ministru tal-Finanzi jew ir-rappreżentant awtorizzat
tiegħu,
(ii) f’Malta, il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu;
(i) il-frażi ''ċittadin'' tfisser:
(i) individwu li jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Kontraenti;
(ii) persuna ġuridika, soċjetà  jew assoċjazzjoni li jiksbu l-istatus
tagħhom bħala tali mil-liġijiet li jkunu fis-seħħ fi Stat Kontraenti.
2. Għar-rigward ta’ l-applikazzjoni tal-Ftehim f’kull żmien minn Stat
Kontraenti, kull frażi li ma tkunx imfissra fih għandha, kemm-il darba r-rabta tal-
kliem ma teħtieġx xort’oħra, t-tifsira mogħtija lilha f’dak il-waqt taħt il-liġi ta’ dak
l-Istat għall-finijiet tat-taxxi li dwarhom ikun japplika l-Ftehim kif din tkun
tipprevalixxi fuq tifsira mogħtija lil dik il-frażi taħt liġijiet oħra ta’ dak l-Istat.
Artikolu 4
RESIDENTI
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi ''residenti ta’ Stat Kontraenti'' tfisser
kull persuna li, taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat, hija suġġetta għat-taxxa hemmhekk
minħabba d-domiċilju, r-residenza, post tal-maniġġ, post ta’ inkorporazzjoni jew xi
kriterju ieħor ta’ xorta simili, u tinkludi wkoll lil dak l-Istat u lil xi awtorità  lokali
tiegħu. Din il-frażi, madankollu, ma tinkludix lil xi persuna li tkun soġġetta għat-
taxxa f’dak l-Istat għar-rigward biss ta’ income minn għejjun f’dak l-Istat.
2. Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 individwu jkun residenti
taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-istatus tiegħu għandu jiġi stabbilit kif ġej:
(a) huwa għandu jitqies li jkun residenti biss ta’ l-Istat li fih ikollu dar
permanenti għad-disposizzjoni tiegħu; jekk huwa jkollu dar permanenti
4 L.S.123.67 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA
għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati, huwa għandu jitqies li jkun
residenti biss ta’ l-Istat li miegħu r-relazzjonijiet personali u ekonomiċi
tiegħu jkunu l-aktar marbuta (ċentru ta’ interessi vitali);
(b) jekk l-Istat li fih huwa jkollu ċ-ċentru ta’ interessi vitali ma jistax jiġi
determinat, jew jekk huwa ma jkollux għad-disposizzjoni tiegħu dar
permanenti f’ebda Stat, huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li
fih soltu jirrisjedi;
(ċ) jekk huwa soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati jew f’ebda wieħed minnhom,
huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li tiegħu jkun ċittadin;
(d) jekk huwa jkun ċittadin taż-żewġ Stati jew ta’ l-ebda wieħed minnhom,
l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jiddeċiedu l-
każ bi ftehim bejnithom.
3. Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-
Istati Kontraenti għandhom jagħmlu mill-aħjar biex jirranġaw il-kwistjoni bi ftehim
reciproku. Fin-nuqqas ta’ tali arranġament, dik il-persuna ma għandhiex titqies li
tkun residenti ta’ xi Stat Kontraenti il-wieħed jew l-ieħor għall-finijiet li jitgawdew
il-benefiċċji taħt il-Ftehim.
Artikolu 5
STABBILIMENT PERMANENTI
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi ''stabbiliment permanenti'' tfisser
post tan-negozju fiss li minnu jitmexxa għalkollox jew f’parti minnu x-xogħol ta’
impriża.
2. Il-frażi ''stabbiliment permanenti'' tinkludi b’mod speċjali:
(a) post ta’ maniġġ;
(b) fergħa;
(ċ) uffiċċju;
(d) fabbrika;
(e) ħanut tax-xogħol; u
(f) minjiera, bir taż-żejt jew tal-gass, barriera jew kull post ieħor ta’
estrazzjoni ta’ riżorsi naturali inkluż post tat-tħaffir offshore.
3. Il-frażi ''stabbiliment permanenti'' tinkludi b’mod specjali:
(a) art li tkun qegħda tinbena, proġett ta’ kostruzzjoni, assemblaġġ jew
stallazzjoni jew attivitajiet ta’ sorveljanza li jkollhom x’jaqsmu ma’
dan, iżda biss meta dik l-art, dak il-proġett jew dawk l-attivitajiet
ikomplu għal perjodu ta’ aktar minn sitt xhur;
(b) l-għoti ta’ servizzi, inklużi servizzi ta’ konsulenza, minn impriża ta’
Stat Kontraenti permezz ta’ impjegati jew persunal ieħor imqabbad
mill-impriża għaldaqstant, iżda biss sakemm dawk l-attivitajiet ikomplu
għal perjodu jew perjodi li flimkien iġibu iktar minn sitt xhur matul xi
perjodu ta’ tnax il-xahar li jkun.
4. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frażi
''stabbiliment permanenti'' għandha titqies li ma tinkludix:
(a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop uniku ta’ ħżin, wiri jew tqassim ta’
oġġetti jew merkanzija li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża;
(b) il-manutenzjoni ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA ġ L.S.123.67 5
l-impriża għall-iskop uniku ta’ ħżin, wiri jew tqassim;
(ċ) il-manutenzjoni ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’
l-impriża għall-iskop uniku ta’ proċessar minn impriża oħra;
(d) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku ta’ xiri ta’
oġġetti jew merkanzija jew ta’ ġbir ta’ tagħrif għall-impriża;
(e) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku li tiġi ġestita,
għall-impriża, xi attività  oħra ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja;
(f) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku ta’ xi
kombinazzjoni ta’ attivitajiet imsemmija fis-subparagrafi (a) sa (e),
kemm-il darba l-attività  kollha tal-post tan-negozju fiss li tirriżulta
minn din il-kombinazzjoni tkun waħda ta’ xorta preparatorja jew
awżiljari.
5. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, meta persuna - li ma tkunx
aġent bi status indipendenti li għalih japplika l-paragrafu 6 - tkun qed taġixxi f’isem
impriża u jkollha, u abitwalment teżerċita, fi Stat Kontraenti awtorità  biex
tikkonkludi kuntratti f’isem l-impriża, dik l-impriża għandha titqies li jkollha
stabbiliment permanenti f’dak l-Istat għar-rigward ta’ kull attività  li dik l-impriża,
kemm-il darba l-attivitajiet ta’ dik il-persuna jkunu limitati għal dawk imsemmija
fil-paragrafu 4 illi, jekk dawn jiġu eżerċitati minn ġo post tan-negozju fiss, ma
jirrendux lil dan il-post tan-negozju fiss bħala stabbiliment permanenti taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dak il-paragrafu.
6. Impriża ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment permanenti fi Stat
Kontraenti biss minħabba li tkun tiġġestixxi negozju f’dak l-Istat permezz ta’ sensal,
aġent b’kummissjoni ġenerali jew kull aġent ieħor bi status indipendenti, sakemm
dawk il-persuni jkunu qed jaġixxu fil-kors ordinarju tan-negozju tagħhom.
Madankollu, meta l-attivitajiet ta’ tali aġent ikunu mogħtija għalkollox jew kważi
għalkollox għal dik l-impriża, huwa ma jitqiesx bħala aġent bi status indipendenti
fil-kuntest tat-tifsira ta’ dan il-paragrafu.
7. Il-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tkun tikkontrolla
jew tkun minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, jew li tkun
tiġġestixxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta’ stabbiliment permanenti
sew xort’oħra), m’għandux fih innifsu jikkostitwixxi lil xi kumpannija waħda jew l-
oħra stabbiliment permanenti tal-kumpannija l-oħra.
Artikolu 6
INCOME MINN PROPRJETÀ  IMMOBBLI
1. Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn proprjetà
immobbli (inkluż income mill-agrikoltura jew ħidma fil-boskijiet) li jkunu jinsabu
fl-Istat Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Il-frażi ''proprjetà  immobbli'' għandu jkollha t-tifsira li għandha taħt il-liġi
ta’ l-Istat Kontraenti li fih tkun tinsab il-proprjetà  involuta. Il-frażi għandha f’kull
każ tinkludi proprjetà  aċċessorja għal proprjetà  immobbli, bhejjem f’razzett u
tagħmir li jintuża fl-agrikoltura u fil-ħidma fil-boskijiet, drittijiet li għalihom
japplikaw id-disposizzjonijiet tal-liġi ġenerali dwar il-proprjetà  ta’ l-art, kull għażla
jew jedd simili li tiġi akkwistata proprjetà  immobbli, l-użufrutt tal-proprjetà
immobbli u drittijiet dwar ħlasijiet varjabbli jew fissi bħala korrispettiv għal ħidma
fi, jew id-dritt li jinħadmu, jew għall-esplorazzjoni ta’, depożiti minerali, għejjun u
riżorsi oħra naturali. Bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru ma għandhomx jitqiesu bħala
proprjetà  immobbli.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom ikunu japplikaw għal income
6 L.S.123.67 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA
li jinkiseb mill-użu dirett, kiri, jew użu ta’ kull xorta ta’ proprjetà  immobbli.
4. Meta l-proprjetà  ta’ ishma jew ta’ jeddijiet korporattivi oħra f’kumpannija
ikun jagħti l-jedd lis-sid ta’ dawk l-ishma jew jeddijiet korporattivi għat-tgawdija ta’
proprjetà  immobbli li tkun qed tinżamm mill-kumpannija, l-income mill-użu dirett,
kiri, jew użu f’kull forma oħra ta’ dak il-jedd ta’ tgawdija jista’ jiġi intaxxat fl-Istat
Kontraenti fejn tkun tinsab il-proprjetà  immobbli.
5. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1, 3 u 4 għandhom japplikaw ukoll għall-
income minn proprjetà  immobbli ta’ impriża u għal income minn proprjetà  immobbli
użata għall-għemil ta’ servizzi personali indipendenti.
Artikolu 7
PROFITTI MINN NEGOZJU
1. Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti għandhom jiġu intaxxati biss f’dak
l-Istat kemm-il darba l-impriża ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk. Jekk l-impriża tkun
qegħda tmexxi negozju kif hawn aktar qabel imsemmi, il-profitti ta’ l-impriża
jistgħu jiġu intaxxati fl-Istat l-ieħor iżda biss għal dik il-parti minnhom daqskemm
tkun attribwibbli għal dak l-istabbiliment permanenti.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3, meta impriża ta’ Stat
Kontraenti tkun tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qiegħed hemmhekk, għandhom f’kull Stat Kontraenti jiġu
attribwiti lil dak l-istabbiliment permanenti il-profitti li kien ikun mistenni jagħmel
kieku kien impriża distinta u separata li taħdem fl-istess attivitajiet jew oħrajn
bħalhom taħt l-istess kondizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem
indipendentement għalkollox mill-impriża li tagħha tkun stabbiliment permanenti.
3. Sabiex jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, għandhom ikunu
permessi bħala tnaqqis dawk l-ispejjeż li jsiru għall-għanijiet ta’ l-istabbiliment
permanenti, inklużi l-ispejjeż eżekuttivi u amministrattivi ġenerali li jkunu saru, sew
fl-Istat li fih ikun hemm l-istabbiliment permanenti sew band’oħra.
4. Sakemm tkun il-konswetudni fi Stat Kontraenti li jistabbilixxi l-profitti li
għandhom jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti minħabba fi tqassim tal-profitti
totali ta’ l-impriża lill-partijiet diversi tagħha, ebda ħaġa fil-paragrafu 2 ma għandha
tipprekludi lil dak l-Istat Kontraenti milli jistabbilixxi l-profitti li għandhom jiġu
intaxxati b’dak it-tqassim skond ma jista’ jkun konswetudinarju; il-metodu ta’
tqassim li jiġi adottat għandu, madankollu, jsir hekk li r-riżultat għandu jkun skond
il-prinċipji li jinsabu f’dan l-Artikolu.
5. Ebda profitti ma għandhom jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti
minħabba biss f’li jsir ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew
merkanzija għall-impriża.
6. Għall-għanijiet tal-paragrafi preċedenti, l-profitti li għandhom jiġu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-istess metodu sena wara l-
oħra kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u suffiċjenti biex dan ma jsirx.
7. Meta l-profitti jkunu jinkludu oġġetti ta’ income li qegħdin jiġu trattati
separatament f’artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, għaldaqshekk id-disposizzjonijiet ta’
dawk l-Artikoli ma jintlaqtux bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
8. Ebda ħaġa f’dan l-Artikolu ma għandha żżomm lil xi Stat Kontraenti milli
japplika l-liġi tiegħu li tirrigwarda t-tassazzjoni ta’ xi persuna li tiġġestixxi l-
kummerċ ta’ l-assigurazzjoni.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA ġ L.S.123.67 7
Artikolu 8
TBAĦĦIR U TRASPORT BL-AJRU
1. Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti mit-tħaddim ta’ bastimenti jew
inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali għandhom jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom ukoll japplikaw għal profitti
miksubin mill-parteċipazzjoni f’pool, negozju bi sħab jew aġenzija b’operat
internazzjonali.
Artikolu 9
IMPRIĠI ASSOĊJATI
1. Meta
(a) impriża ta’ Stat Kontraenti tipparteċipa sew direttament sew
indirettament fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor, jew
(b) l-istess persuni jipparteċipaw sew direttament sew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti u ta’
impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor,
u f’kull każ isiru jew jiġu imposti kondizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji tagħhom li ma jkunux jaqblu ma’ dawk li
kieku kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f’dak il-każ il-profitti li, kieku
ma kienux dawk il-kondizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-impriżi, iżda,
minħabba dawk il-kondizzjonijiet, ma ġewx hekk akkumulati, jistgħu jiġu inklużi
fil-profitti ta’ dik l-impriża u intaxxati skond hekk.
2. Meta Stat Kontraenti ikun jinkludi fil-profitti ta’ impriża ta’ dak l-Istat - u
skond hekk jintaxxa - profitti li fuqhom impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor ġiet
intaxxata f’dak l-Istat l-ieħor u l-profitti hekk inklużi jkunu profitti li kienu
jinqalgħu mill-impriża ta’ l-ewwel Stat li kieku l-kondizzjonijiet magħmula bejn iż-
żewġ impriżi kienu dawk li kienu jsiru bejn żewġ impriżi indipendenti,
għaldaqshekk dak l-Istat l-ieħor jista’ jagħmel it-tibdil li jmiss fl-ammont tat-taxxa
imposta hemmhekk fuq dawk il-profitti. Biex jiġi stabbilit it-tibdil, għandhom
jitqiesu kif dovut id-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim u l-awtoritajiet
kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jekk iħossu jikkonsultaw lil xulxin.
Artikolu 10
DIVIDENDI
1. Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor tista’ tiġi intaxxata f’dak l-Istat.
2. Iżda, dawk id-dividendi jistgħu ukoll jiġu intaxxati fl-Istat Kontraenti li
tiegħu l-kumpannija li tkun tħallas id-dividendi tkun residenti u skond il-liġijiet ta’
dak l-Istat, iżda:
(a) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-
Estonja lil residenti ta’ Malta li jkun is-sid benefiċjarju tad-dividendi,
it-taxxa ta’ l-Estonja hekk imposta m’għandhiex tkun iżjed minn:
(i) 5 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi jekk is-sid
beneficjarju jkun kumpannija (minbarra soċjetà ) li jkollha
direttament mill-inqas 25 fil-mija mill-kapital tal-kumpannija li
tkun qed tħallas id-dividendi;
(ii) 15 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi fil-każijiet l-oħra
kollha;
8 L.S.123.67 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA
(b) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija li tkun residenti ta’ Malta
lil residenti ta’ l-Estonja li jkun is-sid benefiċjarju tad-dividendi, it-
taxxa ta’ Malta fuq l-ammont gross tad-dividendi m’għandhiex tkun
iżjed minn dik li titħallas fuq il-profitti li minnhom jitħallsu d-
dividendi.
Dan il-paragrafu ma jolqotx l-intaxxar tal- kumpannija għar-rigward tal-
profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
3. Il-frażi ''dividendi'' kif din tintuża f’dan l-Artikolu tfisser income minn
ishma jew minn drittijiet oħra, li ma jkunux pretensjonijiet ta’ debitu, il-
parteċipazzjoni fi profitti, kif ukoll income minn drittijiet korporattivi li jingħata l-
istess trattament fl-intaxxar bħallikieku kien income minn ishma skond il-liġijiet ta’
l-Istat li tiegħu l-kumpannija li tkun qed tagħmel it-tqassim tkun residenti.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-
Istat Kontraenti l-ieħor li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-dividendi,
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li jkun jagħmel
f’dak l-Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn bażi stabbilita sitwata
hemmhekk, u l-holding li dwarhom id-dividendi jkunu mhallsa jkollu x’jaqsam
effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilita. F’dak il-każ
għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond
il-każ.
5. Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpannija, ħlief daqskemm dawk id-dividendi
jitħallsu lil residenti ta’ dak l-Istat l-ieħor jew daqskemm il-holding li dwaru
jitħallsu d-dividendi jkun effettivament konness ma’ dak l-istabbiliment permanenti
jew bażi stabbilita sitwati f’dak Istat l-ieħor, lanqas jassoġġetta l-profitti mhux
imqassma tal-kumpannija għal taxxa fuq il-profitti mhux imqassma tal-kumpannija,
ukoll jekk id-dividendi mħallsa jew il-profitti mhux imqassma jkunu kollha kemm
huma jew f’parti minnhom jikkonsistu fi profitti jew income li jinqalgħu f’dak l-Istat
l-ieħor.
Artikolu 11
MGĦAX
1. Mgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u jitħallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi intaxxat f’dak Istat l-ieħor.
2. Madankollu, dak l-imgħax jista’ wkoll jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn
dan joriġina u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda jekk is-sid beneficjarju ta’ dak ta’
l-imgħax ikun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, it-taxxa hekk mitluba
m’għandhiex teccedi 10 fil-mija ta’ l-ammont gross ta’ l-imgħax.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 mgħax li joriġina fi Stat
Kontraenti, li l-Gvern ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jikseb u jkun is-sid beneficjarju
tiegħu, inklużi l-awtoritajiet lokali tiegħu, il-Bank Ċentrali jew xi istituzzjoni
finanzjarja li kollha kemm hi tkun proprjetà  ta’ dak il-Gvern, jew mgħax miksub fuq
xi self kif garantit minn dak il-Gvern, għandu jkun eżenti mit-taxxa fl-Istat l-ewwel
imsemmi.
4. Il-frażi ''mgħax'' kif inhi wżata f’dan l-Artikolu tfisser income minn
pretensjonijiet ta’ debitu ta’ kull xorta, sew jekk assigurati b’ipoteka sew jekk le, u
sew jekk ikollhomx dritt li jippartecipaw fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b’mod
partikolari, income minn titoli tal-Gvern u income minn bonds jew debentures,
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA ġ L.S.123.67 9
inklużi premiums u premjijiet relatati ma dawk it-titoli, bonds jew debentures. Il-
frażi ''mgħax'' m’għandhiex tinkludi income li jkun ittrattat bħala dividend taħt id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 10. Ħlasijiet ta’ penali għal ħlas tardiv ma jitqiesux
bħala mgħax għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.
5. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3 m’għandhomx japplikaw jekk is-
sid benefiċjarju ta’ l-imgħax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih jinqala’ l-imgħax, permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jew jagħmel servizzi personali indipendenti f’dak
Istat l-ieħor minn bażi stabbilita sitwata hemmhekk, u l-pretensjoni ta’ debitu li
dwarha jitħallas l-imgħax tkun effettivament konnessa ma’ dak l-istabbiliment
permanenti jew bażi stabbilita. F’każ bħal dak għandhom japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ.
6. Għandu jitqies li joriġina mgħax fi Stat Kontraenti meta min iħallas ikun
residenti ta’ dak l-Istat. Meta, madankollu, l-persuna li tkun qed tħallas l-imgħax,
sew jekk tkun residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, jkollha fi Stat Kontraenti
stabbiliment permanenti jew bażi fissa li f’konnessjoni miegħu tkun inkisbet il-
qagħda ta’ debitu li fuqu jitħallas l-imgħax, u dak l-imgħax jinġarr minn dak l-
istabbiliment permanenti jew minn dik il-bażi fissa, allura dak l-imgħax għandu
jitqies bħala li joriġina fl-Istat fejn ikunu jinsabu l-istabbiliment permanenti jew bażi
fissa.
7. Meta, minħabba f’relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
jew bejn it-tnejn li huma u xi persuna oħra, l-ammont ta’ l- imgħax, wara li titqies xi
tkun il-pretensjoni ta’ debitu li dwarha jitħallas, ikun iżjed mill-ammont li kien ikun
miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu japplikaw biss għall-ammont l-
aħħar imsemmi. F’każ bħal dak, il-parti żejda tal-ħlasijiet tibqa’ taxxabbli skond il-
liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, fil-qies tad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 12
ROYALTIES
1. Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak Istat l-ieħor.
2. Madankollu, dawk ir-royalties jistgħu jiġu intaxxati wkoll fl-Istat
Kontraenti fejn jinqalgħu u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda jekk is-sid
benefiċjarju tar-royalties ikun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, it-taxxa hekk
imposta m’għandhiex tkun iżjed minn 10 fil-mija ta’ l-ammont gross ta’ royalties.
3. Il-frażi ''royalties'' kif din tintuża f’dan l-Artikolu tfisser ħlasijiet ta’ kull
xorta li jsiru b’korrispettiv għall-użu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu, ta’ kull dritt ta’ l-
awtur ta’ xogħol letterarju, artistiku jew xjentifiku inklużi films ċinematografiċi u
films jew tapes u mezzi oħra ta’ riproduzzjoni bix-xbiha jew bil-ħoss għax-xandir
bir-radju jew bit-televiżjoni, kull privattiva, trade mark, disinn jew mudell, pjan,
formula jew proċess sigrieti, jew għall-użu ta’, jew id-dritt li jintuża, tagħmir
industrijali, kummerċjali jew xjentifiku, jew għal informazzjoni dwar konoxxenza
industrijali, kummerċjali jew xjentifika.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tar-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih ir-royalties jinqalgħu, permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun jagħmel servizzi personali
indipendenti f’dak Istat l-ieħor minn bażi stabbilita sitwata hemmhekk, u d-dritt jew
il-proprjeta’ li dwarhom jitħallsu r-royalties ikunu effettivament konnessi ma’ dak l-
istabbiliment permanenti jew bażi stabbilita. F’dak il-każ, għandhom japplikaw id-
10 L.S.123.67 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 14, skond il-każ.
5. Royalties għandhom jitqiesu li jinqalgħu fi Stat Kontraenti meta min
iħallashom ikun residenti ta’ dak l-Istat. Meta, madankollu, l-persuna li tħallas ir-
royalties, sew jekk tkun residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk ma tkunx, ikollha fi
Stat Kontraenti stabbiliment permanenti jew bażi stabbilit li dwaru jkun ittieħed l-
obbligu li jitħallsu r-royalties, u dawk ir-royalties ikunu r-responsabbiltà ta’ dak l-
istabbiliment permanenti jew bażi stabbilit, allura dawk ir-royalties għandhom
jitqiesu li jinqalgħu fl-Istat li fih ikun qiegħed l-istabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit.
6. Meta, minħabba r-relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
jew bejnithom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties, fil-qies ta’ x’ikun l-
użu, id-dritt jew l-informazzjoni li jitħallsu għalihom, ikun iżjed mill-ammont li kien
ikun miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni,
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-
aħħar imsemmi. F’dak il-każ, il-parti żejda tal-ħlasijiet għandha tibqa’ taxxabbli
skond il-liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, wara li jitqiesu d-disposizzjonijiet l-oħra ta’
dan il-Ftehim.
Artikolu 13
TRASFERIMENT TA’ PROPRJETÀ
1. Income jew qligħ li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti mit-
trasferiment ta’ proprjetà  immobbli imsemmi fl-Artikolu 6 u sitwat fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jew mgħaxijiet li jixxiebhu f’kumpannija li l-assi tagħha jkunu
jikkonsistu direttament jew indirettament principalment minn dik il-proprjetà jista’
jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tagħmel parti mill-proprjetà
tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti jkollha fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jew ta’ proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni għal bażi stabbilita
disponibbli għal residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor bil-għan li
jitwettqu servizzi personali indipendenti, inkluż dak il-qligħ mit-trasferiment ta’ dak
l-istabbiliment permanenti (waħdu jew flimkien ma’ l-impriża kollha) jew ta’ dik il-
bażi stabbilita, jista’ jiġi intaxxat f’dak Istat l-ieħor.
3. Qligħ li jinkiseb minn impriża ta’ Stat Kontraenti li tkun qed tħaddem
bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali mit-trasferiment ta’
bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali jew proprjetà  mobbli li
tkun tappartjeni għat-tħaddim ta’ dawk il-bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru,
għandhom jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat.
4. Qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  li ma tkunx dik imsemmija fil-paragrafi
1, 2 u 3 għandu jiġi intaxxat biss fl-Istat Kontraenti li tiegħu ikun residenti min
jittrasferixxi.
Artikolu 14
SERVIZZI PERSONALI INDIPENDENTI
1. Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti għal servizzi
professjonali jew attivitajiet oħra ta’ xorta indipendenti għandu jkun intaxxat biss
f’dak l-Istat kemm-il darba ma jkollux bażi fissa stabbilita regolarment disponibbli
għalih fl-Istat Kontraenti l-ieħor bil-għan li jwettaq l-attivitajiet tiegħu. Jekk huwa
jkollu tali bażi fissa, l-income jista’ jiġi intaxxat fl-Istat l-ieħor iżda biss daqstant
minnu daqskemm ikun attribbwibbli għal dik il-bażi fissa. Jekk individwu li jkun
residenti ta’ Stat Kontraenti ma jkollux tali bażi fissa, iżda jkun joqgħod fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għal perjodu jew għal perjodi li b’kollox ikunu ta’, jew li fit-total
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA ġ L.S.123.67 11
ikunu jaqbżu l-183 ġurnata f’perjodu ta’ 12 il-xahar li jkun u li jibda għaddej jew
itemm fis-sena fiskali in kwistjoni, huwa għandu jitqies bħala li jkollu bażi fissa
regolarment disponibbli għalih f’dak l-Istat l-ieħor u l-income li jinkiseb mill-
attivitajiet tiegħu hawn aktar qabel imsemmija li jitwettqu f’dak l-Istat l-ieħor
għandhom ikunu attribwibbli għal dik il-bażi fissa.
2. Il-frażi ''servizzi professjonali'' tinkludi attivitajiet letterarji, artistiċi,
edukattivi jew ta’ tagħlim li huma speċjalment indipendenti kif ukoll l-attivitajiet
indipendenti ta’ tobba, avukati, inġiniera, periti, dentisti u accountants.
Artikolu 15
SERVIZZI PERSONALI DIPENDENTI
1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 16, 18 u 19, is-salarji, il-pagi
u kumpens ieħor bħal dak li jinkisbu minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar xi
impieg għandhom jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jiġix
eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk eżerċitat, dak il-kumpens
li jinkiseb minnu jista’ jiġi intaxxat f’dak Istat l-ieħor.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor għandu
jiġi intaxxat biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
(a) min jirċevih ikun preżenti fl-Istat l-ieħor għal perjodu jew perjodi li ma
jaqbżux it-total ta’ 183 ġurnata f’perjodu ta’ 12 il-xahar li jibda għaddej
jew itemm fis-sena kalendarja involuta; u
(b) il-kumpens jitħallas minn, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx residenti ta’
l-Istat l-ieħor; u
(ċ) il-kumpens ma jkunx piż fuq l-istabbiliment permanenti jew bażi
stabbilit li l-prinċipal ikollu fl-Istat l-ieħor.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet preċedenti ta’ dan l-Artikolu, il-kumpens li
jinkiseb dwar impieg eżerċitat abbord bastiment jew inġenji ta’ l-ajru operati fi
traffiku internazzjonali minn impriża ta’ Stat Kontraenti għandu jiġi intaxxat biss
f’dak l-Istat.
Artikolu 16
DRITTIJIET TAD-DIRETTURI
Id-drittijiet tad-diretturi u ħlasijiet simili oħra li jinkisbu minn residenti ta’
Stat Kontraenti fil-kapaċità  tiegħu ta’ membru tal-bord ta’ diretturi jew ta’ xi organu
ieħor simili ta’ kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu
intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
Artikolu 17
ARTISTI U SPORTIVI
1. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 14 u 15, income li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti bħala uħud li jagħtu spettaklu, bħal artisti tat-teatru, tal-
films ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni, jew bħala mużiċista, jew bħala
sportiv, mill-attivitajiet personali tiegħu bħala tali li jiġu eżerċitati fl-Istat
Kontraenti l-ieħor, jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Meta income dwar attivitajiet personali eżerċitati minn min jagħti spettaklu
jew sportiv fil-kapaċità  tiegħu bħala tali jinġabar mhux minn min jagħti spettaklu
jew l-isportiv innifsu iżda minn xi persuna oħra, dak l-income jista’, minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7, 14 u 15, jiġi intaxxat fl-Istat Stat Kontraenti li fih l-
attivitajiet ta’ min jagħti spettaklu jew ta’ l-isportiv jiġu eżerċitati.
12 L.S.123.67 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw għal income
li jinkiseb minn attivitajiet imwettqa fi Stat Kontraenti minn min jagħti spettaklu jew
sportiv jekk iż-żjara f’dak l-Istat tkun għalkollox jew principalment appoġġata minn
fondi pubblici ta’ xi Stat Kontraenti wieħed jew it-tnejn li huma jew mill-awtoritajiet
lokali tiegħu. F’dak il-każ, l-income għandu jkun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li
tiegħu min jagħti spettakklu jew l-isportiv ikun residenti.
Artikolu 18
PENSJONIJIET U ĦLASIJIET TAS-SIGURTÀ  SOĊJALI
1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 19,
pensjonijiet u kumpens ieħor simili li jitħallsu lil residenti ta’ Stat Kontraenti
minħabba f’xi impieg imgħoddi għandhom jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-pensjonijiet imħallsa u
ħlasijiet oħra li jinħarġu bis-saħħa tal-liġijiet tas-Sigurtà Soċjali ta’ Stat Kontraenti
għandhom jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat.
Artikolu 19
SERVIZZ TAL-GVERN
1. (a) Salarji, pagi u kull rimunerazzjoni oħra simili, minbarra pensjoni,
mħallsa minn Stat Kontraenti jew minn awtorità  lokali tiegħu lil xi
individwu għar-rigward ta’ servizzi mogħtijin lil dak l-Istat jew awtorità
jew qasam għandhom jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat.
(b) Madankollu, kull salarju, paga u rimunerazzjoni oħra simili bħal dawk
għandhom jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor jekk is-
servizzi jingħataw f’dak l-Istat u l-individwu jkun residenti f’dak l-Istat
u -
(i) jkun ċittadin ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat unikament sabiex jaqdi dawk
is-servizzi.
2. (a) Kull pensjoni mħallsa minn, jew li toħroġ minn fond maħluq minn, Stat
Kontraenti jew minn awtorità  lokali tiegħu lil xi individwu għar-rigward
ta’ servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew awtorità  jew qasam għandhom
jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat.
(b) Madankollu, dik il-pensjoni għandha tiġi intaxxata biss fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jekk l-individwu jkun residenti ta’, u ċittadin ta’, dak
l-Istat.
3. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15, 16, 17 u 18 għandhom japplikaw għal
kull salarju, paga u rimunerazzjoni oħra simili u pensjonijiet għar-rigward ta’
servizzi mogħtijin f’dak li għandu x’jaqsam ma’ negozju li jkun ġestit minn Stat
Kontraenti jew minn awtorità  lokali tiegħu.
Artikolu 20
STUDENTI
Student, apprendist jew trainee li jkun preżenti fi Stat Kontraenti unikament
għall-fini ta’ l-edukazzjoni jew it-taħriġ tiegħu u li jkun, jew li minnufih qabel ma
kien hekk preżenti kien, residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, jkun eżenti mit-taxxa
fl-ewwel imsemmi Stat dwar ħlasijiet li huwa jircievi minn barra dak l-ewwel
imsemmi Stat għall-finijiet tal-manteniment, edukazzjoni jew taħriġ tiegħu.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA ġ L.S.123.67 13
Artikolu 21
INCOME IEĦOR
1. Elementi ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jinqalgħu minn fejn
jinqalgħu, li ma jkunux ittrattati fl-Artikoli ta’ hawn aktar qabel ta’ dan il-Ftehim
għandhom jiġu intaxxati biss f’dak l-Istat. Madankollu, dawk l-elementi ta’ income,
li joriġinaw fl-Istat Kontraenti l-ieħor, jistgħu wkoll jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-
ieħor.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal income, li
ma jkunx income minn proprjetà  immobbli kif imfisser fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu
6, jekk min jirċievi dak l-income, għax ikun residenti ta’ Stat Kontraenti, jiġġestixxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun jinsab
f’dak l-Istat, jew iwettaq f’dak Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn bażi
stabbilita li tkun tinsab hemmhekk, u d-dritt jew il-proprjetà  li dwarhom jitħallas l-
income jkun effettivament konness ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi
fissa, f’dak il-każ għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-
Artikolu 14, skond il-każ.
Artikolu 22
EVITAR TA’ TASSAZZJONI DOPPJA
1. Fil-każ ta’ residenti ta’ l-Estonja, it-tassazzjoni doppja għandha tiġi
eliminata kif ġej:
Meta residenti ta’ l-Estonja jikseb income li, skond dan il-Ftehim, jista’ jkun
intaxxat f’Malta, kemm-il darba ma jiġix provdut trattament iktar favorevoli fil-liġi
domestika tagħha, l-Estonja għandha tippermetti bħala tnaqqis mit-taxxa fuq l-
income ta’ dak ir-residenti ammont daqsinsew it-taxxa fuq l-income li jitħallas fuqu
f’Malta. Dak it-tnaqqis m’għandux, madankollu, jeċċedi dik il-parti tat-taxxa fuq l-
income fl-Estonja, kif din tkun maħduma qabel ma jingħata t-tnaqqis, li tkun
attribwibbli għall-income li jista’ jiġi intaxxat f’Malta.
2. Fil-każ ta’ residenti ta’ Malta, it-tassazzjoni doppja għandha tiġi eliminata
kif ġej:
Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-liġi ta’ Malta li tirrigwarda l-għoti bi
kreditu għat-taxxa ta’ Malta għar-rigward tat-taxxa barranija, meta, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, ikun hemm inklużi fi stima ta’ Malta income
minn sorsi fl-Estonja, it-taxxa ta’ l-Estonja fuq dak l-income għandu jiġi permess
bhala kreditu għat-taxxa ta’ Malta relattiva li titħallas dwarhom.
3. Għall-fini tal-paragrafi 1 u 2 il-frażijiet ''it-taxxa fuq l-income li jitħallas
fuqu f’Malta'' u ''it-taxxa ta’ l-Estonja fuq dak l-income'' għandhom għall-ewwel
ħames snin li matulhom ikun applikabbli dan il-Ftehim, jitqiesu li jinkludu it-taxxa
ta’ Malta jew it-taxxa ta’ l-Estonja li kieku kienet titħallas iżda li tkun ġiet imnaqqsa
jew rinunzjata taħt id-disposizzjonijiet dwar l-incentivi tal-liġi ta’ Malta jew tal-liġi
ta’ l-Estonja kontemplati biex jippromwovu żvilupp ekonomiku daqstant li t-tnaqqis
jew l-eżenzjoni jingħataw għal profitti minn attivitajiet industrijali jew ta’
manifattura jew mill-biedja, s-sajd jew it-turismu b’dan li fil-kas ta’ l-applikazzjoni
tal-paragrafu 1 l-attivitajiet isiru ġewwa Malta u fil-kas ta’ l-applikazzjoni tal-
paragrafu 2 l-attivitajiet jitwettqu ġewwa l-Estonja.
Artikolu 23
EBDA DISKRIMINAZZJONI
1. Iċ-ċittadini ta’ Stat Kontraenti ma għandhomx jiġu suġġetti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għal xi tassazzjoni jew għal xi ħtieġa li jkunu konnessi ma’ dan li
14 L.S.123.67 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA
tkun diversa jew ta’ iktar piż mit-tassazzjoni u ħtiegiet konnessi li għalihom ċittadini
ta’ dak l-Istat l-ieħor fl-istess ċirkostanzi, b’mod partikolari għar-rigward ta’
residenza, huma jew jistgħu jkunu suġġetti. Dan id-disposizzjonijiet għandu,
minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1, jkun japplika wkoll għal persuni li ma
jkunux residenti ta’ xi wieħed jew taż-żewġ Stati Kontraenti.
2. L-intaxxar fuq stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti jkollha
fl-Istat Kontraenti l-ieħor ma għandux jinġabar inqas favorevolment f’dak Istat l-
ieħor mit-tassazzjoni miġbura fuq impriżi ta’ dak l-Istat l-ieħor li jkun qiegħed
iwettaq l-istess attivitajiet. Din id-disposizzjoni m’għandhiex tiftiehem bħala li
tobbliga lil Stat Kontraenti li jikkonċedi lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor xi
allowances, ħelsien u tnaqqis personali għall-għanijiet ta’ tassazzjoni minħabba fl-
istatus ċivili jew responsabbiltajiet familjari li jikkonċedi lir-residenti tiegħu.
3. Ħlief fejn id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 9, paragrafu 7
ta’ l-Artikolu 11, jew paragrafu 6 ta’ l-Artikolu 12 japplikaw, mgħax, royalties u
ħlasijiet oħra li jitħallsu minn impriża ta’ Stat Kontraenti lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandhom, għall-għan li jiġu stabbilit x’inhuma l-profitti
taxxabbli ta’ dik l-impriża, jiġu mnaqqsa taħt l-istess kondizzjonijiet bħallikieku
kienu mħallsa residenti ta’ l-ewwel imsemmi Stat.
4. Impriżi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom ikun għalkollox jew f’parti
minnu proprjetà  jew taħt il-kontroll, sew dirett sew mhux dirett, minn residenti
wieħed jew iktar ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, ma jkunux soġġetti fl-Istat l-ewwel
imsemmi għal xi tassazzjoni jew ħtieġa konnessa ma’ dan li tkun xort’oħra jew ta’
iktar piż mit-tassazzjoni u ħtiġiet konnessi li għalihom ikun jew jistgħu jkunu
soġġetti l-impriżi ta’ l-ewwel imsemmi Stat.
Artikolu 24
PROĊEDURA GĦAL FTEHIM REĊIPROKU
1. Meta persuna jidhrilha li l-azzjonijiet ta’ xi wieħed jew taż-żewġ Stati
Kontraenti jirriżultawlu jew jistgħu jirriżultawlu f’tassazzjoni li ma tkunx skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, huwa jista’, irrispettivament mir-rimedji
pprovduti mil-liġi domestika ta’ dawk l-Istati, jippreżenta l-każ tiegħu quddiem l-
awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu huwa jkun residenti jew, jekk il-
każ tiegħu jkun jaqa’ taħt il-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 23, lil dik ta’ l- Stat
Kontraenti li tiegħu huwa jkun ċittadin. Il-każ għandu jiġi ppreżentat fi żmien tliet
snin minn l-ewwel avviż ta’ l-azzjoni li tirriżulta f’intaxxar li ma jkunx skond id-
disposizzjonijiet tal-Ftehim.
2. L-awtorità  kompetenti għandha tistħarreġ, jekk ikunx jidhrilha li l-
oġġezzjoni tkun ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal għal soluzzjoni
sodisfaċenti, li tirrisolvi l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità  kompetenti ta’ l-
Istat Kontraenti l-ieħor, bil-għan li tiġi evitata tassazzjoni li ma tkunx skond il-
Ftehim. Meta jintlaħaq ftehim dan għandu jiġi implimentat minkejja kull terminu ta’
żmien fil-liġi domestika ta’ l- Stati Kontraenti.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jistħarrġu kif
jirrisolvu permezz ta’ ftehim reċiproku kull diffikultà  jew dubbju li jista’ jitnissel
dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Dawn jistgħu wkoll
jikkonsultaw flimkien għall-eliminazzjoni ta’ tassazzjoni doppja f’dawk il-każijiet li
m’hemm xejn provdut dwarhom fil-Ftehim.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistgħu jikkomunikaw ma’
xulxin direttament għall-iskop li jilħqu ftehim fis-sens tal-paragrafi precedenti.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA ġ L.S.123.67 15
Artikolu 25
SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jiskambjaw dik l-
informazzjoni li tista’ tkun meħtieġa għat-twettiq tad-disposizzjonijiet ta’ dan il-
Ftehim jew ta’ l-liġijiet domestiċi ta’ l-Istati Kontraenti għar-rigward ta’ taxxi
koperti bil-Ftehim sakemm l-intaxxar li jsir taħtom ma jkun kuntrarju għall-Ftehim.
L-iskambju ta’ informazzjoni mhuwiex ristrett bl-Artikolu 1. Kull informazzjoni li
tiġi riċevuta mill-Istat Kontraenti għandha tiġi ttrattata bħala waħda sigrieta bl-istess
mod bħall-informazzjoni miksuba taħt il-liġijiet domestiċi ta’ dak l-Istat u għandha
tiġi żvelata biss lil persuni jew awtoritajiet (inklużi qrati u korpi amministrattivi) li
jkollhom x’jaqsmu ma’ l-istima jew fil-ġbir ta’, l-infurzar jew prosekuzzjoni dwar,
jew id-deċizjoni ta’ appelli dwar, it-taxxi koperti bil-Ftehim. Dawk il-persuni jew
awtoritajiet għandhom jużaw dik l-informazzjoni biss għal dawk l-għanijiet. Huma
jistgħu jiżvelaw l-informazzjoni fi proċeduri tal-qorti bil-miftuħ jew f’deċiżjonijiet
ġudizzjarji.
2. F’ebda każ ma għandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 jiftiehmu
bħala li jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
(a) li jwettaq miżuri amministrattivi li ma jkunux jaqblu mal-liġijiet u mal-
prattika amministrattiva ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(b) li jagħti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taħt il-liġijiet jew fil-
kors normali ta’ l-amministrazzjoni ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet ta’ sengħa, negozju, industrija,
kummerċ jew professjoni jew proċess tal-kummerċ, jew informazzjoni,
li meta tiġi żvelata din tkun tmur kontra l-ordni pubbliku (ordre public).
Artikolu 26
LIMITAZZJONI TA’ BENEFIĊĊJI
1. Meta taħt xi disposizzjoni ta’ dan il-Ftehim xi income jinħeles mit-taxxa fi
Stat Kontraenti u, taħt il-liġi li tkun fis-seħħ fl-Istat Kontraenti l-ieħor, persuna,
għar-rigward ta’ dak l-income, tkun soġġetta għat-taxxa b’riferenza għall-ammont
tagħha li jingħata lura jew li jiġi riċevut f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor u mhux
b’riferenza għall-ammont sħiħ tiegħu, għaldaqshekk il-ħelsien li għandu jkun
permess taħt dan il-Ftehim fl-Istat Kontraenti l-ewwel imsemmi għandu japplika biss
għal daqstant mill-income daqskemm jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor.
2. Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma għandhomx japplikaw għal persuni
li jkunu jgawdu trattament fiskali speċjali bis-saħħa tal-liġijiet jew il-prattika
amministrattiva ta’ xi wieħed mill-Istati Kontraenti li hu identifikat fil-Protokoll li
jinsab ma’ dan il-Ftehim. Lanqas ma għandhom japplikaw għal income li jinkiseb
minn dawk il-persuni minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, lanqas għal ishma
jew drittijiet oħra f’dawk il-persuni li jkunu jappartjenu lil resident bħal dak.
3. Minkejja kull disposizzjoni oħra ta’ dan il-Ftehim, residenti ta’ Stat
Kontraenti ma għandux jirċievi l-benefiċċju ta’ xi tnaqqis fi jew l-eżenzjoni mit-
taxxi li hemm provdut dwarhom f’dan il-Ftehim mill-Istat Kontraenti l-ieħor jekk l-
għan ewlieni jew xi wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-oriġini jew l-eżistenza ta’ dak
ir-residenti jew ta’ xi persuna li jkollha x’taqsam ma’ dak ir-resident kienu li
jinkisbu l-benefiċċji taħt dan il-Ftehim illi xort’oħra ma kienux ikunu disponibbli.
16 L.S.123.67 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA
Artikolu 27
MEMBRI TA’ MISSJONIJIET DIPLOMATIĊI U KARIGI KONSULARI
Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġġi fiskali tal-membri
ta’ missjonijiet diplomatiċi jew ta’ karigi konsulari taħt ir-regoli ġenerali tad-dritt
internazzjonali jew taħt id-disposizzjonijiet ta’ kull ftehim speċjali.
Artikolu 28
BIDU FIS-SEĦĦ
1. Il-Gvernijiet ta’ l-Istati Kontraenti għandhom javżaw lil xulxin, permezz tal-
kanali diplomatiċi, li l-ħtiġiet legali għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim ikunu gew
imħarsa.
2. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li tiġi l-iktar tard mill-avviżi
msemmija fil-paragrafu 1 u d-disposizzjonijiet tiegħu għandhom japplikaw:
(a) fl-Estonja:
(i) għar-rigward ta’ taxxi li jinżammu minn ras il-għajn fuq l-income
miksub fl-ewwel jum ta’ Jannar, jew wara, fis-sena kalendarja
minnufih wara s-sena li fiha l-Ftehim jidħol fis-seħħ;
(ii) għar-rigward ta’ taxxi oħra fuq l-income, dwar taxxi li jinġabru
dwar xi sena fiskali li tibda fl-ewwel jum ta’ Jannar, jew wara,
fis-sena kalendarja minnufih wara s-sena li fiha l-Ftehim jidħol
fis-seħħ;
(b) fil-każ ta’ Malta:
għar-rigward ta’ taxxi fuq l-income miksuba matul xi sena kalendarja
jew żmien ta’ kontijiet, skond il-każ, li jibdew fl-ewwel jum ta’ Jannar,
jew wara, minnufih wara d-data li fiha l-Ftehim jibda jseħħ.
Artikolu 29
TERMINAZZJONI
1. Dan il-Ftehim għandu jibqa’ jseħħ sakemm jiġi terminat minn Stat
Kontraenti. Kull wieħed mill-Istati Kontraenti jista’ jtemm il-Ftehim, permezz ta’
kanali diplomatiċi, billi jagħti avviż tat-terminazzjoni bil-miktub mill-inqas sitt xhur
qabel it-tmiem ta’ xi sena kalendarja. F’dak il-każ, il-Ftehim ma għandux jibqa’ fis-
seħħ:
(a) fil-każ ta’ l-Estonja:
(i) għar-rigward ta’ taxxi li jinżammu minn ras il-għajn, fuq l-income
miksub matul xi sena kalendarja li tibda fl-ewwel jum ta’ Jannar,
jew wara, fis-sena kalendarja minnufih wara s-sena li fiha
jingħata l-avviż;
(ii) għar-rigward ta’ taxxi oħra fuq l-income, dwar taxxi li jinġabru
dwar xi sena fiskali, li tibda fl-ewwel jum ta’ Jannar, jew wara,
fis-sena kalendarja minnufih wara s-sena li fiha jingħata l-avviż;
(b) fil-każ ta’ Malta:
għar-rigward ta’ taxxi fuq l-income miksuba matul xi sena kalendarja
jew perjodu ta’ kontijiet, skond il-każ, li jibdew fl-ewwel jum ta’
Jannar, jew wara, minnufih wara d-data li fiha jingħata l-avviż.
B’xiehda ta’ dan is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan,
iffirmaw dan il-Ftehim.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA ġ L.S.123.67 17
Magħmul in duplikat f’Tallinn, fit-3 ta’ Mejju, 2001, fl-ilsien Ingliż u dak
Estonjan, iż-żewġ testi awtentiċi ndaqs. Fil-kas li jkun hemm diverġenza fl-
interpretazzjoni, jipprevalixxi t-test Ingliż.
AUSTIN GATT MART LAAR
Għall-Gvern ta’ Malta Għall-Gvern
tar-Repubblika ta’ l-Estonja
PROTOKOLL
Fil-waqt ta’ l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Estonia
u l-Gvern ta’ Malta dwar ħelsien minn taxxa doppja u l-prevenzjoni ta’ evażjoni
fiskali dwar it-taxxi fuq l-income (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ ''il-Ftehim'')
is-sottoskritti ftiehmu fuq dawn id-disposizzjonijiet li ġejjin li jiffurmaw parti
integrali mill-Ftehim.
1. B’riferenza għall-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 4
Jinftiehem li taħt il-leġislazzjoni domestika ta’ l-Estonja, kumpannija tista’
biss titqies li tkun residenti għal finijiet ta’ taxxa jekk din tkun inkorporata fl-
Estonja. Jekk qatt tinbidel dik il-leġislazzjoni biex tipprovdi li r-residenza għal
finijiet ta’ taxxa tkun stabbilita wkoll abbazi tal-post ta’ maniġġ effettiv ta’
kumpannija, allura meta kumpannija tkun titqies bħala li hija residenti taż-żewġ Stati
Kontraenti, din għandha titqies li tkun residenti biss ta’ l-Istat Kontraenti fejn ikun
jinsab il-post ta’ maniġġ effettiv tagħha. Din id-disposizzjoni għandha tkun tapplika
mid-data minn meta jkollha seħħ dik il-bidla fil-leġislazzjoni.
2. B’riferenza għall-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 7
Jinftiehem li profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti miksubin mill-bejgħ ta’
oġġetti jew merkanzija fl-Istat Kontraenti l-ieħor ta’ l-istess xorta jew ta’ xorta
simili bħal dawk mibjugħin, jew minn attivitajiet ta’ kummerc oħra ġestiti fl-Istat
Kontraenti l-ieħor ta’ l-istess xorta jew ta’ xorta simili bħal dawk li jitwettqu,
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun jinsab f’dak l-Istat l-ieħor jistgħu
jitqiesu bħala attribwibbli għal dak l-istabbiliment permanenti jekk jiġi stabbilit li
kull bejgħ jew attività  bħal dawk kienu strutturati b’mod maħsub biex jevita t-
tassazzjoni f’dak l-Istat l-ieħor.
3. B’riferenza għall-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 7
Jinftiehem li l-l-ispejjeż li għandhom jiġu permessi bħala tnaqqis minn Stat
Kontraenti għandhom jinkludu biss spejjeż li jistgħu jitnaqqsu taħt il-liġijiet
domestici ta’ dak l-Istat.
4. B’riferenza għal paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 26 jinftiehem li:
(a) fil-każ ta’ l-Estonja, m’hemm ebda leġislazzjoni jew prattika
amministrattiva li taħta persuni jistgħu igawdu xi trattament fiskali
specjali;
(b) fil-każ ta’ Malta, il-persuni li jgawdu trattament fiskali specjali huma
dawn li ġejjin:
(i) persuni li jkollhom jedd għal benefiċċju tat-taxxa specjali taħt l-
Att ta’ l-1994 dwar Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta,
ħlief għal dawk il-persuni li jagħżlu li jkunu soġġetti għad-
disposizzjonijiet normali ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income
18 L.S.123.67 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA
(Kap. 123) u ta’ l-Att ta’ l-1994 dwar l-Amministrazzjoni tat-
Taxxa; jew
(ii) persuni, u sa liema limitu, taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Att ta’ l-
1973 dwar il-Bastimenti Merkantili, li ma jkunux soġġetti għat-
taxxa fuq il-profitti miksubin mit-tħaddim ta’ bastimenti fi
traffiku internazzjonali; jew
(iii) persuni li jkollhom jedd għal xi benefiċċju ta’ taxxa specjali dwar
id-distribuzzjonijiet minn xi trust bla ħsara għad-disposizzjonijiet
ta’ l-Att dwar it-Trusts fil-kuntest li trust kif stipulata f’dak l-Att
ma tkunx vestita b’personalità  ġuridika u għaldaqshekk ma tistax
tibbenefika taħt dan il-Ftehim skond il-jeddijiet li għandha;
(ċ) jekk xi liġi li tkun sostanzjalment simili għal dawk indikati fis-
subparagrafu (b) ta’ dan il-paragrafu tiġi leġislata minn xi wieħed mill-
Istati Kontraenti u jiġi miftiehem mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-
Istati Kontraenti li din għandha tiġi inkluża skond ma hemm fil-
paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 26, persuni li jkollhom jedd għal xi beneficcju
ta’ taxxa specjali taħta jkunu esklużi bl-istess mod mid-disposizzjonijiet
ta’ dan il-Ftehim.
B’xiehda ta’ dan is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss, iffirmaw dan il-
Protokoll.
Magħmul in duplikat f’Tallinn, illum it-3 ta’ Mejju, 2001, fl-ilsien Estonjan
u dak Ingliż, iż-żewġ testi awtentiċi ndaqs. Fil-kas li jkun hemm diverġenza fl-
interpretazzjoni, jipprevalixxi t-test Ingliż.
AUSTIN GATT MART LAAR
Għall-Gvern ta’ Malta Għall-Gvern
tar-Repubblika ta’ l-Estonja
