TNAQQIS TA’ ADDIZZJONALI (OMMISSJONIJIET) ġ L.S.123.68 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.68
REGOLI DWAR TNAQQIS TA’ TAXXA 
ADDIZZJONALI (OMMISSJONIJIET)
1 ta’ Jannar, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 126 ta’ l-2003.
Titolu u bidu fis-
seħħ.
1. (1) It-titolu ta’ dawn ir-Regoli hu Regoli dwar Tnaqqis ta’
Taxxa Addizzjonali (Ommissjonijiet).
(2) Dawn ir-regoli għandhom ikunu japplikaw għar-rigward
tas-sena ta’ stima li tibda fl-1 ta’ Jannar 2003 u snin ta’ stima
sussegwenti.
Tifsir.
Kap. 123.
"ommissjoni" tfisser l-ommissjoni, jew ommissjoni meqjusa,
minn xi prospett ta’ l-income ppreżentat għall-fini ta’ l-Atti dwar
it-Taxxi ta’ xi ammont li kellu jkun hemm inkluż;
Kap. 281.
"professjonist" dwar it-taxxa tfisser individwu li jkun id-detentur
ta’ warrant maħruġ taħt l-Att dwar il-Professjoni ta’ l-
Accountancy, jew membru tal-Malta Institute of Taxation, jew
membru tal-professjoni legali f’Malta li jispeċjalizza fit-
tassazzjoni, jew sħubija ta’ dawk l-individwi li jkunu hekk
kwalifikati fil-maġġoranza tagħhom: iżda l-Kummissarju jkollu
jedd li jitlob dik il-prova li huwa jista’ jqis li tkun meħtieġa dwar
kemm xi individwu jkun jikkwalifika bħala professjonist dwar it-
taxxa kif hawn qabel imsemmi;
"Skeda" tfisser l-Iskeda li tinsab ma’ l-Att;
"taxxa addizzjonali" tfisser it-taxxa addizzjonali li għandha
titħallas skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 56(12)(ċ) ta’ l-Att
u d-disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda dwar xi ommissjoni.
(2) Kliem u frażijiet oħra li jinsabu f’dawn ir-regoli għandu
jkollhom it-tifsir mogħti lilhom fl-Atti dwar it-Taxxi u fl-Iskeda li
tinsab ma’ l-Att.
Ħfir sħiħ ta’ taxxa 
addizzjonali.
3. (a) Meta l-Kummissarju jkun sodisfatt li -
(i) tkun ingħatat attenzjoni raġonevoli mill-persuna
li tkun qed tipprepara u tippreżenta l-prospett
jew mill-persuna li tkun responsabbli għall-
preparazzjoni u l-preżentata tal-prospett; jew
(ii) l-ammont ta’ taxxa perikolata ma jkunx wieħed
materjali,
huwa jista’ jagħti lura t-taxxa addizzjonali xort’oħra
dovuta skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda.
(b) Id-diskrezzjoni tal-Kummissarju għall-fini ta’ din ir-
regola ma għanda b’ebda mod titqajjem f’ebda appell.
2 L.S.123.68 ħ TNAQQIS TA’ ADDIZZJONALI (OMMISSJONIJIET)
Meta persuna tkun 
għamlet kull 
attenzjoni 
raġonevoli.
4. (1) Għall-finijiet tar-regola 3, meta l-Kummissarju ikun
qed jistabbilixxi jekk kienx hemm attenzjoni raġonevoli fil-
preparazzjoni u l-preżentata ta’ prospett, huwa għandu jqis:
(a) jekk persuna tkunx ħadet u qagħdet fuq il-parir bil-
miktub ta’ professjonist dwar it-taxxa; u
(b) kemm tkun komplessa l-operazzjoni li tkun irriżultat
f’xi ommissjoni mill-prospett jew kemm ikunu
komplessi d-disposizzjonijiet legali involuti u d-
diffikultajiet li jkun hemm fl-interpretazzjoni
tagħhom.
(2) Il-parir bil-miktub oriġinali, imsemmi fis-subregola (1)(a)
għandu jiġi ppreżentat flimkien mal-prospett sa mhux aktar tard
mid-data tal-prospett ta’ taxxa relattiva.
(3) Parir, imsemmi fis-subregola (1)(a), mogħti minn
professjonist dwar it-taxxa, ma għandux minnu nnifsu
jikkostitwixxi interpretazzjoni li torbot tad-disposizzjonijiet
statutorji u opinjonijiet relattivi dwar l-applikazzjoni tagħhom kif
imiss.
(4) Meta l-Kummissarju ma jilqax parir mogħti minn
professjonist dwar it-taxxa, dan ma għandux tabilfors jimplika li
persuna ma tkunx għamlet attenzjoni raġonevoli, kemm-il darba
dak il-parir ma jkunx ikkunsidrat mill-Kummissarju bħala wieħed
mhux ġenwin jew wieħed frivolu.
Tnaqqis ta’ taxxa 
addizzjonali meta 
jsir żvelar 
volontarju.
Kap. 372.
5. Meta persuna issewwi xi ommissjoni minn prospett billi
tibgħat prospett ieħor li jsir skond l-artikolu 13 ta’ l-Att dwar l-
Amministrazzjoni tat-Taxxa, wara li dik il-persuna tkun ġiet avżata
bil-miktub mill-Kummissarju li tkun se ssir inkjesta dwar id-
dikjarazzjonijiet u l-passiv tat-taxxa ta’ dik il-persuna, imma mhux
aktar tard minn l-aħħar jum tax-xahar li jaħbat minnufih wara dak
meta jkun ġie notifikat dak l-avviż, it-taxxa addizzjonali għandha
tkun bir-rata ta’ wieħed punt ħamsa fil-mija (1.5%) tat-taxxa
perikolata fix-xahar.
Tnaqqis tat-taxxa 
addizzjonali 
b’90%.
6. It-taxxa addizzjonali li għandha titħallas għandha titnaqqas
b’disgħin fil-mija (90%) mill-ammont sħiħ meta l-ommissjoni -
L.S. 372.14
(a) tkun ta’ income minn xi impjieg jew kariga li jkunu
inklużi fi prospett li jkun intbagħat lill-Kummissarju
skond id-disposizzjonijiet tar-Regoli dwar Final
Settlement System (FSS); jew
(b) tkun ta’ income minn investiment, kif definit fid-
disposizzjonijiet dwar income minn investiment fl-Att,
li minnu jkun suġġett għal tnaqqis ta’ taxxa minn ras-il
għajn, kemm jekk din it-taxxa tnaqqsitx jew le; jew
Kap. 372.
L.S. 123.27
(ċ) tkun ta’ qligħ mill-bejgħ ta’ proprjetà  immobbli li fuqu
titħallas taxxa taħt l-artikolu 5 ta’ l-Att, u tkun tħallset
taxxa bir-rata stipulata skond l-artikolu 43 ta’ l-Att
dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa, u regola 6 tar-
Regoli dwar Qligħ Kapitali.
TNAQQIS TA’ ADDIZZJONALI (OMMISSJONIJIET) ġ L.S.123.68 3
Tnaqqis ta’ taxxa 
addizzjonali 
b’50%.
7. Meta ommissjoni ma tkunx dovuta minħabba f’xi frodi,
ħila, kapaċità  jew traskuraġni kbira jew negliġenza bil-ħsieb, it-
taxxa addizzjonali li għandha titħallas għal xi ommissjoni għandha
titnaqqas b’ħamsin fil-mija (50%) ta’ l-ammont sħiħ u ċ-ċirkostanzi
li fihom it-taxxa addizzjonali għandha hekk titnaqqas għandhom
ikunu jinkludu meta:
(a) persuna tkun taf, jew għandha tkun taf, li tkun saret
inkjesta dwar id-dikjarazzjonijiet u l-passiv ta’ taxxa
tagħha u li fuqhom it-taxxa addizzjonali dwar l-
ommissjoni tkun tnaqqset skond id-disposizzjonijiet
tar-regola 6, imma terġa’ tħalli barra, minn prospett li
jsir wara li jkunu magħrufa r-riżultanzi ta’ inkjesta, xi
oġġett li l-inkjesta tkun indikat bħala li kien imissu ġie
hekk inkluż; jew
(b) l-ommissjoni tkun tmur biċ-ċar kontra l-prinċipji u l-
prattiċi aċċettati tal-liġi tat-taxxa jew ta’ l-
accountancy, inklużi, mingħajr ma tiġi limitata l-
ġeneralità  ta’ dawn ir-regoli:
(i) it-talba eċċessiva ta’ tnaqqis kontra income li
fuqu titħallas it-taxxa taħt l-artikolu 4(1)(b) ta’
l-Att;
(ii) it-talba għal tnaqqis ta’ ħlasijiet għal
manteniment meta ma jkun jeżisti ebda dritt għal
tnaqqis bħal dak;
(iii) in-nuqqas li jiġu dikjarati ħlasijiet ta’
manteniment li jkunu ġew riċevuti;
(iv) talbiet eċċessivi jew mhux ġustifikati għal
tnaqqis kontra income ġej minn kera.
Applikabilità  ta’ 
tnaqqis f’taxxa 
addizzjonali.
8. It-tnaqqis kontemplat fir-regoli 6 u 7 għandhom ikunu
japplikaw għat-taxxa addizzjonali li għandha titħallas taħt l-Iskeda,
sew jekk din titnaqqas skond id-disposizzjonijiet tar-regola 5 sew
jekk le.
L-ogħla taxxa 
addizzjonali li 
titħallas.
9. Meta jsir tnaqqis ta’ taxxa addizzjonali skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli, ir-rata ta’ taxxa addizzjonali
applikabbli msemmija fil-partita 5 ta’ l-Iskeda għandha tkun bir-
rata ta’ taxxa addizzjonali hekk imnaqqsa.
Poteri li għandu l-
Kummissarju.
10. Ebda ħaġa li tinsab f’dawn ir-regoli ma għandha żżomm
lill-Kummissarju milli jeżerċita xi poter li hemm vestita fih biex
jaħfer dik il-parti jew it-taxxa addizzjonali kollha li għandha
titħallas, skond ma jidhirlu xieraq, sakemm:
(a) il-Kummissarju jista’ jimponi bħala kondizzjoni għal
tali ħlas lura l-ħtieġa li l-persuna involuta ma tagħmilx
ommissjoni oħra f’dak il-perjodu li l-Kummissarju
jista’ jistabbilixxi, kif ukoll dawk il-kondizzjonijiet
oħra kollha li jista’ jqis xierqa;
(b) jekk xi kondizzjoni imposta mill-Kummissarju skond
id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (a) tiġi miksura mill-
persuna involuta, kull tnaqqis ta’ taxxa addizzjonali
mogħtija mill-Kummissarju b’żjieda ma’ kull tnaqqis
kontemplat mid-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-
4 L.S.123.68 ħ TNAQQIS TA’ ADDIZZJONALI (OMMISSJONIJIET)
regoli għandu jiġi konfiskat;
(ċ) jekk il-konfiska tkun hekk dovuta, taħt id-
disposizzjonijiet tal-paragrafu (b), kull tnaqqis
addizzjonali magħmul taħt id-disposizzjonijiet ta’ din
ir-regola, imma mhux taħt id-disposizzjonijiet tar-
regoli l-oħra ta’ dawn ir-regoli, għandu jitqies bħala li
kien sospensjoni tal-passività  għal dik it-taxxa
addizzjonali, u mhux it-tħassir tat-taxxa addizzjonali
rilevanti;
(d) il-Kummissarju għandu jikkomunika bil-miktub lill-
persuna involuta kull kwistjoni imposta taħt il-
paragrafu (b), il-konsegwenzi tal-ksur ta’ kull tali
kondizzjoni u, jekk dan ikun il-każ, il-fatt li l-konfiska
tkun saret.
Appelli.
Kap. 372.
11. Deċiżjonijiet meħudin mill-Kummissarju dwar l-
applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli għandhom ikunu bla ħsara għal
oġġezzjoni u appell skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 35 u 37,
rispettivament, ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa, biss
dwar jekk, għall-fini tar-regola 4(4), il-parir ta’ professjonist dwar
it-taxxa għandux jitqies bħala wieħed mhux ġenwin jew frivolu.
