TNAQQIS TA’ TAXXA ADDIZZJONALI 
(NUQQASIJIET META JSIR PROSPETT) ġ L.S.123.69 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.69
REGOLI DWAR TNAQQIS TA’ TAXXA 
ADDIZZJONALI (NUQQASIJIET META JSIR 
PROSPETT)
1 ta’ Jannar, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 127 ta’ l-2003.
Titolu u bidu fis-
seħħ.
1. (1) It-titolu ta’ dawn ir-Regoli hu Regoli dwar Tnaqqis ta’
Taxxa Addizzjonali (Nuqqasijiet meta jsir Prospett).
(2) Dawn ir-regoli għandhom ikunu japplikaw għar-rigward
tas-sena ta’ stima li tibda fl-1 ta’ Jannar 2003 u s-snin ta’ stima
sussegwenti.
Tifsir.
Kap. 123.
"Skeda" tfisser l-Iskeda li tinsab ma’ l-Att;
"taxxa addizzjonali" tfisser it-taxxa addizzjonali li għandha
titħallas skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 56(12)(ċ) ta’ l-Att
u d-disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda dwar xi nuqqas meta jsir prospett.
Poteri li għandu l-
Kummissarju.
3. Il-Kummissarju jista’ jaħfer dik il-parti mit-taxxa
addizzjonali jew it-taxxa addizzjonali kollha li tkun dovuta
xort’oħra skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda, skond ma jidhirlu
xieraq, sakemm:
(a) il-Kummissarju jista’ jimponi bħala kondizzjoni għal
tali ħlas lura l-ħtieġa li l-persuna involuta ma taghmel
ebda nuqqas ieħor meta tagħmel il-prospett tagħha
f’dak il-perjodu li l-Kummissarju jista’ jistabbilixxi,
kif ukoll dawk il-kondizzjonijiet l-oħra kollha li jista’
jqis xierqa;
(b) jekk xi kondizzjoni imposta mill-Kummissarju skond
id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (a) tiġi miksura mill-
persuna involuta, kull tnaqqis ta’ taxxa addizzjonali
mogħtija mill-Kummissarju b’żjieda ma’ kull tnaqqis
kontemplat bid-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-
regoli għandu jiġi konfiskat;
(ċ) jekk il-konfiska tkun hekk dovuta, taħt id-
disposizzjonijiet tal-paragrafu (b), kull tnaqqis
addizzjonali magħmul taħt id-disposizzjonijiet ta’ din
ir-regola, għandu jitqies bħala li kien sospensjoni tal-
passività  għal dik it-taxxa addizzjonali, u mhux it-
tħassir tat-taxxa addizzjonali rilevanti;
(d) il-Kummissarju ghandu jikkomunika bil-miktub lill-
persuna involuta kull kwistjoni imposta taħt il-
paragrafu (b), il-konsegwenzi tal-ksur ta’ kull tali
kondizzjoni u, jekk dan ikun il-każ, il-fatt li l-konfiska
tkun saret.
Appelli.
2 L.S.123.69 ħ
TNAQQIS TA’ TAXXA ADDIZZJONALI 
(NUQQASIJIET META JSIR PROSPETT)
ir-regoli ma għandha tiġi kontesta f’ebda appell.
