EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA ġ L.S.123.70 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.70
ORDNI DWAR EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA 
DOPPJA FUQ L-INCOME
MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA
12 ta’ Ġunju, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 145 ta’ l-2003.
Titolu.
ta’ Taxxa Doppja fuq l-Income mar-Repubblika tas-Slovenja.
Arranġamenti 
jkollhom effett.
2. B’dan qiegħed jiġi dikjarat -
(a) illi l-arranġamenti speċifikati fil-Ftehim muri fl-Iskeda
li tinsab ma’ dan l-ordni saru mar-Repubblika tas-
Slovenja sabiex jagħtu ħelsien minn taxxa doppja dwar
it-taxxi li ġejjin imposti bil-liġijiet tar-Repubblika tas-
Slovenja:
- it-taxxa fuq il-profitti ta’ persuni legali;
- it-taxxa fuq l-income ta’ individwi, inklużi pagi
u salarji, income minn attivitajiet ta’ l-
agrikoltura, income mill-kummerċ, qligħ
kapitali u income minn proprjetà  immobbli u
minn proprjetà  mobbli;
(b) illi huwa spedjenti li dawk l-arranġamenti għandu
jkollhom effett;
(ċ) illi l-Ftehim beda jseħħ fit-12 ta’ Ġunju, 2003.
2 L.S.123.70 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA
SKEDA
FTEHIM BEJN MALTA U R-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA
DWAR ĦELSIEN MINN TAXXA DOPPJA
U L-PREVENZJONI TA’ EVAĠJONI FISKALI
DWAR TAXXI FUQ L-INCOME
Malta u r-Repubblika tas-Slovenja, billi jixtiequ jagħmlu Ftehim dwar
ħelsien minn taxxa doppja u l-prevenzjoni ta’ evażjoni fiskali dwar taxxi fuq l-
income, ftehmu kif ġej:
Artikolu 1
Persuni koperti
Dan il-Ftehim għandu japplika għal persuni li jkunu residenti fi Stat
Kontraenti wieħed jew fit-tnejn li huma.
Artikolu 2
Taxxi koperti
1. Dan il-Ftehim għandu japplika għal taxxi fuq l-income imposti f’isem xi
Stat Kontraenti jew is-sottodiviżjonijiet politiċi jew awtoritajiet lokali tiegħu,
irrispettivament mill-mod kif dawn jinġabru.
2. Għandhom jitqiesu bħala taxxi fuq l-income dawk it-taxxi kollha imposti fuq
l-income totali, jew fuq elementi ta’ income, inklużi taxxi fuq qligħ mit-trasferiment
ta’ proprjetà  mobbli jew immobbli u taxxi fuq l-ammonti totali ta’ pagi jew salarji
mħallsa mill-intrapriżi, kif ukoll taxxi fuq l-apprezzament tal-kapital.
3. It-taxxi eżistenti li għalihom japplika dan il-Ftehim huma:
(a) fis-Slovenja:
(i) it-taxxa fuq il-profitti ta’ persuni legali;
(ii) it-taxxa fuq l-income ta’ individwi, inklużi pagi u salarji, income
minn attivitajiet ta’ l-agrikoltura, income mill-kummerċ, qligħ
kapitali u income minn proprjetà  immobbli u minn proprjetà
mobbli;
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa ''it-taxxa tas-Slovenja'');
(b) f’Malta:
 it-taxxa fuq l-income;
(hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa "it-taxxa ta’ Malta").
4. Il-Ftehim għandu japplika wkoll għal kull taxxa identika jew sostanzjalment
simili li tiġi imposta wara d-data meta jiġi ffirmat il-Ftehim b’żieda ma’, jew
minflok, it-taxxi eżistenti. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti
għandhom jgħarrfu lil xulxin b’kull tibdil sinifikanti li jkun sar fil-liġijiet rispettivi
tagħhom dwar it-taxxa.
Artikolu 3
Tifsiriet ġenerali
1. Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtiegx xort’oħra:
(a) il-frażi ''Slovenja'' tfisser ir-Repubblika tas-Slovenja u, meta tiġi użata
f’sens ġeografiku, tfisser it-territorju tas-Slovenja, inkluża l-area tal-
baħar, qiegħ il-baħar u s-sottoswol adjaċenti għall-baħar territorjali, li
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA ġ L.S.123.70 3
fuqhom ir-Repubblika tas-Slovenja tista’ teżerċita d-drittijiet sovrani u
l-ġurisdizzjoni tagħha skond il-leġislazzjoni tagħha u skond id-dritt
internazzjonali;
(b) il-frażi ''Malta'' tfisser ir-Repubblika ta’ Malta u, meta użata f’sens
ġeografiku, tfisser il-Gżira ta’ Malta, il-Gżira ta’ Għawdex u l-gżejjer l-
oħra ta’ l-arċipelagu Malti inklużi l-ibħra territorjali tagħhom, kif ukoll
kull area ta’ qiegħ il-baħar u s-sottoswol tagħha u l-kolonna ta’ l-ilma
sovrajaċenti u li tinsab adjaċenti għall-ibħra territorjali, fejn Malta
teżerċita drittijiet sovrani, ġurisdizzjoni, jew kontroll skond il-liġi
internazzjonali u skond il-liġi nazzjonali tagħha, inkluża l-leġislazzjoni
tagħha li tirrigwarda l-esplorazzjoni tal-blata kontinentali u l-
esplojtazzjoni tar-riżorsi naturali tagħha;
(ċ) il-frażijiet ''Stat Kontraenti'' u ''l-Istat Kontraenti l-ieħor'' ifissru s-
Slovenja jew Malta, skond ir-rabta tal-kliem;
(d) il-frażi ''persuna'' tinkludi individwu, kumpannija u kull korp ta’
persuni;
(e) il-frażi ''kumpannija'' tfisser korp magħqud jew enti li jkunu trattati
bħala korp magħqud għall-iskopijiet ta’ taxxa;
(f) il-frażi ''impriża ta’ Stat Kontraenti'' u ''impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor'' ifissru rispettivament impriża ġestita minn residentii ta’ Stat
Kontraenti u impriża ġestita minn residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(g) il-frażi ''traffiku internazzjonali'' tfisser trasport li jsir b’bastiment jew
inġenji ta’ l-ajru mħaddma minn impriża ta’ Stat Kontraenti, ħlief meta
l-bastiment jew l-inġenji ta’ l-ajru jiġu unikament imħaddma bejn
postijiet fl-Istat Kontraenti l-ieħor;
(h) il-frażi ''awtorità  kompetenti'' tfisser:
(i) fis-Slovenja: il-Ministeru tal-Finanzi tar-Repubblika tas-Slovenja
jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu;
(ii) f’Malta: il-Ministru responsabbli għall-finanzi jew ir-
rappreżentant awtorizzat tiegħu;
(i) il-frażi ''ċittadin'' tfisser:
(i) individwu li jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Kontraenti;
(ii) persuna legali, soċjetà  jew assoċjazzjoni li tikseb l-istatus tagħha
bħala tali mil-liġijiet li jkunu jseħħu fi Stat Kontraenti.
2. Għar-rigward ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim f’kull żmien minn Stat
Kontraenti, kull frażi li ma tkunx imfissra fih għandha, kemm-il darba r-rabta tal-
kliem ma teħtieġx xort’oħra, ikollha t-tifsir kif mogħti lilha f’dak iż-żmien taħt il-
liġi ta’ dak l-Istat għall-finijiet tat-taxxi li l-Ftehim ikun japplika għalihom, b’dan li
t-tifsir taħt il-liġijiet tat-taxxa applikabbli ta’ dak l-Istat ikunu jipprevalixxu fuq
tifsira mogħtija lill-frażi taħt liġijiet oħra ta’ dak l-Istat.
Artikolu 4
Residenti
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi ''residenti ta’ Stat Kontraenti'' tfisser
kull persuna li, taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat, hija suġġetta għat-taxxa hemmhekk
minħabba d-domiċilju, r-residenza, post tal-maniġġ jew xi kriterju ieħor ta’ xorta
simili, u tinkludi wkoll lil dak l-Istat u lil kull sottodiviżjoni politika jew awtorità
lokali relattiva. Din il-frażi, madankollu, ma tinkludix lil xi persuna li tkun suġġetta
għat-taxxa f’dak l-Istat għar-rigward biss ta’ income minn għejjun f’dak l-Istat.
4 L.S.123.70 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA
2. Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 individwu jkun residenti
taż-żewġ Stati Kontraenti, allura l-istatus tiegħu għandu jiġi stabbilit kif ġej:
(a) huwa għandu jitqies li jkun residenti biss ta’ l-Istat li fih ikollu dar
permanenti għad-disposizzjoni tiegħu; jekk huwa jkollu dar permanenti
għad-disposizzjoni tiegħu fiż-żewġ Stati, huwa għandu jitqies li jkun
residenti biss ta’ l-Istat li miegħu r-relazzjonijiet personali u ekonomiċi
tiegħu ikunu l-aktar marbuta (ċentru ta’ interessi vitali);
(b) jekk l-Istat li fih huwa jkollu ċ-ċentru ta’ interessi vitali ma jistax jiġi
determinat, jew jekk huwa ma jkollux għad-disposizzjoni tiegħu dar
permanenti f’ebda Stat, huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat
li fih soltu jirrisjedi;
(ċ) jekk huwa soltu jirrisjedi fiż-żewġ Stati jew f’ebda wieħed minnhom,
huwa għandu jitqies li jkun residenti ta’ l-Istat li tiegħu jkun ċittadin;
(d) jekk huwa jkun ċittadin taż-żewġ Stati jew ta’ l-ebda wieħed minnhom,
l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jiddeċiedu l-
każ bi ftehim bejnithom.
3. Meta minħabba d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 persuna li ma tkunx
individwu tkun residenti taż-żewġ Stati Kontraenti, din għandha għaldaqstant titqies
bħala residenti biss ta’ l-Istat fejn ikun jinsab il-post effettiv tal-maniġġ tagħha.
Artikolu 5
Stabbiliment permanenti
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, il-frażi ''stabbiliment permanenti'' tfisser
post tan-negozju fiss li minnu jitmexxa għalkollox jew f’parti minnu x-xogħol ta’
impriża.
2. Il-frażi "stabbiliment permanenti" għandha tinkludi b’mod speċjali:
(a) post ta’ maniġġ,
(b) fergħa,
(ċ) uffċċju,
(d) fabbrika,
(e) ħanut tax-xogħol, u
(f) minjiera, bir taż-żejt jew tal-gass, barriera jew kull post ieħor ta’
estrazzjoni ta’ riżorsi naturali inkluż sit ta’ offshore drilling.
3. Il-frażi ''stabbiliment permanenti'' bl-istess mod tħaddan:
(a) art li tkun qegħda tinbena jew kostruzzjoni, proġett ta’ assemblaġġ jew
ta’ stallazzjoni jew attivitajiet superviżorji li jkollhom x’jaqsmu ma’
dan, iżda biss meta dik l-art, dak il-proġett jew dawk l-attivitajiet
ikomplu għal perjodu ta’ aktar minn disa’ xhur;
(b) l-għoti ta’ servizzi, inklużi servizzi ta’ konsulenza minn impriża
permezz ta’ impjegati jew persunal ieħor imqabbad mill-impriża
għaldaqstant, iżda biss sakemm attivitajiet ta’ dik ix-xorta ikomplu
(għall-istess proġett jew għal proġett konness) fi Stat Kontraenti għal
perjodu jew perjodi li flimkien iġibu iktar minn sitt xhur f’xi perjodu ta’
tnax-il xahar.
4. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-Artikolu, il-frażi
''stabbiliment permanenti'' għandha titqies li ma tinkludix:
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA ġ L.S.123.70 5
(a) l-użu ta’ faċilitajiet għall-iskop uniku ta’ ħażna, wiri jew kunsinna ta’
oġġetti jew merkanzija li jkunu proprjetà  ta’ l-impriża;
(b) il-manutenzjoni ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’
l-impriża għall-iskop uniku ta’ ħażna, wiri jew kunsinna;
(ċ) il-manutenzjoni ta’ ħażna ta’ oġġetti jew merkanzija li tkun proprjetà  ta’
l-impriża għall-iskop uniku ta’ proċessar minn impriża oħra;
(d) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku ta’ xiri ta’
oġġetti jew merkanzija, jew ta’ ġbir ta’ tagħrif għall-impriża;
(e) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku li tiġi ġestita,
għall-impriża, xi attività  oħra ta’ xorta preparatorja jew awżiljarja;
(f) il-manutenzjoni ta’ post fiss ta’ negozju għall-iskop uniku ta’ xi
kombinazzjoni ta’ attivitajiet imsemmija fis-subparagrafi (a) sa (e),
kemm-il darba l-attività  kollha tal-post tan-negozju fiss li tirriżulta
minn din il-kombinazzjoni tkun waħda ta’ xorta preparatorja jew
awżiljari.
5. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, meta persuna - li ma tkunx
aġent bi status indipendenti li għalih japplika l-paragrafu 6 - tkun qed taġixxi f’isem
impriża u jkollha, u tkun soltu teżerċita, fl-Istat Kontraenti awtorità  li jagħmlu
kuntratti f’isem l-impriża, dik l-impriża għandha titqies li jkollha stabbiliment
permanenti f’dak l-Istat għar-rigward ta’ kull attività  li dik il-persuna tagħmel għal
dik l-impriża, kemm-il darba l-attivitajiet ta’ dik il-persuna ma jkunux limitati għal
dawk imsemmija fil-paragrafu 4 li, jekk jiġu eżerċitati minn ġo post tan-negozju fiss,
ma jirrendux dan il-post ta’ negozju fiss bħala stabbiliment permanenti taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dak il-paragrafu.
6. Impriża ma għandhiex titqies li jkollha stabbiliment permanenti fi Stat
Kontraenti l-ieħor biss minħabba li tkun tiġġestixxi negozju f’dak l-Istat permezz ta’
sensal, aġent b’kummissjoni ġenerali jew kull aġent ieħor bi status indipendenti,
sakemm dawk il-persuni jkunu qed jaġixxu fil-kors ordinarju tan-negozju tagħhom.
7. IIl-fatt li kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tkun tikkontrolla
jew tkun ikkontrollata minn kumpannija li tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor, jew li tkun tiġġestixxi negozju f’dak l-Istat l-ieħor (sew permezz ta’
stabbiliment permanenti sew xort’oħra), m’għandux fih innifsu jikkostitwixxi lil xi
kumpannija waħda jew l-oħra stabbiliment permanenti tal-kumpannija l-oħra.
Artikolu 6
Income minn proprjetà  immobbli
1.   Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti minn proprjetà
immobbli (inkluż income mill-agrikoltura jew ħidma fil-boskijiet) li jkunu jinsabu
fl-Istat Kontraenti l-ieħor jista’ jiġi intaxxat f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Il-frażi ''proprjetà  immobbli'' għandu jkollha t-tifsira li għandha taħt il-liġi
ta’ l-Istat Kontraenti li fih tkun tinsab il-proprjetà  involuta. Il-frażi għandha f’kull
każ tinkludi proprjetà  aċċessorja għal proprjetà  immobbli, bhejjem f’razzett u
tagħmir li jintuża fl-agrikoltura u ħidma fil-boskijiet, drittijiet li għalihom japplikaw
id-disposizzjonijiet tal-liġi ġenerali dwar il-proprjetà  ta’ l-art, l-użufrutt tal-proprjetà
immobbli u drittijiet dwar ħlasijiet varjabbli jew fissi bħala korrispettiv għal ħidma
fi, jew id-dritt li jinħadmu, jew għall-esplorazzjoni ta’, depożiti minerali, għejjun u
riżorsi oħra naturali; bastimenti, opri tal-baħar u inġenji ta’ l-ajru ma għandhomx
jitqiesu bħala proprjetà  immobbli.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom ikunu japplikaw għal income
li jinkiseb mill-użu dirett, kiri, jew użu ta’ kull xorta ta’ proprjetà  immobbli.
6 L.S.123.70 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-
income minn proprjetà  immobbli ta’ impriża u għal income minn proprjetà  immobbli
użata għall-għemil ta’ servizzi personali indipendenti.
Artikolu 7
Profitti minn negozju
1. Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti għandhom ikunu biss taxxabbli
f’dak l-Istat kemm-il darba l-impriża ma tmexxix negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun qiegħed hemmhekk. Jekk l-impriża tkun
qegħda tmexxi negozju kif hawn aktar qabel imsemmi, il-profitti ta’ l-impriża
jistgħu jiġu intaxxati fl-Istat l-ieħor iżda biss għal dik il-parti minnhom daqskemm
tkun attribwibbli għal dak l-istabbiliment permanenti.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3, meta impriża ta’ Stat
Kontraenti tkun tmexxi negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment
permanenti li jkun qiegħed hemmhekk, għandhom f’kull Stat Kontraenti jiġu
attribwiti lil dak l-istabbiliment permanenti il-profitti li kien ikun mistenni jagħmel
kieku kien impriża distinta u separata li taħdem fl-istess attivitajiet jew oħrajn
bħalhom taħt l-istess kondizzjonijiet jew oħrajn bħalhom u li taħdem
indipendentement għalkollox mill-impriża li tagħha tkun stabbiliment permanenti.
3. Sabiex jiġu stabbiliti l-profitti ta’ stabbiliment permanenti, għandhom ikunu
permessi bħala tnaqqis dawk l-ispejjeż li jsiru għall-għanijiet ta’ l-istabbiliment
permanenti, inklużi l-ispejjeż eżekuttivi u amministrattivi ġenerali li jkunu saru, sew
fl-Istat Kontraenti fejn ikun hemm l-istabbiliment permanenti sew band’oħra.
4. Sakemm tkun il-konswetudni fi Stat Kontraenti li jistabbilixxi l-profitti li
għandhom jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti minħabba fi tqassim tal-profitti
totali ta’ l-impriża lill-partijiet diversi tagħha, ebda ħaġa fil-paragrafu 2 ma għandha
tipprekludi lil dak l-Istat Kontraenti milli jistabbilixxi l-profitti li għandhom jiġu
intaxxati b’dak it-tqassim skond ma jista’ jkun konswetudinarju; il-metodu ta’
tqassim li jiġi adottat għandu, madankollu, jsir hekk li r-riżultat għandu jkun skond
il-prinċipji li jinsabu f’dan l-Artikolu.
5. Ebda profitti ma għandhom jiġu attribwiti lil stabbiliment permanenti
minħabba biss f’li jsir ix-xiri minn dak l-istabbiliment permanenti ta’ oġġetti jew
merkanzija għall-impriża.
6. Għall-għanijiet tal-paragrafi preċedenti, l-profitti li għandhom jiġu attribwiti
lill-istabbiliment permanenti għandhom jiġu stabbiliti bl-istess metodu sena wara l-
oħra kemm-il darba ma jkunx hemm raġuni tajba u suffiċjenti biex dan ma jsirx.
7. Meta l-profitti jkunu jinkludu oġġetti ta’ income li qegħdin jiġu trattati
separatament f’Artikoli oħra ta’ dan il-Ftehim, għaldaqshekk id-disposizzjonijiet ta’
dawk l-Artikoli ma jintlaqtux bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 8
Tbaħħir u trasport bl-ajru
1. Il-profitti ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti mit-tħaddim ta’ bastimenti jew
inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-
Istat.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom ukoll japplikaw għal profitti
mill-parteċipazzjoni f’pool, negozju bi sħab jew aġenzija b’operat internazzjonali.
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA ġ L.S.123.70 7
Artikolu 9
Impriżi assoċjati
1. Meta:
(a) impriża ta’ Stat Kontraenti tipparteċipa sew direttament sew
indirettament fit-tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor, jew
(b) l-istess persuni jipparteċipaw sew direttament sew indirettament fit-
tmexxija, kontroll jew kapital ta’ impriża ta’ Stat Kontraenti u ta’
impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor,
u f’kull każ isiru jew jiġu imposti kondizzjonijiet bejn iż-żewġ impriżi fir-
relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji tagħhom li ma jkunux jaqblu ma’ dawk li
kieku kienu jiġu magħmula bejn impriżi indipendenti, f’dak il-każ il-profitti li, kieku
ma kienux dawk il-kondizzjonijiet, kienu jakkumulaw għal waħda mill-impriżi, iżda,
minħabba dawk il-kondizzjonijiet, ma ġewx hekk akkumulati, jistgħu jiġu inklużi
fil-profitti ta’ dik l-impriża u intaxxati skond hekk.
2. Meta Stat Kontraenti ikun jinkludi fil-profitti ta’ impriża ta’ dak l-Istat - u
skond hekk jintaxxa - profitti li fuqhom impriża ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor ġiet
intaxxata f’dak l-Istat l-ieħor u l-profitti hekk inklużi jkunu profitti li kienu
jinqalgħu mill-impriża ta’ l-ewwel Stat li kieku l-kondizzjonijiet magħmula bejn iż-
żewġ impriżi kienu dawk li kienu jsiru bejn żewġ impriżi indipendenti,
għaldaqshekk dak l-Istat l-ieħor jista’ jagħmel it-tibdil li jmiss fl-ammont tat-taxxa
imposta hemmhekk fuq dawk il-profitti. Biex jiġi stabbilit it-tibdil, għandhom
jitqiesu kif dovut id-disposizzjonijiet l-oħra tal-Ftehim u l-awtoritajiet kompetenti
ta’ l-Istati Kontraenti għandhom, jekk iħossu jikkonsultaw lil xulxin.
Artikolu 10
Dividendi
1. Dividendi mħallsa minn kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti lil
residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor tista’ tiġi intaxxata f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Madankollu, dawk id-dividendi jistgħu ukoll jiġu intaxxati fl-Istat
Kontraenti li tiegħu l-kumpannija li tkun tħallas id-dividendi tkun residenti u skond
il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda:
(a) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija li tkun residenti tas-
Slovenja lil residenti ta’ Malta li jkun is-sid benefiċjarju tad-dividendi,
it-taxxa tas-Slovenja hekk imposta m’għandhiex tkun iżjed minn:
(i) 5 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi jekk is-sid
benefiċjarju ikun kumpannija li direttament ikollha f’idejha mill-
inqas 25 fil-mija tal-kapital tal-kumpannija li tkun qed tħallas id-
dividendi;
(ii) 15 fil-mija ta’ l-ammont gross tad-dividendi fil-każijiet l-oħra
kollha;
(b) meta d-dividendi jitħallsu minn kumpannija li tkun residenti ta’ Malta
lil residenti tas-Slovenja li jkun is-sid benefiċjarju tad-dividendi, it-
taxxa ta’ Malta fuq l-ammont gross tad-dividendi ma għandhiex tkun
iżjed minn dik li titħallas fuq il-profitti li minnhom jitħallsu d-
dividendi.
Dan il-paragrafu ma jolqotx l-intaxxar tal-kumpannija għar-rigward tal-
profitti li minnhom jitħallsu d-dividendi.
8 L.S.123.70 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA
3. Il-frażi ''dividendi'' kif din tintuża f’dan l-Artikolu tfisser income minn
ishma, ishma konnessi mal-minjieri jew mal-fundaturi jew ma’ drittijiet oħra, li ma
jkunux pretensjonijiet ta’ debitu, il-parteċipazzjoni fi profitti, kif ukoll income minn
drittijiet korporattivi li jingħata l-istess trattament fl-intaxxar bħallikieku kien
income minn ishma skond il-liġijiet ta’ l-Istat li tiegħu l-kumpannija li tkun qed
tagħmel it-tqassim tkun residenti.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tad-dividendi, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, imexxi negozju fl-
Istat Kontraenti l-ieħor li tiegħu tkun residenti l-kumpannija li tħallas id-dividendi,
permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun sitwat hemmhekk, jew li jkun jagħmel
f’dak l-Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn bażi stabbilita sitwata
hemmhekk, u l-holding li dwarhom id-dividendi jkunu mhallsa jkollu x’jaqsam
effettivament ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi stabbilita. F’dak il-każ
għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond
il-każ.
5. Meta kumpannija li tkun residenti ta’ Stat Kontraenti tikseb profitti jew
income mill-Istat Kontraenti l-ieħor, dak l-Istat l-ieħor ma jista’ jimponi ebda taxxa
fuq id-dividendi mħallsa mill-kumpannija, ħlief daqskemm dawk id-dividendi
jitħallsu lil residenti ta’ dak l-Istat l-ieħor jew daqskemm il-holding li dwaru
jitħallsu d-dividendi jkun effettivament konness ma’ dak l-istabbiliment permanenti
jew bażi stabbilita sitwati f’dak Istat l-ieħor, lanqas jissuġġetta l-profitti mhux
imqassma tal-kumpannija għal taxxa fuq il-profitti mhux imqassma tal-kumpannija,
ukoll jekk id-dividendi mħallsa jew il-profitti mhux imqassma jkunu kollha kemm
huma jew f’parti minnhom jikkonsistu fi profitti jew income li jinqalgħu f’dak l-Istat
l-ieħor.
Artikolu 11
Mgħax
1. Mgħax li jinqala’ fi Stat Kontraenti u jitħallas lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandu jkun taxxabbli biss f’dak Istat l-ieħor.
2. Madankollu, dak l-imgħax jista’ wkoll jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti fejn
joriġina, u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda, jekk min jirċevih ikun is-sid
benefiċjarju ta’ l-imgħax, it-taxxa hekk mħallsa m’għandhiex taqbeż 5 fil-mija ta’ l-
ammont gross ta’ l-imgħax.
3. Il-frażi ''mgħax'' kif din tintuża f’dan l-Artikolu tfisser income minn
pretensjonijiet ta’ debitu ta’ kull xorta, sew jekk ipotekati sew jekk le u sew jekk
jagħti l-jedd għal sehem fil-profitti tad-debitur sew jekk le, u b’mod partikolari,
income minn titoli tal-gvern u income minn bonds jew debentures, inklużi premiums
u premjijiet marbutin ma’ titoli, bonds jew debentures simili. Il-penalitajiet għal ħlas
tardiv m’għandhomx jitqiesu bħala mgħax għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju ta’ l-imgħax, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih jinqala’ l-imgħax, permezz ta’ stabbiliment
permanenti sitwat hemmhekk, jew jagħmel servizzi personali indipendenti f’dak
Istat l-ieħor minn bażi stabbilita sitwata hemmhekk, u l-pretensjoni ta’ debitu li
dwarha jitħallas l-imgħax tkun effettivament konnessa ma’ dak l-istabbiliment
permanenti jew bażi stabbilita. F’każ bħal dak għandhom japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-Artikolu 14, skond il-każ.
5. L-imgħax għandu jitqies li joriġina fi Stat Kontraenti meta min iħallas ikun
dak l-Istat innifsu, sottodiviżjoni politika tiegħu, awtorità  lokali jew residenti ta’ dak
l-Istat. Meta, madankollu, l-persuna li tkun qed tħallas l-imgħax, sew jekk tkun
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA ġ L.S.123.70 9
residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, jkollha fi Stat Kontraenti stabbiliment
permanenti jew bażi fissa li f’konnessjoni magħhom kien sar id-dejn li fuqu jitħallas
l-imgħax, u dak l-imgħax jiġġarrab minn dak l-istabbiliment jew bażi fissa,
għaldaqstant dak l-imgħax għandu jitqies li joriġina fl-Istat fejn ikunu jinsabu l-
istabbiliment permanenti jew il-bażi fissa.
6. Meta, minħabba f’relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
jew bejn it-tnejn li huma u xi persuna oħra, l-ammont ta’ l-imgħax, wara li titqies xi
tkun il-pretensjoni ta’ debitu li dwarha jitħallas, ikun iżjed mill-ammont li kien ikun
miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni, id-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu japplikaw biss għall-ammont l-
aħħar imsemmi. F’każ bħal dak, il-parti żejda tal-ħlasijiet tibqa’ taxxabbli skond il-
liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, fil-qies tad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 12
Royalties
1. Royalties li jinqalgħu fi Stat Kontraenti u jitħallsu lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati biss f’dak Istat l-ieħor.
2. Madankollu, dawk ir-royalties jistgħu wkoll jiġu intaxxati fl-Istat Kontraenti
fejn joriġinaw u skond il-liġijiet ta’ dak l-Istat, iżda jekk min jirċevihom ikun is-sid
benefiċjarju tar-royalties, it-taxxa hekk imħallsa m’għandhiex teċċedi 5 fil-mija ta’
l-ammont gross ta’ dawk ir-royalties.
3. Il-frażi ''royalties'' kif din tintuża f’dan l-Artikolu tfisser ħlasijiet ta’ kull
xorta li jsiru b’korrispettiv għall-użu ta’, jew għall-jedd ta’ l-użu, ta’ kull dritt ta’ l-
awtur ta’ xogħol litterarju, artistiku jew xjentifiku inklużi films ċinematografiċi, kull
privattiva, trade mark, disinn jew mudell, pjan, formula jew proċess sigrieti, jew
għal informazzjoni dwar konoxxenza industrijali, kummerċjali jew xjentifika.
4. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw jekk is-sid
benefiċjarju tar-royalties, li jkun residenti ta’ Stat Kontraenti, ikun qed imexxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor li fih ir-royalties jinqalgħu, permezz ta’
stabbiliment permanenti sitwat hemmhekk, jew ikun jagħmel servizzi personali
indipendenti f’dak Istat l-ieħor minn bażi stabbilita sitwata hemmhekk, u d-dritt jew
il-proprjetà  li dwarhom jitħallsu r-royalties ikunu effettivament konnessi ma’ dak l-
istabbiliment permanenti jew bażi stabbilita. F’dak il-każ għandhom japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew l-Artikolu 14, skond il-każ.
5. Ir-royalties jitqiesu li joriġinaw fi Stat Kontraenti meta min iħallas ikun dak
l-Istat innifsu, sottodiviżjoni politika tiegħu, awtorità  lokali jew residenti ta’ dak l-
Istat. Meta, madankollu, l-persuna li tkun qed tħallas ir-royalties, sew jekk tkun
residenti ta’ Stat Kontraenti sew jekk le, jkollha fi Stat Kontraenti stabbiliment
permanenti jew bażi fissa li f’konnessjoni magħhom kienet saret l-obbligazzjoni li
fuqu jitħallsu r-royalties u dawk ir-royalties jiġġarbu minn dak l-istabbiliment jew
bażi fissa, għaldaqstant dawk ir-royalties għandhom jitqiesu li joriġinaw fl-Istat fejn
ikunu jinsabu l-istabbiliment permanenti jew il-bażi fissa.
6. Meta, minħabba r-relazzjoni speċjali bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju
jew bejnithom it-tnejn u xi persuna oħra, l-ammont tar-royalties, fil-qies ta’ x’ikun l-
użu, id-dritt jew l-informazzjoni li jitħallsu għalihom, ikun iżjed mill-ammont li kien
ikun miftiehem bejn min iħallas u s-sid benefiċjarju fin-nuqqas ta’ dik ir-relazzjoni,
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-ammont l-
aħħar imsemmi. F’dak il-każ, il-parti żejda tal-ħlasijiet għandha tibqa’ taxxabbli
skond il-liġijiet ta’ kull Stat Kontraenti, wara li jitqiesu d-disposizzjonijiet l-oħra ta’
dan il-Ftehim.
10 L.S.123.70 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA
Artikolu 13
Qligħ kapitali
1.  Qligħ li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti mit-trasferiment ta’
proprjetà  immobbli imsemmi fl-Artikolu 6 u sitwat fl-Istat Kontraenti l-ieħor jista’
jiġi intaxxat f’dak Istat l-ieħor.
2. Qligħ mit-trasferiment ta’ ishma jew ta’ mgħaxijiet li jixxiehbu
f’kumpannija li l-attiv tagħha jkun direttament jew indirettament prinċipalment
jikkonsisti fi proprjetà  immobbli li tkun tinsab fi Stat Kontraenti jista’ jiġi intaxxata
f’dak l-Istat.
3. Qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  mobbli li tagħmel parti mill-proprjetà
tan-negozju ta’ stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti jkollha fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jew ta’ proprjetà  mobbli li tkun tappartjeni għal bażi stabbilita
disponibbli għal residenti ta’ Stat Kontraenti fl-Istat Kontraenti l-ieħor bil-għan li
jitwettqu servizzi personali indipendenti, inkluż dak il-qligħ mit-trasferiment ta’ dak
l-istabbiliment permanenti (waħdu jew flimkien ma’ l-impriża kollha) jew ta’ dik il-
bażi stabbilita, jista’ jiġi intaxxat f’dak Istat l-ieħor.
4. Qligħ li jinkiseb minn intrapriża ta’ Stat Kontraenti mit-trasferiment ta’
bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru operati fi traffiku internazzjonali, jew minn
proprjetà  mobbli li tappartjeni għall-operat ta’ dawk il-bastimenti jew inġenji ta’ l-
ajru, għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
5. Qligħ mit-trasferiment ta’ proprjetà  li ma tkunx dik imsemmija fil-paragrafi
1, 2, 3 u 4 għandu jkun taxxabbli biss fl-Istat Kontraenti li tiegħu ikun residenti min
jittrasferixxi.
Artikolu 14
Servizzi personali indipendenti
1. Income li jinkiseb minn residenti ta’ Stat Kontraenti għal servizzi
professjonali jew attivitajiet oħra ta’ xorta indipendenti għandu jkun intaxxat biss
f’dak l-Istat. Madankollu, dak l-income jista’ jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti l-ieħor
f’dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) jekk ikollu bażi stabbilita regolarment disponibbli għalih fl-Istat
Kontraenti l-ieħor bil-għan li jwettaq l-attivitajiet tiegħu; f’dak il-każ hi
biss dik il-parti mill-income tiegħu daqskemm tkun attribwibbli lil dik
il-bażi stabbilita li tista’ tiġi intaxxata f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor;
jew
(b) jekk il-qagħda tiegħu fl-Istat Kontraenti l-ieħor tkun għal perjodu jew
għal perjodi li fit-total ikunu jaqbżu l-183 ġurnata f’perjodu ta’ tnax-il
xahar li jibda għaddej jew itemm fis-sena fiskali involuta; f’dak il-każ
hi biss dik il-parti mill-income tiegħu daqskemm tinkiseb mill-attività
tiegħu eserċitata fl-Istat Kontraenti l-ieħor li tista’ tiġi intaxxata f’dak l-
Istat l-ieħor.
2. Il-frażi ''servizzi professjonali'' tinkludi attivitajiet letterarji, artistiċi,
edukattivi jew ta’ tagħlim li huma speċjalment indipendenti kif ukoll l-attivitajiet
indipendenti ta’ tobba, avukati, inġiniera, periti, dentisti u accountants.
Artikolu 15
Servizzi personali dipendenti
1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 16, 18, 19 u 20, is-salarji, il-
pagi u kumpens ieħor bħal dak li jinkisbu minn residenti ta’ Stat Kontraenti dwar xi
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA ġ L.S.123.70 11
impieg għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat kemm-il darba l-impieg ma jiġix
eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor. Jekk l-impieg jiġi hekk eżerċitat, dak il-kumpens
li jinkiseb minnu jista’ jiġi intaxxat f’dak Istat l-ieħor.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-kumpens li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti dwar impieg eżerċitat fl-Istat Kontraenti l-ieħor għandu
jkun taxxabbli biss fl-Istat l-ewwel imsemmi jekk:
(a) min jirċevih ikun preżenti fl-Istat l-ieħor għal perjodu jew perjodi li ma
jaqbżux it-total ta’ 183 ġurnata f’perjodu ta’ tnax-il xahar li jibda
għaddej jew itemm fis-sena fiskali involuta, u
(b) il-kumpens jitħallas minn, jew f’isem, prinċipal li ma jkunx residenti ta’
l-Istat l-ieħor, u
(ċ) il-kumpens ma jkunx piż fuq l-istabbiliment permanenti, jew bażi
stabbilit li l-prinċipal ikollu fl-Istat l-ieħor.
3. Minkejja d-disposizzjonijiet preċedenti ta’ dan l-Artikolu, il-kumpens li
jinkiseb dwar impieg eżerċitat abbord bastiment jew inġenji ta’ l-ajru operati fi
traffiku internazzjonali minn impriża ta’ Stat Kontraenti jista’ jiġi intaxxat f’dak l-
Istat.
Artikolu 16
Drittijiet tad-diretturi
  Id-drittijiet tad-diretturi u ħlasijiet simili oħra li jinkisbu minn residenti ta’
Stat Kontraenti fil-kapaċità  tiegħu ta’ membru tal-bord ta’ diretturi ta’ kumpannija li
tkun residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
Artikolu 17
Artisti u sportivi
1. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 14 u 15, income li jinkiseb minn
residenti ta’ Stat Kontraenti bħala uħud li jagħtu spettaklu, bħal artisti tat-teatru, tal-
films ċinematografiċi, tar-radju jew tat-televiżjoni, jew bħala mużiċista, jew bħala
sportiv, mill-attivitajiet personali tiegħu bħala tali li jiġu eżerċitati fl-Istat
Kontraenti l-ieħor, jistgħu jiġu intaxxati f’dak l-Istat l-ieħor.
2. Meta income dwar attivitajiet personali eżerċitati minn min jagħti spettaklu
jew sportiv fil-kapaċità tiegħu bħala tali jinġabar mhux minn min jagħti spettaklu
jew l-isportiv innifsu iżda minn xi persuna oħra, dak l-income jista’, minkejja d-
disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7, 14 u 15, jiġi intaxxat fl-Istat Kontraenti li fih l-
attivitajiet ta’ min jagħti spettaklu jew ta’ l-isportiv jiġu eżerċitati.
3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, ma għandhomx japplikaw għal
income minn attivitajiet li jitwettqu fi Stat Kontraenti minn uħud li jagħtu spettaklu
jew sportivi jekk l-attivitajiet ikunu sostanzjalment appoġġati minn fondi pubbliċi
ta’ Stat Kontraenti wieħed jew tat-tnejn li huma jew ta’ sottodiviżjonijiet politiċi jew
awtoritajiet lokali relattivi. F’dak il-każ, l-income ikun taxxabbli biss fl-Istat
Kontraenti li tiegħu min jagħti spettaklu jew l-isportiv ikun persuna residenti.
Artikolu 18
Pensjonijiet u ħlasijiet tas-siġurtà  soċjali
1. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 19,
pensjonijiet u ħlasijiet oħra bħal dawk li jitħallsu lil residenti ta’ Stat Kontraenti
b’korrispettiv għal xi impjieg imgħoddi għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, pensjonijiet imħallsa u ħlasijiet
oħra li jsiru taħt il-leġislazzjoni tas-sigurtà soċjali ta’ Stat Kontraenti jistgħu jiġu
12 L.S.123.70 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA
intaxxati f’dak l-Istat.
Artikolu 19
Servizz tal-gvern
1. (a) Salarji, pagi u kull rimunerazzjoni simili oħra, li ma jkunux xi pensjoni,
mħallsa minn Stat Kontraenti jew minn sottodiviżjoni politika jew minn
awtorità  lokali tiegħu lil individwu għar-rigward ta’ servizzi mogħtijin
lil dak l-Istat jew sottodiviżjoni jew awtorità  għandhom ikunu taxxabbli
biss f’dak l-Istat.
(b) Madankollu, dawk is-salarji, pagi u kull rimunerazzjoni simili oħra
għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat Kontraenti l-ieħor jekk is-
servizzi jingħataw f’dak l-Istat u l-individwu jkun residenti f’dak l-Istat
li:
 (i) huwa jkun ċittadin ta’ dak l-Istat; jew
(ii) ma jkunx sar residenti ta’ dak l-Istat unikament sabiex jaqdi dawk
is-servizzi.
2. (a) Pensjoni li titħallas minn Stat Kontraenti jew sottodiviżjoni politika jew
awtorità  lokali relattivi, jew minn fondi oriġinati minnhom lil xi
individwu għar-rigward ta’ servizzi mogħtija lil dak l-Istat jew
sottodiviżjoni politika jew awtorità  lokali relattivi, għandha tkun
taxxabbli biss f’dak l-Istat.
(b) Madankollu, dik il-pensjoni għandha tkun taxxabbli biss fl-Istat
Kontraenti l-ieħor jekk l-individwu jkun residenti ta’ dak l-Istat u
ċittadin tiegħu.
3. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15, 16, 17 u 18 għandhom japplikaw għal
salarji, pagi u kull rimunerazzjoni simili oħra, u għal pensjonijiet, għar-rigward ta’
servizzi mogħtijin f’dak li għandu x’jaqsam ma’ negozju li jkun ġestit minn Stat
Kontraenti jew minn sottodiviżjoni politika jew minn awtorità  lokali tiegħu.
Artikolu 20
Professuri u riċerkaturi
1. Residenti ta’ xi wieħed mill-Istati Kontraenti li, fuq stedina li ssirlu minn xi
università , kulleġġ, skola, jew istituzzjoni edukattiva oħra rikonoxxuta li tkun tinsab
fl-Istat Kontraenti l-ieħor, ikun temporanjament preżenti fl-Istat l-ieħor unikament
bl-iskop li jgħallem, jew li jagħmel riċerka, jew it-tnejn flimkien, fl-istituzzjoni
edukattiva għandu, għal perjodu li ma jkunx jeċċedi s-sentejn minn meta l-ewwel
jasal f’dak l-Istat l-ieħor, ikun eżenti mit-taxxa mill-Istat l-ieħor fuq il-ħlas li jirċievi
għal dak it-tagħlim jew dik ir-riċerka, sakemm dak il-ħlas jinkiseb minnu minn
għejjun barra minn dak l-Istat l-ieħor. Jekk iż-żjara tkun teċċedi is-sentejn, l-Istat l-
ieħor jista’ jintaxxa lill-individwu taħt il-liġi nazzjonali tiegħu għaż-żmien kollu taż-
żjara, kemm-il darba f’xi każ partikolari l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati ma
jaqblux xort’oħra.
2. Ma għandha tingħata ebda eżenzjoni taħt il-paragrafu 1 dwar xi ħlas
magħmul għal riċerka li ssir għall-benefiċċju ta’ xi persuna li ma tkunx l-istituzzjoni
edukattiva li tkun għamlet l-istedina msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 21
Studenti u apprendisti fil-kummerċ
Kull ħlas li student jew apprendist fil-kummerċ li jkun jew kien minnufih
qabel ma jżur Stat Kontraenti residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor u li jkun preżenti
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA ġ L.S.123.70 13
fl-ewwel imsemmi Stat unikament għall-għan ta’ l-edukazzjoni jew it-taħriġ tiegħu,
jirċievi għall-fini tal-mantniment, l-edukazzjoni jew it-taħriġ tiegħu m’għandux jiġi
intaxxat f’dak l-Istat, sakemm dawk il-ħlasijiet joriġinaw minn għejjun li ma jkunux
f’dak l-Istat.
Artikolu 22
Income ieħor
1. Elementi ta’ income ta’ residenti ta’ Stat Kontraenti, jinqalgħu minn fejn
jinqalgħu, li ma jkunux ittrattati fl-Artikoli ta’ hawn aktar qabel ta’ dan il-Ftehim
għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.
2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal income, li
ma jkunx income minn proprjetà  immobbli kif imfisser fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu
6, jekk min jirċievi dak l-income, għax ikun residenti ta’ Stat Kontraenti, jiġġestixxi
negozju fl-Istat Kontraenti l-ieħor permezz ta’ stabbiliment permanenti li jkun jinsab
f’dak l-Istat, jew iwettaq f’dak Istat l-ieħor servizzi personali indipendenti minn bażi
stabbilita li tkun tinsab hemmhekk, u d-dritt jew il-proprjetà  li dwarhom jitħallas l-
income jkun effettivament konness ma’ dak l-istabbiliment permanenti jew bażi
fissa. F’dak il-każ għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jew ta’ l-
Artikolu 14, skond il-każ.
Artikolu 23
Eliminazzjoni ta’ tassazzjoni doppja
1. Fil-każ tas-Slovenia, it-tassazzjoni doppja għandha tiġi eliminata kif ġej:
Meta residenti jikseb income li, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim,
jista’ jkun intaxxat f’Malta, is-Slovenja għandha tippermetti bħala tnaqqis mit-taxxa
fuq l-income ta’ dak ir-residenti, ammont li jkun daqs it-taxxa fuq l-income mħallsa
f’Malta. Dak it-tnaqqis ma għandux, madankollu, jeċċedi dik il-parti mit-taxxa fuq l-
income hekk kif tiġi komputata qabel ma jingħata t-tnaqqis, li jkun attribbwibbli
għall-income li jista’ jiġi intaxxat f’Malta.
2. Fil-każ ta’ Malta, it-tassazzjoni doppja għandha tiġi eliminata kif ġej:
Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-liġi ta’ Malta dwar li jiġi permess
kreditu fit-taxxa ta’ Malta ghar-rigward tat-taxxa barranija, meta, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, ikun hemm inkluż fi stima li ssir minn Malta
income minn ghejjun ġewwa s-Slovenja, it-taxxa tas-Slovenja fuq dak l-income
ghandha tkun permessa bħala kreditu fit-taxxa ta’ Malta relattiva li titħallas fuqu.
3. Meta skond kull disposizzjoni tal-Ftehim income li jinkiseb minn residenti
ta’ Stat Kontraenti jkun eżenti mit-taxxa f’dak l-Istat, dak l-Istat jista’ madankollu,
fil-kalkolu ta’ l-ammont ta’ taxxa fuq l-income li jifdal ta’ dak ir-residenti, iqis l-
income eżentat.
Artikolu 24
Ebda diskriminazzjoni
1. Iċ-ċittadini ta’ Stat Kontraenti ma għandhomx jiġu assoġġettati fl-Istat
Kontraenti l-ieħor għal xi tassazzjoni jew għal xi ħtieġa li jkunu konnessi ma’ dan li
tkun diversa jew ta’ iktar piż mit-tassazzjoni u ħtiegiet konnessi li għalihom ċittadini
ta’ dak l-Istat l-ieħor fl-istess ċirkostanzi, b’mod partikolari għar-rigward ta’
residenza, huma jew jistgħu jkunu suġġetti. Din id-disposizzjoni għandha, minkejja
d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1, tkun tapplika wkoll għal persuni li ma jkunux
residenti ta’ xi wieħed jew taż-żewġ Stati Kontraenti.
2. L-intaxxar fuq stabbiliment permanenti li impriża ta’ Stat Kontraenti jkollha
14 L.S.123.70 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA
fl-Istat Kontraenti l-ieħor ma għandux jinġabar inqas favorevolment f’dak Istat l-
ieħor mit-tassazzjoni miġbura fuq impriżi ta’ dak l-Istat l-ieħor li jkun qiegħed
iwettaq l-istess ativitajiet. Din id-disposizzjoni ma għandhiex tiftiehem bħala li
tobbliga lil Stat Kontraenti li jikkonċedi lil residenti ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor xi
allowances, ħelsien u tnaqqis personali għall-għanijiet ta’ ta’ tassazzjoni minħabba
fl-istatus ċivili jew responsabbiltajiet familjari li tikkonċedi lir-residenti tagħha.
3. Ħlief fejn id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 9, il-paragrafu 6
ta’ l-Artikolu 11, jew il-paragrafu 6 ta’ l-Artikolu 12 japplikaw, mgħax, royalties u
ħlasijiet oħra li jitħallsu minn impriża ta’ Stat Kontraenti lil residenti ta’ l-Istat
Kontraenti l-ieħor għandhom, għall-għan li jiġu stabbilit x’inhuma l-profitti
taxxabbli ta’ dik l-impriża, jiġu mnaqqsa taħt l-istess kondizzjonijiet bħallikieku
kienu mħallsa residenti ta’ l-ewwel imsemmi Stat.
4. Impriżi ta’ Stat Kontraenti, li l-kapital tagħhom ikun għalkollox jew f’parti
minnu proprjetà  jew taħt il-kontroll, sew dirett sew mhux dirett, minn residenti
wieħed jew iktar ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor, ma jkunux suġġetti fl-Istat l-ewwel
imsemmi għal xi tassazzjoni jew ħtieġa konnessa ma’ dan li tkun xort’oħra jew ta’
iktar piż mit-tassazzjoni u ħtieġiet konnessi li għalihom ikun jew jistgħu jkunu
suġġetti l-impriżi ta’ l-ewwel imsemmi Stat.
5. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw għal taxxi
koperti b’dan il-Ftehim.
Artikolu 25
Proċedura għal ftehim reċiproku
1. Meta persuna jidhrilha li l-azzjonijiet ta’ xi wieħed jew taż-żewġ Stati
Kontraenti jirriżultawlu jew jistgħu jirriżultawlu f’tassazzjoni li ma tkunx skond id-
disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, huwa jista’, irrispettivament mir-rimedji
pprovduti mil-liġi domestika ta’ dawk l-Istati, jippreżenta l-każ tiegħu quddiem l-
awtorità  kompetenti ta’ l-Istat Kontraenti li tiegħu huwa jkun residenti jew, jekk il-
każ tiegħu jkun jaqa’ taħt il-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 24, lil dik ta’ l-Istat
Kontraenti li tiegħu huwa jkun ċittadin. Il-każ għandu jiġi ppreżentat fi żmien tliet
snin minn l-ewwel avviż ta’ l-azzjoni li tirriżulta f’intaxxar li ma jkunx skond id-
disposizzjonijiet tal-Ftehim.
2. L-awtorità  kompetenti għandha tistħarreġ, jekk ikunx jidhrilha li l-
oġġezzjoni tkun ġustifikata u jekk hi nnifisha ma tkunx tista’ tasal għal soluzzjoni
sodisfaċenti, li tirrisolvi l-każ bi ftehim reċiproku ma’ l-awtorità  kompetenti ta’ l-
Istat Kontraenti l-ieħor, bil-għan li tiġi evitata tassazzjoni li ma tkunx skond il-
Ftehim. Meta jintlaħaq ftehim dan għandu jiġi implimentat minkejja kull terminu ta’
żmien fil-liġi domestika ta’ l-Istati Kontraenti.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jistħarrġu kif
jirrisolvu permezz ta’ ftehim reċiproku kull diffikultà  jew dubbju li jista’ jitnissel
dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-Ftehim. Dawn jistgħu wkoll
jikkonsultaw flimkien għall-eliminazzjoni ta’ tassazzjoni doppja f’dawk il-każijiet li
m’hemm xejn provdut dwarhom fil-Ftehim.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti jistgħu jikkomunikaw ma’
xulxin direttament bil-għan li jilħqu ftehim fis-sens tal-paragrafi preċedenti.
Artikolu 26
Skambju ta’ informazzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti għandhom jiskambjaw dik l-
informazzjoni li tista’ tkun meħtieġa għat-twettiq tad-disposizzjonijiet ta’ dan il-
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA ġ L.S.123.70 15
Ftehim jew ta’ l-liġijiet domestiċi ta’ l-Istati Kontraenti għar-rigward ta’ taxxi
koperti bil-Ftehim sakemm l-intaxxar li jsir taħtom ma jkunx kuntrarju għall-Ftehim.
L-iskambju ta’ informazzjoni mhuwiex ristrett bl-Artikolu 1. Kull informazzjoni li
tiġi riċevuta mill-Istat Kontraenti għandha tiġi ttrattata bħala waħda sigrieta bl-istess
mod bħall-informazzjoni miksuba taħt il-liġijiet domestiċi ta’ dak l-Istat u għandha
tiġi żvelata biss lil persuni jew awtoritajiet (inklużi qrati u korpi amministrattivi) li
jkollhom x’jaqsmu ma’ l-istima jew il-ġbir ta’, l-infurzar jew prosekuzzjoni dwar,
jew id-deċizjoni ta’ appelli dwar, it-taxxi koperti bil-Ftehim. Dawk il-persuni jew
awtoritajiet għandhom jużaw dik l-informazzjoni biss għal dawk l-għanijiet. Huma
jistgħu jiżvelaw l-informazzjoni fi proċeduri tal-qorti bil-miftuħ jew f’deċiżjonijiet
ġudizzjarji.
2. F’ebda każ ma għandhom id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 jiftiehmu
bħala li jimponu fuq Stat Kontraenti l-obbligu:
(a) li jwettaq miżuri amministrattivi li ma jkunux jaqblu mal-liġijiet u mal-
prattika amministrattiva ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-ieħor;
(b) li jagħti informazzjoni li ma tkunx tista’ tinkiseb taħt il-liġijiet jew fil-
kors normali ta’ l-amministrazzjoni ta’ dak jew ta’ l-Istat Kontraenti l-
ieħor;
(ċ) li jagħti informazzjoni li tikxef xi sigriet ta’ sengħa, negozju, industrija,
kummerċ jew professjoni jew proċess tal-kummerċ, jew informazzjoni,
li meta tiġi żvelata din tkun tmur kontra l-ordni pubbliku (ordre public).
Artikolu 27
Limitazzjoni ta’ benefiċċji
Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma għandhomx japplikaw għal persuni
li jkunu intitolati għal xi benefiċċju ta’ taxxa speċjali taħt il-liġi ta’ xi wieħed mill-
Istati Kontraenti jew xi liġi sostanzjalment simili li tiġi magħmula sussegwentement
u li tkun identifikata mill-Istati Kontraenti.
Artikolu 28
Membri ta’ Missjonijiet diplomatiċi u karigi konsulari
Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha tolqot il-privileġġi fiskali ta’ membri
ta’ missjonijiet diplomatiċi jew karigi konsulari taħt ir-regoli ġenerali tad-dritt
internazzjonali jew taħt id-disposizzjonijiet ta’ kull ftehim speċjali.
Artikolu 29
Bidu fis-seħħ
1. L-Istati Kontraenti għandhom javżaw lil xulxin, permezz tal-kanali
diplomatiċi, li l-ħtiġiet legali għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim jkunu ġew
imħarsa.
2. Dan il-Ftehim għandu jibda jseħħ tletin jum wara d-data ta’ l-iktar tard mill-
għoti ta’ l-avviżi msemmija fil-paragrafu 1 u d-disposizzjonijiet tiegħu għandu
jkollhom effett:
(a) fis-Slovenja:
għar-rigward ta’ income li jinkiseb f’xi sena fiskali li tibda fi jew wara
l-ewwel jum ta’ Jannar li jiġi minnufih wara s-sena kalendarja meta l-
Ftehim jibda jseħħ;
(b) f’Malta:
għar-rigward ta’ taxxi fuq l-income miksub matul xi sena kalendarja jew
16 L.S.123.70 ħ
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA
żmien ta’ kontijiet, skond il-każ, li jibda fi jew wara l-ewwel jum ta’
Jannar li jiġi minnufih wara d-data meta l-Ftehim jibda jseħħ.
Artikolu 30
Terminazzjoni
Dan il-Ftehim għandu jibqa’ jseħħ għal żmien indefinittiv sakemm jiġi
terminat minn xi Stat Kontraenti. Stat Kontraenti il-wieħed jew l-ieħor jista
jittermina l-Ftehim, permezz tal-kanali diplomatiċi, billi jagħti avviż bil-miktub tat-
terminazzjoni mill-inqas sitt xhur qabel tmiem xi sena kalendarja li tibda wara l-
iskadenza ta’ perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ. F’dak il-każ, il-
Ftehim m jibqax iseħħ:
(a) fis-Slovenja:
għar-rigward ta’ income li jinkiseb f’xi sena fiskali li tibda fi jew wara
l-ewwel jum ta’ Jannar li jiġi minnufih wara s-sena kalendarja meta
jinghata l-avviż ta’ terminazzjoni;
(b) f’Malta:
għar-rigward ta’ taxxi fuq l-income miksub matul xi sena kalendarja jew
żmien ta’ kontijiet, skond il-każ, li jibda fi jew wara l-ewwel jum ta’
Jannar li jiġi minnufih wara d-data meta jinghata l-avviż.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan
mill-Gvernijiet rispettivi tagħhom, iffirmaw dan il-Ftehim.
MAGĦMUL fil-Belt Valletta illum it-8 ta’ Ottubru, 2002, in duplikat fl-
ilsien Ingliż u fl-ilsien Sloven, iż-żewġ testi awtentiċi ndaqs. F’każ ta’ diverġenza
bejn iż-żewġ testi, jipprevalixxi t-test Ingliż.
Għal Malta Għar-Repubblika tas-Slovenja
Joseph Scicluna Samuel Zbogar
Segretarju Permanenti Segretarju għall-Istat
Ministeru tal-Finanzi Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin
PROTOKOLL
Meta sar l-iffirmar tal-Ftehim bejn Malta u r-Repubblika tas-Slovenja ghall-
ħelsien minn taxxa doppja u l-prevenzjoni ta’ evażjoni fiskali dwar taxxi fuq l-
income, is-sottoskritti ftehmu kif ġej:
B’riferenza għall-Artikolu 27:
Huwa miftiehem li fil-każ ta’ Malta il-persuni li huma intitolati ghal
benefiċċju ta’ taxxa speċjali kif imsemmi fl-Artikolu 27 huma dawn li ġejjin:
(a) persuni li jkunu intitolati ghal xi benefiċċju ta’ taxxa speċjali taħt l-Att
dwar l-Awtorità  għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (Kap. 330) ħlief
ghal dawk il-persuni li jaghżlu taħt l-artikolu 41 ta’ dak l-Att li jkunu
soġġetti ghad-disposizzjonijiet normali ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-
Income (Kap. 123) u l-Att ta’ l-1994 dwar l-Amministrazzjoni tat-
Taxxa;
(b) persuni li u li sal-limitu fejn taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Att ta’ l-1973
EŻENZJONI MILL-ĦLAS TA’ TAXXA DOPPJA 
FUQ L-INCOME MAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA ġ L.S.123.70 17
dwar il-Bastimenti Merkantili, ma jkunux soġġetti ghat-taxxa fuq il-
profitti miksuba mit-tħaddim ta’ bastimenti fi traffiku internazzjonali;
(ċ) persuni intitolati ghal xi benefiċċju ta’ taxxa speċjali ghar-rigward ta’
distribuzzjonijiet minn trust bla ħsara ghad-disposizzjonijiet ta’ l-Att
dwar it-Trusts, fil-konsiderazzjoni li trust kif stipulata f’dak l-Att ma
tkunx vestita b’personalità  ġuridika u għalhekk ma tkunx tista’
tibbenefika taħt dan il-Ftehim skond kull jedd li jappartjeni lilha;
(d) persuni intitolati ghal xi benefiċċju ta’ taxxa speċjali taħt xi liġi
sostanzjalment simili maghmula sussegwentement li tkun ikkunsidrata
bi ftehim reċiproku mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Kontraenti
bħala trattament fiskali speċjali fil-kuntest tat-tifsira ta’ l-Artikolu 27
ta’ dan il-Ftehim.
B’XIEHDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif imiss biex jagħmlu dan
mill-Gvernijiet rispettivi tagħhom, iffirmaw dan il-Protokoll.
MAGĦMUL fil-Belt Valletta illum it-8 ta’ Ottubru 2002, in duplikat fl-
ilsien Ingliż u fl-ilsien Sloven, iż-żewġ testi awtentiċi ndaqs. F’każ ta’ diverġenza
bejn iż-żewġ testi, jipprevalixxi t-test Ingliż.
Għal Malta Għar-Repubblika tas-Slovenja
Joseph Scicluna Samuel Zbogar
Segretarju Permanenti Segretarju għall-Istat
Ministeru tal-Finanzi Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin
