KREDITU TA’ TAXXA GĦALL-INVESTIMENT MILL-ĠDID ġ L.S.123.71 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.71
REGOLAMENTI DWAR IL-KREDITU TA’ TAXXA 
GĦALL-INVESTIMENT MILL-ĠDID
22 ta’ Lulju, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 187 ta’ l-2003.
Titolu.
Kreditu ta’ Taxxa għall-Investiment mill-Ġdid.
Tifsir.
tkunx titlob xort’oħra:
''Korporazzjoni'' tfisser l-Istitut magħruf bħala Institute for
Promotion of Small Enterprise Limited;
''Kummissarju'' tfisser il-Kummissarju tat-Taxxi Interni;
''nefqa kwalifikanti'' tfisser in-nefqa ta’ xorta kapitali
esklużivament finanzjata minn profitti eliġibbli, li ssir bħala parti
minn proġett ta’ investiment mill-ġdid eliġibbli kif approvat mill-
Korporazzjoni fil-ksib ta’ impjant u makkinarju li jkun ġdid
fjamant, iżda esklużi vetturi tal-mutur kemm-il darba dawn ma
jkunux vetturi kummerċjali speċjalizzati li jkunu essenzjali għall-
implimentazzjoni tal-proġett:
Iżda l-Korporazzjoni tista’, fid-diskrezzjoni assoluta
tagħha, tapprova nefqa fi ħdan proġett ta’ investiment mill-ġdid
eliġibbli, li ssir fil-kisba ta’:
(a) impjant u makkinarju sekondaman, rinnovat jew
rikondizzjonat;
(b) kull estensjoni għal xi bini industrijali jew struttura
eżistenti, inkluża n-nefqa ta’ art li tifforma parti
integrali minn dik l-estensjoni:
Iżda wkoll dik in-nefqa għandha ssir fuq attiv -
(a) li jintuża għall-ewwel darba f’Malta; u
(b) li dwaru ebda benefiċċju jew inċentiv ta’ taxxa fuq it-
taxxa ta’ l-income tax ma jkun qabel inkiseb taħt xi
liġi oħra li tkun;
''persuna eliġibbli'' tfisser persuna residenti f’Malta li tikseb
profitti eliġibbli li jiġu investit mill-ġdid fi proġett ta’ investiment
mill-ġdid eliġibbli approvat mill-Korporazzjoni u li jkun konformi
mal-ħtiġiet tar-regolament 3;
Kap. 123.
''profitti eliġibbli'' tfisser income li jinkiseb minn xi attività  li ssir
f’Malta u li fuqha titħallas taxxa taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 4(1)(a) l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, hawn iżjed ’il
quddiem imsejjaħ ''l-Att'', u maħduma skond id-disposizzjonijiet ta’
l-Att, u mwarrba għall- iskop esklużiv li jsir il-finanzjament ta’
proġett ta’ investiment mill-ġdid approvat;
''profitti kwalifikanti'' tfisser income li jinkiseb mill-istess
attivita li fiha jkunu nqalgħu profitti eliġibbli, maħdumin skond id-
2 L.S.123.71 ħ KREDITU TA’ TAXXA GĦALL-INVESTIMENT MILL-ĠDID
disposizzjonijiet ta’ l-Att, li jkun meħlus minn kreditu ta’ taxxa li
jingħata għal investiment mill-ġdid;
''proġett ta’ investiment mill-ġdid eliġibbli'' tfisser proġett
approvat mill-Korporazzjoni taħt dawn ir-regolamenti, li dwaru
tkun saret nefqa kwalifikanti u li ssir u tinżamm fl-ambitu tan-
negozju għal mill-inqas sentejn jew għal dak il-perjodu iqsar li l-
Korporazzjoni tista’ tqis adatt minħabba fix-xorta tal-proġett;
''sena bażi'' tfisser is-sena li matulha jkun inqala’ l-profitt
eliġibbli li jiġi investit mill-ġdid u li jiġi sussegwentement dikjarat
fil-prospett ta’ taxxa għas-sena ta’ stima relattiva.
Applikazzjoni u 
eliġibilità .
3. (1) Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għal persuni
eliġibbli li jiksbu profitti eliġibbli f’xi waħda mis-snin ta’ stima
2003 sa 2005 u li jiġu investiti mill-ġdid fi proġett ta’ investiment
mill-ġdid eliġibbli fi żmien tliet snin minn tmiem is-sena bażi.
(2) Sabiex tkun tista’ tikkwalifika għall-benefiċċji taħt dawn
ir-regolamenti, persuna kien imissha fis-sena bażi:
(i) kellha turnover ta’ mhux iżjed minn Lm250,000,
u
(ii) kellha milli-inqas żewġ impjegati iżda mhux
iżjed minn ħamsa li minnhom mill-inqas tnejn
kienu impjegati full time, u
L.S. 372.14 (iii) kienet reġistrata bħala FSS payor taħt ir-Regoli
tal-Final Settlement System (FSS):
Iżda fil-każ ta’ kumpannija li tipprepara l-kontijiet
finanzjarji tagħha f’munita li ma tkunx dik ta’ liri ta’ Malta, it-
turnover għandu jiġi konvertit f’liri ta’ Malta billi ssir riferenza
għar-rata ta’ kambju tan-nofs kif stabbilita mill-Bank Ċentrali ta’
Malta.
(3) Persuna li tkun bi ħsiebha tibbenefika mill-inċentiva
provduta b’dawn ir-regolamenti, għandha, sa mhux iżjed tard minn
xahar wara d-data tal-prospett ta’ taxxa relattiv, tavża lill-
Korporazzjoni b’dik l-intenzjoni tagħha għal kull sena bażi
permezz ta’ ittra ta’ applikazzjoni fejn tiġi speċifikata dik l-
intenzjoni u jiġu provduti dawn id-dettalji li ġejjin:
(i) l-isem tal-persuna, l-indirizz, in-numru ta’
reġistrazzjoni tat-taxxa fuq l-income u n-numru
ta’ min iħaddem;
(ii) il-profitt dikjarat għas-sena bażi;
(iii) l-ammont ta’ profitti eliġibbli li għandhom
jitwarrbu bil-għan ta’ investiment mill-ġdid;
(iv) it-turnover għas-sena bażi;
(v) l-għadd ta’ impjegati imqabbda jagħmlu dak ix-
xogħol matul is-sena, b’distinzjoni bejn dawk
part-time u full-time;
(vi) il-perjodu li matulu għandu jsir l-investiment
mill-ġdid;
(vii) id-dettalji tal-proġett ta’ investiment mill-ġdid,
bi breakdown ta’ l-intestaturi prinċipali ta’ nfiq;
KREDITU TA’ TAXXA GĦALL-INVESTIMENT MILL-ĠDID ġ L.S.123.71 3
(viii) ċertifikat maħruġ minn certified public
accountant and auditor fejn jiġi kkonfermat li l-
proġett ta’ investiment mill-ġdid ikun wieħed
vijabbli, li l-ispejjeż involuti jkunu raġonevoli u
ġusti skond il-valuri tas-suq, u li l-investiment
mill-ġdid ikollu l-kapaċità  li jespandi n-negozju:
Iżda persuna li tonqos milli tavża lill-Korporazzjoni bil-
miktub dwar l-intenzjoni li tapplika għal-inċentiva provduta b’dan
ir-regolament, titlef il-jedd li tkun eliġibbli għall-benefiċċju:
Iżda wkoll li għas-sena ta’ stima 2003, dan l-avviż għandu
jasal għand il-Korporazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru
2003.
(4) Meta l-Korporazzjoni tkun sodisfatta bl-applikazzjoni
msemmija f’dan ir-regolament, hija għandha toħroġ ċertifikat li
jkun jindika l-ammont ta’ profitti eliġibbli approvat għall-
investiment mill-ġdid.
Kreditu ta’ taxxa 
għal investit mill-
ġdid.
4. (1) Meta l-Korporazzjoni jkun jidhrilha li profitti eliġibbli
miksuba minn persuna eliġibbli jkunu twarrbu għall-iskop esklużiv
tal-finanzjament ta’ xi proġett ta’ investiment mill-ġdid eliġibbli
skond ma jkun dan ġie approvat mill-Korporazzjoni, u li l-profitti
eliġibbli jew parti minnhom jkunu fil-fatt intużaw għal dak l-iskop,
il-Korporazzjoni għandha toħroġ ċertifikat li jkun juri li kien hemm
konformita u meta jsir dan il-persuna jkollha jedd għall-benefiċċju
taħt is-subregolament (2).
(2) Il-benefiċċju disponibbli taħt dawn ir-regolamenti jkun fl-
għamla ta’ kreditu ta’ taxxa għal investiment mill-ġdid ekwivalenti
għat-taxxa li għandha titħallas fuq dik il-parti mill-profitti eliġibbli
li jiġu investiti mill-ġdid fi proġett approvat abbażi ta’ din il-
formola li ġejja:
taxxa fuq l-income totali għas-sena bażi
nieqsa
t-taxxa fuq l-income totali wara li tiġi eskluża dik il-
parti tal-profitti eliġibbli għall-istess sena bażi li tkun
qegħda tiġi investita mill-ġdid, maħduma bir-rati li
japplikaw għas-sena bażi.
(3) Persuna li tkun intitolata għal kreditu ta’ taxxa dwar
investiment mill-ġdid għar-rigward ta’ xi sena ta’ stima jkollha
jedd tnaqqas mill-ammont ta’ taxxa li jkun dovut fuq profitti
kwalifikanti għal dik is-sena ta’ stima l-ammont ta’ kreditu ta’
taxxa dwar investiment mill-ġdid, maħdum bħala proporzjon tan-
nefqa kwalifikanti għall-profitti eliġibbli li jitqiesu bħala investiti
mill-ġdid u moltiplikat bil-jedd għall-ogħla kreditu ta’ taxxa
miksub billi tiġi applikata l-formola fis-subregolament (2).
(4) (a) Meta l-kreditu ta’ taxxa dwar investiment mill-ġdid
għal xi sena ta’ stima jeċċedi t-taxxa li għandha
titħallas minn dik il-persuna għal dik is-sena, l-eċċess
għandu jiżdied mal-kreditu ta’ taxxa dwar investiment
mill-ġdid, jekk ikun hemm, għas-sena li tiġi minnufih
wara:
4 L.S.123.71 ħ KREDITU TA’ TAXXA GĦALL-INVESTIMENT MILL-ĠDID
Iżda daqstant mill-kreditu ta’ taxxa dwar
investiment mill-ġdid li ma jiġix hekk utilizzat fi
tmiem xi sena għandu jiżdied għas-sena li tiġi
minnufih wara sas-sena ta’ stima 2010 u ma tistax issir
tpaċija tiegħu mat-taxxa dovuta fuq kull għajn oħra ta’
income jew sabiex jiġi ġenerat xi rimbors ta’ taxxa.
(b) Il-kreditu ta’ taxxa dwar investiment mill-ġdid għandu
biss jitnaqqas mit-taxxa dovuta fuq profitti
kwalifikanti mill-istess għajn tal-profitti eliġibbli u
għall-iskop ta’ dan is-subregolament, profitti
kwalifikanti jitqiesu bħala l-aħħar parti mill-income
totali.
(ċ) Il-kreditu ta’ taxxa dwar investiment mill-ġdid mogħti
taħt dawn ir-regolamenti ma għandux ikun permess
jekk il-profitti eliġibbli ma jkunux ġew investiti mill-
ġdid, ukoll jekk dawk il-profitti jkunu twarrbu għal
investiment mill-ġdid taħt proġett ta’ investiment mill-
ġdid eliġibbli.
(5) Meta persuna tkun ibbenefikat mid-disposizzjonijiet ta’ dan
ir-regolament, il-kreditu ta’ taxxa dwar investiment mill-ġdid għal
xi sena ta’ stima għandu jitqies li jkun ħeles mit-taxxa daqstant
mill-profitti kwalifikanti għas-sena li meta jiġu moltiplikati bir-rata
jew bir-rati ta’ taxxa li biha kienu qegħdin jitħallsu f’dik is-sena,
ikunu daqs il-kreditu ta’ taxxa dwar investiment mill-ġdid.
(6) L-income li għandu jitħallas li jitqies li jkun inħeles mit-
taxxa skond is-subregolament (4), għandu, għall-iskopijiet ta’ l-Att,
jinżamm fin-negozju għal mill-inqas sa tmiem is-sena ta’ stima
2009, u:
(a) fil-każ ta’ xi individwu dan għandu jkun inkluż fil-
kont kapitali u kull ċaqlieq f’dak il-kont għandu jiġi
żvelat permezz ta’ nota li ssir mad-dikjarazzjonijiet
finanzjarji verifikati;
(b) fil-każ ta’ kumpannija b’responsabbiltà  limitata dan
għandu jiġi żvelat separatament fid-dikjarazzjonijiet
finanzjarji verifikati f’riserva intitolata ''Riserva għal
Investiment mill-ġdid''.
(7) (a) Fil-każ ta’ kumpannija b’responsabbiltà  limitata l-
income kwalifikanti li jitqies li jkun ġie meħlus mit-
taxxa jiġi allokat fil-Kont ta’ Taxxa ta’ Malta u, meta
jsir it-tqassim, dan għandu jiġi eżentat mit-taxxa
f’idejn azzjonisti sa l-aħħar nett mill-azzjonisti.
(b) Il-kumpannija għandha tiddikjara fid-dividend warrant
li jkollu x’jaqsam ma’ xi tqassim bħal dak li dak l-
income ikun inħeles minn kreditu ta’ taxxa dwar
investiment mill-ġdid skond dawn ir-regolamenti, u li
t-taxxa li tkun hekk ġiet meħlusa ma kienet se tkun
disponibbli għal xi rimbors għal ebda skop ta’ l-Att.
(8) Meta l-benefiċċju provdut b’dawn ir-regolamenti ikun
dovut għal xi soċjeta, kull benefiċċju bħal dak ikun dovut lis-soċji
ta’ soċjetà  bħal dik:
KREDITU TA’ TAXXA GĦALL-INVESTIMENT MILL-ĠDID ġ L.S.123.71 5
Iżda l-kreditu ta’ taxxa dwar investiment mill-ġdid jiġi
maħdum separatament għal kull soċju fuq is-sehem ta’ profitt
kwalifikanti attribwibbli lil dak is-soċju bil-mod stipulat fis-
subregolament (4).
Ċertifikat ta’ 
konformità .
5. (1) Persuna li tkun tixtieq titlob kreditu ta’ taxxa dwar
investiment mill-ġdid għal xi sena ta’ stima, għandha tippreżenta
lill-Korporazzjoni, sa mhux iżjed tard minn tliet xhur qabel id-data
ta’ meta jrid jintbagħat il-prospett tat-taxxa, applikazzjoni bil-
miktub sostenuta b’dikjarazzjonijiet finanzjarji verifikati u b’kull
prova oħra dokumentarja li tista’ tiġi hekk mitluba mill-
Korporazzjoni.
(2) Kull applikazzjoni li tkun meħtieġa li tiġi ppreżentata lill-
Korporazzjoni sabiex jinkiseb benefiċċju minn dawn ir-regolamenti
għandha tkun f’dik l-għamla u jkun fiha dawk il-partikolaritajiet li
l-istess Korporazzjoni tista’ teħtieġ.
(3) Meta l-Korporazzjoni tkun sodisfatta li saru l-preżentati
msemmija f’dan ir-regolament u fi żmien sittin ġurnata minn meta
taslilha kull informazzjoni rilevanti li setgħet tkun talbet, hija
għandha toħroġ ċertifikat ta’ Konformita fejn jiġi kkonfermat li d-
disposizzjonijiet kollha ta’ dawn ir-regolamenti jkunu ġew imħarsa.
(4) Meta l-Korporazzjoni tagħti l-approvazzjoni tagħha għal xi
skop taħt dawn ir-regolamenti, hija għandha tikkonferma l-
approvazzjoni tagħha bil-miktub hekk li tistipula l-kondizzjonijiet
li għandhom jiġu sodisfatti mill-persuna, u l-jedd tal-persuna għall-
benefiċċju provdut b’dawn ir-regolamenti għandu jkollu bħala
kondizzjoni l-produzzjoni ta’ dik l-approvazzjoni bil-miktub.
(5) Il-Korporazzjoni għandha tgħaddi lid-Dipartiment tat-Taxxi
Interni kopji ta’ ċertifikati u approvazzjonijiet maħruġin taħt id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
Eżami ta’ records.
il-Korporazzjoni tista’:
(i) minn żmien għal żmien tagħmel kull tali eżami
ta’ kotba u dokumenti, tispezzjona fondi fuq il-
post u fuq kull tali ħaġa u affari oħra ta’ dik il-
persuna skond ma jista’ jkun meħtieġ sabiex jiġi
żgurat li l-benefiċċju jkun qed jiġi applikat għal
dak l-iskop li jkun inħoloq għalih; u
(ii) titlob dawk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji mill-
persuna bħalma tista’ teħtieġ, sabiex dawn jiġu
ppreżentati kull erba’ xhur jew f’perjodi iqsar
fid-diskrezzjoni tal-Korporazzjoni.
(b) Meta l-Korporazzjoni ma tkunx sodisfatta li persuna
eliġibbli tkun qegħda tuża l-benefiċċju għall-iskop
intiż jew tkun naqset milli twettaq xi kondizzjoni taħt
dawn ir-regolamenti, dik il-persuna għandha minnufih
titlef il-jedd għall-benefiċċju.
Kondizzjonijiet 
ulterjuri.
7. Għandhom ukoll jitwettqu dawn il-kondizzjonijiet ulterjuri
li ġejjin biex ikun hemm eliġibilita għall-benefiċċju taħt dawn ir-
regolamenti:
6 L.S.123.71 ħ KREDITU TA’ TAXXA GĦALL-INVESTIMENT MILL-ĠDID
L.S. 372.22
(a) il-prospett ta’ taxxa flimkien mad-dikjarazzjonijiet
finanzjarji verifikati li jinkorporaw il-kodiċijiet TIFD
kif stipulati fir-Regoli dwar Indiċi tat-Taxxa dwar
Informazzjoni Finanzjarja, għandhom jiġu ppreżentati
lill-Kummissarju sad-data tal-prospett ta’ taxxa
relattiv għal kull sena ta’ stima li tibda mis-sena bażi u
għal kull sena konsekuttiva sussegwenti li matulha
kreditu ta’ taxxa dwar investiment mill-ġdid ikun
disponibbli irrispettivament minn jekk jiġix użat jew
le;
(b) ebda benefiċċju ieħor ma jkun qed jiġi mitlub jew
jista’ sussegwentement jiġi mitlub minn persuna dwar
l-istess attività  jew proġett taħt xi leġislazzjoni oħra li
tkun qed tagħti skemi ta’ inċentiva fiskali;
(ċ) kull passiv ta’ taxxa inklużi ammonti dovuti għar-
rigward ta’ taxxa FSS kif ukoll għal kontribuzzjonijiet
tas-sigurtà  soċjali dovuti sa meta ssir l-applikazzjoni,
ħlief għal xi taxxa li jista’ jkun għad hemm tilwima
fuqha, għandu jkun ġie mħallas jew ikun qed jiġi
imħallas skond ftehim formali li jiġi abbozzat mill-
Kummissarju.
Poter tal-
Kummissarju.
Kap. 318.
8. Minkejja d-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-
regolamenti, il-Kummissarju jkollu l-jedd li ma jippermetti ebda
kreditu ta’ taxxa dwar investimenti mill-ġdid jekk isir xi nuqqas
mill-applikant għar-rigward ta’ xi disposizzjoni ta’ l-Att jew ta’ l-
Att dwar is-Sigurtà  Soċjali.
