FINANCIAL INTERMEDIARY AWTORIZZAT
(INCOME MINN INVESTIMENT) ġ L.S.123.73 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 123.73
REGOLAMENTI DWAR FINANCIAL 
INTERMEDIARY AWTORIZZAT (INCOME MINN 
INVESTIMENT)
19 ta’ Diċembru, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 404 ta’ l-2003.
Titolu.
Financial Intermediary Awtorizzat (Income minn Investiment).
Tifsiriet.
''l-Att'' tfisser l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income;
L.S. 123.51
''financial intermediary awtorizzat'' tfisser, għall-għanijiet ta’
dawn ir-regolamenti, persuna li tkun reġistrata bħala financial
intermediary awtorizzat għall-iskopijiet tar-Regolamenti dwar
Skemi ta’ Investiment Kollettiv (Income minn Investiment);
''income minn investiment'' għandha t-tifsira mogħtija lilha fl-
artikolu 41 ta’ l-Att;
''disposizzjonijiet dwar income minn investiment'' għandha t-
tifsira mogħtija lilha fl-artikolu 32 ta’ l-Att.
Żmien biex 
tinġabar u titħallas 
it-taxxa.
L.S. 123.51
3. Minkejja kull ħaġa oħra għall-kuntrarju li tinsab fid-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 33 ta’ l-Att u sakemm ma jkunx
provdut b’mod ieħor fir-Regolamenti dwar Skemi ta’ Investiment
Kollettiv (Income minn Investiment), meta pagament ta’ income
minn investiment isir permezz ta’ financial intermediary awtorizzat
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 41A(ċ)(ii) ta’ l-Att,
financial intermediary awtorizzat jista’ jiġbor it-taxxa u jħallas it-
taxxa hekk miġbura mhux aktar tard mit-tletin ta’ April li jaħbat
wara s-sena li fiha jkun sar il-pagament ta’ income minn
investiment.
