TNEĦĦIJA TA’ MOBBLI MINN 
BINI REKWIŻIZZJONAT ġ L.S.125.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 125.01
REGOLAMENTI DWAR IT-TNEĦĦIJA TA’ MOBBLI 
MINN BINI REKWIŻIZZJONAT
20 ta’ Marzu, 1990
L-AVVIŻ LEGALI 40 ta’ l-1990.
Titolu.
Tneħħija ta’ Mobbli minn Bini Rekwiżizzjonat.
Tifsir.
ma teħtieġx xort’oħra -
Kap. 125.
"Direttur" tfisser id-Direttur għall-Akkomodazzjoni Soċjali; u
"mobbli" tfisser għamara jew ħwejjeġ oħra, kollha kemm huma
jew biċċa minnhom, li jinsabu f’bini rekwiżizzjonat bis-saħħa ta’
dan l-Att; jew li jitneħħew minnu.
Tneħħija ta’ 
mobbli.
3. (a) Id-Direttur jista’ jordna l-bejgħ ta’ mobbli fil-każ - 
(i) meta jkunu skadew tliet xhur jew iktar mid-data
tal-ġarr, jew tal-ħażna alternattiva, tal-mobbli
skond l-artikolu 3(7) ta’ l-Att, u r-
rekwiżizzjonat ikun naqas li jikkonforma ruħu
ma’ talba li ssirlu mid-Direttur permezz ta’ ittra
uffiċjali sabiex fi żmien ħmistax-il jum minn
notifika ta’ l-ittra uffiċjali, ir-rekwiżizzjonat
jieħu lura dawk il-mobbli; jew
(ii) meta jkunu skadew sitt xhur jew iktar mid-data
tal-ġarr u ħażna tal-mobbli skond l-artikolu 3(8)
ta’ l-Att, u ħadd ma jinstab li għandu l-jedd
dirett li jgħammar fil-bini rekwiżizzjonat, jew il-
prokuratur tiegħu jew min jidher għalih, fi żmien
xahar mid-data tal-pubblikazzjoni mid-Direttur
fil-Gazzetta u fi tliet ġurnali lokali ta’ avviż li
bih isejjaħ lil xi wieħed jew iktar minn dawk il-
persuni msemmija qabel sabiex jieħdu lura dawk
il-mobbli; jew
(iii) ta’ dawk il-mobbli li setgħu inġarrew u nħażnu
skond l-artikolu 3(7) u (8) ta’ l-Att, u fid-data
tad-dħul fis-seħħ ta’ dawn ir-Regolamenti jkunu
għadhom ma ttieħdux lura mill-persuni
konċernati, fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni
ta’ avviż mid-Direttur fil-Gazzetta u fi tliet
ġurnali lokali, li bih isejjaħ lil dawk il-persuni
sabiex jieħdu lura dawk il-mobbli wara li jġibu
prova suffiċjenti tat-titolu tagħhom dwar dawk
il-mobbli jew iġibu dik il-garanzija li d-Direttur
iqis suffiċjenti, li tkun ta’ indennizz għalih
kontra kull talba li jkollha x’taqsam mat-teħid
lura ta’ dawk il-mobbli minn dawk il-persuni,
2 L.S.125.01 ħ
TNEĦĦIJA TA’ MOBBLI MINN 
BINI REKWIŻIZZJONAT
u d-Direttur jista’ jutilizza l-qligħ li jsir l-ewwel
sabiex jikkumpensa kull dritt dovut lid-Dipartiment
għall-ġarr jew ħażna, u sussegwentement sabiex
jirrifondi kull bilanċ li jifdal favur dawk il-persuni li
kien ikollhom jedd li jieħdu lura il-mobbli.
(b) Kull bejgħ li jsir skond id-disposizzjonijiet tal-
paragrafu ta’ qabel dan għandu jsir jew b’irkant
pubbliku jew wara sejħa għall-offerti.
(ċ) Dawk il-mobbli li jibqgħu ma jinbiegħux wara li jkunu
tqegħdu għall-bejgħ jew b’irkant pubbliku jew wara
sejħa għall-offerta, għandhom jitneħħew mid-Direttur
fid-diskrezzjoni tiegħu wara li jkun, flimkien ma’
rappreżentant ta’ l-Accountant General, fittex li jikseb
l-aħjar valur fi flus likwidi, jekk dan ikun jista’ jsir fiċ-
ċirkostanzi, għal dawk il-mobbIi u sakemm inżamm
notament tal-proċedimenti kollha mittieħda dwar kull
partita partikolari ta’ mobbli li jitneħħew.
Drittijiet li jitħallsu 
għall-hażna.
4. Meta tkun twettqet ordni ta’ rekwiżizzjoni li tkun tinvolvi
l-ġarr u l-ħażna ta’ xi mobbli skond l-artikolu 3(7), (8) u (9) ta’ l-
Att, dak il-ġarr u dik il-ħażna għandhom jitħallsu esklusivament
mir-rekwiżizzjonat, il-prokuratur tiegħu jew min jidher għalih, bir-
rata fis-sena ta’ lira u ħamsin ċenteżmu għal kull metru kwadru ta’
spazju jew parti minnu, okkupat mill-mobbli maħżuna u suġġett
għal ħlas minimu ta’ ħames liri.
