PROĊEDURI  ġ L.S.128.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 128.02
REGOLAMENTI DWAR PROĊEDURI 
1 ta’ Marzu, 1991
L-AVVIŻ LEGALI 18 ta’ l-1991, kif emendat bl-Avviżi Legali 117 ta’ l-
1991 u 136 ta’ l-2001.
Titolu.
Proċeduri.
Tifsir.
Sostitwit:
A.L. 136 ta’ l-
2001.
2. F’dawn ir-regolamenti, "liċenza" tfisser liċenza biex f’xi
post tagħmel jew iżżomm workshop, jew tiġġestixxi kummerċ jew
negozju.
Bord ta’ Pariri 
dwar Liċenzi tal-
Pulizija.
Emendat:
A.L. 117 ta’ l-1991.
3. (1) Għandu jkun hemm Bord ta’ Pariri dwar Liċenzi tal-
Pulizija, hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dawn ir-Regolamenti
msejjaħ "il-Bord", sabiex jagħti pariri lill-Kummissarju tal-Pulizija
fuq l-applikazzjonijiet kollha dwar l-għoti, tiġdid u trasferimenti
ta’ liċenzi.
(2) Il-Bord ikun kompost minn president u żewġ membri li
jinħatru għal dak il-għan mill-Ministru responsabbli għall-Pulizija
għal żmien sena.
Il-Bord jisma ukoll 
lil persuna 
interessata.
4. Meta applikazzjoni għall-għoti, tiġdid jew trasferiment ta’
liċenza tkun ġiet kontestata minn xi persuna oħra li jkollha interess,
il-Bord għandu jżomm seduta sabiex jisma bil-ġurament kemm lill-
applikant u lill-persuna li jkollha interess, flimkien ma’ kull xhud li
jista’ jenħtieġ.
Pariri lill-
Kummissarju tal-
Pulizija.
5. (1) Il-Bord għandu jagħti l-parir tiegħu bil-miktub lill-
Kummissarju tal-Pulizija dwar l-għoti, tiġdid jew trasferiment ta’
liċenza hekk kif jidhirlu xieraq, u jista’ ukoll jagħti parir dwar it-
tqegħid ta’ kundizzjonijiet partikolari għal xi liċenza.
(2) Kopja ta’ parir kif imsemmi fis-sub-regolament (1) ta’ dan
ir-regolament għandha tingħata minnufih malli tintalab lil applikant
jew lil persuna interessata fil-każ.
Tribunal ta’ 
Appelli dwar 
Liċenzi tal-
Pulizija.
6. (1) Għandu jkun hemm Tribunal ta’ Appelli dwar Liċenzi
tal-Pulizija, hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dawn ir-Regolamenti
msejjaħ "it-Tribunal", sabiex jisma u jaqta’ l-parir finali li għandu
jingħata lill-Kummissarju tal-Pulizija dwar id-deċiżjoni ta’ qabel li
l-istess Kummissarju jkun għamel dwar l-għoti, tiġdid, trasferiment
jew taħsir ta’ liċenzi.
(2) It-Tribunal ikun kompost minn president u żewġ assessuri
li jinħatru għal dak il-għan mill-Ministru responsabbli għall-
Pulizija għal żmien sentejn.
(3) It-Tribunal jisma appelli preżentati minn kull -
(a) applikant li jikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissarju
tal-Pulizija li tirrifjutalu jew tikkondizzjonalu l-għoti,
tiġdid jew trasferiment ta’ liċenza, jew li tħassarlu
liċenza; u
(b) persuna interessata li tkun qabel ressqet l-ilmenti
2 L.S.128.02 ħ PROĊEDURI 
tagħha quddiem il-Bord skond ir-regolament 4 u li
tikkontesta l-għoti, tiġdid jew trasferiment ta’ liċenza.
Il-Bord u t-
Tribunal jirregolaw 
il-proċedura 
tagħhom.
7. Il-Bord ta’ Pariri dwar Liċenzi tal-Pulizija u t-Tribunal ta’
Appelli dwar Liċenzi tal-Pulizija għandhom jirregolaw il-proċedura
tagħhom stess.
Termini ta’ l-
appell.
8. Appell minn deċiżjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija
mogħtija wara li l-Bord ikun ta l-parir tiegħu skond ir-regolament 5
jista’ jinġieb quddiem it-Tribunal permezz ta’ ittra ndirizzata lill-
president tiegħu fil-Headquarters tal-Pulizija, Floriana, fi żmien
wieħed u għoxrin jum minn notifika tad-deċiżjoni tal-Kummissarju
tal-Pulizija lill-applikant jew lill-persuna interessata skond il-każ.
Sejħa tax-xhieda u 
għoti ta’ 
ġuramenti.
Miżjud:
A.L. 117 ta’ l-1991.
9. (1) Sew il-Bord kif ukoll it-Tribunal ikollhom is-setgħa, li
tiġi eżerċitata permezz tal-president tagħhom -
(a) li jħarrku xhieda li għandhom jinstemgħu bil-
ġurament;
(b) li jagħtu l-ġurament lil kull xhud u lil kull persuna li
jkollhom x’jaqsmu fil-każ, u jenħtieġuhom li jixhdu.
(2) Taħrika għall-attendenza tax-xhieda tista’ ssir f’dik il-
forma li tkun xierqa fil-każ, u għandha tkun iffirmata mill-
President tal-Bord jew tat-Tribunal, skond il-każ.
