PROTEZZJONI TAD-DRITTIJIET 
TA’ L-AWTUR ġ L.S.128.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 128.03
REGOLAMENTI DWAR PROTEZZJONI TAD-
DRITTIJIET TA’ L-AWTUR
1 ta’ Jannar, 1993
L-AVVIŻ LEGALI 120 ta’ l-1992.
Titolu.
Protezzjoni tad-Drittijiet ta’ l-Awtur.
Kondizzjoni 
ġenerali ta’ liċenzi.
2. (1) Kull liċenza -
(a) għall-ftuħ jew żamma ta’ xi ħanut għall-bejgħ ta’ xi
oġġetti jew merkanzija, sew bl-ingrossa kemm bl-
imnut;
(b) għall-ftuħ jew żamma ta’ xi ħanut għall-eżerċizzju fih
ta’ xi arti jew sengħa;
(ċ) għall-eżerċizzju tal-mestier ta’ bejjiegħ fit-toroq;
(d) għaż-żamma f’xi fond ta’ xi aġenzija dwar djar jew
vjaġġi jew dwar xi xorta ta’ sengħa, negozju jew
kummerċ; jew
(e) għall-eżerċizzju fit-triq ta’ xi sengħa, negozju jew
xogħol,
għandha tinħareġ, tiġi mġedda jew trasferita bla ħsara għall-
kondizzjoni li d-detentur tal-liċenza ma għandux -
(i) għal qligħ jew bi skop ta’ kummerċ, jistampa,
jimmanifattura, jidduplika jew mod ieħor
jirriproduċi jew jikkopja, jew ibiegħ, iqassam
jew mod ieħor joffri għall-bejgħ jew biex
jitqassam minn jew fil-fond kopert bil-liċenza,
jew bħala parti mill-attività  koperta b’dik il-
liċenza, xi artikolu jew xi ħaġa oħra bi ksur tal-
jeddijiet li joħorġu mid-drittijiet ta’ l-awtur li
jkollha persuna oħra u protetti bil-liġi ta’ Malta
jew taħtha;
(ii) jittollera jew iħalli lil xi persuna tagħmel xi att
jew xi ħaġa, kif jingħad fis-sub-paragrafu (i),
minn jew fil-fond kopert bil-liċenza, jew bħala
parti mill-attività  koperta b’dik il-liċenza; jew
(iii) jiftiehem jew jittenta li jagħmel, jew jgħin,
iħajjar, jagħti parir jew jipprokura lil xi persuna
oħra biex tagħmel, xi att jew xi ħaġa kif jingħad
fis-sub-paragrafi (i) u (ii).
(2) Kull detentur ta’ liċenza li jikser jew jonqos li jħares il-
kundizzjoni mniżżla fis-sub-regolament (1) għandu, għall-finijiet
ta’ kull liġi applikabbli dwar xi waħda mill-attivitajiet imsemmija
fil-paragrafi (a) sa (e) ta’ l-imsemmi sub-regolament (1), jitqies li
jkun qed jaġixxi mingħajr il-liċenza xierqa, u barra minn hekk l-
imsemmija liċenza tiskadi awtomatikament ma’ dak il-ksur jew
nuqqas:
2 L.S.128.03 ħ
PROTEZZJONI TAD-DRITTIJIET 
TA’ L-AWTUR
Iżda l-Pulizija ma għandha tieħu ebda azzjoni
amministrattiva jew azzjoni oħra fuq il-bażi ta’ l-iskadenza
awtomatika hawn fuq imsemmija qabel ma l-fatt li jikkostitwixxi l-
ksur jew nuqqas ikun ġie stabbilit bi jew f’xi deċiżjoni finali ta’
qorti.
