PROĊEDURI GĦALL-KSIB TA’ LIĊENZI TAL-PULIZIJA ġ L.S.128.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 128.04
REGOLAMENTI DWAR PROĊEDURI GĦALL-KSIB 
TA’ LIĊENZI TAL-PULIZIJA
1 ta’ Ġunju, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 93 ta’ l-2000.
Titolu.
Proċeduri għall-Ksib ta’ Liċenzi tal-Pulizija.
Tifsir. 
Kap. 128.
2.  F'dawn ir-Regolamenti, "liċenza" għandha l-istess tifsira
bħalma tingħatalha fl-artikolu 2 ta’ 1-Att dwar il-Liċenzi tal-
Pulizija.
Konsultazzjoni 
mill-Kummissarju 
tal-Pulizija ma’ 
dipartimenti, 
aġenziji tal-Gvern.
3. Meta l-Kummissarju tal-Pulizija jkun qiegħed jipproċessa
applikazzjoni għal xi liċenza, huwa għandu, meta dan ikun
japplika, jitlob u jikseb l-opinjonijiet ta’ dipartimenti jew aġenziji
tal-Gvern bil-għan li jaċċerta ruħu dwar jekk ikunx hemm xi
oġġezzjoni daparti tagħhom għall-applikazzjoni u sabiex
jippreskrivu, meta dan ikun meħtieġ, il-kondizzjonijiet li taħthom
dawk il-liċenzi jew xi klassi waħda jew iktar minnhom jistgħu
jingħataw, jiġġeddu, jiġu trasferiti jew jitħassru.
Dipartiment, 
aġenziji tal-Gvern 
għandhom iwieġbu 
fiż-żmien stipulat.
4.  Dipartimenti jew aġenziji tal-Gvern għandhom iwieġbu
bil-miktub lill-Kummissarju tal-Pulizija sa mhux iktar tard minn
tletin jum minn meta taslilhom talba bħal dik mingħand il-
Kummissarju. Jekk jonqsu milli jagħmlu dan, dawk id-dipartimenti
jew aġenziji tal-Gvern għandhom jitqiesu bħala li ma għandhom
ebda oġġezzjoni għall-applikazzjoni.
Estensjoni taż-
żmien stipulat 
f’ċirkostanzi 
speċjali.
5. Dipartimenti jew aġenziji tal-Gvern jistgħu f’ċirkostanzi
speċjali jaraw kif jakkwistaw mingħand il-Kummissarju tal-Pulizija
estensjoni taż-żmien stipulat imsemmi fir-regolament 4 u jekk il-
Kummissarju jkun sodisfatt li dik it-talba tkun waħda ġustifikata,
huwa jista’ jikkonċedi estensjoni ta’ mhux iktar minn tletin
ġurnata, jew dak il-perjodu ieħor ta’ estensjoni hekk kif huwa jista’
jqis meħtieġ f’każijiet partikolari wara li jikkonsulta lid-
Dipartiment jew aġenzija involuti.
L-applikanti 
għandhom iwieġbu 
fiż-żmien stipulat.
6.  Meta applikant għal liċenza jonqos milli jwieġeb għal xi
talba ta’ informazzjoni li ssirlu mill-Kummissarju tal-Pulizija jew
minn dipartiment jew aġenzija tal-Gvern jew inkella jonqos milli
jħares xi kondizzjoni li tiġi imposta fuqu mill-Kummissarju tal-
Pulizija jew minn dipartiment jew aġenzija tal-Gvern fi żmien
stipulat speċifiku, 1-applikazzjoni tiegħu għandha titqies bħala li
tkun ġiet irtirata u 1-Kummissarju tal-Pulizija ma għandux f’dawk
iċ-ċirkostanzi jibqa’ jittratta dik 1-applikazzjoni.
