LIĊENZI TA’ AĠENTI TAL-KUMMERĊ ġ L.S.13.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 13.01
REGOLAMENTI DWAR IL-LIĊENZI 
TA’ AĠENTI TAL-KUMMERĊ
1 ta’ Jannar, 1989
L-AVVIŻ LEGALI 115 ta’ l-1988.
Titolu.
Liċenzi ta’ Aġenti tal-Kummerċ.
Tifsir.
Kap. 13.
"il-Kunsill" tfisser il-Kunsill tal-Kamra tal-Kummerċ.
Dritt li għandu 
jitħallas.
3. Id-dritt li għandu jitfħallas lill-Kunsill għall-liċenza biex
wieħed jaġixxi ta’ Aġent tal-Kummerċ skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 71 tal-Kodiċi, huwa -
(i) Lm10 li għandhom jitħallsu qabel jew mwta
tingħata l-liċenza; u mbagħad wara
(ii) Lm10 (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħin "id-
dritt ta’ kull sena") li għandhom jitħallsu kull
sena fl-l ta’ Jannar matul iż-żmien li ddum
isseħħ il-liċenza.
Nuqqas ta’ ħlas ta’ 
dritt.
4. Jekk dritt ta’ kull sena, li għandu jitħallas kull sena fl-1 ta’
Jannar, ma jitħallasx sa l-1 ta’ Frar, ta’ dik is-sena, il-Kunsill
għandu, malajr kemm jista’ jkun, wara l-1 ta’ Frar, jibgħat avviż
lill-persuna li tkun naqset tħallas dak id-dritt dwar in-nuqqas, u l-
Kunsill jitqies li mexa skond dan ir-regolament jekk dan l-avviż
jintbagħat bil-posta reġistrata mħallsa bil-quddiem fl-indirizz soltu
jew magħruf bħala li fl-aħħar kienet toqgħod fih il-persuna li tkun
naqset li tħallas dak id-dritt.
Skadenza tal-
liċenza.
5. (1) Jekk dritt ta’ kull sena ma jitħallasx fi żmien tletin
ġurnata wara d-data li fiha l-avviż hawn fuq imsemmi jkun ġie
mibgħut bil-posta, il-liċenza li għaliha jirriferixxi dak id-dritt tiġi
sospiża sine die, u jekk il-persuna li lilha l-liċenza kienet ġiet
mogħtija tkun trid terġa taġixxi ta’ aġent tal-kummerċ, ikun
jinħtieġ li tagħmel talba għal liċenza ġdida skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 71 tal-Kodiċi.
(2) Meta l-Kunsill jiġi biex jikkonsidra dik it-talba skond dak l-
artikolu u l-kapaċità  tar-rikorrent biex jaġixxi ta’ aġent tal-
kummerċ, jista’ jieħu in konsiderazzjoni n-nuqqas ta’ qabel tar-
rikorrent li jħallas id-dritt ta’ kull sena u tar-raġunijiet li dan iġib
dwar dak in-nuqqas.
(3) Meta liċenza ma tibqax isseħħ, il-fatt għandu jiġi mgħarraf
fil-Gazzetta.
