GĦAJNUNA FINANZJARJA ġ L.S.146.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 146.01
ARRANĠAMENTI DWAR GĦAJNUNA 
FINANZJARJA
28 ta’ Lulju, 1981
L-AVVIŻ LEGALI 83 ta’ l-1981, kif emendat bl-Avviżi Legali 44 u 54 ta’
l-1986, u 142 ta’ l-1993.
Titolu.
Għajnuna Finanzjarja.
Il-Kummissjoni.
Emendat:
A.L. 44 ta’ l-1986;
A.L. 54 ta’ l-1986.
Sostitwit:
A.L. 142 ta’ l-
1993.
Kap. 146.
2. (1) Id-Diretturta l-Agrikoltura, rappreżentant ta’ l-Avukat
Ġenerali, rappreżentant tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-
Finanzi, rappreżentant taċ-Chairman tal-Bord tal-Koperattivi,
Assistent Kap fid-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura u żewġ uffiċjali
pubbliċi, wieħed li jkun qed jaqdi d-dmirijiet tiegħu fil-Ministeru
ta’ l-Agrikoltura u wieħed fit-Taqsima ta’ Għawdex tad-
Dipartiment tal-Biedja, it-tnejn maħtura għal dan il-għan mill-
Ministru responsabbli għall-Agrikoltura, għandhom jiffurmaw
Kummissjoni biex tikkonsidra applikazzjonijiet għal għajnuna
finanzjarja skond l-Att dwar l-Għajnuna Finanzjarja lill-Industriji
tal-Biedja u tas-Sajd, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "l-Att".
(2) Id-Direttur tal-Biedja għandu jkun iċ-Chairman tal-
Kummissjoni u għandu jinnomina uffiċjal mid-Dipartiment tal-
Biedja biex jagħmilha ta’ segretarju tal-Kummissjoni.
Applikazzjonijiet.
għandhom isiru fuq formula approvata mill-Kummissjoni li
għandha tintbagħat lis-Segretarju tal-Kummissjoni fid-Dipartiment
ta’ l-Agrikoltura.
Persuni li jistgħu 
japplikaw għal 
għajnuna.
4. Ċittadini ta’ Malta biss li jirrisjedu permanentement
f’Malta jistgħu japplikaw għal għajnuna skond l-Att.
Informazzjoni u 
provi meħtieġa.
5. Dawk li japplikaw għal għajnuna finanzjarja għandhom
jagħtu lill-Kummissjoni kull informazzjoni u provi kif il-
Kummissjoni tista’ titlob biex tikkonsidra l-applikazzjoni.
Għajnuna tingħata 
biss fuq 
rakkomandazzjoni.
Emendat:
A.L. 142 ta’ l-
1993.
6. Għajnuna finanzjarja skond l-Att għandha tingħata biss fuq
rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni bl-approvazzjoni tal-Ministru
responsabbli għall-Agrikoltura jew ta’ uffiċjal nominat minnu għal
hekk.
Ftehim għandu jsir 
permezz ta’ kitba 
privata jew 
permezz ta’ att 
nutarili.
Emendat:
A.L. 142 ta’ l-
1993.
7. Kull ftehim dwar l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja skond l-
Att għandu jsir permezz ta’ kitba privata jew permezz ta’ att
nutarili, kif ikun meħtieġ, u għandu jsir f’isem il-Gvern ta’ Malta
mid-Direttur ta’ l-Agrikoltura, jew minn uffiċjal ta’ mhux inqas
mill-grad ta’ Assistent Kap fid-Dipartiment tal-Biedja delegat mid-
Direttur biex jaġixxi minfloku.
2 L.S.146.01 ħ GĦAJNUNA FINANZJARJA
Għajnuna tista’ 
tingħata suġġetta 
għal 
kondizzjonijiet, 
ftehim u obbligi.
Emendat:
A.L. 142 ta’ l-
1993.
8. Għajnuna finanzjarja skond dan l-Att tista’ tingħata
suġġetta għal dawk il-kondizzjonijiet, ftehim u obbligi mposti fuq
jew li huma responsabbilità  ta’ min jirċeviha skond kif tista’ tagħti
parir il-Kummissjoni. Dawn il-kondizzjonijiet u l-obbligi
għandhom jinkludu r-responsabbiltà  fuq min jirċievi l-għajnuna -
(a) li jħallas lura kull self flimkien ma’ l-imgħax fuqu
skond il-pattijiet tal-ftehim;
(b) li la jbiegħ lanqas ma jiddisponi b’xi mod mill-
proprjetà  li tkun fil-pussess jew il-pussess ta’ kull ħaġa
miksuba jew imtejba permezz ta’ l-għajnuna ta’ għoti
jew self mingħajr il-kunsens minn qabel bil-miktub
tal-Ministru responsabbli għall-Agrikoltura qabel ma
s-self ikun tħallas lura għal kollox jew, fil-każ ta’
għotja matul dak iż-żmien li jkun preskritt fil-ftehim;
(ċ) li jżomm kwalunkwe ħaġa mixtrija jew imtejba
permezz ta’ l-għajnuna finanzjarja li tkun ingħatat, fl-
ordni proprju u l-kondizzjoni għas-sodisfazzjon tal-
Ministru responsabbli għall-Agrikoltura, u li
jippermetti kull persuna awtorizzata mill-Ministru
responsabbli għall-Agrikoltura li tispezzjona kull ħaġa
bħal din fil-ħinijiet kollha raġonevoli;
(d) f’każ li wieħed li jirċievi jonqos li jimxi skond xi
wieħed mill-pattijiet tal-ftehim mal-Gvern li jkun
daħal fih huwa għal dik li hija għajnuna finanzjarja li
tkun ingħatat, l-ammont totali ta’ din l-għajnuna tkun
trid titħallas lura lill-Gvern minnufih.
Ħlas lura. 9. Is-self li jsir taħt dawn l-arranġamenti għandu jitħallas lura
kif ġej -
Sa Lm1,000 fi żmien massimu ta’ 5 snin.
’il fuq minn Lm1,000 sa Lm3,000 fi żmien massimu
ta’ 7 snin.
’il fuq minn Lm3,000 u sa Lm5,000 fi żmien massimu
ta’ 10 snin.
’il fuq minn Lm5,000 u sa Lm10,000 fi żmien
massimu ta’ 15-il sena.
’il fuq minn Lm10,000 fi żmien massimu ta’ 20 sena.
Rata ta’ imgħax. 10. Ir rata ta’ l-imgħax li titħallas fuq self mogħti taħt il-
kondizzjonijiet ta’ dawn l-arranġamenti, għandha tkun b’rati fis-
sena ta’ mhux inqas minn tlieta fil-mija u mhux iktar mir-rata ta’
imgħax kummerċjali li tkun għal dak iż-żmien fis-seħħ.
