PRODUZZJONI TAL-PETROLEUM ġ L.S.156.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 156.01
REGOLAMENTI DWAR
IL-PRODUZZJONI TAL-PETROLEUM
1 ta’ Diċembru, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 320 ta’ l-2001.
Titolu.
Produzzjoni tal-Petroleum.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 386.
"kumpanija" tfisser kumpanija ta’ responsabbiltà  limitata
kostitwita skond l-Att dwar il-Kumpaniji, jew enti morali simili
mwaqqaf jew inkorporat barra minn Malta;
Kap. 194.
"blata kontinentali" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-
artikolu 2 ta’ l-Att dwar il-Blata Kontinentali;
Kap. 156.
Kap. 194.
"liċenza" tfisser liċenza skond 1-Att dwar il-Produzzjoni tal-
Petroleum, jew skond dak l-Att u dak l-Att kif applikat bl-Att dwar
il-Blata Kontinentali;
"detentur tal-liċenza" tfisser il-kumpanija li lilha tkun mogħtija
l-liċenza, ir-rappreżentant tagħha nominat skond il-liċenza u kull
kumpanija li lilha d-drittijiet mogħtija bil-liċenza jkunu ġew
assenjati legalment;
"Malta" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 124
tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Ministru" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 2 ta’
l-Att dwar il-Produzzjoni tal-Petroleum;
"persuna" tinkludi għaqda jew assoċjazzjoni ta’ persuni, sew
inkorporata sew xort’oħra.
Tipi ta’ liċenzi.
regolamenti għal -
(a) liċenza ta’ produzzjoni; jew
(b) liċenza ta’ esplorazzjoni.
(2) Liċenza ta’ produzzjoni tista’ tipprovdi wkoll għad-dritt ta’
tiftix għall-petroleum.
Applikazzjonijiet 
għal liċenzi.
4. (1) Applikazzjoni għal waħda jew l-oħra mit-tipi ta’
liċenza għandha ssir bil-miktub fil-formula murija fl-Iskeda jew
f’formula li sostanzjalment għandha l-istess effett indirizzata lill-
Ministru u magħha għandu jintbagħat id-dritt dovut u għandha
tingħata dik l-informazzjoni u dik il-prova b’sostenn tagħha kif
imsemmi f’dik l-Iskeda u jkun kif imiss għal dik l-applikazzjoni.
(2) Jekk xi waħda mill-ħwejjeġ dikjarati f’applikazzjoni
titbiddel wara li tkun saret l-applikazzjoni iżda qabel ma tkun
ingħatat liċenza jew qabel ma’ l-Ministru jkun informa lill-
applikant li l-applikazzjoni hija miċħuda, l-applikant għandu
minnufih jagħti avviż bil-miktub lill-Ministru u jagħti l-
2 L.S.156.01 ħ PRODUZZJONI TAL-PETROLEUM
partikolarijiet dwar it-tibdil.
(3) L-informazzjoni kollha li jkun hemm f’applikazzjoni għal
liċenza jew li tiġi mogħtija lill-Ministru minħabba applikazzjoni
tali għandha titqies bħala konfidenzjali.
(4) Kull applikazzjoni għal liċenza ta’ produzzjoni skond
dawn ir-regolamenti għandha tkun -
(a) relattivament għal blokka jew area waħda jew iżjed
deskritti jew speċifikati b’avviż pubblikat skond is-
subregolament (5);
(b) preżentata mhux qabel jew wara d-dati speċifikati
b’dak l-avviż bħala d-dati li warajhom jew qabilhom
rispettivament il-Ministru huwa preparat li jirċievi
applikazzjonijiet relattivament għall-blokki jew arei
hekk speċifikati.
(5) L-avviż imsemmi fis-subregolament (4)(a) huwa avviż
pubblikat minn żmien għal żmien mill-Ministru fil-Gazzetta u
b’kull mod ieħor bħal dak li jista’ jkun meħtieġ taħt l-
obbligazzjonijiet internazzjonali li jidħol fihom il-Gvern, li
jiddeskrivi jew jispeċifika b’riferenza għal mappa depożitata fl-
Uffiċċju tal-Ministru u f’dawk il-postijiet l-oħra (jekk ikun hemm)
li jistgħu jiġu speċifikati fl-avviż, arei (f’dawn ir-regolamenti
msejħa "blokki" jew "arei") li lilhom jiġu assenjati numri ta’
riferenza u li relattivament għalihom ikun preparat li jirċievi
applikazzjonijiet għal liċenzi ta’ produzzjoni, u li jispeċifika d-dati
li fihom għandhom isiru l-applikazzjonijiet relattivament għall-
blokki jew arei hekk speċifikati.
(6) Is-sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet speċifikati f’dan
l-artikolu għandha ssir mill-anqas disgħin ġurnata qabel id-data ta’
l-għeluq ta’ dawn l-applikazzjonijiet.
(7) Applikazzjoni għal liċenza ta’ esplorazzjoni tista’ ssir
relattivament għal Malta kollha u għall-blata kontinentali jew għal
xi parti minnhom, iżda hekk illi d-drittijiet mogħtija b’liċenza ta’
esplorazzjoni li tkun mogħtija ma għandhomx ikunu eżerċitabbli
f’ebda arei li dwarha tkun għal dak iż-żmien isseħħ liċenza
mogħtija mill-Ministru, li tagħti setgħa lill-konċessjonarju li jfittex
u jħaffer għall-petroleum u jieħdu, ħlief bil-ftehim tad-detentur ta’
dik il-liċenza għall-eżerċizzju f’dik l-area ta’ xi drittijiet mogħtija
b’dik il-liċenza ta’ esplorazzjoni.
(8) Ebda ħaġa f’dan ir-regolament ma għandha timpedixxi li
ssir iżjed minn applikazzjoni waħda mill-istess kumpanija jew li
tingħata lilha iżjed minn liċenza waħda.
Drittijiet. 5. (1) Għandu jitħallas dritt ta’ ħamest elef lira (Lm5,000)
ma’ kull applikazzjoni għal liċenza ta’ produzzjoni.
(2) Għandu jitħallas dritt ta’ elf lira (Lm1,000) ma’ kull
applikazzjoni għal liċenza ta’ esplorazzjoni.
Il-Ministru għandu 
jippublika avviż ta’ 
l-għoti, eċċ., ta’ 
liċenza.
Kap. 156.
Kap. 194.
6. Il-Ministru għandu kemm jista’ jkun malajr wara l-għoti,
konsenja, terminazzjoni jew assenjazzjoni ta’ liċenza mogħtija
skond l-Att dwar il-Produzzjoni tal-Petroleum, jew skond dak l-Att
u skond dak l-Att kif applikat bl-Att dwar il-Blata Kontinentali jew
PRODUZZJONI TAL-PETROLEUM ġ L.S.156.01 3
skond dawn ir-regolamenti jew skond il-liċenza mogħtija bis-saħħa
tagħhom, jippubblika avviż dwar il-fatt fil-Gazzetta jew b’xi mod
ieħor li jkun hemm bżonn taħt obbligazzjonijiet internazzjonali li
jkun daħal għalihom il-Gvern fejn jagħti l-partikolaritajiet relattivi.
Formula ta’ 
liċenzi.
7. Kull liċenza ta’ produzzjoni u kull liċenza ta’ esplorazzjoni
għandha tinkorpora l-klawżoli modelli murija rispettivament fil-
Model Production Sharing Contract (2001) u fil-Model
Exploration Study Agreement (2001) u termini u kondizzjonijiet
oħrajn kif jistgħu jiġu speċifikati f’sejħa għall-applikazzjonijiet
jew kif miftiehem mill-Ministru u mid-detentur tal-liċenza f’kull
każ partikolari. Kopji tal-klawżoli modelli jistgħu jinkisbu fuq
applikazzjoni lid-Dipartiment tat-Tiftix għaż-Żejt fl-Uffiċċju tal-
Prim Ministru.
SKEDA
(Regolament 4)
Formula ta’ Applikazzjoni għal Liċenza ta’ Produzzjoni
jew għal Liċenza ta’ Esplorazzjoni
1. Isem sħiħ ta’ l-applikant.
2. (a) Post tar-reġistrazzjoni jew ta’ l-inkorporazzjoni.
(b) Post prinċipali tan-negozju.
(ċ) Post tad-direzzjoni u kontroll ċentrali.
(d) Partikolarijiet tal-membri tal-bord tad-diretturi jew tal-
korp ieħor li jmexxi l-enti morali, kif ġej:
(1) Ismijiet sħaħ
(2) Indirizz solitu residenzjali
(3) Nazzjonalitajiet
3. (a) Il-partikolarijiet tal-kapital awtorizzat u maħruġ, kif
ġej:
(1) Klassi ta’ kapital
(2) Ammont awtorizzat
(3) Ammont maħruġ
(4) Ammont imħallas
(5) Drittijiet għal vot ta’ kull klassi
(b) Ir-rapporti annwali u l-karti tal-bilanċ jekk ikun hemm,
għat-tliet snin minnufih qabel l-applikazzjoni li
jintbagħtu flimkien ma’ l-applikazzjoni.
(ċ) Il-partikolaritajiet tal-holdings kollha ta’ mhux anqas
minn 5 fil-mija fin-numru jew fil-valur ta’ kull klassi
ta’ kapital li tkun ġiet maħruġa mill-enti morali, kif
ġej:
(1) Isem sħiħ ta’ l-azzjonista jew ismijiet sħaħ ta’
detenturi flimkien ta’ azzjoni
4 L.S.156.01 ħ PRODUZZJONI TAL-PETROLEUM
(2) Klassi ta’ holding
(3) Ammont
(4) Nazzjonalità  tad-detentur(i)
(d) Il-partikolaritajiet tal-kapital kollu maħruġ lill-
portatur, kif ġej:
(1) Klassi ta’ kapital
(2) Ammont totali maħruġ
(3) Ammont maħruġ lill-portatur
4. Il-partikolaritajiet ta’ esperjenza preċendenti fl-
esplorazzjoni u/jew produzzjoni ta’ petroleum u disponibbiltà  ta’
persunal speċjalizzat u ta’ tagħmir.
5. Jekk l-applikazzjoni tkun għal liċenza ta’ esplorazzjoni -
(a) Deskrizzjoni ta’ l-area li relattivament għaliha l-
applikazzjoni tkun sottomessa, liema area għandha
tkun murija wkoll fuq mappa li tintbagħat ma’ l-
applikazzjoni.
(b) Deskrizzjoni ta’ l-esplorazzjoni maħsuba li ssir,
inkluża indikazzjoni tal-metodi li jkunu ser jiġu wżati
u informazzjoni dwar kull inġenji tal-baħar jew ta’ l-
ajru maħsuba li jiġu wżati.
6. Tip ta’ liċenza li għaliha ssir l-applikazzjoni, u f’każ ta’
applikazzjoni għal liċenza ta’ produzzjoni, in-numru(i) ta’ riferenza
tal-blokka(i) jew area(i) li relattivament għaliha(hom) ssir l-
applikazzjoni.
Jiena hawnhekk niddikjara illi l-informazzjoni mogħtija
hawn fuq jew annessa ma’ din l-applikazzjoni hija korretta.
Data
Firma ta’ uffiċjal awtorizzat
kif imiss ta’ l-enti morali, ta’
liema uffiċjal għandha tkun
dikjarata l-kariga.
