REĠISTRAZZJONI TA’ DJAR TA’ 
ABITAZZJONI MNEĦĦIJA MILL-KONTROLL ġ L.S.158.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 158.01
REGOLAMENTI DWAR IR-REĠISTRAZZJONI
TA’ DJAR TA’ ABITAZZJONI 
MNEĦĦIJA MILL-KONTROLL
10 ta’ April, 1959
L-AVVIŻ LEGALI 32 ta’ l-1959, kif emendat bl-Avviżi Legali 41 ta’ l-
1968, 11 ta’ l-1970, 15 ta’ l-1972, 33 ta’ l-1984, 82 ta’ l-1988 u 213 ta’ l-
1997.
Titolu.
Reġistrazzjoni ta’ Djar ta’ Abitazzjoni Mneħħija mill-Kontroll.
Tiżmim ta’ reġistru 
ta’ djar ta’ 
abitazzjoni 
mneħħija mill-
kontroll.
Kap. 158.
2. (1) L-Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet għandu jżomm
reġistru ta’ djar ta’ abitazzjoni reġistrati minnu bħala djar
imneħħija mill-kontroll skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza
li Tneħħi l-Kontroll tad-Djar, (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejħa
"l-Ordinanza") u ta’ dawn ir-Regolamenti.
(2) Dan ir-reġistru għandu jissejjaħ r-Reġistru ta’ Djar ta’
Abitazzjoni Mneħħija mill-Kontroll (hawnhekk iżjed ’il quddiem
imsejjaħ "ir-Reġistru") u għandu jinżamm f’dik il-forma u skond
dak il-mod ta’ klassifikazzjoni bil-lokalità  jew xort’oħra kif l-
Uffiċjal ta’ Valutazzjoni ta’ l-Artijiet jista’, bla ħsara għad-
disposizzjonijiet ta’dawn ir-Regolamenti, minn żmien għal żmien
jistabbilixxi.
Proċedura u dritt 
dwar talba għal 
reġistrazzjoni.
Emendat:
A.L. 41 ta’ l-1968;
A.L. 11 ta’ l-1970;
A.L. 15 ta’ l-1972;
A.L. 213 ta’ l-
1997.
3. (1) Talba għar-reġistrazzjoni ta’ dar ta’ abitazzjoni bħala
dar ta’ abitazzjoni mneħħija mill-kontroll għandha ssir f’dik il-
forma, u jkollha dawk il-partikolaritajiet kif l-Uffiċjal tal-
Valutazzjoni ta’ l-Artijiet minn żmien għal żmien jistabbilixxi.
b’avviż fil-Gazzetta tal-Gvern.
(2) Għandha ssir applikazzjoni separata għal kull dar ta’
abitazzjoni:
Iżda, meta ssir applikazzjoni fl-istess ħin għat-tneħħija
mill-kontroll dwar numru ta’ flats li jkunu ta’ l-istess sid u li jkunu
parti mill-istess blokk ta’ flats, għandha ssir applikazzjoni waħda
biss dwar dak in-numru ta’ flats.
(3) Għandu jitħallas dritt ta’ ħamsa u għoxrin lira għal kull dar
ta’ abitazzjoni jew flat li dwarhom issir applikazzjoni għat-tneħħija
mill-kontroll.
L-Uffiċjal tal-
Valutazzjoni ta’ l-
Artijiet jista’ 
jeħtieġ 
partikolaritajiet 
oħra u provi.
4. L-Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet jista’ jeħtieġ lil
min jagħmel it-talba li jgħati partikolaritajiet oħra u li jipproduċi
kull kotba, reġistri, pjanti, kuntratti, atti ġudizzjariji u dokumenti
oħra, jew kopja tagħhom dwar il-fond li għalih it-talba tirriferixxi.
Setgħa ta’ 
spezzjon.
5. L-Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet jew persuna
awtorizzata bil-miktub minnu għal hekk tista’, wara avviż xieraq u
matul il-ħinijiet xierqa tal-ġurnata, tidħol f’kull fond li dwaru tkun
saret talba sabiex jiġi spezzjonat u jittieħdu partikolaritajiet dwar
dak il-fond.
2 L.S.158.01 ħ
REĠISTRAZZJONI TA’ DJAR TA’ 
ABITAZZJONI MNEĦĦIJA MILL-KONTROLL
Ordni li jilqa’ 
reġistrazzjoni.
Emendat:
A.L. 33 ta’ l-1984;
A.L.82 ta’ l-1988.
6. (1) Meta jkun sodisfatt illi l-fond li għalih it-talba
tirriferixxi jkun skond il-ħtiġiet ta’ xi wieħed mill-paragrafi (a),
(b), (ċ), (d), (e) jew (f) ta’ l-artikolu 3 ta’ l-Ordinanza u, fejn
applikabbli, ma jkunx eċċettwat skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 6(1) tagħha, l-Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet għandu
jagħmel ordni li jilqa’ t-talba u għandu jibgħat kopja ta’ dak l-ordni
lil min ikun għamel it-talba bil-posta reġistrata.
(2) Meta l-artikolu 6(4) ta’ l-Ordinanza jgħodd għal dar ta’
abitazzjoni li dwarha jsir ordni skond is-subregolament li jaħbat
sew sew qabel dan f’dan ir-regolament, l-Uffiċjal tal-Valutazzjoni
ta’ l-Artijiet għandu, meta jagħmel l-ordni, jirriferixxi għall-fatt illi
r-reġistrazzjoni ta’ dik id-dar ta’ abitazzjoni għandu jkollha seħħ
biss mill-ġurnata li fiha l-proprjetarju jkollu dritt għall-pussess tad-
dar vojta meta tkun spiċċat il-kirja relattiva.
Avviż dwar ħsieb li 
jiċħad 
reġistrazzjoni.
7. L-Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet, qabel ma jagħmel
ordni li jiċħad talba għal reġistrazzjoni skond dawn ir-Regolamenti,
għandu jibgħat lil min ikun għamel it-talba bil-posta reġistrata
avviż dwar il-ħsieb tiegħu li jagħmel dak l-ordni, li juri fil-qosor ir-
raġunijiet għaliex fi ħsiebu jiċħad it-talba, u li jagħti lil min ikun
għamel it-talba avviż illi jekk egħluq għaxart ijiem minn mindu
jirċievi l-avviż min ikun għamel it-talba jgħarrfu bil-miktub tax-
xewqa tiegħu li jagħmel hekk, jagħti lilu jew lir-r rappreżentant
tiegħu opportunità  qabel ma jsir li juri l-għaliex l-ordni ma
għandux isir.
Ordni ta’ ċaħda ta’ 
reġistrazzjoni.
8. Jekk, wara li jħares id-disposizzjonijiet tar-regolament 7, l-
Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet jiddeċiedi li jiċħad talba għal
reġistrazzjoni, huwa għandu jagħmel ordni f’dak is-sens u għandu
jinnotifika lil min ikun għamel it-talba b’ittra reġistrata li huwa
jkun għamel dak l-ordni .
Proċedura dwar 
appelli lill-Bord.
9. (1) Appell lill-Bord skond l-artikolu 4(1) ta’ l-Ordinanza
jista’ jsir permezz ta’ rikors li jiġi preżentat egħluq sitt ijiem mid-
data li fiha min ikun għamel it-talba għal reġistrazzjoni jkun
notifikat bl-ordni li jiċħad ir-reġistrazzjoni.
(2) Ir-rikors lill-Bord għandu, taħt piena ta’ nullità , jkun
iffirmat minn avukat jew prokuratur legali, u għandu jkollu
indikazzjoni ċara tal-fond li dwaru jkun sar u dikjarazzjoni tar-
raġunijiet li fuqhom ikun sar l-appell.
(3) Ma’ kull rikors għandha tkun preżentata kopja awtentika
tiegħu għan-notifika lill-Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet.
(4) Mal-preżentazzjoni ta’ kull rikors lill-Bord skond is-
subregolamenti li jaħbtu sew sew qabel dan f’dan ir-regolament,
dritt tar-reġistru ta’ lira u ħamsin ċenteżmu għandu jitħallas b’żieda
għad-drittijiet xierqa għat-trasport għan-notifika tal-kopja tar-
rikors.
(5) Id-data tas-smigħ għandha tiġi hekk iffissata mill-Bord illi
mhux anqas minn tmient ijiem tax-xogħol jgħaddu bejn il-
preżentata tar-rikors u l-ewwel smigħ tal-kwistjoni, iżda għandhom
jitħallew mhux anqas minn tliet ijiem tax-xogħol bejn id-data tan-
notifika tar-rikors lill-Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet u d-
data ffissata għas-smigħ tar-rikors.
REĠISTRAZZJONI TA’ DJAR TA’ 
ABITAZZJONI MNEĦĦIJA MILL-KONTROLL ġ L.S.158.01 3
(6) L-Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet għandu jagħmel is-
sottomissjonijiet tiegħu, verbalment jew bil-miktub, jekk ikun
hemm, fl-ewwel smigħ tal-kwistjoni.
(7) F’nuqqas ta’ xi sottomissionijiet fil-ġurnata tas-smigħ,
b’kontestazzjoni tat-talba msemmija fir-rikors, il-Bord għandu
jilqa’ r-rikors.
(8) Il-Bord jista’, jekk jidhirlu hekk meħtieġ, jagħmel spezzjon
tal-fond permezz tal-membri tekniċi tiegħu.
(9) Id-dritt li għandu jitħallas lill-avukat jew prokuratur legali
li jidher għall-partijiet f’appell lill-Bord skond l-artikolu 4(1) ta’ l-
Ordinanza jkun mhux anqas minn żewġ liri u mhux iżjed minn
erba’ liri, skond ma jkun stabbilit mill-Bord.
Kap. 69.
(10) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet li jaħbtu qabel f’dan ir-
regolament, id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza li Tirregola t-
Tiġdid tal-Kiri ta’ Bini għandhom jgħoddu għal kull rikors li
permezz tiegħu jsir appell lill-Bord skond l-artikolu 4(1) ta’ l-
Ordinanza u għall-proċeduri li għandhom x’jaqsmu ma’ hekk.
Proċedura għal 
appelli mid-
deċiżjonijiet tal-
Bord.
10. Appell mid-deċiżjoni tal-Bord skond l-artikolu 4(3) ta’ l-
Ordinanza għandu jinġieb quddiem il-Qorti ta’ l-Appell, permezz
ta’ rikors li għandu jiġi preżentat egħluq sitt ijiem mill-ġurnata li
fiha d-deċiżjoni tal-Bord tkun ingħatat.
Partikolaritajiet 
biex jiġu innutati 
fir-Reġistru.
11. Fl-egħmil ta’ ordni għal reġistrazzjoni skond ir-regolament
6, jew meta ordni skond ir-regolament 8 li jiċhad reġistrazzjoni
jkun maqlub b’deċiżjoni tal-Bord jew tal-Qorti ta’ l-Appell, skond
il-każ, l-Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet għandu jara li d-dar
ta’ l-abitazzjoni li għaliha l-ordni jirriferixxi tkun inkluża fir-
Reġistru permezz ta’ reġistrazzjoni li jkun fiha -
(a) id-data tar-reġistrazzjoni;
(b) il-lokalità , l-isem tat-triq, in-numru tal-bieb, u
partikolaritajiet oħra biżżejjed biex tiġi identifikata d-
dar ta’ abitazzjoni;
(ċ) id-data tad-deċiżjoni tal-Bord jew tal-Qorti ta’ l-
Appell, jekk ikun hemm, li tilqa’ r-reġistrazzjoni;
(d) riferenza għad-disposizzjoni ta’ l-Ordinanza li taħtha
tkun ġiet permessa r-reġistrazzjoni; u
(e) riferenza għal kull riżerva li għandha ssir skond ir-
regolament 6(2).
Delega ta’ 
dmirijiet, setgħat u 
funzjonijiet.
Emendat:
A.L. 41 ta’ l-1968.
12. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 5, l-
Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet jista’ jiddelega kull wieħed
mid-dmirijiet, setgħat u funzjonijiet skond dawn ir-Regolamenti, li
ma jkunx l-egħmil ta’ ordni li jiċħad reġistrazzjoni, lil kull
Assistent Uffiċjal tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet jew lil kull uffiċjal
ieħor pubbliku.
Reġistru miftuħ 
għal spezzjon.
13. Kull persuna tista’ matul il-ħinijiet ta’ uffiċċju tas-soltu
tispezzjona r-Reġistru u tieħu noti minnu.
Ħruġ ta’ ċertifikati.
Emendat:
A.L. 15 ta’ l-1972;
A.L. 213 ta’ l-
1997.
14. (1) Fuq talba li jkun hemm magħha dritt ta’ lira l-Uffiċjal
tal-Valutazzjoni ta’ l-Artijiet għandu joħroġ, dwar kull dar ta’
abitazzjoni waħda partikolari, ċertifikat li juri jekk dik id-dar tkunx
4 L.S.158.01 ħ
REĠISTRAZZJONI TA’ DJAR TA’ 
ABITAZZJONI MNEĦĦIJA MILL-KONTROLL
reġistrata bħala dar ta’ abitazzjoni mneħħija mill-kontroll.
(2) Iċ-ċertifikat għandu juri d-data tar-reġistrazzjoni, d-
disposizzjoni ta’ l-Ordinanza li taħtha r-reġistrazzjoni tkun ġiet
permessa u kull riżerva magħmula skond ir-regolament 6(2).
